72

AMM News Magazine

Embed Size (px)

DESCRIPTION

AMM News Magazine, Issue September 2011

Citation preview

Page 1: AMM News Magazine
Page 2: AMM News Magazine
Page 3: AMM News Magazine

Kontenut Intervisti

07. I am who I am – AMM jitkellem ma’ Glen Vella dwar

l-esperjenza tiegħu fil-Ġermanja.

14. Kittieba żagħżugħa – Niltaqgħu ma’ Leanne Ellul

biex tgħidilna dwar l-ispirazzjoni tagħha fil-letteratura Maltija.

19. Il-Fotografa u l-Mudella – Sean Chircop jitkellem

ma’ Georgiana Farrugia dwar il-bidu tal-karriera tagħha fil-fotografija

u l-immudellar.

49. JDM – Ryan Camillieri jitkellem magħna dwar il-passjoni li għandu

lejn il-karozzi Ġappuniżi.

Artikli

10. Kemm flertjaw... – AMM jinvestiga dwar il-modi kif

iħobbu jifflertjaw in-nisa u l-irġiel.

38. Frott iż-Żebbuġ Ismi – Ħarsa lejn il-Belt taż-Żejtun.

46. Malta FB Page Awards

51. Sentejn magħkom! – Nagħtu ħarsa lejn il-paġna AMM hekk kif

qed tiċċelebra l-anniversarju tal-qoton (2009 – 2011).

60. It-Torrijiet Tewmin – 10 snin wara t-traġedja li ħasdet id-dinja.

Attivitajiet:

35. Il-Festa tal-Kappella

43. Lejl f’Casal Fornaro

37. Żejt iż-Żejtun

Programmi:

24. Starmakers

25. Netube

26. Crazebook

Minn ħarġa għall-oħra!

Editorjal 3 – Pariri 5 – Saħħa u Sbuħija 28 – Paparazzi 30

– Ikel u Xorb 62 – Vjaġġar 64 – Żodjakali 68

Kompetizzjonijiet:

33. Numru Tnejn

66. Tisliba u Logħob

Page 4: AMM News Magazine
Page 5: AMM News Magazine

Wara x-xhur tas-sajf mimlija daqs bajda b’tgwadija a la Maltija, għawm,

safar, BBQs, festi, logħob tan-nar, ġranet Għawdex jew Kemmuna, nerġgħu

lura għar-rutina tas-soltu. Wara l-waqfa ta’ mistrieħ l-istudenti u l-għalliema

jerġgħu lura għall-iskola u jien wieħed minhom fejn fi ftit jiem oħra nerġa’

nsib ruħi fuq il-bank tal-iskola.

Dan is-sajf it-tim wara r-rivista AMM ħadem qatigħ biex iwasslilkom

kontenut li jolqot lil kull persuna minn kull sfera tas-soċjetà u ta’ kull età.

Ir-rivista AMM se tibda toħroġ ta’ kull xahar mingħandna għalikom u

b’hekk għandna bżonn l-opinjoni tagħkom biex nkomplu nsaħħu l-kontenut

tar-rivista biex nolqtu aktar l-interessi tagħkom. B’hekk kull opinjoni u idea

hija milqugħa mit-tim ta’ AMM u tiddejqux biex tgħidu dak li tixtiequ dwar din ir-rivista permezz tal-

posta elettronika [email protected].

L-idea li toħroġ rivista online seħħ wara li l-paġna fuq facebook AHBARJIET MIN MALTA għamlet

suċċess kbir fejn bdiet twassal l-aħbarijiet ta’ kuljum lil fuq minn 12,500 ruħ. Għalkemm issa ftaħna

paġna ġdida bl-isem ta’ AMM News, fejn minn hawn qed nistidnuk biex tidħol fil-paġna l-ġdida tagħna.

F’din ir-rivista tajna ħarsa lejn l-istorja ta’ AHBARJIET MIN MALTA u l-aħbarijiet li wasalna lilkom

matul dawn l-aħħar sentejn.

F’din l-ewwel ħarġa tagħna se nagħtu ħarsa mhux biss lejn personalitajiet magħrufa, bħal Glen Vella,

iżda wkoll lejn personalitajiet li għadhom jibdew juru b’mod pubbliku t-talent tagħhom. Dan se jkun

wieħed mill-għanijiet li se tippromovi AMM fejn ta’ kull xahar se nibdew nagħtu promozzjoni lin-nies

mhux daqsekk magħrufa. Jekk trid tkun wieħed jew waħda minn dawn il-personalitajiet ibagħtilna fuq l-

email tagħna.

Matul ir-rivista għandkom isibu wkoll artiklu speċjali għall-amministraturi kollha ta’ kull paġna Maltija

fuq facebook. Dwar dan araw l-artiklu dwar il-Malta FB Page Awards.

Minn hawn nixtieq is-sena skolastika t-tajba lill-istudenti u l-għalliema kollha.

Qed nistennew li barra li tgawdu l-artikli li lestejna għalikom tibagħtulna wkoll l-opinjoni tagħkom

Sadanitant komplu gawdu l-aħħar laqgħa xemx u baħar qabel nibdew ninġabbru ġewwa!

Glen

L-EDITORJAL

Żviluppaturi tal-applikazzjoni – Seasus

Riklamar – Alison Casha

Editur – Glen Chircop

Assistant Editur – Sean Chircop

Disinijatur – Glen Chircop

Fotografu tal-Qoxra – Hector Bonnici

3

Page 6: AMM News Magazine
Page 7: AMM News Magazine

Is-Sbuħija

Tista’ tuża’ l-ħall biex tneħħi l-brija minn mal-qorriegħa. Kull ma

għandek tagħmel hu li tferra l-ħall f’xagħrek u timmassaġja l-qorriegħa

sew u tħallih għal ftit minuti biex jinxef ma’ xagħrek. Wara aħsel

xagħrek sew. Dan il-proċess għandek tagħmlu kuljum sa kemm il-brija

tisparixxi, normalment dan wara ftit ġranet jitlaq kollox.

Il-mouthwash alkaħoliku hu tajjeb ukoll biex iżomm il-pala u s-swaba’

ta’ saqajk fini. Biex ma jkollokx il-pala ta’ saqajk ħarxa jew maqsuma

aqbad biċċa tajjara mxarba bil-mouthwash alkaħoliku u wara li

tinħasel xarab biha l-pala ta’ saqajk u bejn is-swaba’. Il-mouthwash

tradizzjonali b’livell għoli ta’ alkaħol jgħin ukoll biex ma jkollokx

infezzjonijiet tal-fungi.

PARIRI

5

Il-banana tofrilek trattament meraviljuż kontra t-tikmix. Kull ma

għandek tagħmel hu l-tagħfeġ kwart ta’ banana sa kemm tiġi veru

kremuża. Wara ferriexa ma’ wiċċek kollu u ħalliha hemm għal 15 jew 20

minuta. Wara laħlaħ wiċċek b’ilma fitel u mbagħad aħslu b’ilma kisaħ.

Fl-aħħar ixxotta wiċċek sew.

Page 8: AMM News Magazine

It-tea tree oil hu tajjeb biex jintuża kontra l-batirja u l-fungi. Fil-fatt

jintuża ħafna biex il-pali tas-saqajn jibqgħu fini u għall-akne. It-tea tree

oil insibuh ukoll bħala ingredjent f’ċertu xampù. Fil-fatt dawn in-nies li

jużaw xampù li fih 5% tea tree oil inaqsilhom il-brija b’41% u jtejjeb

ukoll is-saħħa tal-qorriegħa.

Iz-zunnarija mhux għall-ikel biss tajba iżda ankè biex tieħu ħsieb wiċċek ħalli

jidher aħjar. Fil-fatt bi ftit zunnarija u għasel tista’ tagħmel taħlita tajba biex

tużaha bħala mask. Kull ma għandek bżonn għal din it-taħlita huma 3 zunnarijiet

kbar u 4 mgħaref u nofs għasel. Sajjar iz-zunnarija u wara agħfiġha sew. Kif

ikollok iz-zunnarija kremuża ħawwadha mal-għasel. Kif tlesti t-taħlita applikaha

ma’ wiċċek u ħalliha hemm għal 10 minuti. Wara laħlaħ wiċċek bl-ilma kisaħ.

PARIRI

6

Page 9: AMM News Magazine

I am who i am

IL-EUROVISION hawn Malta huwa

għall-qalb diversi Maltin. Kull sena

kemm-il festival tal-kanzunetta għall-

Ewropa u l-Eurovision jiġbdu eluf ta’

ċittadini Maltin biex isegwu x’ikun

qed jiġri f’dawn iż-żewġ festivals li

jagħtu promozzjoni lit-talent Malti. Il-

kantant rebbieħ għal dik is-sena jkun

qisu r-re, Malta kollha maqgħuda

warajh biex jikseb gieħ lil Malta

permezz tal-mużika.

Page 10: AMM News Magazine

Din is-sena l-ambaxxatur ta’ Malta fil-

Eurovision li sar Dusseldorf, il-Ġermanja, ma’

kien ħadd ħlief Glen Vella. Glen dak il-ġuvni

umli u b’karattru tal-ġenn, fejn joħloq tbissima

fuq wiċċ diversi nies, minn tfal sa anzjani.

AMM għall-ewwel ħarġa tiegħu ħa ħsieb li

jwassal intervista esklussiva ma’ dan il-kantant

ta’ 28 sena, minn Fleur-de-Lys, wara l-mawra

tiegħu fil-Ġermanja.

Ix-xogħol proprju li jaħdem Glen, fejn jaħdem

Learning Support Assistant f’skola tal-gvern,

jidher li jmur tajjeb ħafna mal-karattru tiegħu.

Dak li tara fuq it-televixin u Glen fir-realtà

huwa l-istess persuna ma hemm l-ebda doppja

faċċja u dan hu dak li jagħmel lil dan il-

kantant speċjali. Ghalkemm għamel diversi

suċċessi f’ħajtu dejjem baqa’ dak il-ġuvni

dħuli u li jmur tajjeb ma’ kull bniedem fl-

isfera tas-soċjetà, kif qalina hu stess fejn hu

jara lilu nnifsu bħala ‘ċittadin Malti bħal kull

individwu Malti’.

Li jkanta minn dejjem kienet ġo fih, hekk kif

qalina li ‘minn meta kont żgħir kont dejjem

nieħu gost inkanta u nireċta fuq il-palk tal-

iskola’. Li laħaq kantant, li hu t-tieni xogħol

tiegħu, jaraha li ġiet fuqu b’mod naturali, fejn

jgħid li ‘qatt ma ħsibt li nista’ nsir kantant’. Hu

mexxa pass pass fix-xena tal-kant. Fejn dejjem

ħa gost li bit-talent tiegħu jferraħ lil dawk ta’

madwaru u permezz ta’ dan it-talent ‘il-ħajja

writni t-triq waħidha’ fejn għandu jasal fil-

karriera tiegħu. Fil-fatt jara li l-karriera tiegħu

fil-kant tagħtih ‘ħafna sodisfazzjon u permezz

tagħha nrabbi l-kuraġġ biex inkompli nferraħ

lil ta’ madwari kemm jista’ jkun’.

Kemm-il darba smajna li Glen Vella jħobb

ħafna l-mużika tar-Re tal-Pop, Michael

Jackson, iżda fil-fatt l-iżjed li jħobb hi ‘l-

mużika tas-70s u dak kollu li għandu

x’jaqsam ma’ ‘Soul Music’’. Hu jħobb jisma’

kull ġeneru ta’ mużika, iżda bħalissa hu

mitfugħ l-aktar fuq ‘Soul Music’ mħallta ma’

mużika ‘House’. Barra Michael Jackson insibu

wkoll lil Stevie Wonder, Beyonce, Aretha

Franklin u Jennifer Hudson, fost l-oħrajn, li

jpaxxuh bil-mużika tagħhom. Mill-mużika ta’

dawn il-kantanti li semmejna Glen jitgħallem

ħafna t-teknika li jużaw fil-kant tagħhom biex

japplika dan fil-kant tiegħu.

Il-karriera tiegħu waslitu biex qed jagħmel iż-

żewġ passatempi li jħobb fl-istess ħin, il-kant u

s-safar. Fejn kemm-il darba sifer biex ikanta,

fosthom ħa sehem f’diversi festivals

internazzjonali. F’Mejju li għadda tela’ l-

Ġermanja jkanta fl-akbar festival Ewropew, il-

Eurovision, bil-kanzunetta ‘One Life’ waħda

mill-aktar kanzunetti li għamlitlu suċċessi

f’ħajtu. Iżda meta staqsejnih liema hi l-aktar

kanzunetta għal qalbu minn dawk kollha li

jkanta hu, qalina ‘jien għalija kull kanzunetta li

kantajt kellha suċċess personali’. Barra ‘One

Life’ skontu l-aktar kanzunetti li huma

popolari mal-pubbliku huma ‘Just a Little

More Love’ u ‘Lest Ngħix Biss Għalik’.

Il-kompetizzjoni tal-Eurovision dejjem qed

tiħrax sena wara ‘l oħra. Din is-sena wkoll

Malta ma rnexiliex tgħaddi għall-finali ta’ dan

il-festival bħal dawn l-aħħar snin riċenti.

Sfortunatament din is-sena, għalkemm Glen ta

wirja impekabli, tlifna l-opportunità li nieħdu

sehem fil-finali ta’ dan il-festival għal punt

wieħed biss. Hija veru ħasra li għal punt

wieħed biss ma jirnexilekx tasal sal-barkun ta’

dik il-ħidma kollha li tkun għamilt u hekk kif

jesprimi ruħu magħna Glen, ‘nammetti li xħin

qaluli li għal punt, ħassejt dieqa kbira ġo qalbi

li diffiċli nispjega!’. Għalkemm Glen meta

m’għadhiex għall-finali jgħid li ‘kont ħażin,

iżda tikkonsla ftit meta tara pajjiżi

b’saħħithom u msemmijin li jkunu fl-istess

baħar miegħek’. Għalkemm m’għadhiex għall-

finali jħossu onorat li rrapreżenta lil Malta u l-

Maltin, ‘biss xħin rajt u ħassejt l-appoġġ

enormi tal-poplu Malti, erġajt imtlejt b’kuraġġ

kbir u ta’ dan nirringrazzja lil kull wieħed u

waħda minnkom’. Tajjeb li nkunu nafu wkoll

li lil Glen l-aktar kanzunetta li għoġbitu mill-

Eurovision ta’ din is-sena kienet il-kanzunetta

tad-Danimarka ‘New Tomorrow’ ta’ A Friend

in London.

8

PERSONALITÀ

Page 11: AMM News Magazine

Glen jistqar mar-rivista AMM li se jerġa’ jieħu

sehem fil-festival tal-kanzunetta għall-Ewropa,

‘Iva, terġgħu tarawni fil-Malta Song’. Dan

hekk kif il-Eurovision ħalla effett pożittiv fuqu

u b’hekk jgħidilna li meta jkollu kanzunetta

oħra li fl-opinjoni tiegħu tkun tajba jerġa’

jieħu sehem biex jirrapreżenta lil pajjiżna. Bis-

saħħa tal-Eurovision u festivals oħra Glen

kellu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ diversi

kantanti internazzjonali, iżda hu jgħid li minn

dejjem xtaq li jiltaqa’ mal-President tar-

Repubblika, Dr George Abela, u din ix-xewqa

seħħet ukoll. B’hekk issa jgħid li jixtieq

jiltaqa’ ‘ma’ xi kantant li semmejt qabel matul

l-intervista’.

Hekk kif tkellimna fuq diversi affarijiet

pożittivi xtaqna wkoll inkunu nafu xi jdejqu lil

Glen fil-ħajja tiegħu u bla ma qadt jaħsibha qal

‘ċertu ipokrezija ta’ ċertu persuni li jkollok

tgħix bihom!’. Lil Glen dawn in-nies qatt ma

qatgħulu qalbu peress li ma jagħtix kas lill-

individwi ipokriti. It-teorija ta’ Glen meta jsib

ruħu f’dawn iċ-ċirkostanzi hi li ‘s-skiet

risposta’ fejn b’hekk iħossu li jimxi l-aħjar.

Fil-fatt bħalissa qed iħossu pożittiv ħafna

b’dak li qed jagħmel u se jibqa’ jaħdem għall-

futur biex kif jgħidilna ‘sa kemm ikolli s-saħħa

nibqa’ nara x’nista’ nivvinta biex inżomm il-

karriera b’saħħitha wkoll’.

Fl-aħħar Glen jirringrazzja lill-qarrejja tagħna

tas-sapport li dejjem urew fil-karriera tiegħu u

jikkonkludi billi jgħid lil kull qarrej ta’ AMM

li ‘nwiegħdek li sa kemm ikolli s-saħħa, nibqa’

nferħek bil-mużika tiegħi’.

