View
897
Download
9
Category
Preview:
DESCRIPTION
L- Għadd tan-Nom. Ms Josepha Spiteri. L- Għadd tan-Nom. Il- Kollettiv. Il- kollettiv huma dawk in- nomi li juru grupp ta ’ xi ħaġa jew juru ammont ta ’ oġġett partikolari. Il- kollettiv jieħu verb fis - singular , iżda juri aktar minn ħaġa waħda . Eżempju : - PowerPoint PPT Presentation
Citation preview
L-Għadd tan-NomMs Josepha Spiteri
L-Għadd tan-Nom
Il-KollettivIl-kollettiv huma dawk in-nomi li juru grupp ta’ xi ħaġa jew juru ammont ta’ oġġett partikolari.
Il-kollettiv jieħu verb fis-
singular, iżda juri aktar minn ħaġa
waħda.
Eżempju:
1. It-tuffieħ l-aħdar huwa tajjeb għas-saħħa.
2. Ilbes karkur għax ir-ramel jaħraq!
TAĦRIĠŻid l-aġġettivi mal-kollettiv.
Kollettiv Aġġettiv
silġ
zokkor
tuffieħ
weraq
tiben
ħajt
tiġieġ
frott
għasel
melħ
ramel
spag
Il-Farrad WaħdieniMill-kollettiv nistgħu nuru ħaġa waħda
biss billi nżidu –a.
ħawħ - ħawħa
ġebel – ġebla
TAĦRIĠ
Is-Sibt li ġej, Maria mistiedna għall-barbikju
mal-ħbieb. Sħabha qalulha sabiex taħseb
għad-deżerta. Hi ddecidiet li
tagħmel insalata tal-frott.
Għin lil Marija billi toħroġ il-
Farrad Waħdieni mil-lista ta’ frott
ipprovduta.
Kollettiv Farrad Waħdieni
bajtar
bettieħ
dulliegħ
frawli
għeneb
ħawħ
lanġas
larinġ
mandolin
naspli
L-għadd imtenniKemm-il eżempju ta’ għadd imtenni taf issemmi minn din l-
istampa?
L-Għadd imtenni juri
tnejn jew par. Dan isir billi
nżidu –ejn jew –ajn mas-singular.
Eżempju:
Id – IdejnSieq – SaqajnGħajn – Għajnejn
TAĦRIĠ 1
Nom Għadd Imtenni
ġimgħa
xahar
sena
siegħa
jum
xkora
xiber
qasba
wiżna
elf
Agħti l-għadd imtenni ta’ dawn li ġejjin.
TAĦRIĠ 2
Nom Għadd Imtenni
ħobża
bajda
ġobna
ħofra
kelma
widna
xoffa
Saba’
id
sieq
Agħti l-għadd imtenni ta’ dawn li ġejjin.
Recommended