24
ĦARĠA NUMRU 3 - SAJF 2015 PUBBLIKAZZJONI MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJAT TAL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI NEWSPAPER POST ARTNA 04 Qabża ta’ kwalità fl-infrastruttura għas- sajjieda 10 Xogħol siewi mill-Animal Welfare

ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

ĦARĠA NUMRU 3 - SAJF 2015

PUBBLIKAZZJONI MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJAT TAL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

NEWSPAPER POST

ARTNA

04 Qabża ta’ kwalità fl-infrastruttura għas-

sajjieda

10 Xogħol siewi mill-Animal Welfare

Page 2: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

2  NISĠET ARTNA

L-EditorjalGħeżież Qarrejja,

Bdejna staġun ġdid, staġun li jġib miegħu ħafna sħana u raġġi qawwija tax-xemx, u għaldaqstant irridu nieħdu l-prekawzjonijiet possibbli.

Is-sajjieda tagħna jkunu fuq ix-xwiek jistennew dan l-istaġun jasal, għax b’baħar żejt u temp bnazzi, is-sitwazzjoni ssir ftit aktar faċli għas-sajd fil-beraħ.

Fuq in-naħa l-oħra, dan l-istaġun huwa xi ftit kiefer għall-bdiewa Maltin. Għalihom, li xogħolhom huwa fil-beraħ, ikun ferm diffiċli jaħdmu fl-għelieqi tagħhom meta x-xemx tkun fl-aqwa tagħha. Ta’ min japprezza l-bżulija u t-tbatija tal-bdiewa tagħna, li grazzi għalihom insibu nikkunsmaw prodotti lokali friski u ġenwini fis-suq tagħna. Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’ min jelenka kemm huwa importanti li nixorbu aktar ilma f’dan l-istaġun, speċjalment dawk li jkunu esposti għal ħin twil f’xemx diretta.

F’din il-ħarġa għandna diversi artikli relatati mal-istaġun tas-sajf, staġun illi fih ma jonqsux il-vaganzi tat-tfal, xi btala, iktar ħarġiet u ħafna festi fl-irħula u fl-ibliet. Nagħlaq billi nfakkar lil dawk kollha li huma interessati li jibqgħu jirċievu din ir-rivista u għadhom ma bagħtux il-formola li hemm f’paġna 7, sabiex ma jinsewx jagħmlu dan mill-aktar fis.

Tislijiet

Ramona Borg

Werrej03Ħidma u riformi għal ġid ta’ kulħadd

Pubblikazzjoni maħruġamis-Segretarjat tal-Biedja,Sajd u Drittijiet tal-Annimali

Taqsima Festi RuraliĊentru ta’ Riċerka u l-IżviluppL-Għammieri, Triq l-IngieredIl-Marsa MRS 3303

Communications CoordinatorJames J. Piscopo

EditurRamona Borg

KontributuriReno Fenech Charles ZahraCarmelo Briffa Stefan CachiaFiona Grech Philip Camilleri Davina Sammut Alden GrimaMario Zammit Christopher BonniciMicheal Sciberras Matthew Tabone

Qari tal-proviChristopher Bonnici

Stampat

Fl-Istamperija tal-Gvern

NISĠETARTNA

Dgħajjes Tradizzjonali tas-Sajd fil-Port ta’ Marsaxlokk

04Qabża ta’ kwalità fl-infrastruttura għas-sajjieda

06Miżuri li minnhom qed igawdu l-Bdiewa u r-Raħħala

07Aktar aċċessibilità għall-bdiewa

08Ix-Xylella Fastidiosa

10L-Animal Welfare tiġbor 1,700 kelb u qattus matul 2014

12Biedja Organika / Jinbidlu l-Kupuni tal-Pitkalija għall-ewwel darba

14Id-Dulliegħa

13Riċetta: It-Torta tal-Lampuki

15Insalvaw dak li fadal

16Tagħrif dwar il-Biċċerija

18Xogħol fil-Għalqa u fil-Ġnien

22L-Imnarja

20Kif jinġabar kampjun tal-ħamrija u l-analiżi tiegħu

23Għerf Ġensna

Page 3: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SAJF 2015 3

Nilqagħkom għat-tielet ħarġa ta’ Nisġet Artna, wara ż-żewġ ħarġiet tax-

xitwa u r-rebbiegħa li għaddew. Nistqarr illi din il-pubblikazzjoni, li għandha l-interess li żżommkom infurmati b’dak kollu li qed jiġri fis-setturi vasti tal-biedja, sajd kif ukoll il-ħarsien tal-annimali, mill-ewwel kisbet suċċess u qiegħda dejjem tqajjem aktar interess. Wieħed mis-sigrieti tas-suċċess kien illi filwaqt li naġġornaw b’dak li jkun għaddej bħalissa lill-bidwi u lis-sajjied, niltaqgħu wkoll ma’ artikli ta’ interess għall-pubbliku.

Ħidma u riformi għall-ġid ta’ kulħadd

Roderick GaldesIs-Segretarju Parlamentarigħall-Biedja, Sajd u Drittijiettal-Annimali

F’dan il-kuntest tistgħu ssibu riċetti u informazzjoni dwar prodotti Maltin ta’ dan l-istaġun, miżuri dwar kif jibbenefikaw il-bdiewa u r-raħħala, u l-proġetti li qed isiru fis-setturi kollha.

Infatti nistgħu ngħidu li kważi kull settur li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħi għaddej b’xi riforma li nħoss illi kienet meħtieġa.

Fil-pitkalija għaddejjin b’ħidma biex jiġu aġġornati prattiċi antiki li kien wasal iż-żmien li jinbidlu, u dan bil-għan li jiżdiedu t-trasparenza u l-kontabbiltà, filwaqt illi fejn possibbli niffaċilitaw aktar il-ħidma tal-bidwi.

Fil-ħarġa li għaddiet rajna kif fil-biċċerija diġà seħħew uħud mill-proġetti, u f’din il-ħarġa se nkomplu naqraw dwar aktar ħidma u titjib.

Fl-“Animal Welfare” kellna proċess ta’ tisħiħ biex jiġu ndirizzati l-isfidi, u fost l-oħrajn ġiet indirizzata l-“backlog” ta’ każijiet li kien hemm. Infatti, f’din il-ħarġa se nagħtu ħarsa lejn il-ħidma ta’ dan id-dipartiment matul is-sena u x-xhur li għaddew.

Irriklama fuq dan il-magażinIKKUNTATTJANA FUQTel: 2292 4110 • Email: [email protected]

Dwar il-ħarsien tal-annimali, bi pjaċir inħabbar li fi ftit jiem se nkunu qegħdin inniedu l-fond tal-“Animal Welfare”, biex tkun tista’ tingħata l-għajnuna fejn tkun meħtieġa.

Nagħlaq dawn il-kelmtejn fuq is-settur tas-sajd. B’sodisfazzjon ninnota li din il-ħarġa qed tagħti prominenza lill-investiment li qed isir fl-infrastruttura tas-sajd. Fi ftit ġranet oħra se jitlestew diversi “landing facilities” kif ukoll tinfetaħ il-pixkerija l-ġdida. Din il-faċilità moderna se tagħmilha possibbli li jkollna titjib fil-kwalità u livelli ta’ iġjene ogħla.

Dawn huma ftit mill-ħidmiet li qed isiru sabiex ikun hemm qabża ta’ kwalità f’kull settur. Il-politika tagħna dejjem kienet li naqbżu għall-bidwi u s-sajjied, u li xogħolhom jagħti l-frott. Lil min ikun sejjer tajjeb irridu nħeġġuh jinvesti aktar.

Bħalma kont, se nibqa’ dejjem disponibbli għal kull min ikollu bżonn.

Inselli għalikom.

NISĠETARTNA

Page 4: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

Fi ftit ġimgħat oħra, is-sajjieda u l-pubbliku inġenerali se jibdew jaraw il-frott ta’ diversi

proġetti li qed isiru bħalissa, proġetti li għandhom l-għan li jkun hemm qabża evidenti ta’ kwalità fl-infrastruttura ta’ portijiet iddisinjati għall-użu tas-sajjieda. Dawn il-proġetti qed jitwettqu b’fondi Ewropej, bil-gvern Malti joħroġ madwar 25% tal-ispejjeż finali.

Fost dawn il-proġetti jispikka l-proġett tal-pixkerija l-ġdida, biswit il-biċċerija tal-gvern fil-Marsa. Bi proġett ta’ kważi erba’ miljun ewro, ix-xogħol involva xogħol ta’ skavar u kostruzzjoni, tlestija tal-bini anke bid-dawl, ilma, tikħil u twieqi. Barra minn hekk sar ix-xiri u l-installazzjonijiet ta’ “mono rail”, liftijiet, ġeneratur tal-elettriku, “cold rooms” u “freezers”.

Il-pixkerija l-ġdida ser tkun maqsuma fuq żewġ livelli: l-ewwel livell se jkun il-post fejn isir il-bejgħ u l-irkant tal-ħut, filwaqt li t-tieni livell se jkun qed jilqa’ l-proġett ambizzjuż tal-impjant tal-ipproċessar tal-ħut - l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu f’Malta – li se jsir bi sħubija ma’ investiment tal-privat.