‘Iva, terġgħu tarawni

fil-Malta Song’

9

PERSONALITÀ

Page 12: AMM News Magazine

Il-maġġoranza li qed taqraw dan l-artiklu xi darba jew oħra ġieli fflertjatu ma’ xi ħadd jew

ifflertjaw magħkom. Xi drabi tkun qed tifflertja ma’ xi ħadd bla ma tinduna li dan l-ifflertjar ikun

qed iseħħ. L-ifflertjar ma hu xejn ħlief dik l-imġiba li ssir biex tiġbed lill-persuna oħra lejk għall-

interess sesswali jew romantiku. L-ifflertjar ma jsirx biss bejn in-nies, iżda l-maġġoranza tal-

annimali wkoll jifflertjaw bejnithom biex jintogħġbu ma’ annimali oħra. Kulħadd moħħu min se

jintogħġob l-aktar. In-nies ta’ kull kultura u soċjetà għandhom it-tendenza li jifflertjaw ma’

xulxin biex jintogħġbu ma’ persuni oħra. L-ifflertjar hija l-komunikazzjoni ta’ interess sesswali

iżda billi tifflertja ma’ xi ħadd ma hemm l-ebda rabta. B’dan l-att inkunu nafu jekk ma

ntgħġobnix mal-persuna l-oħra li jista’ jkun iwassal għall-partner sesswali tagħna u għall-bidu

ta’ relazzjoni ġdida.

L-aktar punt interessanti dwar l-ifflertjar hu li l-imġiba hi kważi l-istess fil-bnedmin kollha u

kważi dejjem timxi mal-istess pattern. Fil-koppji etrosesswali din l-imġiba tibgħat sinjali mhux

biss dwar is-sess iżda wkoll liema persuna hi l-aqwa biex fl-aħħar mill-aħħar tiżżewweġ u

jkollok it-tfal magħha. Wisq propabli qatt ma tajt kas l-imġiba tiegħek jew tal-oħrajn waqt li tkun

jew ikunu qed jifflertjaw. Wara li taqra dan l-artiklu li lestejna għalik ta’ AMM se tkun

Kemm flertjaw…

MIN JIBDA L-EWWEL IL-MARA JEW IR-RAĠEL?

SESS

10

Page 13: AMM News Magazine

osservatur tajjeb biex tara u tinterprita d-dinja tal-ifflertjar li hemm madwarek. Għalkemm se

niddiskutu dwar il-pattern tal-ifflertjar f’koppji etrosesswali, il-maġġoranza tal-imġibi huma l-

istess għall-koppji omosesswali, għalkemm l-individwu li jieħu l-ewwel inizjattiva fl-imġiba ta’

fflertjar f’dawn il-koppji hi aktar flesibli.

Il-messaġġ ewlieni li l-irġiel ikunu jixtiequ

jibagħtu hu li huma ‘macho’, ta’ min

jafdahom u huma tajbin għat-tfal. L-imġiba

osservata turi li l-ifflertjar ta’ raġel hu

magħmul b’dan b’modi nonverbali, bla paroli

żejjed. L-irġiel biex jintogħġbu minn xi tfajla

jħobbu jitfgħu daharhom lura biex jidher il-

qafas ta’ sidirhom, jitfgħu daharhom ma’

dahar ta’ siġġu u jitfgħu jdejhom wara

rashom, jippuntaw geddumhom fl-arja, u

jagħmlu ġesti grandjużi biex iqabbdu sigarett

jew biex jgħajtu lill-wejter.

Min-naħa tagħha il-mara tkun tixtieq turi li hi

interessata f’raġel partikolari u li hi għandha

aktar x’toffri min-nisa l-oħra f’dak li hu sess,

intimità u riproduzzjoni. L-imġiba nonverbali

li n-nisa jħobbu jagħmlu biex jattiraw l-irġiel

jinkludu li joqgħodu jħarsu lejn ir-raġel li

jogħġobhom bis-serqa, jiċċassaw lejh għal

ħin twil, imissu xufftejhom, jitbissmu, jilaqu

xufftejhom, jirranġaw xagħarhom, iħokku

rashom, jista’ jkun ukoll li jagħtu ħalqhom, u

jtawlu u juru għonqhom.

Biex tistudjaw sew x’inhi veru l-imġiba tal-

ifflertjar hu important li tagħmel l-istudju tiegħek fejn l-aktar in-nisa u l-irġiel jintaqgħu għall-ewwel

darba bħall-bars, lounges, restoranti u klabbs. Skont l-istudju li sar minn Perper u Fox qasmu l-

proċess tal-ifflertjar f’ħames stadji differenti; l-ewwel darba li jaraw lil xulxin, min se jibda jitkellem,

iċ-ċaqliq, il-mess, u s-sinkroniżazzjoni. F’kull stadju wieħed jew waħda mill-koppja jagħmel dak il-

ġest addatat biex jiżviluppaw l-intimità għall-istadju li jmiss.

L-ewwel kuntatt bejn il-mara u r-raġel, il-koppja, jibda b’ħarsa ħafifa mill-mara. Fejn l-għajnejn

jintaqgħu flimkien f’dik il-folla. Il-mara tgħarrex il-post sew biex forsi tara xi raġel tal-ħolm u titfa’

għajnejja fuq dak li jiġbdilha l-aktar l-attenzjoni. Meta r-raġel imbagħad iħares lejha, l-mara tispiċċa

biex tħares l-isfel jew lura jew tkompli tiċċassa lejh. F’dan l-istadju, ir-raġel hu mistenni li jersaq

lejha. Fi ftit minuti hu mistenni li jkun jinsab maġenbha. Kif jersaq lejha, il-mara għandha tkompli

miegħu permezz ta’ tbissima jew tirranġa xagħarha jew tersaq bil-mod il-mod aktar lejh. Jekk dan ma

jseħħx miż-żewg naħat il-proċess tal-ifflertjar jieqaf hawn qabel ma jibda.

SESS

11

Page 14: AMM News Magazine

Ovvjament, il-pass li jmiss hu li xi ħadd jgħid

xi ħaġa. It-tnejn li huma jħossuhom skomdi

jekk joqgħodu ħdejn xulxin bla ma ħadd

minhom ma jibda biex jgħid kelma.

Normalment ir-raġel jibda jparla, fejn jgħid ftit

kliem jew isaqsi mistoqsija biex jistenna li

jkollu tweġiba. Hawn jibda proprjament il-

proċess tal-ifflertjar. In-nisa jidher li f’dan l-

istadju jippreferu tbissima ġenwina u

mistoqsija ħafifa ta’ introduzzjoni, bħal ‘‘Ejj,

kif int? kollox sew? Jien John’’. Biex ir-

relazzjoni bejn dawn it-tnejn tkompli l-mara

għandha tgħid xi haġa lura, għax inkellha

kollox jieqaf hawn.

Il-ġesti għandhom irwol important fil-

komunikazzjoni bejn żewg persuni jew aktar,

iżda fil-proċess tal-ifflertjar għandhom irwol

aktar importanti mis-soltu. Normalment, żewg

persuni li jkunu raw lil xulxin l-ewwel darba

jkunu bilwieqfa jew bilqegħda maġenb xulxin

milli wiċċ quddiem wiċċ. Dan minħabba li l-

pożizzjoni wiċċ quddiem wiċċ hi aktar intima

milli ġenb ma’ ġenb. Hekk kif il-koppja

jkomplu jitkellmu u jħossuhom aktar komdi

jibdew jersqu ftit ftit qrib xulxin. Persuna

minhom tibda ddur u tiċċaqlaq sa kemm

f’qasir żmien jiġu wiċċ quddiem wiċċ. Dan hu

proċess speċjali u sensittiv, peress li jekk xi

ħadd ma jdurx jew ma jkomplix mal-persuna l-

oħra, jew jekk xi ħadd idur f’daqqa, l-ifflertjar

jieqaf hawn.

Il-pass li jmiss fil-proċess tal-ifflertjar hu l-

mess. L-ewwel li tmiss hi normalment il-mara.

L-ewwel forma ta’ mess tkun b’mod ta’

inċident fejn il-mara tolqotlu jdejh waqt li tkun

qed tidħak b’xi ħaga li qalilha, jew tneħħilu xi

tentuxa minn fuq spallejh, jew tmisslu jdejh

waqt li tmur tkellmu f’widintu. Dan ikompli

jekk ir-raġel imissha lura jew jgħidilha grazzi

jew jitbissimilha lura. Jekk ir-raġel ma jmissx

lura, jew ikun deher li ddejjaq għax missitu,

ma jkunx hemm tama biex ir-relazzjoni ta’

bejniethom tkompli.

Fl-aħħar stadju tal-ifflertjar, għal darb’ oħra,

il-ġesti huma ferm importanti. Fejn la darba l-

koppja huma wiċċ imb wiċċ u żviluppaw

komunikazzjoni tajba bejniethom jiġi l-istadju

tas-sinkroniżazzjoni. Hawn jibdew iċaqalqu

rashom fl-istess ħin, jaqbdu t-tazza u jixorbu

flimkien, imissu għonqhom fl-istess ħin u

jibdew jieħdu n-nifs bl-istess ritmu. Ir-riċerka

turi li s-sinkroniżazzjoni sseħħ b’mod naturali

u ma tistax tkun fake. Fil-fatt jekk ikollok

tagħmilha b’mod mhux naturali ssibha bi tqila

ħafna biex tagħmel dan b’mod reali u naturali.

Għalkemm ikun hemm l-ifflertjar bejn żewg

persuni ma nistgħux inkunu ċerti jekk mhux se

tinbena xi relazzjoni jew le bejniethom. Irridu

niftakkru li f’dan il-punt il-koppja veru jkunu

jafu ftit dwar xulxin u b’hekk ma jistgħux

jieħdu r-relazzjoni għal pass aktar intimu.

F’koppji etrosesswali r-raġel normalment

joħroġ bis-suġġeriment, jekk dan ma jsirx ir-

relazzjoni normalment tispiċċa hawn.

Dawn kienu ċertu forom komuni ta’ fflertjar,

iżda mhux kulħadd jgħaddi minn dawn l-

istadji eżatti meta jifflertja ma’ xi ħadd. Jekk

tħares lura dwar meta kont qed tifflertja ma’ xi

ħadd isib kemm din l-imġiba veru ġratlek meta

kont qed tifflertja. Issa d-darba li jmiss li

tintaqa’ ma’ xi ħadd u tkun qed tifflertja

miegħu jew magħha ara jekk mhux veru tkun

qed tgħaddi minn dawn l-istadji. Issa dejjem

important li tibqa’ dak li int u mhux tagħmel

dawn il-punti bħala vanġelu għalik biex tkun

tista’ tgħabbi.

SESS

12

Page 15: AMM News Magazine
Page 16: AMM News Magazine

Leanne Ellul L-awtriċi żagħżugħa

Ir-Rebbiegħa

Wiċċek roża warda f’id ħuttab

imxennqa għal dak li jmiss.

Il-bewsa ’rfajta fl-investa.

Bżajt li ntebbagħlek wiċċek

u ma jinħasilx bis-sapun.

Għada nerġa’ ngħaddi.

Issajjarx.

Niekol minn tal-lum.

Inżidlu ftit petali tal-peprin

u ponn weraq tal-ġilji.

Is-Sajf

L-iskrun tal-fann imkisser

jitfa’ riħ imqanżaħ

u nħossni rrid naqla’.

Imma ma nitkellimx.

Mill-kmiem imxammra gozz

u l-qtar tal-ilma fuq wiċċek

ninduna x’qed tħoss.

Imma ma nitkellimx.

Il-Ħarifa

Illejla nieħdok dawra.

U wara nieqfu għall-kafè.

Sħun ikun, tibżax.

Ir-riħa tiegħu ta’ ’nċens ifuħ. L-ilma tiegħu, imbierek.

Ix-Xitwa

Illum għall-ewwel darba niżel is-silġ.

Mhux ftit ilma ffriżat

fi blalen żgħar.

Imma silġ. Rajtu nieżel minn bejn xufftejk vjola,

ma jitħarrkux.

Lanqas għal darba oħra. Lanqas darba waħda biss.

Ħajku 1

Żibeġ kull kulur jinżlu fuq rasi f’naqriet.

Dabet qawsalla.

Ħajku 2

B’pala l-furnar

jiġbor munzell dqiq fin u jiskolpik.

Staġuni

14

Page 17: AMM News Magazine

Min hi Leanne Ellul, fil-ħajja reali tagħha?

Min ikun madwari forsi jista‟ jgħid aħjar minni. Minn Settembru li ġej ser nibda naħdem ta‟

għalliema u fl-istess waqt ser inkompli l-Masters part-time. Dan is-sajf (2011) nista‟ ngħid illi

kont ixxurtjatha li kelli iżjed ħin f‟idejja sabiex nikteb u nesperimenta b‟kitbiet ġodda. Fl-aħħar

mill-aħħar, jiena persuna li nħobb is-sempliċità u l-oriġinalità. Inħobb nidħaq u fejn hu possibbli

nnissel tbissima fuq fomm ħaddieħor. Nipprova nleħħaq ma‟ kollox. Għalhekk rari nagħmel ħaġa waħda fl-istess waqt.

X’wasslek biex tinteressa ruħek fil-letteratura Maltija?

Naħseb illi l-imħabba li dejjem uriet ommi lejn il-letteratura Maltija kattret fija l-ġibda lejn dan

il-qasam. Imbagħad, iz-ziju t‟ommi Fredu l-Bamboċċu kien pedina oħra li ressqitni lejn ir-rebħa

tal-letteratura Maltija. U l-qari. Tibda taqra, mhux biss xogħlijiet Maltin għax inkella tibqa‟

tgħum fir-roqgħa ilma ta‟ madwarek u ma tintebaħx bl-ibħra l-oħra li joffru mewġiet diversi, u

tintebaħ kemm il-letteratura Maltija għandha potenzjal. Meta taqra l-istorja ta‟ Malta, tintebaħ

ukoll bir-rabtiet li hemm bejnha u l-letteratura Maltija. U fiha tara passaġġ. Passaġġ li beda snin

ilu bil-fomm u għadu għaddej sal-lum bil-kitba. Imbagħad l-espressjoni Maltija għalija hi ċ-

ċavetta tal-ħsus tiegħi. L-ilsien matern, il-Malti, mhux biss twieled miegħi, iżda kiber miegħi u

mingħajru naħseb illi ma niktibx l-istess.

X’tghidilna dwar il-kitbiet tiegħek, ħriġt xi pubblikazzjonijiet jew ġew ippubblikati xi mkien

għall-pubbliku?

Is-sena li għaddiet il-grupp Versatili flimkien ma‟ Inizjamed tellgħu serata bħala parti mill-

Evenings on Campus. Hemmhekk ġie mniedi ktieb bis-siltiet li nqraw f‟dik il-lejla. Fil-ktieb

„Sekwenzi ta‟ Tluq‟ għandi poeżija waħda. Għandi wkoll blogg fejn hemm xi wħud mill-poeżiji

tiegħi. Issa x-xewqa tiegħi hi li nippubblika. Xi darba. Barra minn hekk qrajt f‟diversi serati

fosthom dik imsemmija hawn fuq; is-serata mtella‟ minn Versatili u Aġenzija Żgħażagħ,

„Innoċenza Mqarba‟; is-serata „‟il barra minn fommna‟ u xi serati mtella‟ mill-Għaqda Poeti Maltin.

X’ġeneru ta’ kitbiet tikteb, novelli u poeżiji għat-tfal jew għall-adulti, kitbiet soċjali, satiriċi

jew ġrajjiet reali?

Fil-verità, taħlita ta‟ kollox. Jien ma neskludi xejn. Iżda mbagħad insibni komda nikteb ċertu stili għal ċertu ġeneri. Ngħidu aħna, il-poeżija li nikteb tappella aktar għall-kbar għax fiha nħoss li

AMM iltaqa’ mal-awtriċi Leanne Ellul, għalliema ta’ 21 sena, minn Ħal Luqa, fejn

kelmitna dwar il-passjoni tagħha lejn il-lingwa u l-letteratura Maltija. Kemm-il darba

smajna b’diversi kittieba Maltin, iżda hawn ser naraw x’hemm fl-isfond ta’ kittieba

żagħżugħa u b’imaġinazzjonijiet friski.

LETTERATURA

15

Page 18: AMM News Magazine

nażżarda ftit iżjed, żgur illi nażżarda aktar nikteb dak li fil-verità ma ngħidx jew ma niktibx fin-

novelli. Inħoss illi l-qosor, f‟ġeneru bħall-ħajku, jaqdini tajjeb ħafna wkoll. Imbagħad, in-novelli

li nikteb, għad illi mhumiex komiċi, satiriċi jew ironiċi, fihom dan l-aspett f‟xi waqtiet. Bla

dubju, nitnebbaħ minn kulma jiġri madwari. Xi drabi, mill-aktar affarijiet żgħar, dawk li għal

ħaddieħor ma jfissru xejn. Iżda għalija jkunu biżżejjed biex f‟moħħi tisponta poeżija jew novella.

U fuq kollox, nemmen li l-personali ftit li xejn jista‟ jinqata‟ mill-kittieb. F‟xi waqtiet, jiġri illi l-

kittieb (poeta, novellier, rumanz) se jinkixef. Fil-kitbiet tiegħi hemm doża ta‟ jien, li mhux dejjem inkun konxja minnha, u xi drabi naħbiha taħt vuċijiet jew karattri oħra.

