Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 8, 6-13

Preview:

DESCRIPTION

Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 8, 6-13. Ġes ù huwa l-medjatur ta’ patt aqwa. Ħuti , il-ministeru li kiseb Kristu hu dawshekk aqwa minn dak tal-imgħoddi daqs kemm aħjar hu aqwa l- patt li tiegħu huwa l- medjatur , għaliex hu patt mibni fuq wegħdiet aqwa . Għax kieku. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Qari mill-Ittra lil-Lhud.

Lhud 8, 6-13

Ġesù huwa l-medjatur ta’ patt aqwa

Ħuti, il-ministeru li kiseb Kristu hu dawshekk aqwa minn dak tal-imgħoddi daqs kemm aħjar hu aqwa l-pattli tiegħu huwa l-medjatur, għaliex hu patt mibni fuq wegħdiet aqwa. Għax kieku

dak l-ewwel patt kien perfett, ma kienx ikun hemm għalfejn jagħmel patt ieħor floku. Imma Alla, għax sab x’ iċanfar fihom, qalilhom:“Ara, wasal iż-żmien, jgħid

il-Mulej, li jien

nagħmel patt ġdid mad-dar ta’ Iżrael u mad-dar ta’

Ġuda.Dan ma jkunx bħall-patt

li jien għamilt ma’ missirijiethom, meta

qbadthom minn idhom biex

noħroġhom mill-art tal-Eġittu; ladarba huma

ma baqgħux iżommu mal-patt tiegħi, jien ukoll tlaqthom, jgħid il-Mulej.Dan hu l-patt li jien għad

nagħmel mad-dar ta’ Iżrael

wara dawk il-jiem, jgħid il-Mulej: Inqiegħed

il-liġijiet tiegħi f’moħħhom, u f’qalbhom niktibhom. U jiena nkun Alla tagħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħi. Ma jgħallmux aktar wieħed

lil sieħbu u wieħed lil ħuh,billi jgħidu, <Agħraf

lill-Mulej>, għax ilkoll għad jagħrfuni, miż-żgħir nett sal-kbir nett fosthom.

Jiena nħenn għalihom fil-ħażen tagħhom, u fi

dnubiethom ma niftakarx iżjed.”

Meta tkellem minn patt ġdid, wera li dak ta’ qabel kien qadim. Issa dak li jiqdiem u jixjieħ ikun wasal biex jispiċċa.

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Salm Responsorjali

R:/ It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu.

Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek,

u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Qrib tassew hi s-salvazzjoni tiegħu

għal dawk li jibżgħu minnu, biex jgħammar is-sebħ

f’artna.

R:/ It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu.

It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu,

il-ġustizzja u s-sliem jitbewsu;

il-fedeltà mill-art tinbet,u l-ġustizzja mis-sema

tixref.

R:/ It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu.

Il-Mulej ukoll jagħti l-ġid tiegħu,

u artna l-frott tagħha.Il-ġustizzja quddiemu

timxi,u s-sliem fuq il-passi

tiegħu.

R:/ It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu.

Hallelujah, Hallelujah Alla kien li ħabbeb

il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu, u

fdalna l-ministeru ta’ din il-ħbiberija.

Hallelujah, Hallelujah

QariMill-Evanġelju skont

San MarkMk 3, 13-19.

R:/ Glorja lilekMulej

Sejjaħ lejh lil dawk li ried.

F’dak iż-żmien, Ġesù tela’ fuq l-għolja, u sejjaħ lejh lil dawk li ried. Huma resqu lejh, u għażel tnax, li semmiehom appostli, biex jibqgħu miegħu, u biex jibgħathom jippritkaw,

u jkollhom is-setgħa li jkeċċu x-xjaten.Għażel mela t-Tnax: Xmun, li tah ukoll l-isem ta’ Pietru, u Ġakbu ta’ Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem

ta’ Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad, u Indrì, u Filippu, u Bartilmew,u Mattew, u Tumas, u Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, u Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradieh.

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

ĦSIEB