4  NISĠET ARTNA

Dan il-proġett se jara wkoll ir-rilokazzjoni tal-pixkerija minn dik tal-Belt, post li ilha sservi fih għal bosta snin. L-għan hu li tiġi rilokata l-attività ta’ bejgħ ta’ ħut għal struttura aktar moderna b’iġjene, standards tas-saħħa u sigurtà aħjar.

Il-gvern attwali mill-bidu ma qabilx mal-post li ntagħżel għall-pixkerija l-ġdida fil-Marsa, deċiżjoni li kienet ittieħdet fl-2011. Dan minħabba raġunijiet loġistiċi, peress li s-sajjieda m’għandhomx fejn iħottu l-prodotti tagħhom. F’dan il-kuntest, qed jitwettaq proġett ieħor li jikkumplimenta l-pixkerija l-ġdida: l-iżvilupp ta’ “landing-facility” fil-Marsa, proġett li se jkun qed jiswa madwar 100,000 ewro. L-importanza ta’ dan il-proġett hija evidenti, hekk kif dawk is-sajjieda li jkunu se jagħmlu użu mill-pixkerija, jużaw din il-faċilità sabiex iħottu x-xogħol tagħhom hemm. Ix-xogħol fuq dan il-proġett għandu jispiċċa għall-ħabta ta’ Lulju jew Awwissu.

Din mhix se tkun l-unika faċilità ta’ ħatt li dan il-gvern qed jagħmel. Infatti, f’Marsaxlokk daqt jinbeda x-xogħol ta’ “landing facility”. F’dan ir-raħal tas-sajjieda, il-proġett jinkludi l-estensjoni ta’ moll

Pixkerija ġdida, faċilitajiet ġodda għall-ħatt fuq l-art, u xogħol ieħor fuq mollijiet qed jitlestew f’dawn il-ġimgħat

Qabża ta’ kwalità fl-infrastruttura għas-sajjieda

Page 5: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SAJF 2015 5

f’Marsaxlokk sabiex fih ikunu jistgħu jitniżżlu fuq l-art qabdiet ta’ ħut minn bastimenti tas-sajd li jkunu reġistrati fil-Ponta tal-Qrejten. Barra minn hekk, din l-estensjoni ta’ din il-faċilità se tippermetti iktar kontroll rigward il-qabdiet tas-sajjieda min-naħa tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, kif ukoll se toħloq spazju għal ħames bastimenti tas-sajd biex jkunu jistgħu jorbtu mal-moll eżistenti. Hu maħsub li aktar minn 300 sajjied Xlukkajr se jgawdi minn dan il-proġett li diġà nbeda x-xogħol fuqu; investiment importanti ta’ ftit inqas minn nofs miljun ewro.

Proġett ieħor simili qed isir għas-sajjieda Għawdxin fil-Port tal-Imġarr, proġett li se jiswa madwar 100,000 ewro.

Minbarra l-kostruzzjoni ta’ dawn il-“landing facilities”, għaddejja l-ħidma fuq il-moll tal-Veċċja f’San Pawl il-Baħar. Sfortunatament, dan il-moll daqstant importanti għas-sajjieda ta’ dawn l-inħawi ddeterjora matul iż-żmien u tħalla fi stat ta’ abbandun għal għexieren ta’ snin. Bħala l-politiku responsabbli minn dan il-qasam, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes għamilha prijorità li dan il-moll ma jibqax

traskurat, u wara li nħarġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA, ix-xogħol inbeda, u wasal biex jitlesta.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes, qal li dawn il-proġetti u x-xogħlijiet ta’ tiswijiet li waslu sabiex jitlestew, huma xhieda tal-impenn tal-gvern sabiex jiffaċilità - fejn possibbli - il-ħajja tas-sajjieda u jagħtihom l-infrastruttura li jeħtieġu; l-istess infrastruttura li ilhom imċaħħda minnha għal diversi snin.

Viżwal ta’ kif ġejja l-pixkerija l-ġdida fil-Marsa

Page 6: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

6  NISĠET ARTNA

Miżuri li minnhom qed igawdu l-Bdiewa u r-Raħħala

Reno Fenech

Fil-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta (2007-2013) hemm għadd ta’ miżuri li minnhom setgħu jibbenefikaw il-bdiewa u r-raħħala. Waħda minnhom hija l-miżura 121: Immodernizzar ta’ Strutturi Agrikoli. L-għan ta’ din il-miżura

huwa li tingħata l-għajnuna lill-bdiewa u lir-raħħala biex jinvestu f’teknoloġiji ġodda, itejbu strutturi ta’ produzzjoni u jimmodernizzaw is-sistemi biex il-produzzjoni tkun iktar effiċjenti u sostenibbli. Bil-għajnuna ta’ din il-miżura, il-bdiewa u r-raħħala jistgħu jagħmlu l-investimenti biex ilaħħqu mad-domandi u l-ħtiġijiet ġodda tas-suq, u jkollhom prodotti ta’ kwalità ogħla.

Miżura 121 tiffaċilita l-immodernizzar ta’ Strutturi Agrikoli

Miżura 123 tgħin lill-intrapriżi biex ikunu iżjed kompetittivi

L-immodernizzar ta’ strutturi agrikoli u l-irziezet jgħinhom ukoll fit-titjib tal-ambjent, is-sigurtà, l-indafa u l-kundizzjoni tal-annimali. B’din il-miżura, is-settur agrikolu jkun aktar kompetittiv minħabba ż-żieda fil-kwalità tal-prodotti, bl-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, bi produzzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u tara li l-annimali tat-trobbija jgħixu f’kundizzjonijiet tajbin, u wkoll għax ikun hemm livell għoli ta’ ndafa, saħħa u sigurtà għall-bdiewa.

L-għajnuna taħt l-iskema M121 ngħatat taħt tliet tipi ta’ investimenti: immodernizzar u titjib fil-ħidma ta’ azjendi agrikoli, investimenti ambjentali, u investimenti li jimxu mad-Direttiva tan-Nitrati. B’kollox, l-għajnuna mogħtija għall-Miżura 121 tlaħħaq l-24 miljun ewro, li minnhom 18-il miljun ewro ġejjin mill-Unjoni Ewropea, f’dan il-każ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, filwaqt li sitt miljun ewro ġejjin mill-Gvern Malti permezz tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent, u t-Tibdil fil-Klima.

Dawk li setgħu japplikaw għall-M121 kienu bdiewa u raħħala full-time u part-time kif ukoll intrapriżi agrikoli. Is-setturi li jaqgħu taħtha huma tal-frott u l-ħaxix, kif ukoll tat-trobbija tat-tiġieġ, il-fniek, il-majjali, il-baqar, il-mogħoż, in-nagħaġ u n-naħal.

Miżura oħra importanti li minnha qed jibbenefikaw intrapriżi fis-settur tal-biedja hija M123: Żieda fil-Valur ta’ Prodotti Agrikoli. L-għan tagħha huwa li tgħin lil dawn l-intrapriżi biex ikunu iżjed kompetittivi billi jidħlu fi swieq ġodda, tiżdied l-effiċjenza u tgħin f’titjib fil-kwalità tal-prodotti bid-dħul ta’ teknoloġiji ġodda. Din il-miżura tgħin fit-titjib tal-ipproċessar u s-suq ta’ prodotti agrikoli. Bħall-miżura 121, il-miżura 123 tiffoka fuq il-ħarsien tal-ambjent, is-sigurtà, l-indafa u kundizzjoni adegwata tal-annimali. L-għajnuna taħt din il-miżura tingħata lil dawk li l-investiment tagħhom jiffoka fuq il-kwalità, li jimxu mal-karatteristiċi tradizzjonali tal-prodott, li jkun żgurat li jipproduċu prodott frisk, li jfittxu swieq ġodda u li jagħmlu ħidma li taqa’ taħt cottage industry. Fost il-kriterji rikjesti għal din il-miżura nsibu titjib fit-tħejjija u d-dehra tal-prodotti, ir-rispett lejn l-istandards li daħlu riċentament u t-tnaqqis tad-dipendenza mir-riżorsi naturali.

Page 7: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SAJF 2015 7

Kull min jixtieq li jibqa’ jirċievi dan il-magażin Nisġet Artna għandu jimla din il-formola u jibgħatha f’dan l-indirizz ta’ hawn taħt. F’każ li ma tibgħatx din l-informazzjoni jfisser li m’intix interessat li tirċievi dan l-magażin.

Taqsima Festi Rurali,Ċentru tar-Riċerka u l-iżvilupp, L-GħammieriTriq l-Ingiered, Marsa MRS 3303

Ftit inqas minn nofs miljun ewro se jingħataw lil għoxrin kunsill lokali bil-għan li jsiru toroq

rurali u passaġġi li jintużaw mill-bdiewa.

Hekk ħabbar is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes, waqt konferenza f’waħda mit-toroq li saret b’dan il-finanzjament fiż-Żurrieq.