Min jimpresjonak l-aktar biex tikteb dan il-ġeneru ta’ kitba?

Il-vina komika ta‟ Bill Bryson tolqotni wisq. Fi Graffiti Moon, Cath Crowley tgħid illi “it's

harder to make someone laugh than it is to make them cry." Fl-istess waqt togħġobni l-kitba-

poeżiji u novelli- diretta u li tolqot ta‟ Margaret Atwood. U anke t-tmiem xokkanti li kapaċi

jagħti lill-istejjer tiegħu Graham Greene. Hemm kittieba oħra li jogħġbuni u nitnebbaħ

minnhom. Bla dubju, hemm ukoll dawk Maltin. Ix-xogħlijiet kontemporanji nipprova naqra

kemm nista‟ minnhom, għalkemm b‟rata ta‟ aktar minn ktieb ippubblikat kuljum, mhix faċli.

Poeżiji kontemporanji Maltin diversi, litteralment jaqtgħuli nifsi. U llum, aktar u aktar nisa qed

isemmgħu leħinhom bil-kitba. Hekk, fil-kitbiet tagħhom, xi drabi naqra dak li jien ma kontx kapaċi nlaħħam f‟poeżija jew novella.

X’taħseb dwar il-futur tiegħek?

Fil-verità, nipprova ma naħsibx wisq. Noħlom iva. Il-ħolm iżommni għaddejja. Minn kmieni,

tgħallimt ngħix sekonda b‟sekonda. Nittama biss illi jkun wieħed sabiħ f‟kull aspett u f‟kull sens tal-kelma „sabiħ‟.

Kif dħalt fix-xena ta’ letteratura Maltija dan l-aħħar?

Ili parti mill-Għaqda Poeti Maltin mill-2006. U l-għatx għall-kitba, ma jaqtax. Imbagħad il-

Kulleġġ post-sekondarju De La Salle u l-Università kienu postijiet li tawni spinta ‟l quddiem.

Hemmhekk sibt nies ta‟ tampari u mhumiex li kellhom l-istess interessi tiegħi u b‟hekk stajt

immidd riġlejja fejn dejjem ħlomt li nagħmel.

Kif taħseb li tkun Leanne u l-kitba tagħha sa 10 snin oħra?

Forsi mara miżżewġa. Forsi omm. Min jaf? Nittama biss li nikkollezzjona aktar memorji u

esperjenzi biex sa għaxar snin oħra nkun immaturajt aktar u għaraft modi ġodda u friski biex

inġedded lili nnifsi. U hekk ukoll il-kitba tiegħi.

Hemm xi persuna li tixtieq tintaqa’ magħha/miegħu? Jekk iva min u għaliex?

Ma naħsibx li hemm xi persuna partikolari. Fil-verità, kell persuna li tiltaqa‟ magħha għalija hi ktieb miftuħ u ħaj. Kull laqgħa hi xi ħaġa speċjali, jew tal-anqas wieħed jista‟ jagħmilha hekk.

LETTERATURA

16

Page 19: AMM News Magazine

X’idejqek l-iżjed fil-ħajja?

L-uċuħ doppji. L-ipokrezija u l-gideb. Jew l-oqbra mbajda. Inqisni bħala persuna tolleranti ħafna,

iżda fejn nara l-inġustizzji, imbagħad inġustizzji kkawżati minn azzjonijiet intenzjonati, noqmos

wisq.

Tibża’ mill-aħħar tad-dinja?

Iva u le. Ma nibżax li mmut. Nibża‟ minn kif se mmut. Ta‟ spiss nara dokumentarji fuq l-aħħar

tad-dinja u għalhekk nispiċċa anke noħlom jew nikteb fuq hekk. Fuq kollox, nibża‟ li jekk it-

tmiem kif deskritt f‟kotba bħall-Apokalissi jasal fi żmienna, inkunu aħna stess li ġibna dan kollu b‟idejna.

X’jidhirlek mil-letteratura Maltija li qed jistudjaw l-istudenti tas-sekondarja? Taħseb li

hemm kotba Maltin aħjar għall-età ta’ dawn l-istudenti?

Konkorsi bħal “Letteratura għaż-Żgħażagħ” organizzati mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill

Nazzjonali tal-Ktieb huma motivazzjonijiet li jgħinu sabiex il-kitba għall-adoloxxenti. Ma tqumx

filgħodu u tiddeċiedi li tikteb għall-adoloxxenti. Hemm linja li tifred dak li hu tajjeb għat-tfal

minn dak li hu tajjeb għall-kbar. U dan il-bilanċ qed jinżamm minn diversi kittieba. X‟taqra

hemm. Iżda jeħtieġ illi qabel l-għalliema jgħidu lill-istudenti sabiex jaqraw (u anke l-ġenituri)

jagħtu eżempju u juruhom kif għandhom jagħżlu ktieb minn ieħor, ktieb illi verament

jogħġobhom. Hawnhekk tinħoloq differenza bejn dak li hu impost fuq l-istudenti u dak illi

jagħżlu huma. F‟dan l-istadju, mhux kull ktieb li jintuża fl-iskejjel huwa addattat. Hemm uħud li

ilhom jintużaw għal diversi snin u jeħtieġ li jinbidlu. Kotba oħra ma kinux maħsuba bħala kotba

letterarji. Iżda l-aħbar it-tajba hi, li l-affarijiet qed jinbidlu u fil-futur mhux wisq ‟il bogħod il-

Malti fl-iskejjel Maltin ser jilbes libsa ġdida u friski li tappella aktar għall-istudenti tas-sekondarja.

LETTERATURA

17

Page 20: AMM News Magazine
Page 21: AMM News Magazine

Georgiana Farrugia Il-Fotografa u l-Mudella

Sean Chircop jitkellem ma’ Georgiana Farrugia dwar iż-żewġ

passjonijiet tagħha u dwar il-kumpanija H&G Photography li waqfet

ma’ Hector Bonnici.

Ritratt minn Christian Zammit

19

Page 22: AMM News Magazine

Kull xahar se nibdew nagħtu promozzjoni lill-persuni differenti minn kull sfera tas-soċjetà fil-qoxra tar-

rivista AMM. Għal dan ix-xahar u l-ewwel ħarġa tagħna ma għandna lil ħadd ħlief lill-mudella u l-fotografa

Georgiana Farrugia.

Georgiana Farrugia, ta’ 20 sena, minn Marsaskala

qed tagħmel suċċessi f’dawk li huma fotografija u

mmudellar. Għalkemm l-immudellar u l-fotografija

ma tarahomx il-karriera ewlenija tagħha, peress li

qed tistudja r-radjugrafija fl-Università ta’ Malta,

għandha passjoni kbira lejhom. Din il-passjoni

tistgħu tammirawha mir-ritratti tagħha li għandna

f’din ir-rivista, kemm dawk fl-irwol ta’ mudella u

l-oħrajn fl-irwol ta’ fotografa.

Barra l-fotografija u l-immudellar għandha diversi

passatempi oħra, fosthom il-volleyball, l-għawm,

il-bowling, it-tisjir, il-moda, iċ-ċinema u l-qari.

Għalkemm hi tiddiskrivi lilha nnifisha bħala

‘persuna introversa u mistħija ħafna’ naraw li mill-

passjonijiet li għandha hi ‘tfajla assertiva u

determinata’ li kif stqaret ma’ AMM ‘nagħmel

minn kollox biex nilħaq kull għan f’ħajti’. Għal

dak kollu li tidħol għalih dejjem tipprova tagħmlu

b’mod kreattiv u dejjem tfittex li tkun oriġinali

f’dak li twettaq, u din l-attitudni perfezzjonista qed

tħalliha riżultati sbieħ fil-ħajja u l-passjonijiet

tagħha.

Fil-qoxra tar-rivista lqatna ż-

żewġ passjonijiet ta’

Georgiana fl-istess waqt, il-

fotografija u l-immudellar,

miġburin flimkien. Il-

fotografija minn dejjem

kienet għal qalbha, hekk kif

tgħid li ‘dejjem għoġobni l-

fatt li permezz ta’

sempliċiment ritratt il-

fotografu jkun kapaċi jwassal

il-messaġġ jew inkella

jipproduċi ritratt li jolqot

ħafna nies bis-sbuħija

tiegħu’. Il-ħolma tagħha saret

realtà meta saret taf lil Hector

Bonnici, li jiġi l-għarus

tagħha, fejn flimkien fl-2008,

ftit wara li bdew joħorġu

flimkien, waqfu l-‘H&G

Photography (fil-qosor għal

20

STORJA EWLENIJA

Page 23: AMM News Magazine

Hector and Georgiana Photography). Għall-bidu bdew jieħdu l-ewwel ritratti tagħhom flimkien ‘permezz ta’ kamera

diġitali żgħira’. Minn hawn bdiet il-passjoni tal-immudellar ukoll fejn tgħidilna li wara meta kienu jiġu għar-ritratti

‘mill-ġeneru relatat ma’ moda kont inkun jien il-mudella għar-ritratti, filwaqt li Hector kien ikun il-fotografu’.

Illum il-ġurnata l-ħolma ta’ Georgiana u Hector li kif jistaqru ‘li nkunu kapaċi niġbdu ritratti ta’ livell tajjeb, minn

ħolma, nistgħu ngħidu li saret realtà’ . Hekk kif qabel bdew jiġbdu ritratti bażiċi permezz ta’ kamera diġitali żgħira,

Georgina tgħidilna li evolvew ħafna fil-fotografija peress li għamlu ‘investiment f’kamera ikbar tat-tip SLR, kif

ukoll b’interess kontinwu fil-fotografija kemm min-naħa teknika relatata mal-apparat, kif ukoll fuq il-

kompożizzjonijiet differenti tar-ritratti’. It-tnejn li huma segwew diversi korsijiet relatati mal-fotografija biex isiru

aktar professjonali u perfezzjonisti. Ir-ritratti li jieħdu vvarjaw mhux ħażin ‘minn xenarji ta’ natura għal ritratti ta’

wċuħ, ritratti ta’ suġġetti żgħar li jissejħu ‘macro’ u għal ritratti ta’ moda’. L-aktar ritratti li jħobbu jiġbdu ‘huma

dawk li jiffukaw fuq in-nies’.

Minn mudella li tippoża lil Hector biss, bħala avventura fil-bidu ta’ H&G Photography, Georgiana llum saret

tippoża għar-ritratti ta’ diversi fotografi lokali. Il-passjoni li timmudella għar-ritratti kienet dejjem fiha kif tgħid hi

stess ‘li nippoża għar-ritratti kont naraha xi ħaġa naturali’. Illum il-ġurnata meta tiġi avviċinatha mill-fotografi biex

joħdulha xi sett ritratti saret taċċetta ‘bla ebda ħesitazzjoni ta’ xejn’, filfatt li tieħu ‘sehem ġo photoshoot huwa mezz

ta’ rilassament għalija’. Għalkemm tħobb l-immudellar tistqar ma’ AMM li ‘iktar hu ta’ sodisfazzjon għalija li nkun

l-persuna wara l-kamera milli quddiemha’. F’ħajjitha dejjem ippruvat issib ‘bilanċ bejn il-fotografija u l-

immudellar’ biex twetaq iż-żewġ passjonijiet li għandha b’mod ugwali.

Il-pass li jmiss f’ħajjitha hu li tiggradwa mill-kors li qed tagħmel fl-Università ta’ Malta u jkollha karriera għal

qalbha ‘relatata max-xjenza u l-mediċina, wara tant snin ta’ studju estensiv’. Barra minn hekk tixtieq li fil-futur

tiżżewweġ u tibni familja u min-naħa tal-fotografija tixtieq li ‘nkun immaturajt u infurmajt ruħi ferm iktar dwar il-

qasam tal-fotografija’ u li hi u Hector jiftħu l-istudjow tal-fotografija tagħhom. Minn hawn nixtiequlha li dak li

tixtieq isirilha realtà u forsi jirnexilha tiġbed xi ritratti wkoll lil Amy Lee, il-kantanta tal-band favorita tagħha

Evanesccence.

STORJA EWLENIJA

21

Page 24: AMM News Magazine

Minn ħarġa għall-oħra!

Editorjal – Paparazzi – Saħħa u Sbuħija – Ikel u Xorb

– Vjaġġar – Pariri – Anniversarji

Kompetizzjonijiet:

Numru Tnejn

Tisliba u Logħob

Ritratti miġbuda minn

Georgiana Farrugia

Page 25: AMM News Magazine
Page 26: AMM News Magazine

Mija u ħamsin kontestant applikaw għal

Starmakers, il-programm televiżiv li qed

ifittex biex irebbaħ żewġ żeffiena biex

jiżfnu u jagħtu wirja barra minn xtutna.

Dawn il-kontestanti kollha se jkollhom

audition quddiem ġurija internazzjonali

magħmula minn Enigma Huijzer u Sivan

Isik mill-kumpanija ISH tal-Olanda u

Kimmy Street u Jolene Slater mill-Moulin

Rouge ta‟ Pariġi, bl-għajnuna ta‟ Natalie

Muschamp żeffiena professjonali u waħda

mill-imħuħ wara Starmakers. Waqt l-

audition il-kontestanti ser isegwu u

jitgħallmu l-korjografija u se jkollhom

ukoll minuta fejn se juru dak kollu li jafu

bit-tir li jimpressjonaw lill-ġurija. Kif

tispiċċa l-audition il-ġurija ser jgħidulhom

immedjatament jekk għaddewx għat-tieni

fażi tal-kompetizzjoni. Fit-tieni fażi tal-

kompetizzjoni l-korjografija se titqal u l-

ġurija ser ikollhom iniżżlu n-numru għal

għoxrin li m‟hiex ser tkun faċli bit-talent

kollu li għandna! Dawn l-għoxrin

imbagħad ser insiru nafhuhom aktar mill-

qrib, ser ikollhom sfidi ta‟ kull ġimgħa, u

kull ġimgħa żewġ żeffiena ser jiġu

eliminati sabiex naslu għas-semifinalisti.

Bla dubju ta‟ kull ġimgħa t-telespettaturi

ser ikunu fuq ix-xwiek sabiex ikunu jafu

min ser jinqala‟ u min le! L-element tar-

realtà mhux ser jonqos l-anqas f‟din il-

produzjoni fejn it-tim ta‟ Starmakers ser

isegwi mill-qrib kull pass u kull emozzjoni

tal-kontestanti.

Is-semifinalisti mbagħad ser jieħdu sehem

f‟show live li ser jittella f‟Diċembru fit-

teatru taż-Zoo fil-Belt, show li huwa

miftuħ għall–pubbliku fejn il-kontestanti

ser jiżfnu quddiem Marco Gerris, id-

direttur tal-kumpanija HIP HiP ISh u li

huwa ukoll il-ġurija prinċipali tal-

programm internazzjonali „So you think

you can Dance‟ u „Miss Janet Pharaoh‟, il-

Ballet Mistress tal-Moulin Rouge ta‟

Pariġi li ser jgħażlu r-rebbieha. Ser ikollna

ukoll rapreżentant minn PineAppple Dance

Studios ta‟ Londra li ser ukoll irebbħu

żewg rebbieħa minn Starmakers. F‟dan ix-

show finali ser jesebixxu ukoll 13-il

żeffiena li ser jinżlu mill-Moulin Rouge ta‟

Pariġi u 7 Hip Hoppers mill-Olanda.

Starmakers li huwa produzzjoni ta’ Breakthru Mediaworks u Choices Entertainment International

b’kolaborazzjoni ma’ ONE u Take 2 ser jibda jixxandar fuq ONE TV minn Ottubru sa Diċembru kull

nhar ta’ Erbgħa fit-8.15pm b’repetizzjoni s-Sibt fit-3.30pm. Jippreżentaw Melanie Kelly u Natalie

Muschamp Ii huma wkoll l-imħuħ wara din il-produzzjoni. Titilfuhx!

PROGRAMMI

24

Page 27: AMM News Magazine

Is-Sajf qed joqrob lejn it-tmie m tiegħu, u

hekk qed toqrob lejn it-tmiem tagħha

sensiela oħra tal-programm NETUBE. Dan

il-programm żammilkom kumpanija matul

is-Sajf kollu u niżel tajjeb ħafna ma‟ firxa

wiesgħa ta‟ telespettaturi ta‟ kull età.

Tkellimna ma‟ Mark Azzopardi, il-

preżentatur u l-producer tal-programm u

tlabbnih l-opinjoni tiegħu dwar din it-tieni

sensiela ta‟ NETUBE.

“Dan kien it-tieni Sajf li matulu għamilt

NETUBE, u nista‟ ngħid li ninsab sodisfatt

immens bir-rispons tan-nies. Naħseb li l-

formola ta‟ din is-sena ħadmet ħafna, fejn

wara r-rispons tas-sena l-oħra ħsibt li

nbiddel xi affarijiet biex inkompli ntejjeb

il-programm għall-gosti ta‟ dawk kollha li

jsegwuh, u daħħalt anke mistiedna

differenti f‟kull programm, bil-protagonisti

tal-programm jibqgħu in-nies stess bil-

vidjows li jibgħatu huma.”

