Young People’s Earth Summit

Preview:

DESCRIPTION

Young People’s Earth Summit. Nieħdu Ħsieb il-Futu r Tagħna Kif nixtieq nara l- pajjiżi fil-ġejjieni Il- 25 ta ’ Frar , 2013 Aħna l- istudenti ta ’ EkoSkola … - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Young People’s Earth Summit

Nieħdu Ħsieb il-Futur TagħnaKif nixtieq nara l-pajjiżi fil-ġejjieni

Il-25 ta’ Frar, 2013Aħna l-istudenti ta’ EkoSkola …•bħala ċittadini, inġeddu l-impenn tagħna li nkomplu nagħmlu il-parti tagħna biex niżguraw ambjent san u stili ta’ ħajja sostenibbli fl-iskejjel tagħna u l-komunitajiet fejn ngħixu.•ninkwetaw meta, minkejja l-isforzi tagħna, ħaddieħor jieħu deċiżjonijiet li bihom jista’ jħassar il-futur tagħna.•nixtiequ nwasslu din id-dikjarazzjoni lill-politiċi ta' Malta sabiex jagħtu kas tal-fehemiet tagħna meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet dwar il-futur tagħna.

Aħna l-istudenti ta’ EkoSkola naqblu …•ma’ deċiżjonijiet tajba li ttieħdu sabiex jieħdu ħsieb il-kwalità tal-ambjent. •li biex insolvu ċertu problemi ambjentali rridu nkunu lesti ma nibqgħux nagħmlu l-istess żbalji.•li kultant hemm bżonn inbiddlu ċertu drawwiet sabiex nibdew ngħixu b’mod sostenibbli.

Aħna l-istudenti ta’ EkoSkola ninkwetaw għax …•qed issir emfasi fuq ir-riċiklar tal-iskart u mhux fuq it-tnaqqis tiegħu u għalhekk l-ammont ta’ skart qed dejjem jikber. •qed tintbagħat ħafna junk mail li qed iżżid ħafna skart. •li minkejja li pajjiżna ma tantx għandna ilma

-il-kwantità u l-kwalità tal-ilma serjin lura;-hawn min qed jaħli l-ilma; -hawn min qed jagħmel użu illeġali tal-ħażniet li għandna tal-ilma; u - ħafna mill-ilma tax-xita qed jinħela minflok li jinħażen.

•li fil-futur nistgħu niġu niddependu kompletament fuq ir-Reverse Osmosis Plants jew ilma impurtat.•li bini għoli qed joħloq d-dell fuq il-pannelli solari tal-ġirien.•li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jonqsu l-ispazji vojta. Dawn qed jittieħdu minn bini li ħafna drabi qed jibqa’ battal.

•li ċertu bini bla permess ma jitwaqqax. Dan qed iwassal sabiex xi wħud jitħajru jabbużaw ħalli forsi jġibuha żewġ u b’hekk l-ispazju jkompli jonqos.•li l-ġebla Maltija qed tinħela bla rażan tant li naqset sew.•li minkejja li pajjiżna għandu ħafna xemx, riħ u mdawwar bil-baħar xorta għanda nistrieħu fuq l-użu ta’ fossil fuels.•hemm diversi forom ta’ tniġġiż (tal-arja, tal-ilma, tal-baħar, tad-dawl żejjed, tal-istorbju) li mhux tajbin għas-saħħa u li qed inaqqsu l-kwalità tal-ħajja tagħna u tal-ħlejjaq ta’ madwarna.•li ħafna drabi qed jitqaċċtu s-siġar, minkejja li pajjiżna hu nieqes minnhom.•li fl-ibħra tagħna hemm ħafna attivitajiet li qed iniġġsu l-baħar u li qed jeqirdu ħafna ħlejjaq tal-baħar.•li t-trasport pubbliku mhux organizzat biżżejjed biex ikun użat minn ħafna nies. Għalhekk hemm wisq karozzi privati fit-toroq tagħna li qed jokkupaw ħafna spazju, joħolqu konġestjoni fit-toroq, iżidu fl-ammont ta’ inċidenti u jkomplu jniġġsu l-arja.