L-Onorevoli Galdes qal kif dawn il-proġetti ffinanzjati taħt il-miżura 125 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali (RDP) qed jassiguraw aktar aċċessibilità għall-bdiewa.

F’Malta u Għawdex kollu, hu stmat li r-“resurfacing” ta’ toroq u passaġġi se jaffettwa direttament aktar minn 450 bidwi u raħħal, li madwar 90 minnhom huma reġistrati bħala bdiewa “full-time”.

B’kollox se jsiru aktar minn 32,000 metru kwadru ta’ toroq f’għoxrin lokalità.

Minbarra ż-Żurrieq, fost l-aktar kunsilli li bbenefikaw insibu lil dak ta’ Wied il-Għajn, Ħad-Dingli, iż-

Żejtun, u l-Imġarr f’Malta, u n-Nadur, l-Għasri u l-Għarb f’Għawdex.

Isem u Kunjom: ______________________________

Indirizz: ____________________________________

____________________________________

Lokalità: ____________________________________

Kodiċi Postali: ________________________________

Numru tat-telefown: ____________________________

Aktar aċċessibilità għall-bdiewa450 bidwi jgawdi direttament

minn din il-miżura

Tixtieq tibqa’tirċievi kopja ta’NISĠET ARTNA?

Page 8: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

8  NISĠET ARTNA

Sintomi tal-Marda

Problema kbira li qed tissemma dan l-aħħar hi x-“Xylella Fastidiosa”. Din hija marda batterika li tiġi trażmessa permezz ta’ ċerti insetti żgħar li jgħixu mil-likwidu tal-pjanta. Din il-marda qerrieda tfaċċat

madwar sentejn u nofs ilu fil-provinċja ta’ Lecce, fix-Xlokk tal-Italja. Din hija l-ewwel darba li l-preżenza ta’ din il-marda ġiet irreġistrata fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

Din il-marda batterika għandha firxa wiesgħa ħafna ta’ siġar u pjanti li tista’ tinfetta. Eżempji ta’ wċuħ ta’ raba’ ta’ importanza għall-ekonomija huma d-dwieli, iċ-ċitru, siġar tal-frott tal-għadma, siġar, żebbuġ, oleander, ċerti speċi ta’ ballut, eċċ...

Hemm diversi speċi ta’ “Xylella Fastidiosa” li ġeneralment jinfettaw siġar differenti. L-aktar siġra affettwata bħalissa fl-Italja ta’ isfel hi s-siġra taż-żebbuġ. Il-problema nfirxet b’rata mgħaġġla f’mijiet ta’ ettari. Siġar u pjanti oħra li huma preżenti f’pajjiżna u li ġew affettwati b’din is-sottospeċi ta’ batterja fil-parti ta’ isfel tal-Italja huma dawn: l-akaċja, ir-riħan, l-oleander, frott tal-għadma, il-klin, il-vinka, l-alateru, eċċ... Numru ta’ pjanti slavaġ jistgħu jġorru din il-batterja mingħajr ma juru ebda sintomi. Ovvjament, jista’ jkun hemm aktar speċi ta’ pjanti suxxettibbli għal din il-marda peress li l-awtoritajiet Taljani dejjem qed isibu aktar informazzjoni ġdida.

Is-sintomi ta’ din il-marda jvarjaw ħafna. Dan jiddependi mill-ispeċi tax-“Xylella Fastidiosa” kif ukoll mill-ispeċi tas-siġra. Is-sintomi tal-

ispeċi li tinsab fl-Italja ta’ isfel ġeneralment jidhru billi r-rimjiet tat-truf jitbielu u jinxfu b’tali mod li jkun hemm firxa mal-bqija tal-friegħi. Bil-mod il-mod, dan iwassal għall-kollass u l-qerda totali tas-siġra kif jidher fir-ritratti ta’ hawn taħt.

Din il-marda tiġi trażmessa minn siġra għall-oħra permezz tal-insetti magħrufa bħala “leafhoppers” u “spittlebugs”. Fil-provinċja ta’ Lecce ġewwa l-Italja, l-aktar insett li hu mifhum li qed imexxi din il-marda minn siġra għall-oħra huwa l-“Philaenus Spumarius”. Dan ġie kkonfermat permezz ta’ testijiet li saru fil-laboratorji speċifiċi, u x-“Xylella Fastidiosa” nstabet preżenti f’dan l-insett.

Siġar taż-żebbuġ affetwat bix-“XylellaFastidiosa” fil-provinċja ta’ Lecce Sintomi fuq weraq ta’ siġar tal-lewż Sintomi fuq siġar tal-Oleander

Ix-“Xylella Fastidiosa”

Fiona Grech

Page 9: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SAJF 2015 9

Kontroll

Sfortunatament, għal din il-marda ma jeżistux pestiċidi jew fungiċidi li jistgħu jikkontrollawha bħal mard ieħor. Siġar infettati b’din il-marda u dawk fil-madwar li huma suxxettibbli għaliha għandhom

jiġu maqlugħa u maħruqa b’tali mod li ma tibqa’ l-ebda traċċa tagħhom. B’hekk jiġi eliminat ir-riskju li tinxtered il-marda. Huwa importanti li l-għodda li tkun intużat biex jinqalgħu s-siġar tiġi diżinfettata bil-“bleach” jew “ethanol” qabel terġa’ tintuża fuq siġar u xtieli oħra. Barra minn hekk wieħed għandu japplika l-insettiċidi sabiex jiġu eliminati l-insetti li jistgħu jxerrdu din il-marda.

Prekawzjonijiet sabiex din il-marda ma tidħolx f’pajjiżna

Id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti qiegħed iwettaq spezzjonijiet ta’ monitoraġġ fuq is-siġar konċernati, jiġifieri dawk taż-żebbuġ u siġar oħra li huma suxxettibbli u ta’ importanza għal pajjiżna.

Diversi spezzjonijiet qegħdin isiru fil-ġonna, żoni pubbliċi, oqsma u għelieqi miftuħa, kif ukoll fuq xtieli għat-tħawwil kummerċjali, b’enfasi partikolari fuq il-kummerċ li jiġi mill-Italja.

Pjanti impurtati minn pajjiżi fejn hija kkonfermata din il-marda batterika huma ta’ periklu kbir għal pajjiżna, għalhekk wieħed għandu joqgħod attent ħafna li meta jixtri xi siġar u pjanti li huma suxxettibbli għal din il-marda jkollhom iċ-ċertifikati neċessarji u ma jkunu qegħdin juru ebda sintomu ta’ nixfa.

Sintomi fuq siġar tal-Oleander

Page 10: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

10  NISĠET ARTNA

Ix-xogħol tal-Animal Welfare jinqasam fi tnejn: apparti li jinvestigaw rapporti ta’ allegati każijiet ta’ moħqrija

jew nuqqas ta’ trattament xieraq fuq annimali, imorru wkoll, permezz tal-ambulanza, jagħtu l-ewwel

għajnuna lil xi annimali li jkunu jinsabu f’xi diffikultà.

Dwar din tal-aħħar, matul l-2014, il-pubbliku sejjaħ

għall-għajnuna tal-Animal Welfare (AW) madwar

5,000 darba filwaqt illi fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-

sena, kien hemm mal-1,050 każ.

Statistika interna turi li matul dawn l-aħħar snin, fix-

xhur ta’ bejn Marzu u Settembru, il-każijiet li jitolbu

għall-għajnuna bis-servizz tal-ambulanza għal xi

raġuni jiżdiedu, u b’hekk jiżdiedu wkoll il-każijiet ta’

annimali feruti li jinġabru mit-triq u li jittieħdu għall-

kura fiċ-Ċentru San Franġisk (ĊSF) f’Ta’ Qali.

Is-sena li għaddiet inġabru mal-1,700 kelb jew

qattus mit-toroq u minnhom, mal-1,400 ttieħdu fiċ-

Ċentru San Franġisk għall-kura. Intant, fl-ewwel

xhur ta’ din is-sena, l-uffiċjali tal-AW ġabru mat-350

L-Animal Welfare tiġbor 1,700kelb u qattus matul l-2014

Il-pubbliku jitlob l-għajnuna tal-AW f’aktar minn 5,000 każ fis-sena li għaddiet

Page 11: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SAJF 2015 11

annimal mit-triq, u minnhom 225 ingħataw il-kura, anke jekk sfortunatament uħud minnhom mietu jew

kellhom jitraqqdu.

Ta’ min ifakkar li l-AW ma jistgħux jiġbru annimali tat-triq li jkunu b’saħħithom, biex il-prijorità tingħata lil

dawk l-annimali li jkunu feruti jew fi stat ħażin ta’ saħħa.

Mill-ispezzjonijiet li jsiru u mill-annimali li jinġabru feruti mit-triq, jirriżulta li minkejja li l-Liġi tal-Identifikazzjoni

Elettronika tal-Klieb - il-“microchipping” - ilha fis-seħħ, għad hawn ħafna sidien li ma jirreġistrawx lill-klieb

tagħhom. Dan hu obbligu tas-sidien kollha tal-klieb. L-importanza tal-“microchipping” toħroġ mill-fatt li

huwa l-aħjar mezz li bih kelb jista’ jingħaqad lura ma’ sidu jekk dan jintilef, kif ukoll ikun żgurat li kelb ma

jiġix abbandunat, u jekk dan iseħħ, is-sid ikun jista’ jiġi identifikat.