U wara NETUBE x‟imiss?

“Jien m‟inix wieħed minn dawk li rrid

nidher fuq it-tv akkost ta‟ kollox.

Nippreferi nagħmel ftit żmien ma nidhirx

biex imbagħad nirritorna b‟xi ħaġa oħra

tajba u oriġinali. Sal-Milied probabilment

m‟intomx se tarawni bl-ebda programm

tiegħi. Nixtieq li fis-Sajf nerġa‟ nirritorna

b‟NETUBE li huwa għall-qalbi ħafna.

Però se nkun qed naħseb fuq xi affarijiet

oħra li nista‟ nagħmel fuq it-televixin,

għalkemm sfortunatament xi kultant mhux

faċli li ideat innovativi u strambi jiġu

aċċettati għal programmi fuq stazzjonijiet

Maltin. Għandi xewqa wkoll li xi darba

nerġa‟ nagħmel xi programm tat-tfal,

minħabba li dawn huma għall-qalbi ħafna

u nemmen ħafna fil-kapaċitajiet tagħhom,

ankè minħabba l-fatt li jien għalliem fi

skola primarja. Nieħu din l-okkazzjoni

biex nirringrazzja lil dawk kollha li

jsegwuni, napprezahom ħafna”.

Mark Azzopardi ikun magħkom kull nhar ta’

Tlieta fl-22.15 bil-programm NETUBE fuq NET

TV sa nhar it-Tlieta 27 ta’ Settembru. NETUBE

tistgħu issibuh fuq facebook, u tistgħu

tagħmlu kuntatt permezz tal-email

[email protected].

25

Page 28: AMM News Magazine

Illum l-ġurnata ssib ħafna informazzjoni fuq l-internet u ż-żgħażagħ jitfgħu moħħhom fuq

ħafna affarijiet differenti. Għaldaqstant d-dinja żagħżugħa ġiet aktar varjata u interessanti.

Hija dinja mimlija crazes u jekk dawn tiġborhom kollha f‟daqqa tinduna li l-craze ewlenija

taz-żgħażagħ hija relatata mal-internet.

F‟Ottubru ser ikompli Crazebook, programm li mar tajjeb ħafna maż-żgħażagħ s-sena l-oħra.

L-preżentaturi ta‟ dan l-programm, Mat u Nate, qed jippreparaw għal skeda tax-xitwa li jmiss

bil-kbir. Biss biss tajjeb ngħidu li din s-sena żdiedu xi membri fit-tim ta‟ Crazebook! L-

karattru l-ġdid Rigovert ser jibda jagħmel „RIGA-TELEXOPPING‟. Ta‟ kull ġimgħa ser ikun

qed jagħmel ħiltu biex jikkonvinċik tixtri l-prodotti tiegħu bil-mod uniku tiegħu! Il-„Maltese

Maniacs‟ ser jagħtuk ħafna Candid Cameras u xi kummidja jew ġennata l‟hemm u l‟hawn ma

tonqosx!

Kevin inaghqad ma‟ Effy u Brian biex iwasslulek l-aħħar informazzjoni fuq l-logħob tal-

komputer u medji oħra u Dr. Xnakk ser ikompli jagħtik informazzjoni utli fuq l-aħħar

teknoloġija u fuq l-I.T.. Crazes oħra maż-żgħażagħ huma l-films u l-mużika. Rick ser

jissuġerilek DVD tajjeb biex tara kull ġimgħa u l-preżentaturi ta‟ Crazebook u tal-Bay, Mat u

Fuq Crazebook l-internet u t-televiżjoni jingħaqqdu f’daqqa u wieħed jista’ jsegwi dan l-programm

fuq Net Tv kull ġimgha minn nhar s-Sibt 8 t’Ottubru wara l-aħbarijiet tas-6pm jew inkella fuq s-sit

www.crazebook.tv. Fuq dan s-sit ssib l-episodji kollha tas-sena l-oħra ukoll. Ħu hsieb li ma titlifx

programm wieħed ta’ Crazebook! It-tim kollu jassigurak li ser ikollok x’tara din s-sena. Mat u Nate

ser jieħdu ħsieb li għal sena oħra iwasslulek programm ta’ kwalità.

26

Page 29: AMM News Magazine

Nate, ser juru l-aħħar music videos fuq il-programm. Fit-tim ta‟ Crazebook m‟hemmx subien

biss. Waħda mil-erbgħa tfajliet li jieħdu ħsieb l-paġna ta‟ Crazebook fuq facebook, Aly, ser

tmur tqalleb l-gwardarobbi ta‟ personalitajiet Maltin u fuq n-naħa l-oħra Mat u Nate ser juruk

numru ta‟ episodji tal-avventuri tagħhom fil-gym! L-istorja ma‟ tispiċċax hawn. Din s-sena

ser ikollok ċans issegwi l-avventura ta‟ żewg mużiċisti Maltin, Nick Morales u Sarah, barra

minn Malta. Dawn sejrin idoqqu ma‟ bands oħra lokali fi bliet bħal Londra u ser ituk ċ-ċans li

int ukoll tesperjenza din l-esperjenza sabiħa mill-kumdità ta‟ darek! Din s-sena int għandek ċ-

ċans li tkun fuq l-programm ukoll. Mat u Nate ser jiltaqgħu ma‟ fan ta‟ Crazebook kull

ġimgħa u jgħidu kelma miegħu, kif iħobbu jagħmlu l-Maltin u għalhekk hu ħsieb li tidħol fil-

facebook fan page ta‟ Crazebook ta‟ spiss biex int ikollok ċ-ċans dduq ftit mill-esperjenza

sabiħa ta‟ dan l-programm!

27

PROGRAMMI

Page 30: AMM News Magazine

SAĦĦA U SBUĦIJA

L-Akne

Akne hija l-kelma li nużaw biex niddiskrivu l-whiteheads, il-blackheads u l-ponot

li jkollhom ħafna żgħażagħ. L-akne l-iżjed li tkun tidher hi fuq il-wiċċ, l-għonq, l-

ispallejn, id-dahar u l-qafas tas-sider. Il-pori li nsibu fil-ġilda fihom glandoli taż-

żejt li b’mod naturali żżejtunu il-ġilda tagħna u xgħarna. Meta l-pora tkun

magħluqa bejn il-ġilda biż-żejt u l-batirja tiġi kkawżata l-akne.

Il-whiteheads jiffurmaw meta l-pora tingħallaq u mbagħad toħroġ ‘il barra. Jekk

il-pora tingħallaq iżda tibqa’ miftuħa l-parti ta’ fuq tiswid u hawn ikollok il-

blackhead. Il-ponot jitilgħu meta l-ġilda mejta u l-batirja jintaqgħu taħt il-ġilda

ħajja. Dan jirriżulta għal infezzjoni żgħira li l-ġilda tiegħek tibda tiħmar.

Għalkemm jista’ jkollok l-akne minħabba fatturi differenti din normalment tiġi

kkawżata minħabba ż-żejt u l-ġilda mejta li jittrabbew fil-pori. Dawn iż-żejt u l-

ġilda mejta jittrabbew fil-pori minħabba li l-ormoni jaħdmu b’mod naturali fi

żmien l-addoloxenza, minħabba li jkollok il-pori magħluqin biċ-ċelloli tal-ġilda u

hekk jiffurmaw il-blackheads u l-whiteheads, minħabba l-batirja li tinfetta l-pori

u minħabba li hija eriditarja, jekk int għandek l-akne t-tfal għandhom probabilità

kbira li jkollhom l-istess.

Pariri kif għandek tnaqqas il-problema tal-akne:

Qatt tħokk jew tobrox il-ġilda jew tipprova taqla’ l-ponot għax taghmel il-problema agħar,

u tista’ wkoll tħalli t-tbajja.

Aħsel xagħrek b’mod regolari, u tħallix xagħrek tħokk ma’ wiċċek speċjalment bil-lejl.

Ara x’inhu tajjeb li tiekol jekk tara li l-akne tiżdid jekk tiekol ċertu tip ta’ ikel.

Agħmel l-eżerċizzju b’mod regolari biex ikun hemm ċirkoliżazzjoni fid-demm u qis li xħin

tlesti mill-eżerċizzju tmur tinħasel.

Evitta li toqgħod tmiss wiċċek għalxejn.

Ipprova naqqas il-livell tal-istress.

Evitta li toqgħod b’mod dirett fix-xemx.

Ibdel il-face cloth kuljum, peress li l-batirja tikber aktar fil-qoton nidi.

Aħsel wiċċek darbtejn kuljum b’sapuna ddelikata.

Dejjem tlaħlaħ sew b’ħafna ilma.

Agħmel il-make up f’okkazjonijiet speċjali biss, u ara xħin tasal tneħħi l-make up sew.

Tagħmilx facial scrub peress li l-akne tista’ tmur għal agħar.

28

Page 31: AMM News Magazine

Għamel kuntatt magħna fuq

[email protected]

Page 32: AMM News Magazine

Kim, Kourtney u Khloe Kardashian użaw is-sbuħija

tagħhom biex ikunu jistgħu jbiegħu ftit lingerie mill-

kolezzjoni tagħhom, Kardashian Kollection.

Carla Bruni, il-First Lady ta’ Franza, se jkollha tarbija.

Carla Bruni għandha 43 sena.

Britney Spears, li se tagħlaq 30 sena

f’Diċembru li ġej, ġiet magħżula biex tidher fil-

qoxra tal-magażin Glamour UK għal Ottubru

2011.

Page 33: AMM News Magazine

Victoria Beckham li għadu kemm kellha tarbija

dan is-sajf. It-tarbija jisimha Harper Seven.

Beyonce Knowles għalqet 30 sena u qalet li se

jkollha l-ewwel tarbija flimkien mar-raġel

tagħha Jay-Z.

Page 34: AMM News Magazine

Justin Bieber mar jilgħab il-basketball waqt il-

LudaDay Celebrity Basketball Game 2011, li

saret f’Atlanta fl-4 ta’ Settembru.

Pippa Middleton, oħt id-Dukessa ta’ Cambridge

Kate Middleton, qed tiġbed ħafna l-attenzjoni

tal-pubbliku. Il-ġenituri tagħha se joffru somma

flus biex binthom tgħix bla periklu.

Madonna waslet fl-Ajruport JFK, New York,

flimkien mat-tfal tagħha Rocco, David, Mercy

James u Lourdes Leon, biex tħabbar li fir-

rebbiegħa tal-2012 se toħroġ album ġdid bl-

isem ta’ ‘Hard Candy’.

Page 35: AMM News Magazine

NUMRU TNEJN Dawn il-ħames ir-ritratti ġew magħżula minn għaxar ritratti skont il-voti li ġabru fuq il-paġna

tal-facebook AMM News waqt il-kompetizzjoni NUMRU TNEJN. Inti għandek ċans li tivvota

għar-ritratt favorit tiegħek permezz tal-buttuna ‘like’ fuq l-applikazzjoni tar-rivista AMM. Il-

votazzjoni tagħlaq is-Sibt, 1 ta’ Ottubru, 2011.

01

0

02

03

04

05

1

In-numru li qed jidher fuq ir-ritratti skont kif ser ikunu qed jidhru fuq l-album tal-facebook.

RIGALI GĦAR-REBBIEĦA TAL-KOMPETIZZJONI:

Vawċer ta’ €15 mingħand Landau Stationery, gifts and more.

2 biljetti għall-attività Malta Comic Con.

2 lezzjonijiet b’xejn ta’ żfin mingħand DB Sports Centre.

Page 36: AMM News Magazine
Page 37: AMM News Magazine

Il-Festa tal-Kappella tal-Banda Beland, min

fejn oriġinat?

Meta fis-sena 1900 is-Soċjetà Mużikali Beland

bdiet tokkupa l-Palazz ta’ quddiem il-Knisja

Arċipretali taż-Żejtun, l-ewwel ħsieb tal-Kumitat

u l-membri kien li jagħtu post xieraq fejn jistgħu

jarmaw Kappella. Ma setgħux għażlu post isbaħ

minn dik il-kamra mdaqqsa li tfeġġ fuq l-entrata

prinċipali u mżejna b’xogħol barokk mill-isbaħ

fuq barra. Kien proprju nhar is-Sibt 26 ta’

Settembru tal-1920 meta l-Arċisqof ta’ Malta

Dom Mauro Caruana kkonsagra solennement lis-

Soċjetà Beland lill-Qalb Santissima ta’ Ġesù. Dak

inhar l-Arċisqof Caruana qara l-Att tal-

Konsagrazzjoni fost il-ferħ u s-sodisfazzjon tas-

Soċji Belandisti.

Matul l-istess ċerimonja l-Arċisqof Caruana

innifsu ħatar lis-saċerdot Żejtuni Dun Ġilormu

Seychell bħala l-ewwel direttur spiritwali tas-

Soċjet{, fejn matul diskors tal-okkazzjoni l-

Arċisqof qallu “Jien nagħtik biċċa mill-baklu tiegħi

sabiex tkun tista’ tmexxi fit-triq it-tajba lil din l-

Għaqda Mużikali.” Minn dik inhar l-quddiem is-

Soċjeta’ Beland dejjem kellha d-direttur

spiritwali tagħha.

Barra minn hekk, fis-snin ta’ wara ġie mogħti l-

permess li l-quddiesa u l-Att tal-Konsagrazzjoni

jibdew isiru ġewwa l-istess Kappella. Din il-festa

baqgħat tissejjaħ miż-Żwieten bħala l-Festa tal-

Kappella.

Barra min hekk, fl-aħħar Ħadd ta’ Settembru

tal-1944 l-Isqof Emanuel Galea li kellu ħafna

għal qalbu lis-Soċjet{ Beland, ikkonsagra lis-

Soċjet{ lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija. Għal din l-

okkażjoni il-Papa Benedittu XV bagħat il-

benedizzjoni tiegħu.

It-tiżjin ta’ din il-Kappella sar matul is-snin però

l-ewwel oġġett li twaħħal fuq l-artal kien il-

kwadru devot tad-Duluri. Jingħad li dan l-

inkwadru kien l-ewwel oġġett li s-soċji xtraw

meta twaqqfet is-Soċjet{ u li sal-ġurnata tal-llum

għadu fl-istess post għall-qima tal-membri. Din

ix-xbiha għażiża hi mdawwra b’mantell tal-bellus

ċelesti b’rakkmu tad-deheb u kuruna arġentata.

Il-kappella hija mżejna b’damask tal-palma li ġie

iddisinjat u ppitturat bl-akwarella fuq il-ġibs

mill-membru Salvatore Sammut. Tant huwa

L-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun ta’ kull sena tiċċelebra il-Festa tal-Kappella fl-aħħar Ħadd ta’ Settembru, festa li ilha tiġi ċċelebrata 91 sena.

Il-Festa tal-Kappella

ATTIVITAJIET

35

Page 38: AMM News Magazine

xogħol mill-isbaħ u ta’ reqqa kbira illi meta l-

Arċisqof Caruana daħal fil-kappella dak inhar tal-

konsagrazzjoni mar imiss il-ħajt biex jikkonvinċi

ruħu li ma kienx drapp u peress li x-xogħol kien

għadu frisk ħalla l-marka ta’ subgħajh fuq il-ħitan

fejn għadu viżibbli sal-lum!

Il-kappella illum hija mgħammra b’dak kollu li

titlob il-liturġija. Insibu żewġ settijiet ta’

gandlieri, wieħed skolpit fl-injam u l-ieħor tal-

metall arġentat, rigal ta’ l-eks-kaxxier Ġuzeppi

Farrugia, kif ukoll sett t’erba’ profeti xogħol

Sandro Debono. Insibu wkoll sett fjuretti tal-

ganutell u relikwarju. Il-ventartal huwa xogħol

skolpit fl-injam u indurat fuq disinn tal-magħruf

Emmanuel Buhagiar, filwaqt li d-drapp huwa

bellus irrakkmat bid-deheb. Il-mensola hija

fornuta b’erba’ akkolti, ċensier, messall,

ampulluzzi u oġġetti oħra konnessi mal-liturġija

quddiesa.

Parteċipazzjoni tal-Banda Beland.

Naturalment għal din l-okkazjoni li seħħet

eżattament 91 sena ilu, bħala Soċjet{ Mużikali

ma naqsitx il-parteċipazzjoni tal-Banda Beland li

f’dan l-avveniment għamlet marċ u programm

filgħaxija taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Antonio

Miruzzi. Dawn l-aħħar snin dan il-marċ u

programm qed isir nhar il-Festa filgħodu. Barra

minn hekk, qabel il-programm strumentali l-

Banda Beland ukoll tanima l-quddiesa li tiġi

ċċelebrata fil-foyer tal-Kazin.

150 Sena Anniversarju tal-Banda.

Din is-sena taħbat ukoll il-150 Sena minn meta

ġiet iffurmata il-Banda li maż-żmien sar il-Banda

Beland. Għal dan l-anniversarju speċjali l-Għaqda

Mużikali Beland ħejjiet programm ta’ attivtajiet.