Aħna l-istudenti ta’ EkoSkola nissuġġerixxu li …

•jkun hemm kampanji edukativi dwar l-ambjent fl-iskejjel u għall-adulti.•fuq il-media jsiru aktar spots edukattivi li jedukaw lill-pubbliku dwar dak li jistgħu jagħmlu dwar l-ambjent.•jkunu infurzati l-liġijiet – li hemm u li sa jsiru – dwar l-ambjent (eż. l-użu tal-ilma, li d-djar ikollhom il-bjar, rimi illeġali ta’ skart). Ix-xogħol tal-wardens jista’ jinkludi wkoll il-ħarsien tal-ambjent.•jkun hemm inizjattivi (eż. tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma) għal min jagħmel ħiltu biex juża r-riżorsi bil-għaqal.•jitfasslu linji gwida li bihom jorħsu l-karti riċiklati u prodotti tal-kummerċ ġust ħalli b’hekk aktar nies jitħajjru jixtruhom.•li ssir reviżjoni tal-liġi dwar l-użu tal-basktijiet tal-plastik ħalli tindirizza l-abbuż li qed isir minn ċertu ħwienet bl-użu ta’ boroż tal-plastik li qed jintużaw bħala basktijiet.•li jkunu introdotti bins għall-iskart domestiku u b’hekk nevitaw l-boroż tal-plastik.•il-bins tal-iskart li hemm fit-toroq ikunu ikbar ħalli ma jimtlewx malajr u jfuru. Aħjar ikollhom għatu ħalli l-iskart ma jtirx bir-riħ u jitferrex ma’ kullimkien inkluż fil-baħar.

•li jkun hemm biżżejjed bins waqt attivitajiet tal-massa (politiċi, reliġjużi u ta’ divertiment) u jsiru appelli sabiex jintużaw.•li l-iskart ikun trattat qabel ikun esportat ħalli jitnaqqsu ċ-ċansijiet li jsiru inċidenti li jniġġsu il-baħar.•li l-ġbir tal-iskart isir f’ħinijiet mifthema mal-komunità ħalli jonqsu l-problemi ta’ skart li jinħareġ kmieni – li jispiċċa mxerred ma’ kullimkien minħabba li jitqattgħu l-boroż.•l-politiċi jagħtu eżempju billi ma jiġġenerawx skart permezz tal-junk mail u billboards u jużaw mezzi li jirrispettaw l-ambjent biex iwasslu l-ideat tagħhom.•jkun żviluppat Pjan Nazzjonali li jirregola kif isir l-użu tal-ilma. Dan il-pjan, fost l-oħrajn, għandu:

-jwassal ħa ssir registrazzjoni ta’ rigs li jintuzaw biex jithaffru l-boreholes biex ma jithaffrux iktar boreholes bla permess-ifassal kwota ta’ kemm jittellgħa ilma mill-boreholes; -joffri għajnuna sabiex jissewwew bjar u ġibjuni; -jinċentiva djar u lukandi sabiex jinvestu fi grey water systems; u-jiżgura li jsir użu aħjar ta’ ilma riċiklat mid-dranaġġ minflok jintrema’ l-baħar.

•issir kampanja edukattiva għall-bdiewa dwar l-użu ta’ sorsi alternattivi ta’ ilma u dwar kif għandhom jużaw in-nitrati u l-pestiċidi b’mod sostenibbli ħalli b’hekk tkun imħarsa il-kwalità tal-ilma.•li jkun hemm inċentivi sabiex jintużaw djar u skejjel vojta u penali fuq djar li jinżammu vojta għal perjodu twil ta’ żmien.•li nizvillupaw postijiet mitluqa minflok nużaw art ġdida għall-bini. Per eżempju jistgħu jsiru parkeġġi taħt l-art u fuqhom isiru ġonna u spazji liberi.•li jkun hemm kontroll fuq kemm jista’ jogħla l-bini ħalli ma jitfgħux dell fuq pannelli tal-ġirien li jkollhom bini baxx. Dawn li jintlaqtu minn din il-problema għandhom jingħataw iċ-ċans li jużaw bjut ta’ binjiet oħra. •li jerġa’ jintuża ġebel tad-djar li jkunu twaqqgħu minflok jintrema’ fil-miżbliet•jitkomplew u jkunu msaħħa inizjattivi li jħajru l-użù ta’ enerġija alternativa.•jitjieb is-servizz tat-trasport pubbliku u jingħataw inċentivi sabiex il-pubbliku jagħmel aktar użu minnu.

Recommended