Ta’ min isemmi li fl-ewwel sentejn, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali

diġà implimenta kważi 70% tal-wegħdiet tal-manifest elettorali fil-qasam tal-ħarsien tal-annimali. Dawn

ifissru pajjiż aktar “animal-friendly” b’liġijiet, infrastruttura, inizjattivi u servizzi ġodda.

Page 12: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

Kif taħdem is-sistema

Il-kaxxi l-ħodor jintużaw mill-bidwi biex fihom jieħu l-prodotti tiegħu lill-pitkal. Min-naħa tiegħwxxi. Il-bidwi, imbagħad imur

fis-sezzjoni tal-ħasil tal-kaxxi fil-pitkalija stess, irodd il-kupuni u jieħu valur ekwivalenti ta’ kaxxi nodfa.

Permezz ta’ din is-sistema, l-entitajiet kollha li jużaw il-kaxxi ma jitilfux in-numru tal-kaxxi li jkunu ntużaw.

12  NISĠET ARTNA

Il-kupuni tal-pitkalija, li jissarrfu f’kaxxi għall-użu tal-frott u l-ħxejjex, se jinbidlu għall-ewwel

darba wara numru ta’ snin. Dawn il-kupuni l-antiki ilhom jintużaw aktar minn tletin sena u għadhom qatt ma nbidlu.

Il-ħsieb wara l-bdil tal-kupuni kien li jinħarġu kupuni ġodda bil-“hologram” sabiex dawn ma jkunux jistgħu jiġu kkuppjati. Barra minn hekk, kien hemm numru ta’ kupuni mqattgħin, ħaġa li tista’ tagħti iktar lok għal ħruġ ta’ kupuni foloz. Il-pjan huwa li meta jinbidlu l-kupuni kollha, l-amministrazzjoni tal-pitkalija jkollha rendikont tajjeb ta’ kemm hemm kupuni fl-idejn u jkollha wkoll l-għarfien tal-ammont ta’ kaxxi meħtieġa.

Il-kupuni l-antiki kienu ta’ żewġ tipi – il-bojod li jissarrfu f’kaxxa waħda u l-blu li jissarrfu f’ħames kaxxi. Il-kupuni l-ġodda se jkunu ta’ valur ta’ kaxxa waħda, ħames kaxxi u għaxar kaxxi.

Jinbidlu l-kupuni tal-pitkalija għall-ewwel darba

Biedja organikaNaħdmu man-natura u mhux kontriha

Matul l-aħħar jiem, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd, u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes kompla biż-żjarat tiegħu lil

diversi bdiewa, u dan bil-għan li jibqa’ viċin tagħhom u jkun aġġornat kontinwament dwar l-isfidi li jiffaċċjaw.

Matul ix-xahar ta’ Mejju kien imiss lil Joe Sciberras, bidwi li jispeċjalizza fil-biedja organika mingħajr pestiċidi. Is-Sur Sciberras, li ilu jopera b’mod organiku mill-2005, qal kif l-alternattivi għall-pestiċidi jkabbarhom hu stess b’mod naturali.

Filwaqt li rrikonoxxa li f’Malta huwa diffiċli li wieħed jaħdem b’mod organiku minħabba diversi raġunijiet, fosthom il-limitazzjonijiet ta’ spazju, l-Onorevoli Galdes qal li d-domanda għall-prodotti organiċi dejjem qed tikber, għax il-konsumatur qed isir aktar konxju ta’ dak li jiekol. Irrimarka li f’Malta hawn numru żgħir ħafna li jaħdmu b’dan il-mod, u ħeġġeġ aktar bdiewa biex jaraw il-possibiltajiet li jibdew ikabbru l-prodotti tagħhom b’mod organiku.

Hu faħħar ukoll il-ħsieb tas-Sur Sciberras li jaddatta għad-dinja tal-lum u juża l-midja soċjali - fosthom Facebook - sabiex jesponi l-prodotti tiegħu. Ir-riżultat ta’ dan l-addattament qed ikun li l-produzzjoni tiegħu ma tlaħħaqx mad-domanda kbira tal-konsumaturi meta dan ibigħ il-prodott mill-għelieqi tiegħu.

Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li fl-agrikoltura lokali hawn diversi stejjer ta’ suċċess, u l-ingredjent ta’ dan il-bidwi kien li jaħdem man-natura u mhux kontriha.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdesmal-bidwi Joe Sciberras

Page 13: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SAJF 2015 13

Il-Ħuta Favorita tal-Gżira Għawdxija

Il-lampuka hi ħuta li bl-Ingliż tissejjaħ ‘dorado fish’. Hi magħrufa wkoll b’żewġ ismijiet oħra li huma

‘dolphin fish’ u ‘mahi mahi fish’. Il-lampuka għandha kulur lewn il-fidda u anke dehbi fl-istess waqt. Din il-ħuta żżur l-ibħra Maltin mill-aħħar t’Awwissu sal-bidu ta’ Diċembru, u ghalhekk is-sajd isir bejn il-bidu ta’ Settembru u Novembru.

Il-Lampuka

Kif jistadu għal-lampuki s-sajjieda Għawdxin?

Is-sajjieda jinsġu l-weraq tal-palm f’forma ta’ raft jew kannizzata. Dawn il-kannizzati jżommu fil-

wiċċ tal-baħar, u l-lampuki jinġabru taħthom għax imorru jistkennu għad-dell li jkun hemm. Imbagħad is-sajjieda jużaw ix-xbieki biex jaqbdu l-lampuki. Hu magħruf li dan it-tip ta’ sajd ilu jsir sa minn żmien ir-Rumani.

Lill-Għawdxin togħġobhom ħafna din il-ħuta, u meta jasal żmienha, wieħed ikun jista’ jara diversi bejjiegħa tal-ħut imxerrda mat-toroq Għawdxin. Il-lampuka hi ħuta li tikber malajr, iżda s-sajjieda tagħna s-soltu jistennew li żżid fil-piż sakemm issir tiżen madwar kilo` jew kilo` u nofs. Hekk ikun fiha iktar x’tiekol, u timla l-platt.

Il-lampuka għandha bosta vitamini, fosthom il-B12, il-B6 u l-B3. Din il-ħuta hija bnina, u hemm domanda kbira għaliha, tant li xi sajjieda Għawdxin imorru jbiegħu l-qabda tagħhom f’Malta.

Kif tissajjar il-lampuka?

Din il-ħuta popolari tista’ tissajjar b’diversi modi. Wieħed jista’ jaqliha ġo ftit żejt ġot-taġen. Inkella tista’ ssajjarha biz-zalza tad-tadam, kappar u bżar aħdar. Iżda t-torta tal-lampuka tibqa’ l-iżjed ikla favorita

tal-Għawdxin, iktar u iktar meta jkun fadlilhom iżżejjed mill-ġurnata ta’ qabel.

Meta l-lampuka tkun fl-istaġun tagħha, wieħed jixtriha bl-irħis. Din hi ħaġa għaqlija għax tista’ tagħmel festa ta’ torti.

Ġeneralment, it-torta tradizzjonali tal-lampuka ma jkunx fiha ħwawar. Fir-riċetta li se nagħtikom, se nuża l-għaġina li bl-Ingliż tissejjaħ ‘short crust pastry’ u se nuża l-patata maxx u l-ispinaċi.

Ir-riċetta tat-torta tal-lampuki:Għandek bżonn (għall-għaġina):

500 gramma dqiq250 gramma butirniskata melħ u zokkor

Għandek bżonn (għall-mili):

500 gramma lampuki150 gramma żebbuġ iswed mingħajr għadma2 sinniet tewm mitħuna6 werqiet tal-ħabaq imqatta’4 jew 5 patatiet ta’ daqs medjumgħarfa tursin imqatta’niskata noċemuskata800 gramma spinaċikuċċarina ġinġerbajda mħabbtabżar u melħ

Jesmond Borg

Page 14: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

14  NISĠET ARTNA

Id-Dulliegħa

Il-pjanta tad-dulliegħ, “Citrus Lantanus” hija membru tal-familja tal-Kukurbita, li tinkludi ħxejjex bħal ħjar, qargħa bagħli, qargħa aħmar, qargħa twil u bettieħ. Il-pjanta ġejja kemm minn postijiet tropikali kif ukoll

minn postijiet illi mhumiex daqstant tropikali bħall-Brażil, l-Indoneżja u l-Indja. F’dawn ir-reġjuni l-pjanta tad-dulliegħ tikber b’mod spontanju.

Id-dulliegħ li jitkabbar illum huwa maħsub li ġej mill-Indja, fejn il-bdiewa ta’ hemmhekk għarfu t-tjubija ta’ din il-frotta, u bdew inisslu minnha. Kien il-poplu Eġizzjan li daħħal din il-frotta fil-Baħar Mediterran u beda jkabbar din il-frotta fuq il-medda fertili tax-xmara Nil. X’aktarx illi din il-pjanta ddaħħlet Malta mill-Eġittu.