Il-Ħamis 22 ta’Settembru:

Fit-8:15pm L-Għaqda Mużikali tippreżenta

kunċert uniku permezz ta’ Song Cycle Musical

“BELAND AD1861”. Dan huwa musical maqsum

f’diversi partijiet, miktub miż-Żejtuni Trevor

Zahra u mmużikat mis-Surmast Direttur Ray

Sciberras li jirrakonta l-ħajja tal-Banda Beland.

Id-direzzjoni hija ta’ Charles Stroud. Jieħdu

sehem il-kantanti popolari Pamela Bezzina,

Ludwig Galea, Stephanie Zammit u Kurt Calleja,

flimkien mal-Banda Beland. L-ispettaklu ser

jittella’ fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali u

ser jinkludi drama, dwal u effetti spettakolari

oħra. Dħul b’xejn.

Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru:

Fit-8:15pm Lejla Maltija imtella mis-Sezzjoni

Partitarji Belandisti fuq iz-Zuntier tal-Knisja

Arċipretali taż-Żejtun, f’atmosfera mill-isbaħ

b’ikel Malti, xorb u logħob u bis-sehem tal-

kantanti popolari lokali fosthom Mary Spiteri u

Renato.

Il-Ħadd 25 ta’ Settembru: Jum il-Festa tal-

Kappella.

Fid-9:30am: Programm Strumentali mill-Banda

Beland fuq il-ġenb taz-Zuntier taħt id-direzzjoni

tal-Assistent Surmast direttur tagħha Mro

Gordon Baldacchino. Dan il-programm diversi

siltiet mużikali mir-repertorju vast tal-Banda

Beland.

Fil-11am il-Banda Beland tagħmel marċ brijuż

maċ-ċentru taż-Żejtun li jintemm quddiem il-

Knisja s-sede tal-Għaqda f’nofs inhar.

Fis-6pm: Il-qofol tal-Festa jintlaħaq il-Ħadd

filgħaxija fejn din is-sena il-quddies ser tiġi

ċċelbrata minn Mons. Ġużeppi Mercieca,

Arċisqof Emeritus ta’ Malta. Il-quddies ser issir

fis-sala t’isfel tas-Sede Beland u tkun animata

mill-Banda Beland. Matul din il-quddies il-

President ta’ l-Għaqda Muzikali Beland, l-E.T. Dr

Alexander Cachia Zammit, f’isem l-Għaqda jerġa’

jedded il-Konsagrazzjoni tal-Għaqda lill-Qalb

Imqaddsa ta’ Ġesù.

ATTIVITAJIET

36

Page 39: AMM News Magazine

Żejt iż-Żejtun, hi l-festa taż-żejt taż-żebbuġa, li

tfakkar il-ftuħ tal-istaġun taż-żabra taż-żebbuġ mis-

siġar u tal-għasir taż-żebbuġ li ser issir fil-qalba taż-

Żejtun matul il-lejl tas-Sibt 24 ta’ Settembru u l-

Ħadd 25 ta’ Settembru filgħodu. L-isem ta’ din il-

belt huwa ta’ oriġini Semitika li għandu x’jaqsam

ħafna mal-frotta taż-żebbuġa u l-kultivazzjoni tas-

siġar taż-żebbuġ, li hu popolari ħafna fil-Mediterran

u ilu popolari miż-żmien bibliku.

Kif l-isem iż-Żejtun juri l-kultivazzjoni taż-żebbuġ u

l-prodotti li joħorġu minnha kienu waħda mill-

attivitajiet prinċipali fin-nofsinhar ta’ Malta fiż-

żminijiet Puniċi u Rumani, u ż-Żejtun kien iċ-ċentru

ta’ dan. Matul iż-żminijiet, speċjalment matul l-era

Għarbija, lejn l-aħħar tal-ewwel millenju, l-

industrija tal-qoton ħa post dik tas-siġar taż-żebbuġ.

Matul dawn l-aħħar snin, il-kultivazzjoni tas-siġar

taż-żebbuġ, l-għasir taż-żebbuġ u l-importanza

tiegħu fil-kċina Mediterranja, reġa’ qajjem l-interess

fiż-żebbuġ. Żejt iż-Żejtun qed issir biex tfakkar dan

kollu.

Din l-attività li hija organizzata mill-Kunsill Lokali

taż-Żejtun se tibda s-Sibt fis-7:30pm bil-qari tal-

Bandu li jħabbar din l-attività. Wara jkun hemm id-

defilè li juri l-folklor u l-bdiewa tradizzjonali fuq il-

karettuni jġorru żabra żebbuġ għall-għasir. Se jkun

hemm id-daqqaqa tat-tambur u dawk li jġorru l-

bnadar f’kostumi medjevali kif ukoll l-għannejja u

ż-żeffiena. Se jkun hemm għall-wiri fil-qalba antika

tar-raħal għodda tal-biedja, prodotti tipiċi tal-biedja

u arti folkloristika. Is-siġar taż-żebbuġ se

jinagħtalhom post speċjali. Dawk preżenti se jkunu

jistgħu jduqu ftajjar u ħobż tal-Malti biż-żejt taż-

żebbuġa magħsur frisk b’xejn. Se jkun għall-bejgħ

siġar taż-żebbuġ u prodotti assoċjati ma’ dan. Se

jkun hemm preżentazzjoni awdjo-viżiva li turi l-

varjetajiet tas-siġar taż-żebbuġ u l-kultivazzjoni

tagħhom.

Żejt iż-Żejtun

Is-Sibt il-postijiet ta’ importanza storika u ċivika se jkunu miftuħa kollha għall-pubbliku. Il-Ħadd filgħodu fit-8am se

jkun hemm defilè biż-żwiemel u annimali domestiċi oħra fejn se jsir it-tberik tagħhom fil-pjazza. Iż-żewġ każini tal-

għaqdiet mużikali taż-Żejtun u l-kampnari tal-Knisja Parrokkjali se jkunu wkoll miftuħa għall-pubbliku.

ATTIVITAJIET

37

Page 40: AMM News Magazine

Frott iż-Żebbuġ Ismi

iż-Żejtun Ta’ kull xahar AMM se tibda tagħti ħarsa lejn raħal jew belt partikolari. Għall-

ewwel ħarġa se nagħtu ħarsa lejn il-belt Żejtunija, Città Beland, hekk kif se

jkunu qed jiċċelebraw Żejt iż-Żejtun. Riċerka minn Glen Chircop.

Page 41: AMM News Magazine

Iż-Żejtun hu raħal imdaqqas fix-Xlokk ta’

Malta jew aħjar f’‘għajn il-ħuta’ (hekk kif

il-forma ta’ Malta tiġi mqabbla ma’ ħuta)

b’popolazzjoni t’aktar minn tlettax-il elf

ruħ.

Iż-Żejtun li hu belt medjavali li kellu

diversi ismijiet matul is-snin, fil-fatt kien

magħruf bħala Terra di Santa Caterina

(qabel l-1436), San Gregorio (f’mappa tal-

1760), Casal Biscalin u Casal Bisbut. L-

isem taż-Żejtun ġej mill-kelma Feniċa u

Semitika li tfisser il-frotta tas-siġar taż-

żebbuġ. Fil-fatt l-Għarab jużaw il-kelma

‘’zaytun’’ biex jirreferu għaż-żebbuġ, it-

Torok jgħidu ‘’zejtin’’, l-Ispanjoli jgħidu

‘’aceituna’’ u l-Portugiżi jgħidu

‘’azeituna’’, dawn il-pajjiżi kollha

kellhom influwenza Għarbija. L-aħħar

isem li ngħata liż-Żejtun kien dak ta’ Città

Beland, hekk kif il-Gran Mastru Ġermaniż

Ferdinand von Hompesch ta t-titlu ta’ belt

liż-Żejtun fl-1797.

Il-qalba tal-irħula qodma ta’ Malta tista’

tgħid li dejjem ikunu kkaraterizzati minn

misraħ bil-knisja parrokkjali tiddomina fuq

ir-raħal kollu. Hekk kif il-knisja f’diversi

rħula u bliet antiki Maltin tkun l-ogħla bini

tal-lokalità, l-istess nistgħu ngħidu għall-

Knisja Parrokkjali taż-Żejtun li tidher

tiddomina l-lokal minn diversi nħawi

madwar iż-Żejtun. Barra l-misraħ u l-

knisja parrokkjali fil-qalba tal-irħula

Maltin insibu diversi toroq dojoq u

mserpin mimlija fuq iż-żewġ naħat b’djar

tradizzjonali u binjiet importanti. Hekk

nistgħu ngħidu li l-belt taż-Żejtun hija

mgħonija b’qalba tradizzjonalment

Maltija, peress li nsibu l-karatteristiċi

kollha li jiffurmaw iċ-ċentru ta’ raħal

Malti.

Il-misraħ ewlieni taż-Żejtun, jew kif inhu

magħruf maż-Żwieten bħala ‘il-Pjazza’,

jikkonsisti fi tlett imsieraħ kbar kollha

miżawda b’bini importanti. Dawn l-

imsieraħ huma Misraħ ir-Repubblika,

Misraħ Girgor Bonici u Misraħ Diċembru

Tlettax, li kollha jiffurmaw dik iż-żona li

qabel kienet magħrufa bħala Ta’ Ħaġġirat.

Mad-dawra tal-knisja parrokkjali, jew

aħjar tal-Pjazza, insibu diversi kwartieri

medjevali fejn insibu binjiet li jmorru lura

għal mijiet ta’ snin. Fost dawn il-kwartieri

hemm Gwiedi (il-parti ta’ quddiem il-

39

STORJA

Page 42: AMM News Magazine

knisja), il-Ħerba u Sant’ Anġ (li jagħmlu l-

parti tax-xellug tal-knisja u wara l-knisja)

u Ħabel ix-Xgħir (il-parti tal-lemin tal-

knisja).

Misraħ ir-Repubblika huwa wieħed mit-

tlett imsieraħ tal-qalba taż-Żejtun. Dan il-

misraħ hu magħruf maż-Żwieten bħala ‘iz-

Zuntier’ hekk kif il-maġġoranza ta’ dan il-

misraħ huwa meħud miz-zuntier tal-knisja

parrokkjali. Fil-passat dan il-misraħ

flimkien ma’ Misraħ Girgor Bonici kien

magħruf bħala ‘Pjazza Maġġura’.

L-aktar bini li jiddomina f’din il-fetħa hija

l-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina ta’

Lixandra. Fuq iz-zuntier insibu żewġ

statwi kbar tal-ġebel li jirrapreżentaw lil

Santa Katarina u lil Santu Rokku. Dawn l-

istatwi ħadu l-indulġenzi mill-Isqof Pietru

Pace fil-5 ta’ Diċembru, 1899. Mal-faċċata

tal-knisja parrokkjali naraw żewġ niċeċ

kbar li jirrapreżentaw il-Fidi u l-Isperanza.

Ħaġa oħra interessanti li nistgħu naraw

mal-knisja hu li l-arloġġ tax-xellug ma

jaħdimx u hu mwaqqaf fil-5.00. Dwar din

il-biċċa tal-arloġġ hemm użanza antika

Maltija li jgħidu li l-arloġġ tax-xellug

jitwaqqaf biex ifixkel lix-xitan.

Iż-Żejtun kien wieħed mill-ewwel għaxar

parroċċi ta’ Malta, iżda l-knisja parrokkjali

mhux minn dejjem kienet dik li hemm

illum. Il-knisja parrokkjali taż-Żejtun, jew

aħjar Bisqallin, kienet dik li llum hija

magħrufa bħala ta’ San Girgor, għalkemm

hija ddedikata wkoll lil Santa Katarina ta’

Lixandra. Il-parroċċa l-qadima taż-Żejtun

kienet isservi parroċċa għal diversi rħula

oħra, fosthom Marsaxlokk, Ħaż-Żabbar u

Ħal Għaxaq.

Il-knisja maestuża li naraw illum, li hija

magħrufa bħala l-Katidral tal-Lvant, hija

mibnija fuq pjanta ta’ Lorenzo Gafà. Il-

knisja hija mibnija f’forma ta’ salib Latin u

fuq stil barokk. Il-knisja hija mżejna

b’diversi pitturi li juru l-ħajja ta’ Santa

Katarina. Barra l-altar maġġur insibu wkoll

10 artali oħra kollha ddedikati lil xi qaddis

jew xi titlu tal-Madonna partikolari. Fost l-

artali li nsibu hemm dak ta’ San Mikiel,

tal-Kurċifiss u tal-Madonna tar-Rużarju.

Fuq wara tal-knisja nsibu s-sagristija, li

tinfed ma’ Misraħ Diċembru Tlettax, kif

ukoll il-mużew parrokkjali, fejn insibu

għall-wiri diversi affarijiet prezzjużi

fosthom is-suġġeta u l-pittura mill-iskola

Caravagista. Il-knisja tinfed ukoll mas-

sagristija tar-Rużarju u l-Oratorju. Taħt il-

knisja nsibu żewġ kanieriji li huma

ddedikati lill-Madonna tar-Rużarju u lill-

Ewkaristija Mqaddsa.

Minn din il-knisja joħorġu diversi

purċissjonijiet reliġjużi li jkomplu jagħtu

ħajja lill-qalba tal-belt Żejtunija. Fost l-

aktar żewġ festi importanti fiż-Żejtun

insibu dik ta’ Santa Katarina, li tiġi

ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Ġunju, u l-

festi tal-Ġimgħa Mqaddsa, fejn minn din

il-knisja toħroġ purċissjoni b’12-il vara

flimkien ma’ numru kbir ta’ persaonaġġi

bibliċi. Barra minn hekk insibu wkoll il-

purċissjonijiet tal-Irxoxt, ir-Redentur, id-

Duluri, Ħadd il-Palm, il-Korpus, il-Qalb

ta’ Ġesù, San Girgor, il-Ħniena Divina, u

l-Madonna tar-Rużarju.

Misraħ Girgor Bonici hu msemmi għall-

benefattur Żejtuni Gregorio Bonici (1612 –

1697) li ta l-art tiegħu magħrufa bħala Ta’

Ħaġġirat biex tinbena fuqha l-knisja

parrokkjali li hemm illum. Girgor Bonici

kien il-ħakem tal-Imdina bejn l-1654 u l-

1655, kif ukoll kien l-ambaxxatur tal-

Kunsill Popolari Malti f’Licata, Sqallija.

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun ħaseb li f’dan

il-Misraħ jagħmel mużew apert, fil-fatt

40

STORJA

Page 43: AMM News Magazine

hawnhekk insibu l-qanpiena l-antika li

saret fil-fundaterija tal-Maestro Giuliano

Cauchi ta’ Bormla. Insibu wkoll il-kanun li

ntuża fl-attakk kontra l-Franċiżi li qed

jagħmel parti mill-Monument tal-Millenju

li jirrapreżenta l-paċi.

Demografija taż-Żejtun

Area: 5.4 kilometri kwadri

Area Residenzjali: 1.5 kilometri kwadri

Area Rurali: 3.2 kilometri kwadri

Area Industrijali: 0.7 kilometri kwadri

Popolazzjoni: 13,410

Djar: 4,562

Skejjel: 6

Kindergarten

Kulleġġ San Tumas Moore, Skola Primarja A, Żejtun

Kulleġġ San Tumas Moore, Skola Primarja B, Żejtun

Kuleġġ San Tumas Moore, Liċeo tal-Bniet

Skola Tereża Nuzzo

Skola Ġużeppina Marija Curmi

Knejjes Reliġjużi: 16

Knisja Parrokkjali Santa Katarina Verġni u Martri

Knisja Parrokjjali l-Qadima ta’ Santa Katarina (magħrufa bħala ta’ San Girgor)

Kappella tas-Salvatur

Kappella ta’ San Klement

Kappella ta’ Sant’ Anġlu

Kappella tal-Madonna tal-Bon Kunsill

Kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas

Kappella tal-Madonna tas-Sinjura

Kappella tal-Ispirtu Santu

Kappella ta’ San Martin

Knisja tal-Madonna tal-Ħniena

Knisja Ġesù Nazzarenu

Kappella ta’ Santa Marija ta’ Ħal Tmiem

Kappella ta’ San Niklaw

Kappella tal-Madonna ta’ Lourdes

Oratorju tal-Ewkaristija Mqaddsa

41

STORJA

Page 44: AMM News Magazine
Page 45: AMM News Magazine

Is-Sibt, 17 ta’ Settembru 2011, ser issir l-attività Lejl f’Casal Fornaro. It-toroq l-antiki ta’ Città Pinto ser jinbidlu kif kienu xi darba mijiet ta’ snin ilu matul il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent folkloristiku, kif ukoll mat-tiżjin tradizjonali.

Barra minn hekk, l-attrazzjonijiet prinċipali se jkunu il-palkijiet differenti li se jkun hemm imferxin ma’ dawn it-toroq, kull palk joffri divertiment differenti minn reċtar, kanzunetti tradizzjonali Maltin (li jinkludu l-Għana), marċi minn diversi baned Maltin, u shows mill-aqwa kantanti lokali. Għar-reba’ sena konsekuttiva, ix-xelter ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija li hemm taħt l-għassa tal-pulizija, li ġie mnadaf u miftuħ għall-pubbliku mill-organiżatturi, se jkun għall-wiri.

