Is-Sajd f'Malta

  • View
    8.320

  • Download
    0

  • Category

    Business

Preview:

DESCRIPTION

Social Studies Year 5 Primary

Citation preview

Is-Sajd f’MaltaIs-Sajd f’MaltaIs-Sajd f’Malta

Ippreżentata minn Mr Edward Micallef

Klassi: Year 5.1

Kulleġġ San Nikola

Skola Primarja C, Rabat (Malta)

Bonġu tfal. Jiena jisimni Toni u x-xogħol tiegħi huwa ta’ sajjied.

Ix-xogħol tiegħi huwa iebes u ta’ tbatija kbira. Ħafna drabi jkolli nitbiegħed mill-familja tiegħi.

Jiena sajjied full time, iżda matul iż-żmien qegħdin nonqsu. Għalhekk iżjed hawn sajjieda part time għaliex jafu kemm dan ix-xogħol huwa iebes.

Minbarra li jkun jaf jistad, is-sajjied irid ukoll:Jillesti l-għalf biex ikun jista’ jistad.

Isewwi d-dgħajsa meta jiġrilha xi ħsara fil-mutur.

Jirranġa x-xbiek u jsewwi n-nases.

Meta jkun ħafna maltemp, is-sajjied ma jmurx jistad. Minflok joqgħod jagħmel xogħol ieħor u jipprepara għas-sajda li jkun imiss.

Ejjew naraw liema huma l-aktar postijiet magħrufa għas-sajd f’Malta u f’Għawdex.

Malta

Marsaxlokk

San Pawl il-BaħarWied iż-Żurrieq

San Ġiljan

Kompli

Għawdex

Mġarr

Marsalforn

Kompli

It-Tliet Staġuni tas-Sajd

L-istaġun tal-Lampuki

Kompli

L-istaġun tat-Tkarkir L-istaġun tal-Lampara

Inġenji tas-sajd

Luzzu

Kajjik

Frejgatina

Skuna

Kompli

Agħfas fuq dawn:

Għodda tas-sajd

Konz

Rixa

Għodda tas-sajd

Nassa tal-vopi

Nassa tal-qarnit

Għodda tas-sajd

snanar ħarira

Nispera li ħadtu gost u li tgħallimtu minn dak li għidtilkom fuq ix-xogħol tiegħi ta’ sajjied.

Agħżel x’tixtieq tagħmel

Agħfas hawn biex tara l-video clip.

Agħfas hawn biex tara kemm taf twieġeb.

Ara kemm taf twieġebAra kemm taf twieġeb

Ix-xogħol tas-sajjied huwa

• ħafif

• ikrah

• faċli

• iebes

Ħafna mis-sajjieda huma

• part-timers • full-timers

Minbarra li jkun jaf jistad, is-sajjied irid ikun jaf ukoll

• isajjar il-ħut

• jgħum

• jirranġa x-xbiek

• jisma’ r-radju

Meta jkun ħafna maltemp, is-sajjied

• jipprepara għas-sajda li jkun imiss

• imur jgħum

• jiekol ikla ħut

• imur jistad

Postijiet magħrufa għas-sajd f’Malta huma

• Marsascala• Ħaż-Żabbar• San Pawl il-

Baħar

• Rabat• Ġnejna

• Għajn Tuffieħa• Marsalforn• Żurrieq

• Marsaxlokk• San Pawl il-Baħar• San Ġiljan• Żurrieq

Postijiet magħrufa għas-sajd f’Għawdex huma

• Rabat• Xlendi• Dwejra

• Qbajjar• Għasri

• Marsalforn• Mġarr

• Marsalforn• Ta’ Pinu• Kerċem• Marsaxlokk

L-istaġuni tas-sajd huma

• Rebbiegħa• Xitwa• Ħarifa

• tal-Lampara• tat-Tkarkir• tal-Lampuki

• tat-Tonn• tal-Pixxispad• Tas-Sajf

• Jannar• Awwissu• Diċembru

L-istaġun tat-Tkarkir huwa minn

• Jannar sa Awwissu

• Awwissu sa Diċembru

• Diċembru sa April

• Diċembru sa Mejju

Il-parti ta’ quddiem ta’ dgħajsa tissejjaħ

• pruna

• pruwa

• poppa

• ponta

Waħda mill-inġenji tas-sajd tissejjaħ

• jott

• speedboat

• skuna

• vapur

Lura

TmiemTmiem

Lura

Marsaxlokk

Lura

San Pawl il-Baħar

Lura

Wied iż-Żurrieq

Lura

San Ġiljan

Lura

Mġarr - Għawdex

Lura

Marsalforn

Lura

L-istaġun tal-Lampuki

Lura

Minn Awwissu sa Diċembru Is-sajjied jipprepara l- kannizzati u x-xbiek.

L-istaġun tat-Tkarkir

Lura

Minn Diċembru sa April

Is-sajjieda jkarkru x-xibka ma’ qiegħ il-baħar u

jaqbdu ħut tal-qiegħ.

L-istaġun tal-Lampara

Lura

Minn Mejju sal-bidu ta’ Awwissu.Is-sajjieda jużaw il-Kajjikki u lampa kbira.

Luzzu

Dgħajsa kbira u b’saħħitha. Tintuża ħafna għal-lampuki.

Lura

Kajjik

Dgħajsa li għandha quddiem (pruwa) bħal-luzzu, iżda wara (poppa) ċatt.

Lura

Frejgatina

Dgħajsa żgħira u ma tantx hija b’saħħitha.

Lura

Skuna

Dgħajsa kbira u b’saħħitha b’ħafna apparat u għodda tas-sajd.

Lura

Kannizzata u Xibka

Lura

Recommended