Il-Kultivazzjoni tad-dulliegħ

Id-dulliegħ jikber f’temperaturi pjuttost għoljin ta’ aktar minn 25 ċentigrad. Il-klima ideali waqt

li l-pjanta timmatura hija ta’ ġranet sħan u ljieli pjuttost kesħin. F’pajjiżna, il-perjodu ta’ taħwil fis-serer jibda sa minn Diċembru, u jibqa’ sejjer sa Awwissu. Il-qtugħ tad-dulliegħ jibda f’Mejju, jilħaq il-qofol tiegħu f’Lulju u Awwissu u jibqa’ sejjer sa Settembru. Id-dulliegħ jippreferi ħamrija ramlija u bajdanija, pero` jekk wieħed jutilizza xitel imlaqqam, l-abilità tal-pjanta li tinfiltra l-ħamrija tiżdied sew, u għalhekk il-pjanta taddatta ruħha għal diversi tipi ta’ ħamrija. It-tilqim mhux biss isaħħaħ l-għerq, iżda jgħin lill-pjanta tikkumbatti n-nixfa u taddatta ruħha għal ilma iktar mielaħ u ħamrija ifqar mill-fertilizzant. Ix-xitla tippreferi l-kenn mir-riħ, u għalhekk il-protezzjoni tax-xitel bil-kampijiet hija rakkomandata.

It-Tipoloġija tal-frotta

Fis-suq jeżistu żewġ tipoloġiji ta’ dulliegħ: dawk tat-tip “Sugar Baby”, tip illi jintuża għal

taħwil bikri, kif ukoll it-tip “Crimson Sweet”. Dawn it-tipoloġiji jerġgħu jinqasmu fi gruppi oħrajn ta’

varjetajiet, skont id-daqs tal-frotta, kif ukoll skont il-preżenza taż-żerriegħa. F’Malta, l-iktar daqs popolari ta’ dulliegħa huwa ideali għall-familji, jiġifieri b’daqs medju ta’ bejn 8 - 10 kilogrammi, u nsibu wkoll dak ta’ daqs kbir: ’il fuq minn erbatax-il kilogramma. Ġeneralment, il-konsumatur qed jippreferi dulliegħ ta’ daqs medju, kemm minħabba l-prattiċità biex jinġarr, kif ukoll it-tjubija tiegħu.

Il-Frotta

Id-dulliegħ jikkwalifika bħala frotta sajfija eċċellenti, kemm minħabba l-ammont għoli ta’ ilma, kif ukoll

għall-vitamini li jinsabu fih, bħalma huma B6, B1 u l-vitamina Ċ. Il-vitamini B1 u B6 jgħinu sabiex jistimulaw aktar enerġija fil-ġisem u jgħinu lill-ġisem isaħħaħ is-sistema tal-immunità, u b’hekk jilqa’ għall-mard. Id-dulliegħ fih ukoll kontenut ferm għoli ta’ “lycopene”. Dan huwa l-kulur aħmar naturali li jinsab fil-frott ta’ kulur ħamrani; bħalma huwa r-rummien, il-karrotti u d-dulliegħ. Dan il-kulur jgħin mhux biss sabiex isebbaħ il-frotta bnina, iżda wkoll sabiex jipproteġi ġisimna minn ċerti kundizzjonijiet mediċi. Fost dawn insibu l-abilità li l-“lycopene” jipproteġi ġisimna minn xi xemxata!

Charles Zahra

Frotta sajfija u sustanzjuża

Page 15: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SAJF 2015 15

Insalvaw dak li fadalMatthew Tabone

Id-Direttorat għad-Diversifikazzjoni u Kompetittività qed jiġbor varjetajiet ta’ siġar tal-frott u ħxejjex ta’ nisel Malti

mingħand bdiewa Maltin bil-għan li r-razza tagħhom tiġi kkonservata fl-Għammieri.

Grazzi għall-koperazzjoni u għad-donazzjoni ta’ xi bdiewa, sa issa, il-gvern diġà qed jikkultiva numru ta’ ħxejjex ta’ nisel Malti fl-Għammieri, fosthom pastard ta’ kull xahar, qarabagħli mit-tond, qaqoċċ, ful, ġidra kaħla u qoton.

Qed jinġabru wkoll varjetajiet indiġeni ta’ dwieli Maltin. Sa issa, id-direttorat diġà għandu tliet varjetajiet: abjad tond, beżżul abjad u tal-miġnuna. Għandu wkoll siġar tal-isfarġel sabiex jitlaqqam fuqu t-tuffieħ u l-lanġas Malti.

Minħabba li n-numru dejjem qed jonqos, il-gvern hu interessat ukoll f’min għad għandu nisel pur ta’ bhejjem Maltin, fosthom il-mogħoż u n-nagħaġ Maltin, il-fenek tax-xiber u l-ħmar Malti.

Id-Direttorat iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet ta’ bdiewa u bdiewa individwali sabiex jekk għandhom varjetajiet puri ta’ nisel Malti jikkomunikaw magħna ħalli bi qbil konġunt jingħataw lill-gvern żrieragħ jew ‘cuttings’ ħalli jiġu kkonservati ġewwa l-Għammieri. IL-GENDUS MALTI

ĦMAR TAS-SALIB LI JINSAB FL-GĦAMMIERI

Page 16: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

16  NISĠET ARTNA

Fil-passat mhux l-ewwel darba li ġew irrapurtati każijiet ta’ tnixxija jew ħruġ ta’ demm mis-

sistema tad-drenaġġ tal-biċċerija, fit-toroq tal-madwar. Grazzi għal investiment li sar fix-xhur li għaddew, din hija storja tal-passat.

L-investiment sostanzjali sar biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn, u dan bil-għan li d-drenaġġ ta’ din il-faċilità jiġi msoffi qabel jgħaddi fis-sistema ta’ drenaġġ pubbliku. Dan kien jinkludi t-titjib tas-sistema tal-iffiltrar fuq il-linja. B’hekk jista’ jkun żgurat li l-frak solidu fl-ilma mormi ma jkunx fih aktar minn sitt millimetri. Ġew installati wkoll katusi ġodda bil-għan li jkun eliminat kwalunkwe riskju ta’ tnixxija minn katusi qodma.

Riċentament ġiet ikkummissjonata wkoll “silt trap” ħalli l-ilma mormi jkompli jiġi msoffi minn kwalunkwe frak solidu li jkun għadda mis-sistema. “Silt trap” hija struttura li tilqa’ fiha ilma mormi li jkollu frak solidu. Preżentament għaddej xogħol fuq sistema ta’ ċirkolazzjoni intiża biex dan l-ilma jiġi ċċirkolat b’sistemi ta’ pompi u ffiltrat b’mod mekkaniku bil-għan li kwalunkwe frak solidu li jkun għadu sospiż fl-ilma jitneħħa u jinġabar separatament. Hekk ikun assigurat li fid-drenaġġ imur likwidu biss. Is-“silt trap” fil-biċċerija pubblika hija magħmula minn erbat ikmamar u kienet iddisinjata b’mod li waqt li tilqa’ għaż-żieda tal-gassijiet, permezz ta’ arja li tippermetti tindif kontinwu, tnaqqas l-irwejjaħ li joħorġu minn dan l-impjant.

Taħriġ fil-klassifikazzjoni taċ-ċanga

F’April li għadda, uffiċjali pubbliċi mill-biċċeriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex tħarrġu minn

esperti barranin fil-klassifikazzjoni taċ-ċanga.

Regolamenti differenti tal-Unjoni Ewropea, fl-interess tal-konsumatur, jistabbilixxu li karkassi taċ-ċanga u tal-majjal għandhom jiġu kklassifikati skont sistema standard bil-għan li jkun hemm uniformità fil-kwalità tal-laħam prodott minn pajjiżi differenti. Il-klassifikazzjoni tal-majjal issir permezz ta’ apparat apposta, waqt li dik taċ-ċanga

Stefan Cachia

Titjib fil-faċilitajiettad-drenaġġ fil-biċċerija

Page 17: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SAJF 2015 17

ssir b’mod viżwali minn klassifikaturi mħarrġa apposta. Il-klassifikazzjoni taċ-ċanga ssir skont żewġ skali: waħda għall-għamla, fejn il-karkassa tiġi klassifikata permezz ta’ waħda minn dawn l-ittri: S.E.U.R.O.P. L-ittra ‘S’ tirreferi għal karkassa meqjusa “superjuri”, u ‘P’ tirreferi għal karkassa “fqira”. Issir ukoll klassifikazzjoni tal-ammont ta’ xaħam li jkollha l-karkassa skont skala minn 1 sa 5. ‘1’ juri l-inqas kategorija ta’ xaħam u ‘5’ l-ogħla ammont.

Fil-ġimgħat li għaddew, il-Gvern Malti permezz ta’ ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea taħt Miżura 111 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013, ġab żewġ esperti mill-Università Belġjana ta’ Gent sabiex jagħtu taħriġ lil dawk involuti fil-proċess ta’ klassifikar taċ-ċanga kif ukoll rappurtaġġ tal-prezzijiet skont ir-regolamenti Ewropej.