F’din l-okkażjoni, dak li jkun jista’ jimxi matul it-toroq ta’ din il-belt li hi magħrufa għall-furnara u l-ħobż li se jkunu mżejna b’mod tradizzjonali, kif ukoll japrezza d-diversi wirjiet artistiċi u agrikulturali.Id-drawwiet u t-tadizzjonijiet se jkunu jidhru wkoll fl-affarijiet tal-ikel kif ukoll fid-divertiment li jinkludi reċtar, wirjiet tradizzjonali u żfin folkloristiku.

Din l-attività nazzjonali hija kkordinata mill-Kummissjoni Żghażagħ Bastjaniżi, bil-koperazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi. L-organizzaturi għandhom l-appoġġ sħiħ tal-kumpanija Maypole Bakery Ltd, li ilhom involuti fl-industrija tal-ħobż f’Ħal Qormi għal aktar minn seklu.

L-attività Lejl f’Casal Fornaro saret għall-ewwel darba fl-2007, meta eluf ta’ nies attendew din l-attività u aprezzaw

ix-xogħol, l-orġinalità, u l-ħidma tal-organizatturi. Fis-snin ta’ wara din l-attività kompliet tiżviluppa fuq skala akbar. Sfortuntatament, l-aħħar żewg edizzjonijiet ġew milqugħa b’xita qliel, iżda din is-sena, kollox lest biex issir il-ħames edizzjoni ta’ din l-attività. Din l-attività tappela għal kull ġenerazzjoni minn tfal sa anzjani, minn turisti sa residenti.

Bla dubju ta’ xejn, din l-attività unika hija waħda mill-attivitajiet tant misteniha li jsiru f’Malta. Hija ċelebrazzjoni kulturali, edukattiva u rikreattiva li tiġbor flimkien il-familja u t-tadizzjonijiet rikki li dejjem kienu parti mill-kultura Maltija sa minn żmien missirjietna. Minn żjara f’xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija sa tgawdija ta’ platt tradizzjonali Malti, Lejl f’Casal Fornaro hi l-attività li ma għandekx titlef il-weekend li ġej!

Għall-edizzjoni ta’ din is-sena, ser issir attività oħra f’lejliet l-attività proprja, fis-16 ta’ Settembru. Festa ta’ Ħobż hija l-attività li se turi t-tradizzjonijiet ta’ kif isir il-ħobż u se tiffoka fuq il-ħobż innifsu. Matul dan il-lejl wieħed se jkun jista’ jara bezzun twil diversi metri, li se jinbiegħ għall-għan ta’ Puttinu Cares. Se jkun hemm ukoll divertiment live u kompetizzjoni tal-aqwa pudina, li se tmur ukoll għall-għan ta’ Puttinu Cares.

B’hekk, Lejl f’Casal Fornaro hi l-opportunità fejn tista’ tiskopri ħafna mill-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin f’lejl wieħed, lejl fil-belt tal-ħobż.

Lejl f’Casal Fornaro u Festa ta’ Ħobż

43

ATTIVITAJIET

Page 46: AMM News Magazine
Page 47: AMM News Magazine

COMPETITION

WIN A FINE COSTUME JEWELLERY SET FROM CHARMING DIVA.

Where do you find Charming Diva?

Mention 3 items that you find at Charming Diva?

For what occasions do you find souvenirs & gifts mention at least 2?

To help you have a look at our advert on AMM News Magazine

Winner will be informed via our Facebook Page and by email.

If you wish to have more news regarding latest news and offers please inform us by email so we will

send you the latest offers. We would like to remind you that we are offering a 5% discount till October

when mentioning AMM News when ordering or paying.

For your information we will have our Summer Shutdown from 19th till 25th September.

To Participate first join our facebook page.

Than answer these 3 simple questions and send correct answers by email on

by [email protected] 15th October,2011

Page 48: AMM News Magazine

Malta FB Page Awards

... ħu ċ-ċans issa!

Il-paġna tal-facebook Malta FB Page Awards

fetħet fi Frar 2010. Meta kien magħruf li ser

issir għall-ewwel darba din il-kompetizzjoni

mill-ewwel deher li se tagħmel suċċess.

Numru kbir ta’ paġni u gruppi ta’ kull ġeneru

ħadu interess f’din il-kompetizzjoni u tefgħu

n-nominazzjoni tagħhom.

L-ewwel edizzjoni tal-Malta FB Page

Awards qalgħat diversi kritika minħabba li

kienet saret bl-għażla tal-poplu, permezz tal-

‘likes’, u bl-għażla tal-ġurija. Il-kritika saret

meta l-paġna tal-band The OverOuts ġabet l-

akbar numru ta’ ‘likes’ u spiċċat fit-tieni

post. Fl-ewwel post, fl-ewwel edizzjoni,

spiċċa l-grupp ‘Dilettanti tan-nar Malti –

Fans Of Maltese Fireworks’ u hawn kien

hawn kritika oħra peress li dak li rebaħ kien

grupp minflok paġna, kif suppost ikunu n-

nominati għal din il-kompetizzjoni. Dak in-

nhar fit-tielet post spiċċat il-paġna, li kienet

ġibdet diversi simpatija wara li Malta kollha

spiċċat bla dawl, ‘Il-Kbir San Ixelu’. Irridu

ngħidu li dik id-darba għalkemm saret il-

kompetizzjoni ħadd ma ħa rigal jew premju,

iżda kellhom l-unur jgħidu li huma l-aqwa

‘paġna’ (għax fil-verità kien grupp) Maltija

fuq facebook.

Għalkemm minn dejjem deher li se jkun

hemm it-tieni edizzjoni, ta’ din il-

kompetizzjoni, dan qatt ma kien ġie kkonfermat. B’hekk kien deher li l-kompetizzjoni tal-Malta FB Page

Awards ma kienet xejn ħlief paġna għall-gost maħluqa bl-ebda pedimenti sodi, jew kif qalu xi wħud

‘farsa’. Wara f’Ġunju ta’ din is-sena deher li l-Malta FB Page Awards se jerġgħu jsiru mill-bidu. Dan

hekk kif din il-kompetizzjoni għaddiet f’idejn Melow Productions u qalu li l-kompetizjoni ser issir f’Lulju

li għadda, kif veru sar. Il-Melow Productions uriet li din il-paġna fil-bidu ma kienitx saret mill-Maltin

iżda minn grupp ta’ barranin u wara li deher li ntogħġbot mal-Maltin din il-kumpanija ddeċidew li jiħduha

f’idejhom.

46

Page 49: AMM News Magazine

L-għan ewlieni ta’ dawn l-awards hu li jagħtu ġieħ, premju, lill-amministraturi tal-paġni Maltin fuq

facebook li huma jkunu għamlu minn kollox biex jagħmlu l-paġna tagħhom interessanti u popolari. L-

għan ta’ din il-kompetizzjoni deher li wasal hekk kif din tat ukoll promozzjoni lill-paġni li ma kienux

daqstant popolari. F’din l-edizzjoni ħadu sehem ‘il fuq minn mitt paġna. Din id-darba r-rebbieħ ġie

magħżul permezz tal-‘likes’ mill-ammiraturi biss. Peress li l-kompetizzjoni damet tinqasam f’stadji

differenti kien hemm il-kritika li mhux veru l-paġna bl-akbar ammont ta’ ‘likes’ rebħet. Dan minħabba li

kienet rebħet il-paġna ‘Ramon ta’ Deceduti’ u fit-tieni post ġiet ‘JDM Malta’, iżda fil-verità l-paġna ta’

JDM kellha l-iżjed ‘likes’. Hawn il-Malta FB Page Awards qalgħat diversi kritika li r-regoli ma kienux

qegħdin ċari, b’hekk l-amministraturi ddeċidew li jagħmlu l-kompetizzjoni mill-bidu bejn dawn iż-żewġ

paġni u spiċċat biex rebħet il-paġna ‘JDM Malta’ b’aktar minn 450 like. Paġni oħrajn li maru tajjeb

f’dawn l-awards kienu ‘Malta Dizastru TOTALI!!!!!!!’ li ġiet fir-4 post, ‘Ahbarjiet min Malta’ li ġiet fil-5

post (hawn nirringrazzjaw li kull min ivvota għall-paġna tagħna) u ‘R.I.P. Star The Dog Who Lived’ li

ġiet fis-6 post.

Bis-saħħa tal-isponsers l-awards tat-tieni edizzjoni saru realtà hekk kif JDM Malta, li ġew fl-ewwel post,

ħadu trofew mingħand Malta Glass Creations. Barra minn hekk ir-rebbieħ ħa wkoll ikla mingħand Ta’

Marija Restaurant tal-Mosta u weekend break fil-lukanda Radisson Blu Resort ta’ San Ġiljan.

Dawn l-awards deheru li qajmu ħafna interess fost l-amministraturi tal-paġni tal-facebook kif ukoll fost l-

utenti tal-facebbok. Il-paġna li tippromovi dawn l-awards illum il-ġurnata ghandha ‘l fuq minn 7,800

ammiratur. B’hekk jidher li hemm interess kbir li dawn l-awards jibqgħu jsiru. Meta n-nies ġew

mistoqsija jekk dawn l-awards m’għandhomx isiru aktar wieġbu li ‘jekk ikun hemm regoli ċari u tondi

qabel ma jibdew il-fb awards iva, imma jekk ir-regoli beħsibek idur dawra magħhom bħal din is-sena

tagħmel xejn mill-ewwel’, ieħor qal ‘u l-premijiet (għandhom) jitħabbru mill-bidu u mhux fin-nofs… u

trid ġurija ta’ nies kompetenti biex jagħtu ċertu premijiet. Ma jistax ikun hemm page li għandha 500

47

MALTA FB PAGE AWARDS

Page 50: AMM News Magazine

membru u 2000 like u tirbaħ, ma tagħmilx sens’. Waħda mill-amministraturi ta’ paġna li ħadet sehem fl-

edizzjoni ta’ din is-sena, Cruelty Free Malta, issuġerit hekk ‘I would suggest you (to) write the terms,

conditions and rules as facebook Notes instead of updates… it would save you a lot of arguments’.

Is-sorpriża ġejja hawn, il-paġna tal-Malta FB Page Awards m’għadhiex f’idejn Melow Productions imma

issa qegħda f’idejn AMM. B’hekk issa l-organiżżazzjoni ta’ dawn l-awards m’għadhomx f’isem Melow

Productions iżda f’isem l-amministraturi ta’ AMM li jieħdu ħsieb il-paġni fuq facebook AMM News u

Ahbarjiet min Malta u r-rivista AMM. L-edizzjoni li jmiss tal-Malta FB Page Awards li se jsiru f’Ġunju u

Lulju 2012 b’hekk issa se taqa’ f’idejn AMM.

Jidher li fadal iż-żmien għall-edizzjoni li jmiss, iżda minn issa se nibdew naħdmu biex ikollna

kompetizzjoni b’suċċess. Biex kollox jaħdem b’suċċess u bla skossi għandna bżonn is-suġġerimenti

tagħkom, amministraturi tal-paġni Maltin fuq facebook u utenti tal-facebook, biex flimkien noħorġu bl-

aqwa format u regoli fissi għal din il-kompetizzjoni. Biex tgħidulna s-suġġeriment tagħkom ibagħtulna

email fuq [email protected], hekk kif l-istess email għadda f’idejna wkoll. Aktar detalji dwar din il-

kompetizzjoni se jitħabbru aktar ‘il quddiem fuq din ir-rivista, kif ukoll fuq il-paġna Malta FB Page

Awards, fix-xhur li ġejjin.

48

MALTA FB PAGE AWARDS

Page 51: AMM News Magazine

JDM

Malta

Hekk kif ir-rivista tagħna ser tibda tagħti spazju għal diversi passatempi differenti li nsibu

madwarna, illum se nagħtu ħarsa lejn in-namra tal-karozzi Ġappuniżi. Dwar din in-namra tkellimna

ma’ Ryan Camillieri, l-amministratur tal-paġna JDM Malta fuq facebook. Irridu ngħidu li JDM Malta

dan l-aħħar rebħet il-premju tal-Malta FB Page Awards 2011.

Page 52: AMM News Magazine

Ryan Camilleri, li joqgħod

Santa Luċija, għadt għandu 17-

il sena iżda diġà jifhem

b’għajnejh magħluqa fuq il -

karozzi manifatturati l-Ġappun.

In-namra lejn il-karozzi ilha fih

minn meta kien għadu tfajjel

żgħir hekk kif jgħidilna li ‘min

meta kont żgħir kont inmur ma’

missieri nara l-karozzi Ħal Far’.

L-interess lejn il-karozzi

Ġappunizi daħal fih mill-anqas

ħames snin ilu meta missieru

‘xtara karozza Ġappuniża li tista’ tintuża fuq

it-tracks’. Minn hawn beda jinteressa ruħu fuq

kull tip ta’ karozza li kienet ġejja mill-Ġappun

kif jistqar mar-rivista AMM ‘bdejt naqra,

infittex fuq karozzi oħra, fuq il-parts tagħhom

u kif ukoll fuq il-pajjiż.’

Minħabba dan l-interess li għandu fil-karozzi

Ġappuniżi f’Novembru li għadda waqaf il-

paġna li titratta dwar dan. Illum il-ġurnata l-

paġna JDM Malta, li għandha l-unur tal-aqwa

paġna Maltija fuq facebook, għandha ‘l fuq

minn 2000 ammiratur fiha, li l-maġġoranża l-

kbira tagħhom huma dilettanti tal-karozzi

Ġappuniżi. Fejn ‘il-paġna qegħda biex min

ikollu xi diffikultà dwar parts jew

informazzjoni jsaqsi’ u l-amministratur u l-

ammiraturi ta’ JDM Malta jgħinuh dak il-ħin

stess. Din il-paġna tagħti l-opportunità wkoll

biex ‘kulħadd jixxerja l-karozza tiegħu ma’

ħaddiehor u fejn isib diffikultà dwar parts li

ma jkunx jista’ jsibhom isaqsi’ fuq il-ħajt tal-

paġna.

L-isem JDM huwa fil-qosor għal Japanese

Domestic Motor (Karozza Domestika

Ġappuniża). Fejn fuq facebook insibu diversi

paġni miftuħin għal dan il-għan madwar id-

dinja, fosthom JDM li għandha 96,000

ammiratur u JDM Istanbul li għandha aktar

minn 49,600 ammiratur. Bħala sidien ta’

karozza JDM jaqgħu dawk kollha li għandhom

karozza ‘magħmula minn kumpanija

Ġappuniża’ fejn insibu lill-karozzi ‘Toyota,

Nissan, Honda, Subaru, Mitsubishi, Suzuki,

Mazda u Daihatsu’. Hawn Malta hawn diversi

nies li huma sidien ta’ dawn il-karozzi li skont

iż-żagħżugħ dawn il-karozzi ‘huma ekonomiċi

kif ukoll ta’ kwalità tajba li tantx jinqalgħhom

ħsara’.

Fuq facebook qed jinfetħu diversi gruppi dwar

interess partikolari, imbagħad dawn il-gruppi

xi kultant joħorgu ‘l barra mid-dinja virtwali

ta’ facebook. Dan jgħodd ukoll għal JDM

Malta fejn fil-futur se jagħmlu xi attivitajiet

għall-ammiraturi tagħhom biex jintaqgħu

flimkien. Skont Ryan il-paġna tiegħu qed

tagħmel ‘suċċess kbir mad-dilettanti tal-

karozzi Ġappuniżi’ dan jidher l-iżjed

minħabba li jagħtu informazzjoni dwar dawn

il-karozzi u ankè jttelgħu xi ‘ritratti ta’ karozzi

Maltin u ankè barranin’.

Ryan li hu student l-MCAST jixtieq li jkompli

l-karriera fuq aspett li għandu x’jaqsam mal-

karozzi wkoll, hekk kif qed jistudja dwar l-

assigurazzjoni. Lejn l-aħħar tal-intervista

jgħidilna li għandu x-xewqa bħal ‘kull dilettant

tal-karozzi, kif ukoll tal-muturi, li l-gvern

Malti jagħmel racetrack fil-gżira tagħna biex

ikollna fejn nippratikkaw l-isport tagħna bħall-

pajjiżi oħra’. Lil dawk kollha li jgħidu li d-

delizzju tal-karozzi ma fihx sugu Ryan jagħlaq

billi jgħidilhom ‘li ma jafux japprezzaw ix-

xogħol ta’ nies oħra li ħadmu ħafna biex

ħarġu diversi mudelli għall-kumdità tan-nies’.

50

INTERVISTA

Page 53: AMM News Magazine
Page 54: AMM News Magazine

Ahbarjiet min Malta (Aħbarijiet minn Malta)

twaqfet għall-ewwel darba bħala paġna

uffiċjali fuq facebook fid-29 ta’ Awwissu,

2009. Din l-inzjattiva kienet ta’ ġuvnott ta’ 13-

il sena. Dan il-ġuvnott, li dejjem xtaq jibqa’

annonimu, fetaħ din il-paġna għall-gost bl-

ebda ħsieb li se tagħmel suċċess u tibqa’

twassal l-aħbarijiet lokali u internazzjonali ta’

kuljum wara sentejn.

