Lesson 5

Preview:

Citation preview

L-isqof imexxi l-

familja ta’ Alla f’pajjiżna

Waħedna, ħafna drabi naqtgħu qalbna u ma nkunux nistgħu nagħmlu dak li nixtiequ.

Imma meta jkollna min jieħu ħsiebna aħna nimxu ħafna ‘l quddiem.

Il-ħbieb ta’ Ġesu’ (id-dixxipli)hekk ġralhom.

Ġesu qalilhom : “Jien inħobbkom u nieħu ħsiebkom...

.... bħal dak ir-Ragħaj tajjeb.

Ir-Ragħaj tajjeb jaf in-nagħaġ tiegħu waħda waħda.

Joħroġhom biex isibu x’jieklu u x’jixorbu.

U jara li ebda annimal ma jagħmlilhom ħsara.

Meta r-ragħaj ikun magħhom, in-ngħaġ ma jibżgħu minn xejn.

Ġesu’ kellu jitla’ s-sema għand il-Missier.

Għalhekk għażel tnax-il raġel.

Lil dawn it-tnax-il raġel għamilhom Appostli.

L-Appostli Ġesu’ riedhom ikomplu x-xogħol

tiegħu.

...riedhom ukoll jagħżlu ragħajja oħra warajhom, biex dejjem ikun hemm min jieħu ħsieb il-Knisja.

Dawn ir-ragħajja ta’ wara l-Appostli huma l-isqfijiet.

L-isqof tagħna – Mons. Pawlu Cremona

L-isqof ta’ Għawdex – Mons. Mario Grech

Ġesu’ tana l-isqof tagħna biex jieħu ħsiebna u jgħallimna.

Irridu nħobbu, nirrispettaw u nobdu ‘l-isqof tagħna.