It-taħriġ kien jifforma parti mill-programm ta’ investiment kapitali u fir-riżorsi umani li l-gvern qiegħed jagħmel fil-biċċerija pubblika bil-għan li l-biċċerija tinbidel f’vetrina tal-kwalità tal-prodott Malti.

Page 18: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

Illum il-biedja qed tiġi prattikata minn ħafna dilettanti u għalhekk mhux se nagħmel distinzjoni bejn ix-xogħol tar-raba’ u dak tal-ġnien. Mill-gwerra ’l hawn, l-agrikoltura rat bidliet kbar li biddlu l-mod kif isir ix-

xogħol tar-raba’. Għalhekk f’din ir-rokna se nitkellem b’mod ġenerali u nipprova ngħin lill-bdiewa dilettanti li minkejja li jħobbu x-xogħol u jagħmluh b’dedikazzjoni, jista’ jkun li huma nieqsa mill-għerf u mill-esperjeza tal-bidwi. Is-sajf jinsab magħna u jitlob ħidmiet differenti minn staġuni oħrajn.

Tisqija

Ix-xemx bdiet tiżreġ ġmielha u t-temperatura togħla sewwa. Għalkemm kellna waħda mill-

aktar xtiewi tajbin fl-ammont ta’ xita li niżlet u kif għamlet, il-mument jitlob li nibdew insaqqu. Fejn jidħlu pjanti ornamentali fil-qsari u ħxejjex fl-art irridu nsaqqu kuljum, filwaqt li s-siġar irridu nsaqquhom b’mod regolari tant li nterrdu l-art u nxebbgħu l-għeruq.

Hemm ħafna fatturi li jinfluwenzaw il-volum ta’ ilma li rridu nagħtu. Fatturi ambjentali huma t-tip ta’ ħamrija – jekk hix taflija jew imrammla, il-post u lejn liema riħ tħares l-għalqa jew il-ġnien, il-fond tal-ħamrija, jekk hix mikxufa għall-irjieħ qawwija bħal Majjistral, Tramuntana u l-Grigal, jekk hemmx dell, it-taħlita li nużaw fil-qsari, it-tip ta’ qsari - jekk mhux taċ-ċaqquf jew tal-plastik, il-kobor tagħhom, u l-kwalità tal-ilma.

Fatturi ta’ natura bijoloġika huma t-tip ta’ pjanti, ħxejjex jew siġar li nkabbru – pjanti mlaħħma u tipi ta’ kaktus iridu ħafna inqas ilma. Irridu nagħtu kas ukoll id-distanza ta’ bejn pjanta u oħra u s-selvaġġ li fuqu huma mlaqqma.

Fatturi mekkaniċi huma l-mod ta’ tisqija – bil-konka jew bil-qatra, it-tip ta’ qattara li nużaw, in-numru u kif huma mqassma, u jekk il-wiċċ tal-ħamrija hux mgħotti b’xi forma ta’ għata jew ‘mulch’ li jittrateni l-umdità.

Bħala regola, la rridu nagħtu ilma żejjed u lanqas nieqes. B’hekk, il-pjanti, ħxejjex jew siġar jikbru b’mod regolari u b’saħħtu. Jekk nistudjaw sewwa l-pjanti u s-siġar tagħna, dawn kapaċi jagħtuna ħjiel. Sinjali ta’

nuqqas ta’ ilma huma weraq mitluqin jew magħluqin, weraq li jisfaru u jaqgħu, friegħi nexfin, frott li jisfar u jaqa’, u pjanti u siġar mismutin u bla ħeġġa li jikbru u joħorġu għejjun ġodda. Mod ta’ kif tkejjel l-umdità hu li ddeffes zokk fit-taħlita jew ħamrija. Jekk jinżel bla ebda xkiel dawk it-tliet pulzieri fit-taħlita u tnax-il pulzier fil-ħamrija, allura nkunu qegħdin nagħmlu xogħolna sew.

Fertilizzazzjoni

Fir-rebbiegħa, il-pjanti u s-siġar iraħħsu, jiżgħaru u jikbru permezz tas-sustanzi maħżuna

internament. Fis-sajf, biex ikomplu jisbieħu u jagħtu l-frott irridu ngħinuhom bid-demel artifiċjali. L-aħjar li jingħata huwa d-demel artifiċjali kumpless u bilanċjat f’forma ta’ trab li jinħall.

B’“demel kumpless” nifhmu demel li jkun magħmul minn sustanzi li l-aktar għandhom bżonn il-pjanti, bħan-nitrati (N), fosfru (P), putassa (K) u kubrit (S), u sustanzi li huma bżonjużi f’ammonti minuri bħal magneżju (Mg), żingu (Zn) u borju (B). Sustanzi bħal kalċju u ħadid iridu jingħataw separatament minn sustanzi oħra.

Dawn il-fertilizzanti għandhom dejjem jingħataw wara li nsaqqu, għax in-nitrati u l-ħadid jinħallu faċilment, u malajr jinħaslu barra mill-qasrija jew ikunu fil-fond wisq biex jintlaħqu mix-xniexel. Għandna dejjem nitolbu lil tal-ħanut id-doża u l-frekwenza bil-miktub li rridu nagħtu. Ir-regola trid tkun aħjar ftit inqas milli żżejjed.

Bil-kelma bilanċjat nifhmu li l-perċentwali ta’ kull sustanza hija l-istess jew qrib, ħalli niżguraw li l-pjanti jew siġar igawdu minn kollox (eż. NPK 12,12,17 jew 20,20,20 u mhux 0, 10,50).

18  NISĠET ARTNA

Xogħol fl-għalqa u fil-ġnienCarmelo Briffa

Page 19: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SAJF 2015 19

Tajjeb li nkunu nafu għaliex il-pjanti għandhom bżonn dawn is-sustanzi. In-nitrati jgħinu l-pjanta tagħmel il-faxxina u tikber, il-fosfru jservi biex il-pjanta xxettel u trabbi l-għeruq, il-putassa biex tħaxxen iz-zkuk u l-friegħi kif ukoll tkabbar u ssajjar il-frott, il-kubrit isaħħaħ, il-magneżju u l-ħadid iħaddru, u l-borju jgħaqqad il-frott.

Nixtieq insemmi d-demel naturali jew tal-annimali. L-importanza tad-demel tal-annimali hi li jtejjeb il-fertilità tal-ħamrija għax jgħin biex teħmer l-art, jaħżen u jrendi s-sustanzi fit-tul, iżomm l-umdità, iqawwi l-organiżmi benefiċjali fil-ħamrija, u jgħin il-pjanti biex jassorbu aħjar is-sustanzi. Meta nagħtu d-demel, tajjeb li dan ikun misjur u li nordmuh mill-ewwel.

Kontroll tal-mard

L-umdità għolja u t-temperaturi sħan jiffavorixxu l-mard, l-akari u l-insetti, u hemm bżonn li

nieħdu azzjoni issa meta l-mard ikun fil-bidu tiegħu u mhux meta l-gwaj jew in-numru jitkattar. Mard tal-moffa, tas-sadid u tal-iswed, u mard ieħor ikkaġunat minn fungi għandu jiġi trattat b’funġiċida. Insibu funġiċidi b’azzjoni ta’ kuntatt u preventivi, u oħrajn sistemiċi jew kurattivi. L-akari nikkontrollawhom permezz ta’ akariċidi u l-insetti permezz ta’ insettiċidi.

Hemm ħafna nsetti li huma polifagi, jiġifieri kapaċi jgħixu fuq pjanti diversi. Dawn huma l-briegħed tal-weraq, miskta, tripps, psilla, dubbiena bajda, diversi tipi ta’ susa tal-għeruq, tal-friegħi u tal-frott, u d-dubbiena tal-frott, illi hija l-flaġell tal-frott kollu. Hemm insettiċidi ta’ kuntatt u oħrajn sistemiċi.

Jekk ma nifhmux għandna nieħdu kampjun u nitolbu parir mingħand tal-ħanut, naqraw sewwa t-tikketta u nimxu fuq l-istruzzjonijiet mogħtija. Ċerti nsetti, bħal miskta, ikun hemm bżonn li l-insettiċida jitħallat maż-żejt abjad biex insaħħu l-effett ta’ kontroll. Tajjeb ukoll li nieħdu d-drawwa u nużaw ‘sticker’ mal-bexx li jgħin biex il-bexx jeħel u jiksi sew il-friegħi, weraq u frott.

Mhux rakkomandat li tbixx meta s-siġar ikunu bil-ward, meta jkun ir-riħ jew fix-xemx. Tajjeb li wieħed dejjem jipprova jagħżel bexx bl-inqas impatt ambjentali bħal dawk użati fil-biedja organika u alternattivi oħra bħal kimiċi ta’ oriġini veġetali,

estratti ta’ batterji, nases bil-kulur, nases bil-lixka u l-valenu, u nases bid-dawl. Ċerti mezzi mekkaniċi bħal ħart, żabra, u użu ta’ xbieki u dakron ukoll jgħinu.