Il-paġna kull ma jmur dejjem baqgħat tikber

minn żmien ghal żmien. Kien hemm xi żmien

lejn l-aħħar tas-sena 2009 li din il-paġna ma

baqgħatx twasal aħbarijiet. Minħabba din il-

konsegwenza żewġt ahwa ħadu ħsieb li jiħdu

l-paġna f’idejhom, fejn dawn bdew jaħdmu

qatigħ biex iwasslu l-aħbarijiet fl-anqas ħin

possibli. Minħabba ċertu ċirkostanzi, fosthom

nuqas ta’ riżorsi umani, dawn l-aħwa ma

setgħux ilaħħqu jiktbu kull aħbar eżatt xħin

isir, b’hekk kellhom idaħħlu aktar

amministraturi ddedikati. B’kollox illum il-

gurnata qeghdin 5 amministraturi. Insibu tliet

amministraturi li nistgħu ngħidu li huma tal-

post, peress li ilhom l-aktar jiħdu ħsieb din il-

paġna, Glen Chircop, Sean Chircop u Kris

Dimech. Insibu bħala amministraturi li ilhom

ukoll ghal xi zmien jaghtu l-kontribut tagħhom

lil Brandon Theuma u Euchar Sultan.

Hekk kif il-ħallieq ta’ din il-paġna għamel il-

paġna ‘Ahbarjiet min Malta’ għall-gost fit-titlu

hemm xi żbalji ortografiċi u minħabba dan il-

pagna qalgħat diversi kritika. L-amministraturi

minn dejjem kienu jafu b’dan l-iżball u huma

konxji li dan l-iżball banali naqqas mill-

popolorità tal-paġna. Skont l-issettjar tan-

netwerk soċjali facebook s’issa ma jista’ jsir

xejn biex jittranġa’ dan l-iżball ortografiku. It-

titlu jista’ jittranġa’ biss jekk il-paġna jkollha

anqas minn 100 ammiratur. Kien hemm min ta

l-parir lill-amministraturi biex jibdew il-paġna

mill-bidu, iżda wara diversi konsultazzjoni raw

li dan mhux utli hekk kif fil-paġna kien hemm

diversi eluf ta’ ammiraturi. B’hekk ħallew l-

istess paġna oriġinali bl-istess isem oriġinali

‘Ahbarjiet min Malta’. Dan l-aħħar rajna li

kemm l-ammiraturi kif ukoll l-amministraturi

bdew jużaw l-inizjali ta’ din il-paġna biex

jirreferu għall-paġna, AMM. B’hekk

f’Awwissu li għadda, 20 tax-xahar, ġimgħa

qabel għalqu sentenejn l-amministraturi ħolqu

paġna ġdida, AMM News, biex tibdel dik

eżistenti. Il-bidla hi biss fl-isem iżda l-istess

tim se jibqa’ joffri l-aqwa aħbarijiet lokali u

internazzjonali kemm jista’ jkun fil-ħin.

Sentejn Magħkom... minn Ahbarjiet min Malta għal AMM News

AĦBARIJIET

52

Page 55: AMM News Magazine

Wara sentejn ‘Ahbarjiet min Malta’ laħqet ‘il

fuq minn 12,600 ammiratur u n-numru dejjem

baqa’ jiżdid jum wara jum. L-amministraturi

huma kuntenti b’dan in-numru ta’ ammiraturi,

li sa qabżu l-pagni kollha fuq facebook tal-

ġurnali u l-istazzjonijiet tal-aħbarijiet kollha

lokali. L-akbar suċċess jidher bin-numru ta’

‘likes’ u kummenti li l-ammiraturi jħallu fuq

din il-paġna. Kien hemm diversi aħbarijiet li l-

kummenti tagħhom qabżu l-mitt kumment.

B’hekk Ahbarjiet min Malta, u issa AMM,

tgħat u qed taghti l-opportunità lill-ammiraturi

tagħha biex jiddiskutu bejnithom is-suġġetti

jaħarqu u l-aħbarijiet li jkunu qed jiddominaw

is-soċjetà Maltija minn żmien għal żmien.

Mhux biss il-Maltin li joqgħodu Malta

jiddiskutu, jargumentaw u jaqraw dawn l-

aħbarijiet, iżda bħala ammiraturi hemm diversi

emigranti Maltin li jaraw x’ikun qed isir f’art

twelidhom. Issa qed jisperaw li kull ammiratur

ta’ Ahbarjiet min Malta jingħaqqad fuq il-

paġna AMM News biex il-bidla tkun waħda

ta’ suċċess. L-aħbarijiet waqfu jinkitbu minn

fuq Ahbarjiet min Malta fit-30 ta’ Awwissu ta’

din is-sena. B’hekk issa għal kull aħbar trid

isegwi AMM News. Il-paġna Ahbarjiet min

Malta se tibqa’ miftuħa bħala arkivji ta’

AMM.

L-ammiraturi ta’ din il-paġna ġejjin minn kull

sfera tas-soċjetà u minn kull kulur politiku,

hekk kif l-aħbarijiet fuq din il-paġna dejjem

juru l-fatti u xejn partiġjaniżmu. Dan hekk kif

wieħed mill-prinċipji ta’ din il-paġna hi li tkun

newtrali u ma tkerrah lil ħadd. Bħala

ammiraturi fuq Ahbarijiet min Malta konna

nsibu aktar nisa minn irġiel, b’kollox hemm

19% aktar nisa. L-aħbarijiet ta’ AMM qed

jilħqu l-aktar liż-żgħażagħ li jippreferu jsegwu

l-aħbarijiet minn fuq in-netwerk soċjali

tagħhom, minflok minn midjum ieħor. Fil-fatt

15% tal-ammiraturi huma tfajliet bejn it-18 u

l-24 sena u 16% huma nisa bejn l-25 u l-34

sena. Insibu wkoll 11% ġuvintur ta’ bejn it-18

u l-24 sena u 9.9% irġiel ta’ bejn il-25 u l-34

sena. Bħala ammiraturi nsibu wkoll numru

konsiderevoli ta’ addoloxenti, hekk kif 11%

huma tfajliet bejn it-13 u s-17-il sena u 7.8%

huma ġuvnotti ta’ din l-età. L-anqas numru ta’

ammiraturi huma persuni ‘l fuq minn 55 sena,

hekk kif insibu 4.9% biss.

F’dawn l-aħħar sentejn AMM hemm kienu

biex iwasslu kull xeħta ta’ aĦbar. WaĦda

mill-ewwel aħbarijiet li twaslu fuq il-paġna l-

qadima kienet dwar l-inċident traġiku li seħħ fi

Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun,

fejn mietu 3 persuni minn familja ta’ 4

membri. Aħbarijiet oħra li għaddejin minn

quddiem moħħi bhalissa, li waslu t-tim ta’

AMM, insibu l-għargħar li jolqot lil Malta fix-

xhur xitwin u l-inċidenti tat-traffiku li mhux

neqsin minhom. Insibu wkoll traġedji

internazzjonali bħat-terremotti li seħħew

f’Ħaiti u l-Ġappun. Kienu minn ta’ quddiem

AĦBARIJIET

53

Page 56: AMM News Magazine

biex javvżaw lill-poplu dwar il-prodotti li

jistgħu jkunu perikolużi ghalihom. Fakkru

avveniment li seħħew, fosthom iż-żjara

f’Malta tal-Papa Benedittu XVI, l-Eurovision

2010 u 2011, meta Tiffany Pisani rebħet il-

British Next Top Model. Taw prominenza l-

attivitajiet għall-ġid tal-komunità, fosthom il-

Maratona fl-Iskola San Benedittu ta’ Ħal

Tarxien, The Beland Music Festival, L-Istrina

2010, l-Għaxaq Music Festival, u Oħloq

Tbissima. Kienet minn ta’ quddiem biex

twasal ir-rotot il-ġodda tal-Arriva, fejn ilha li

għamlet dan mill-2009. Taw aħbarijiet

aġġornati dwar il-gwerra fil-Libja. Kienet

minn ta’ quddiem biex twasal ir-riżultat dwar

ir-referendum tad-divorzju. Ħadu sehem fl-

Earth Hour 2011 fejn dalmu l-paġna favur l-

ambjent. U se jibqgħu hemm biex ikunu minn

ta’ quddiem biex iwasslu kull aħbar bil-Malti,

fil-qosor, f’qasir żmien u b’mod oriġinali.

Il-logo ta’ AMM inbidel kemm-il darba. Qabel

il-logo kienet tiħu ħsiebu l-kumpanija

TakeZone Media and Entertainment. L-aħħar

logo sar mill-iżgħar amministratur ta’ din il-

paġna u l-editur tar-rivista AMM, Glen

Chircop.

Fatti u Figuri

Amministraturi: 5

Ammiraturi: 12,600+ fuq Ahbarjiet min Malta u madwar 4,000 fuq AMM News

Żjajjar fix-xahar: 2,279,748 żjara (fuq Ahbarjiet min Malta).

Kummenti fix-xahar: 7,363 kumment (fuq Ahbarjiet min Malta).

Pajjiżi ta’ fejn joqgħodu l-ammiraturi ta’ Ahbarjiet min Malta: Malta, l-Awstralja, ir-Renju

Unit, l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Italja, il-Malasja, l-Olanda, il-Ġermanja, Spanja, l-Awstrija, l-

Indonesja, il-Brażil, l-Isvezja, l-Irlanda, il-Filippini, it-Tuneżija, l-Emirati Għarab Maqgħuda, l-

Indja, it-Turkija, is-Serbja, Ħong Kong, it-Tajlandja, u l-Bulgarija.

AĦBARIJIET

54

Page 57: AMM News Magazine

UĦUD MILL-AĦBARIJIET

MATUL DAWN IS- SENTEJN Hekk kif il-paġna tagħna AHBARJIET MIN MALTA għalqet sentejn, fid-29 ta’ Awwissu,

f’dawn il-paġni ser nagħtu ħarsa lejn l-aktar aħbarijiet kontroversjali li kelna matul dan il-

perjodu. B’hekk hawn taħt ser inwasslulkom l-aqwa bxara minn kull xahar.

2009

L-ewwel aħbar tal-paġna

Alla jurina li jifhem in-niket

tagħna u jbgħati magħna. Dawn

kienu l-ewwel kelmiet ta’ faraġ

li kellhom isabbru lin-numru

kbir ta’ qraba u ħbieb li nġabru

fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa

Katarina fiż-Żejtun biex jagħtu

l-aħħar tislima lil tlieta minn

uliedhom, Jonathan, Roxana u

binthom Kelsey.

Awwissu

Il-Qawra meqjusha bħala “l-

fossa ta’ Malta” u “ġungla

sħiħa tal-konkos, b’ruxxmata

lukandi u appartamenti u xejn

ħdura”. Il-Qawra ġiet

ikklassifikata bħala t-tieni l-

agħar destinazzjoni turistika

fuq il-kosta mill-websajt

Ingliża zoover.co.uk meta

ppubblikat il-klassifika tal-

agħar għaxar postijiet mal-

baħar li kull turist għandu

jevita. Minbarra l-Qawra din

il-lista tara wkoll lil Tas-

Sliema fit-tmien post.

Settembru

Il-Malti Aaron Ciantar reġa' rebaħ il-kampjonat

dinji tal-Powerboat P1. Dan wara lid-dgħajsa

tiegħu, is-Seagull Chaudron, kisbet biżżejjed punti

fit-tiġrija finali, f’Sirakuża, Sqallija. Is-Seagull hi

mgħejuna wkoll mit-Taljan Angelo Tedeschi u l-

Ukren Viktor Shemchuk. Id-dgħajsa Seagull inbnit

Malta mix-Chaudron Company, il-kumpanija tal-

familja Ciantar, iżda ġġib bandiera Ukrena.

55

Page 58: AMM News Magazine

Ottubru

Il-pjanijiet biex tinbena t-triq l-ġdia tal-Għadira

tpoġġew fuq l-ixkaffa. Minflok il-fondi tal-

Unjoni Ewropea li kienu allokati għal din it-triq

se jmorru biex jagħmlu triq arterjari fil-Kappara.

Il-Ministru Austin Gatt qal li jekk ikun hemm

bżonn it-triq tal-Għadira tinbena minn fondi

statali. Espert Ingliż qal li jekk ma titneħħix it-

triq preżenti tal-Għadira jista' wwasal għall-

qerda tal-akbar bajja f'Malta.

Novembru

Ir-Re Juan Carlos ta' Spanja

waranofsinhar ħa sehem fl-aħħar

attività li kellu f’Malta.

Waranofinhar ġie milqugħ mill-

istudenti Maltin tal-Ispanjol u

diversi nies f'Misraħ San Ġorġ, li

għadu kemm ġie tranġat issa.

Dalgħodu r-Re kellu laqgħa mal-

President, il-Prim Ministru, u l-

Kap tal-Opożizzjoni.

Diċembru

Hekk kif illum qed niċċelebraw il-

Milied, żmien assoċċjat mal-kesħa u l-

borra, hawn Malta għadna temp tar-

rebbiegħa. Fil-fatt illum hi l-ogħla

temperatura li qatt kelna f'Jum il-

Milied, b'24.1 grad. Qabel il-Milied

ta’ din is-sena l-isħan Milied kien dak

tal-1995, meta t-temperatura kinet

21.8 gradi. Fil-fatt illum it-

temperatura qegħda 8 gradi aktar min-

normal.

Jannar

Minn għada kulħadd jista' jmur jitlaqqam bil-

vaċċin tal-H1N1, dan qalu s-Segretarju

Parlamentari għall-Kura fil-Komunità. In-nies

jistgħu jmoru fiċ-ċentri tas-saħħa bejn is-2pm u

t-8pm jew fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex bejn t-

8am u s-1pm. It-tilqim se jibqa' għaddej sas-6 ta'

Frar. S'issa l-vaċċin f'Malta ħaduha 56,500 ruħ.

Frar

Żewġ persuni jinsabu mitlufin taħt it-tifrik wara li splodiet il-

kamra tan-nar ta' San Bastjan, f'Ħal Qormi. Din l-isplużjoni li

nstemgħat minn diversi partijiet ta' Malta seħħet fis-6:15pm. Dak

il-ħin fil-kamra tan-nar kien hemm diversi rġiel li kienu qed

jaħdmu l-logħob tan-nar tal-art. Tnejn minhom ittiħdu lejn l-

isptar u kif għadna tnejn oħra għadhom taħt id-debri.

2010

56

Page 59: AMM News Magazine

Marzu

Bħas-snin l-imgħoddija,l-Għaqda Kultura u

Armar Marija Annuzjata ser terġa ttella' Pageant

tal-Passjoni ta' Sidna Ġesu Kristu madwar it-

toroq ta' Ħal Tarxien.F'dan il-Pageant,jieħdu

sehem madwar 450 personaġġ b'ammont ta'

vestwarju ġdid u apparat ieħor li se jiżżanżan din

is-sena biex jagħmel dan il-Pageant iktar

dekorattiv Illum is-Sibt 27 ta' Marzu, f’dan ir-

raħal pittoresk ta' Ħal Tarxien.

April

Kien hemm għejdut li r-rotta tal-Papa se tinbidel biex

lill-Papa ma jgħadduhx minn quddiem il-monument ta'

Ħal Luqa. Dawn l-għejdut ħarġu hekk kif dalgħodu

bdew jagħtu t-tarmak numru ta' toroq f'Ħal Luqa, iżda

s-Sindku Ħalluqi kkonferma li t-tarmak mhux qed issir

minħabba l-Papa. Dan it-tarmak kien ippjanat mill-

Kunsill Lokali stess. B'hekk il-Papa xorta se jgħaddi

minn quddiem il-monument.

Mejju

L-ixjeħ raġel Malti ħalla din id-dinja llum. Il-ħajjat mill-Birgu, Joseph

Gellel, miet illum fl-età ta' 104 snin. Gellel, li kien magħruf ma' kulħadd

bħala Peppi, kien attiv ħafna fil-lokalità tal-Birgu. Il-funeral tiegħu se jsir

għada fis-2:30pm, fil-Knisja Parrokkjali ta' San Lawrenz, il-Birgu.

Ġunju

Annabelle Vassallo ngħatat il-premju 'Pro-Life

Award' minn 'Gift of Life' tal-qlubija li wriet lejn

il-ħajja. Annabelle ilha tbgħati mill-marda tal-

kanċer għal dawn l-aħħar tliet snin u dan l-aħħar

ħarġet il-ktieb 'Irrid Ngħix'. Iċ-ċeremonja saret

f'lukanda l-Floriana u ngħatat il-premju mill-

Emeritus President Edward Fenech Adami.

Lulju

Fil-maratona tal-volleyball li saret biex jinġabru l-

fondi għad-Dar tal-Providenza nġabru 183,014

ewro. Din il-maratona li spiċċat ilbieraħ f'nofsilejl

damet sejra 54 siegħa.

