Dilettanti tal-Agrikoltura, Sigar u Pjanti · għerq fil-fond u mħux tieħu l-kedded wara. Wara li...

Preview:

Citation preview

Mard Dan ix-xahar ma

ninsewx inbexxu kontra

il-”peach leaf curl”.

Dan it tip ta mard

jattaka l-aktar l –ħawħ,

c-cuprisk u sigar minn

ta’ l-istess rażża.

Normalment min ibexx ikun ra is-sintomi is-sena ta

qabel. U l-unika kura hi li tbixxom f’Jannar meta il

fungu ikun rieqed taħt il-qoxra.

Bħala bexx jezistu ħafna tipi u l-aħjar tmorru sa

ħanut ta’l-agrikoltura ħalli tkunu iggwidati sew.

Importanti li ma tbixx meta jkun riħ u tilbes ilbies

protettiv u maskli.

Siġar

Għal dan ix-xahar nistgħu nibdew nizirghu il–lewż

morr biex inlaqqmu fuqu. Biex tgħin il-process u ic-

cans li tinbet iż-żerriegħa, l-ewwel kisser naqra l-

qoxra b’martell żgħir kemm tfaqqaha ftit.

Jekk trid tista titfa il-qoxra biż-żerriegħa fl-ilma

imqar għall-sagħtejn qabel tinżera. L-aħjar dejjem

tinzera fil-post dirett biex il-pjanta tilħaqq tniżżel l-

għerq fil-fond u mħux tieħu l-kedded wara.

Wara li tinżera u tinbet is-siġra trid mill-anqas

sentejn biex titlaqqam.

Kliem

Tgħaddas– meta tgħaddas (iddaħal) xi basla fil-ħamrija (eżempju tulipani).

Tbarraġ– meta terfa il-ħamrija madwar xi pjanti biex tifforma muntanja zgħira (eżempju patata).

Tlaqqam-Meta tuza għerq ta’ siġra biex tkabbar tip ta siġra oħra fuqu (eżempju fuq il-lewż

inlaqqmu l-ħawħ)

Ħarġa Numru 2 • Jannar 2018

Dilettanti tal-Agrikoltura,

Sigar u Pjanti

Dan ix–xahar:

Editorjal

Mard

Siġar

Kliem

Editorjal Diġa għadda xahar mindu bdejna b’dan il fuljett.

Bħal ma diġa tafu il-grupp qed jespandi u jilħaq

persuni minn oqsma differenti imma li għandhom

interess fil-biedja, pjanti jew annimali.

B’dan il–fuljett nisperaw li inkomplu inħeġġu in-nies

jixtru prodott Malti, kif ukoll inħeġġu in-nies imqar

ikkabru pjanta waħda għall-ikel.

Ir-risq.

Recommended