Xogħol ieħor

Għandna sena li tipprometti fix-xita, u l-ħaxix selvaġġ irnexxa u kiber fuq li kiber. Għalhekk

il-kontroll tal-ħaxix irid ikun ta’ spiss u f’waqtu, biex ma nħalluhx jikber iżżejjed, jikkompeti ma’ pjanti li nkunu nkabbru, u ż-żergħa. Il-kontroll isir permezz ta’ erbiċidi silettivi u oħrajn le, b’mezzi mekkaniċi, pereżempju bl-użu ta’ ‘grasscutters u mowers’ u tinqix, ħsad u ħart.

It-tinqix u l-ħart jgħin ukoll biex jonqos it-telf ta’ umdità mill-ħamrija kkawżat mill-evaporazzjoni, u jippermetti li l-arja tilħaq l-għeruq.

Il-bidu tas-sajf huwa żmien tajjeb sabiex tlaqqam bil-għajn xitel tat-tin, frott irqiq, naspli, żebbuġ u ċitru, u bil-kuruna selvaġġ li jkun ħaxxen iz-zokk jew siġar maturi li l-varjetà rridu nibdluha.

Dan huwa żmien tajjeb li niżbru s-siġar taċ-ċitru u tal-ħarrub. Siġar, arbuxxelli u xeblieka oħra nistgħu niżbruhom b’mod ħafif biex nagħtuhom l-arja u d-dawl, u nrażżnu l-kobor tagħhom. Siġar tal-frott għandna nneħħulhom ir-radikal jew ibgħal li joħroġ minn taħt it-tilqima. Id-dwieli għandhom jiġu rmundati u mnaqqsa mill-weraq żejda minn madwar l-għenieqed.

Taħwil ta’ siġar mhux irrakkomandat ħlief għall-bajtar tax-xewk. Għal min għandu l-ilma bix-xebgħa mill-ħwienet tal-ġardinaġġ, faċilment insibu xitel tal-fjuri u tal-ħaxix tal-borma lesti għat-taħwil. Għal tmiem l-istaġun wieħed irid jaħseb biex jiżra’ s-silla mhux trattata u l-patata tax-xitwa.

Ma jonqosx il-qtugħ u l-ġabra tal-frott. Dan ix-xogħol irid isir filgħodu kmieni, inkella fit-tard. Jekk nagħmluh f’ħinijiet aktar sħan tajjeb li npoġġu l-frott għad-dell biex jibred. L-għajnbaqar, pruna, tuffieħ, u l-lanġas, tajjeb li naqtgħuhom ftit nejjin u nħalluhom isajru ġewwa, u b’hekk nevitaw li nbixxu żżejjed.

Nawguralkom il-ħidma t-tajba.

Page 20: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

20  NISĠET ARTNA

Kif jinġabar kampjun tal-ħamrija u l-analiżi tiegħu

L-importanza tal-analiżital-ħamrija

L-analiżi kimika tal-ħamrija hija bżonjuża għaliex fuqha jistgħu jingħataw pariri tekniċi kif ukoll

rakkomandazzjonijiet ta’ fertilizzanti li wieħed għandu jferrex biex itejjeb il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’. Huwa fl-obbligu ta’ kull min iferrex xi tip ta’ fertilizzant, kemm artifiċjali jew demel naturali fuq l-uċuħ tar-raba’, illi jagħmel analiżi tal-ħamrija u pjan

ta’ fertilizzazzjoni qabel jingħata l-fertilizzant.

L-Aġenzija għall-Pagamenti tipprovdi għajnuna permezz ta’ miżura biex il-bdiewa jkopru l-ispejjeż marbuta mal-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza għas-settur agrikolu, fosthom biex jinżamm tagħrif u jsir ippjanar ta’ fertilizzazzjoni. Huwa importanti li l-analiżi tal-ħamrija ma ssirx biss meta l-ħxejjex juru sintomi ta’ nuqqas ta’ sustanzi iżda dan għandu jsir qabel ma jkun se jinżera’ xi wiċċ ġdid. B’hekk, il-bidwi jkun jaf kemm għandu sustanzi fil-ħamrija u kemm għandu jferrex fertilizzant sabiex jissodisfa d-domanda ta’ sustanzi tal-prodott li jkun ser ikabbar. B’hekk jitnaqqas ukoll ir-riskju li fertilizzant żejjed, b’mod speċjali n-nitrati li jinżlu mill-ħamrija permezz tax-xita u tisqija, jispiċċa fl-ilma tal-pjan. Ta’ min jgħid illi jekk il-fertilizzanti jiġu applikati f’ammonti żejda, il-ħxejjex juru effetti ħżiena, bħal nuqqas fil-produzzjoni.

L-analiżi kimika tal-ħamrija ġewwa l-Laboratorju tal-Ħamrija u l-Ilma għat-Tisqija fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti li jinsab l-Għammieri hija maqsuma fi tliet kategoriji: il-pH tal-ħamrija li tindika jekk il-ħamrija hix aċiduża jew alkalina, l-imluħa fil-ħamrija li tista’ tiġi kkawżata minn applikazzjoni żejda ta’ fertilizzanti jew minn tisqija b’ilma mielaħ, u l-ammont ta’ sustanzi fil-ħamrija li huma n-nitrat, il-fosfat u l-potassa. Dawn is-sustanzi huma importanti għall-iżvilupp naturali tal-pjanta jew prodott li jkun qiegħed jitkabbar, u huma l-bażi biex fuqhom jinbena l-pjan ta’ fertilizzazzjoni.

Għalhekk huwa importanti li l-kampjun tal-ħamrija li fuqu tkun ser issir l-analiżi jkun inġabar b’mod tajjeb u kif suppost, biex jingħataw riżultati u pariri tajba.

Michael Sciberras

Ġbir ta’ kampjun ta’ ħamrija permezz ta’ auger

Page 21: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SAJF 2015 21

Kampjun tal-ħamrija

Huwa importanti li l-medda art minfejn ikun ser jittieħed dan il-kampjun tkun uniformi.

Pereżempju jista’ jagħti l-każ illi f’ċerti żoni tal-għalqa jkunu ġew applikati xi fertilizzanti, għalhekk f’dan il-każ għandhom jittieħdu kampjuni separati, wieħed minfejn ikun ġie applikat il-fertilizzant u l-ieħor mill-bqija tal-għalqa. Iridu wkoll jittieħdu kampjuni separati f’każ li l-għalqa tkun imħawla bi prodotti permanenti bħalma huma s-siġar tal-frott. Kemm jista’ jkun wieħed għandu jevita t-truf tal-għalqa.

Issa ladarba l-għalqa tkun ġiet imqassma f’biċċiet, iridu jittieħdu minn tal-inqas ħmistax-il kampjun

żgħir tal-ħamrija minn dik il-parti tar-raba’ li tkun ser tiġi analizzata. Dawn il-kampjuni għandhom jinġabru billi wieħed jibda miexi fuq forma tal-ittra “W” matul l-għalqa. Kull kampjun jinġabar permezz ta’ strument żgħir tal-metall jixbaħ trabixu’ (auger) jew permezz ta’ kazzola. Il-kampjun għandu jinġabar minn fond ta’ madwar sitt pulzieri (15-il ċentimetru). Wara li jinġabru l-ħmistax-il kampjun mill-għalqa kollha, dawn iridu jitqiegħdu ġo barmil u jitħalltu sewwa. Huwa importanti li l-ħamrija titħallat sewwa sabiex b’hekk ikun inġabar kampjun ħamrija li jirrappreżenta l-għalqa kollha. Minn din it-taħlita, l-individwu jrid iġib daqs kilo` ħamrija ġo borża tal-plastik nadifa, bl-inqas ammont possibbli ta’ ġebel.

Kampjuni li jittieħdu minn serer għandhom jinġabru minn taħt ix-xtieli u l-passaġġi għandhom jiġu evitati. F’każ ta’ ġonna jew għelieqi fejn hemm siġar tal-frott imħawla, għandhom jittieħdu ħmistax-il kampjun

ħamrija minn ħdejn u taħt is-siġar f’fond ta’ tnax-il pulzier (30 ċentimetru).

X’għandu jsir wara li jkun inġabar il-kampjun finali tal-ħamrija?

Bħalma diġà ġie spjegat, wara li jkun inġabar il-kampjun, huwa importanti li l-ħamrija titpoġġa

ġo borża tal-plastik nadifa. Boroż ikkontaminati b’xi bexx jew fertilizzanti għandhom jiġu evitati. F’dan l-istadju, il-ħamrija trid tiġi protetta minn xi kontaminazzjoni esterna. Huwa importanti li fuq il-borża titniżżel ir-referenza tal-kampjun u d-dettalji ta’ min ġabar il-kampjun. Dawn jinkludu l-isem u l-indirizz tal-individwu, in-numru tal-karta tal-identità u n-numru tal-għalqa (“parcel number”) f’każ li l-għalqa tkun reġistrata.