Awwissu

Miet il-President Guido De Marco illum wara

nofsinhar ġewwa l-isptar Mater Dei,fl-età 79 sena.

Settembru

Il-MEPA approvat l-ewwel ġnien pubbliku fuq il-bejt ta' blokk

appartament f'Wied il-Għajn. Dan il-ġnien pubbliku fil-għoli se

jkun qiegħed fuq blokka ta' 29 appartament li se tinbena minflok l-

Etvan Hotel fi Triq is-Salini. Ir-residenti Skalin ilhom mill-1993

jipprotestaw biex din iż-żona tibqa' green area, iżda fl-2006 ħareġ li

ż-żona tista' tinbena sa kemm ikun hemm ġnien pubbliku fuq il-

bejt.

Page 60: AMM News Magazine

Ottubru

Numru żgħir ta' nies kienu maħsuda hekk kif dalgħodu fil-knisja

ta' Marsaxlokk daħal raġel bla ħwejjeġ.

Novembru

Post ieħor ta' divertiment hekk kif infetaħ Ice Rink f'Tigné.

Diċembru

Il-President tar-Repubblika Dr George Abela rċieva rigal speċjali

għal dawn iż-żminijiet ta’ festi hekk kif it-tifla tiegħu Maria

Marconi għamlitu nannu għall-ewwel darba wara li weldet tifel li

ngħata l-isem ta’ Luca - Nifirħu lilu u l-mara tiegħu.

Jannar

Żewġ Maltin, fosthom Anġelik Caruana, kienu involuti f'inċident

li seħħ illum waqt il-laqgħa ta' kull ġimgħa tal-Papa mal-pubbliku,

fil-Vatikan. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA l-Maltin jidher li

ppruvaw jaqbżu l-barikati u bdew jgħajjtu biex jagħtu ittra lill-

Papa.

Frar

Thomas Cremona u t-tim ta' qaddiefa jaslu f'Barbados. Waqfu

rekord ġdid f'dak li huwa qsim tal-Oċean Atlantiku bl-qdif.

Nifirħulhom.

Marzu

Raġel minn Ħal Qormi dalgħodu ġie mmultat is-somma ta` €400 wara li nstab ħati li

abbanduna kelb li hu stess kien ġabar minn Ta` Qali. Huwa abbandunah wara li l-volontiera

tal-Island Sanctuary qalulu li ma kienx fadlilhom aktar post u għaldaqstant huwa

abbandunah ftit metri l-bogħod minn dan is-santwarju . Il-qorti sostniet li ladarba huwa kien

ħa l-kustodja tal-kelb , huwa kien responsabbli minnu.

2011

58

Page 61: AMM News Magazine

April

Il-Funtana ta’ Tritoni f'Bieb il-Belt ser titmexxa għal ħdejn il-

lukanda Phoenicia.

Mejju

B'hekk issa sirna nafu l-għażla tal-poplu Malti u Għawdxi dwar il-

liġi tad-divorzju f'pajjiżna. B'maġġoraża li kważi tlaħħaq l-15, 000

vot aktar minn dawk li vvutaw le fir-referendum tad-divorzju.

Ġunju

B'hekk la t-trasport tal-linja Maltija sa jieqaf biex tieħu

postu l-Arriva, dan il-vidjow qed jagħtik l-aktar

mumenti sbieħ u koroh li ġraw bil-karozzi tal-linja

Maltin. Fl-aħħar ta' dan il-vidjow jispiċċa dwar x'ġara

bil-karozzi tal-linja ta' l-Arriva barra minn Malta.

Lulju

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jgħid li fil-

Parlament ser jivvota ‘Le’ dwar id-divorzju.

Awwissu

Mis-sena d-dieħla f'Malta ser ikun hawn madwar 100 post fejn

jistgħu jiġu ċċarġjati l-karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Dan biex

jinkoraġġixxu s-sewwieqa biex jibdew isuqu dawn it-tip ta' karozzi.

59

Page 62: AMM News Magazine

-

60

Page 63: AMM News Magazine

Bħal-lum għaxar snin ilu, il-11 ta’ Settembru 2001, id-dinja kollha kienet qed

titkellem dwar l-istess traġedja. It-terroristi ħatfu ajruplani tal-passiġġieri fil-

Belt ta’ New York u f’102 minuti attakkaw u qerdu t-torrijiet tal-World Trade

Centre u bini ikoniku ieħor fl-Istati Uniti. B’kollox f’dawn l-attakki nqatalu

aktar minn 3,000 persuna.

Illum il-President Amerikan Barack Obama u martu Michelle Obama se jfakkru

dan l-anniversarju billi se jmorru jżuru l-postijiet fejn seħħew l-attakki tal-11 ta’

Settembru; New York, il-Pentagon u Pennsylvania. Il-President se jagħti tribute

lil dawk kollha li tilfu ħajjithom f’dawn l-attakki u se jagħti unur lil dawk kollha

li ħadu sehem f’din il-ġurnata traġika li laqtet il-poplu Amerikan.

Skont kif qal is-Sindku ta’ New York, Michael Bloomberg, l-eks-President

Amerikan George W. Bush se jingħaqqad ma’ Barack Obama fit-tifkira li ser

issir fi New York. Bloomberg qal ukoll li d-dinjaturi li se jattendu għal dan l-

anniversarju mhux se jagħtu diskors, iżda minflok se jaqraw xi poeżiji u

kwotazzjonijiet addatati għal din l-okkażjoni. Din iċ-ċeremonja fi New York se

tikkomemora wkoll il-ftuħ tal-Pjazza tat-Tifkira, fejn l-ismijiet ta’ dawk li ġew

maqtulha fl-attakki ta’ 10 snin ilu u ta’ dawk maqtulha fl-attakk tal-1993 fit-

Torrijiet Tewmin se jiġu mfakkra ma’ panelli tal-bronż.

Ilbieraħ, lejliet l-10 anniversarju, il-Viċi President Amerikan Joe Biden attenda

għat-tifkira li saret fil-komunità rurali ta’ Shanksville, Pennsylvania, fejn kien

waqa’ l-ajruplan ġett hekk kif il-passiġġieri u l-krù ġġieldu mat-terroristi li ħatfu

l-ajruplan.

-

61

Page 64: AMM News Magazine

Ir-Riċetta tax-Xahar

Ingredjenti

450g spagetti

Pesto

Żebbuġ

Tadam imqadded

Żejt taż-żebbuġa (extra virgin)

Ġobon maħkuk

Metodu

1. Poġġi borma kbira mimlija bl-ilma fuq in-nar, żid ftit melħ malli l-ilma jiftaħ

jagħli u għalli l-għaġin.

2. Meta l-għaġin ikun sar, saffih u

għaddih mill-ilma kiesaħ biex ma jibqax

isir. Ħalli l-għaġin fil-passatur biex

joqtor tajjeb.

3. Ipprepara l-pesto kif għandek fir-

ricetta hawn taht.

4. Ħawwad il-pesto mal-għaġin bil-mod

biex ma tfarrakx l-għaġin.

5. Roxx ftit ġobon maħkuk fil-wiċċ u

żejnu biż-żebbuġ u tadam imqadded.

6. Servi mill-ewwel.

100g weraq tal-ħabaq friski

60g Parmiġġan mitħun frisk

20g Romano mitħun frisk

40g butir artab

30g prinjoli

8 mgħaref żejt taż-żebbuġa extra vergin

3 sinniet tewm

Melħ

1. Poġġi l-ħabaq, iż-żejt, il-prinjoli, it-tewm u l-melħ ġo

food processor. Itħan kollox sew fuq speed għoli.

2. Meta l-ingredjenti jkunu ntaħnu tajjeb u saru ħaġa

waħda, neħħi t-taħlita mill-food processor u poġġiha ġo

skutella.

3. Ħawwad il-ġobon ftit, ftit mat-taħlita, din id-darba b’idek.

4. Meta l-ingredjenti jkunu kollha tħalltu sew, żid il-

butir artab u ħawwad tajjeb.

5. Fl-aħħar żid mgħarfa misħun.

Settembru (riċetta minn Anton B. Dougall)

Spagetti bil-Pesto

Ingredjenti għall-Pesto

Metodu biex tagħmel il-Pesto

Page 65: AMM News Magazine
Page 66: AMM News Magazine

Trid iżur katidrali, knejjes, tgawdi, tieħu siegħa buzz, tgħum, tirrilassa… post wieħed tajjeb

għalik Barca. Fir-reġjun ta’ Katalunja, Spanja, hemm din il-belt mimlija b’kollox minn

divertiment saċ-ċampjins tal-futbol Ewropew. B’diversi titjiriet minn Malta għal Barċelona

jew Ġirona, faċli biex tasal f’din il-belt meraviljuża.

Minn mixja f’Les Rembles u Passeig de Gràcia għal żjara fil-parti l-antika, Barri Gòtic.

Postijiet storiċi u ta’ rilassament fl-istess ħin issib hawn ukoll, bi żjara f’Parc Güell fejn tista’

tara l-monumenti msaħħra li għamel Gaudí. L-artist Gaudí lil din il-belt sebbaħa b’bini

inkredibli, fosthom il-famuż katidral Sagrada Familia, kif ukoll Casa Milà (La Pedrera) u

Casa Batlló. Barra ix-xogħol ta’ Gaudí, tista taprezza wkoll ix-xogħol artistiku ta’ Picasso

hekk kif għandu mużew iddedikat lilu hawnhekka. Kif tkun żgur m’għandekx titlef li titla’

bil-funikular fuq l-għolja Tibidabo, fejn tara veduta sabiħa ta’ Barċelona minn fuq.

Għad-divertiment m’għandekx titlef li tmur fil-bars li hemm imferxin madwar Port Olympic,

qies li tmur fit-tard biex issib divertiment ta’ veru. Lejl minhom għandek tħallih żgur biex

tmur tara l-funtani maġiċi ta’ Monjuic. Fejn għandek wirja sħiħa ta’ ilma jiżfen mal-mużika,

dwal u pjazza splendida.

Minn Barċelona faċli tasal għal diversi bliet oħra ta’ interess, fosthom Costa Brava u Ġirona,

tmur mawra sa Monserrat, u tista’ taqsam il-fruntieri għal Andorra fejn tara l-ġmiel li jafu

joffru l-Pirinej.

Skont is-sit tripadvisor.in Barċelona qegħda r-4 l-aqwa destinazzjoni fl-Ewropa u d-9 l-aqwa

destinazzjoni fid-dinja.

L-aqwa 25 destinazzjoni għall-2011 fl-Ewropa skont is-sit tripadvisor.in huma Pariġi

(Franza), Ruma (l-Italja), Londra (l-Ingilterra), Barċelona (Spanja), Praga (ir-Repubblika

Ċeka), Venezja (l-Italja), San Pietruburgu (ir-Russja), Firenze (l-Italja), Edinburgh (l-

Iskozzja), Istanbul (it-Turkija), Amsterdam (l-Olanda), Capri (l-Italja), Dublin (l-Irlanda),

Berlin (il-Germanja), Dubrovnik (il-Kroazja), Oia (il-Greċja), Stokkolm (l-Isvezja), Bruges

(il-Belġju), Amalfi (l-Italja), Vjenna (l-Awstrija), Krakovja (il-Polonja), Rejkjavik (l-

Islanda), Rothenburg ob der Tauber (il-Ġermanja), Interlaken (l-Isvizzera) u Positano (l-

Italja).

Barċelona

65

Page 67: AMM News Magazine

Tisliba nru. 1

Sudoku nru. 1

RIGALI GĦAR-REBBIEĦ TAT-TISLIBA:

2 lezzjonijiet taż-żfin b’xejn minn

SKSM Karate Malta.

2 biljetti għal attività ta’ Malta

Comic Con.

Il-MISTOQSIJIET TAT-TISLIBA

JINSABU F’PAĠNA 67

Tisliba u Logħob LOGĦOB

66

Page 68: AMM News Magazine

MIMDUDIN

2. Hekk kienu jissejħu l-mistednin tat-tieġ fl-

antik. (7)

5. F’Burmarrad hemm tempju jismu hekk. (4)

6. Fl-aħħar tal-kotba u l-films hekk insibu

miktub. (5)

7. Miż-Żejtun ħarġu ħafna minn dawn u fil-fatt

insibu diversi monumenti tagħhom madwar it-

toroq taż-Żejtun. (9)

9. F’ġisimna għandna ħafna u dawn jibqgħu

wara mewtna. (6)

11. Metall prezzjuż. (5)

13. Fid-djar qodma konna nsibu ħafna minn

dawn forma ta’ qanpiena. (4)

15. Il-liġijiet tal-pajjiż fuq din ikunu miktuba.

(13)

16. Hekk jissejjaħ dak li jieħu ħsieb il-falkuni.

(9)

17. Ħal Qormi kull nhar ta’ Sibt issibu dan. (3)

18. Hekk ngħidulu wieħed mhux Malti. (7)

19. L-enerġija minn fuq din il-peniżola fin-

nofsinhar ta’ Malta nġibuha. (8)

20. Bajja qrib l-Għadira. (6)

22. Minn dan jagħmlu l-ġulepp. (6)

23. Kull Settembru t-tfal jieħdu qatgħa meta

tibda din. (5)

WEQFIN

1. Pjanta u magażin għall-iskejjel. (7)

3. F’November dan iġġibilna borża. (6)

4. Frott aħdar minn barra u aħmar minn

ġewwa. (8)

8. Daqs kemm għandek swaba f’idejk fadal

jiem għal din. (12)

10. Il-President għandu tlieta minn dawn

Ħ’Attard, il-Buskett u l-Belt Valletta. (7)

11. Wara dan is-salib kienu jimxu mill-Imdina

saż-Żejtun fil-festa ta’ San Girgor. (5)

12. F’Birkirkara din il-Madonna għandha

santwarju. (5)

14. Hawn kien jintaħan id-dqiq. (6)

16. Ġo din kienu jaħżnu l-qamħ. (5)

21. Dan tajjeb biz-zalza. (6)

24. Il-ġemel normalment ikollu tnejn bħal din,

għalkemm hawn minhom għandhom waħda

wkoll. (5)

25. L-Armenja, il-Ġeorġja u l-Belarus jinsabu

f’din in-naħa tal-Ewropa. (5)

Mistoqsijiet Tisliba Dawn il-mistoqsijiet għandhom x’jaqsmu mat-toroq taż-Żejtun.

67

Page 70: AMM News Magazine

Libra

mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Scorpio

mill-24 ta’ Ottubru sal-22 ta’ Novembru

Sagitarius

mit-23 ta’ Novembru sal-20 ta’ Mejju

Capricorn

mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Aquarius

mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Pisces

mit-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Bloodstone

Peridot Beryl Topaz

Ruby

Amethyst

u x-xahar li ġej

x’ser niskopru?

Page 71: AMM News Magazine

Ringrazzjamenti… Lill-isponsers: Beauty Cottage – Charming Diva – Computer Doc – Cruelty Free Malta – DB Sport

Centre – H&G Photography – Landau Stationery – Malta Comic Con.

Lil Glen Vella.

Lil Leanne Ellu.

Lil Georgiana Farrugia.

Lil Ryan Camilleri.

Lil Anton B. Dougall għar-riċetta tax-xahar.

Lil Joan Agius għall-artiklu dwar Żejt iż-Żejtun.

Lil Gordon Baldacchino għall-artiklu dwar il-Festa tal-Kappella.

Lil Mellanie Kelly għall-artiklu dwar Starmakers.

Lil Mark Azzopardi għall-artiklu dwar Netube.

Lil Matthew Calleja għall-artiklu dwar Crazebook.

Lil James Piscopo dwar l-artiklu Lejl f’Casal Fornaro.

Rigali u Offerti:

Tisliba p. 66

Kompetizzjoni Tnejn p. 33

Kompetizzjoni Charming Diva p. 45

Ara r-riklami sew għal diversi offerti li l-isponers qed joffru lil qarrejja

AMM tiżgura li l-materjali kollha li qed jidhru f’din ir-rivista huma bil-permess tal-persuni kkonċernati. Ir-riklami li qed jidhru

f’din ir-rivista huma skont dak li bagħtulna l-aġenti u s-sidien ta’ dawn il-kumpaniji. Għalkemm it-tim wara AMM ħa ħsieb li

jwassal kontenut miktub tajjeb, m’għandiex x’naqsmu man-nuqasijiet u l-iżbalji li hemm f’din ir-rivista. Kull storja li tidher qed

tirreferi għal xi persuni partikolari dan sar b’kumbinazzjoni u bl-ebda intenzjoni. L-editur, l-artikolisti u l-pubblikaturi ta’ din ir-

rivista mhux bil-fors jaqblu ma’ dak kollu li jidher fl-artikli, riklami, ittri u kontenut ieħor li jidher fir-rivista online AMM. Ibgħat

il-kummenti tiegħek lill-editur Glen Chircop fuq [email protected]. Biex tirriklama magħna ibgħatilna fuq

[email protected]. AMM hija ppubblikata minn Seasus Limited u mqassma b’xejn online fuq facebook.

It-tieni ħarġa

magħkom il-

Ħadd 9 ta’

Ottubru, 2011

Page 72: AMM News Magazine