Wara dan il-proċess, il-kampjuni jistgħu jinġiebu fil-Laboratorju tal-Ħamrija u l-Ilma għat-Tisqija ġewwa l-Għammieri. Huwa importanti li l-individwu jitkellem mal-uffiċjal inkarigat dwar it-tip ta’ analiżi li jkun irid. Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel fuq 22924120.

Iffiltrar tal-ħamrija biex issir l-analiżi kimika

Trattament tal-kampjun tal-ħamrija qabel l-analiżi

Page 22: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

22  NISĠET ARTNA

L-ImnarjaL-istorja tiċċelebra l-bżulija tal-bdiewa u r-raħħala

Il-festa tal-Imnarja hija waħda mill-aktar festi importanti fil-kalendarju kulturali Malti. Il-festa tad-29 ta’ Ġunju, illi fiha niċċelebraw lill-Appostli San Pietru u San Pawl tmur lura ħafna fiż-żmien, aktarx qabel il-wasla tal-Kavallieri fl-1530.

Ir-Rumani kienu jiċċelebraw festa pagana msejħa “Luminaria”, li tagħha, il-lessema “Imnarja” hija korruzzjoni. Fil-lejl tad-29 ta’ Ġunju kienu jinħarqu għadd ta’ fjakkoli u ħġejjeġ.

Għall-bdiewa ta’ dari, l-Imnarja kienet festa kbira li taħbat propju wara l-ħsad. Bla dubju, illum hija l-akbar festa agrarja f’Malta li fiha niċċelebraw il-bżulija u l-ħidma sfiqa tal-bdiewa u r-raħħala Maltin.

Fl-antik, il-bandu kien jinqara nhar it-twelid ta’ San Ġwann, festa li taħbat fl-24 ta’ Ġunju u l-qari kien isir fl-Imdina u r-Rabat. Illum, il-festi tal-Imnarja jitħabbru permezz tal-bandu fi tmiem il-ġimgħa ta’ qabel it-28 ta’ Ġunju. Il-bandu jinqara l-Belt Valletta, imbagħad l-Imdina u wara, ir-Rabat.

Fl-Imdina ssir purċissjoni bil-parteċipazzjoni ta’ grupp ta’ skawts u membri tas-Soċjetà Agrarja. Jinġarru wkoll il-paljijiet illi jkunu se jingħataw lir-rebbieħa tat-tiġrijiet ta’ nhar l-Imnarja. Kif il-purċissjoni toħroġ mill-Imdina, jingħaqdu magħha parteċipanti mill-pubbliku li jġibu magħhom żwiemel għerien miżmuma fuq il-brilja. Il-purċissjoni tieqaf quddiem in-niċċa storika ta’ San Pawl li tinsab fis-Saqqajja, u hawn jitbierku l-paljijiet.

Lejlet il-festa ta’ San Pietru u San Pawl, jiġifieri fit-28 ta’ Ġunju, wara nofsinhar tintrama l-wirja agrarja taħt it-tinda tal-Buskett, wirja tradizzjonali li ilha ssir mill-1854. Filgħaxija jkun hemm għana mal-kitarri, ikel u nbid sa kmieni filgħodu. L-istuffat tal-fenek u l-fenek moqli fit-tewm huma żewġ platti sinonimi mal-festa tal-Imnarja. Fl-antik, in-nies li jinġabru l-Buskett f’Lejlet l-Imnarja kienu jorqdu taħt is-siġar sabiex l-għada jisbħu hemm.

Mas-sbieħ tad-29 ta’ Ġunju, fil-Buskett jibdew jaslu r-raħħala li jtellgħu l-bhejjem tagħhom għall-wirja, u wara li dawn ikunu sabu posthom terġa’ tinfetaħ il-wirja għall-pubbliku. Issir ukoll kompetizzjoni tal-ħlib tal-mogħoż. Għall-ħabta ta’ nofsinhar jitqassmu l-premijiet u l-paljijiet lill-parteċipanti.

Wara nofsinhar jintlaħaq il-qofol tal-festa bit-tiġrijiet tal-bhejjem: ħmir, bgħula u żwiemel, tradizzjoni li ilha ġejja minn żmien il-Kavallieri. Dawn isiru fi Triq it-Tiġrija, taħt is-Saqqajja. Fi żmien il-Kavallieri kienu jsiru tiġrijiet tas-subien, tal-iskjavi, tal-irġiel u tal-ħmir. Kienu jsiru wkoll tiġrijiet tal-bgħula, dwieb u żwiemel. Il-Gran Mastru kien jara t-tiġrijiet u jqassam il-paljijiet mil-Loġġa tal-Paljijiet; dik il-binja f’forma ta’ ħnejja li hemm f’nofs it-telgħa tas-Saqqajja. It-tiġrijiet kienu jsiru fuq id-dahar u mingħajr sarġ. Illum isiru tiġrijiet bis-srieken ukoll. Il-festa tintemm bl-għoti tal-premijiet tat-tiġrijiet.

Hekk tajna titwila lejn il-festa tal-Imnarja, festa b’għeruq reliġjużi li żviluppat minn storja u tradizzjoni għal kif niċċelebrawha llum.

Alden Grima

Il-baqar wara l-kompetizzjoni tal-Imnarja

Page 23: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SAJF 2015 23

Għerf ġensna

Insellmilkom u nilqagħkom għal din ir-rokna li se tibda tkun magħkom il-qarrejja sabiex tanalizza xi qwiel jew idjomi relatati mal-istaġun li nkunu fih. Ħajr lil James Piscopo u lil Ramona Borg talli kkuntattjawni

sabiex nibda nagħti sehmi fuq dan il-magazin interessanti.

Irridu nżommu f’moħħna li bosta minn dawn il-qwiel għaddew minn tradizzjoni orali, jiġifieri bil-fomm minn ġenerazzjoni għall-oħra, sakemm inqala’ Mikiel Anton Vassalli u beda jiġbor l-għerf tal-poplu.

Irridu napprezzaw ukoll, illi l-proverbji ma kinux jingħadu l-istess f’kull post, u dan minħabba d-djaletti u l-varjazzjonijiet ġeografiċi ta’ pajjiżna. U la semmejna lil Vassalli, biex nikkonfermaw l-effett tad-djaletti, naraw li fi studju li kien għamel sab illi f’raħal twelidu biss, f’Ħaż-Żebbuġ, kien hemm ħames djaletti differenti, Dan jikkonferma kemm kien hemm varjazzjonijiet differenti ta’ djaletti.

Mela tlaqna bl-ewwel qawl:

Meta x-xitwa ttir, jiġi s-sajf, kapott (jew kabozza) tal-fqir

F’dan il-qawl, insibu lil min juża l-kelma “kapott” u lil min juża “kabozza”. Il-kapott jew kabozza huwa tip ta’ lbies. Nimmaġinaw Malta ta’ mijiet ta’ snin ilu: tallaba fit-toroq, mingħajr għaxja ta’ lejla, bla saqaf fuq rashom. Ara kif kienu jittertqu bil-maltemp u bil-ksieħ fix-xhur xitwin, u kemm kienu jittamaw li ma jdumx ma jfiġġ is-sajf, illi għalhekk bħal donnu kien “libsa” għalihom, għax għallinqas ma jittertqux bil-bard kif kien jiġrilhom fix-xitwa.

F’dan il-każ, il-kelma “kabozza” tikseb tifsira konnotattiva, jiġifieri metaforika. Il-libsa mhux biss tgħatti fejn tintlibes, imma tipprovdi s-sħana lill-ġisem, u bħalma fix-xitwa nilbsu iktar ħwejjeġ sabiex nisħnu mill-ksieħ, fis-sajf innaqqsu minnhom minħabba s-sħana. Naturalment, il-foqra ma kellhomx din l-opportunità, u msieken kienu jittamaw fil-ħniena tal-proxxmu għall-għajnuna, u fil-ħniena tal-Ħallieq sabiex bit-temp illi jipprovdi, ma jbatux il-ksieħ.

U dan ieħor illi smajt Għawdex:

Għal Santa Marija aħseb biex tkala ċ-ċimi

Meta staqsejt dwaru, sajjied Għawdxi qalli li dik li f’Malta nsejħulha kannizzata tas-sajd, huma jgħidulha ċima... Lanqas temmen hux?! Tant aħna żgħar u dawn id-differenzi kollha bejnietna! Insomma, f’nofs dan l-istaġun niltaqgħu mal-festa ta’ Santa Marija, festa li viċin tagħha jibda s-sajd għal-lampuki, u għalhekk fi żmien din il-festa kont tara lis-sajjieda jagħmlu l-aħħar preparamenti sabiex jibdew jistadu għall-ħut li fih tant nutrijenti tajbin għal saħħitna.

Inselli għalikom u nawguralkom is-sajf it-tajjeb, b’xi ftit mistrieħ ukoll.

Christopher Bonnici

Page 24: ARTNA - agrikoltura.gov.mt...Fis-sajf insibu għażla vasta ta’ frott frisk, illi bħall-ħut huwa tajjeb li ninkludu fid-dieta tagħna, u ċertament illi jinżel għasel! Ta’

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI