9
Frar 2012 Vocations e-newsletter TAFU JEW TAF BISS DWARU ? COME & SEE - INVITATION FOR YOUTH MUSEUM 15 MINUTES IN EARTHLY PARADISE E - spark 42 E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

e-spark 42

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Citation preview

Frar 2012 Vocations e-newsletter

TAFU JEW TAF BISS DWARU ?

COME & SEE - INVITATION FOR YOUTH

MUSEUM

15 MINUTES IN EARTHLY PARADISE

E - spark 42

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Fr Michael
Typewritten Text

ID-DISKORS TAL-PROFESSUR

Hija drawwa ta' kull sena f'Università kbira li tistieden lil xi professur famuż biex jagħmel diskors lill-studenti dwar xi suġġett attwali. Din tkun parti minn ċelebrazzjoni fil-bidu tar-rebbiegħa u l-istudenti jġibu lunch magħhom biex jikluh fil-picnic area tal-kulleġġ. Sena minnhom ġabu lil dan il-Professur li kien ateu. Is-sala kienet ippakkjata b'madwar 1000 student għax kien tassew lecturer tajjeb. Għamel sagħtejn u nofs jitkellem dwar in-nuqqas ta' provi li Ġesù qam mill-mewt. Beda jikkwota minn ħafna kotba u diversi awturi. Ikkonkluda li peress li mhemmx biżżejjjed provi li Ġesù tassew qam mill-mewt, għax ħadd ma kien hemm jarah, il-fatt "storiku" tal-qawmien mill-mewt kien invenzjoni u dak kollu li tgħallem il-knisja kien bla bażi. Impossibbli, qal il-Professur, li tkun fi ħbiberija ma' Kristu Rxoxt, jekk dan kollu hu invenzjoni ta' moħħ il-bniedem, frott il-fantasija u l-emozzjoni. "Ġesù Kristu mhux ħaj, kif ħafna jgħallmu u jemmnu. M'hemmx provi ta' dan. Il-bniedem Ġesù miet u difnuh u kollox spiċċa hemm. Għandkom xi domandi?"

ID-DISKORS TAX-XWEJJAH

Wara xi ftit sekondi ta' silenzju, qam xi ħadd bilwieqfa fuq in-naħa ta' wara tas-sala. Kien raġel xwejjaħ, wiċċu mkemmex, xagħru abjad maqtugħ qasir. "Nixtieq nistaqsi domanda waħda, Professur", qal ir-raġel. L-għajnejn kollha fis-sala daru jħarsu lejh. Ir-raġel tbaxxa u fetaħ il-lunch tiegħu bil-mod u ħareġ tuffieħa. Ħa l-ewwel gidma u beda jmaxtar it-tuffieħa u kompla: "Professur, jien qatt ma qrajt il-kotba li qrajt int" (ħa gidma oħra mit-tuffieħa)... "L-anqas ma naf nikkwota l-Bibbja bil-Grieg u bl-Ebrajk" (ħa gidma oħra)... "Ma naf xejn dwar dawk in-nies kbar li bdejt issemmi fid-diskors tiegħek" (ħa gidma oħra, u mbagħad oħra, u spiċċa jiekol it-tuffieħa). "Imma rrid inkun naf ħaġa waħda biss: Din it-tuffieħa li għadni kemm kilt, kellha togħma ħelwa jew qarsa?" Il-Professur distint waqaf għal waqt qasir jirrifletti, u mbagħad wieġeb bħalma kien iwieġeb kull studjuż: "Mhux possibbli nagħti risposta għad-domanda tiegħek ladarba ma doqtx it-tuffieħa tiegħek." Ir-raġel xwejjaħ tefa' dak li kien fadal mit-tuffieħa ġo borża tal-karti u, waqt li ħares lejn il-Professur, qallu b'kalma kbira: "U int l-anqas ma' doqt lil Ġesù tiegħi." L-elf ruħ li kienu miġburin ġos-sala ma felħux iżommu iktar. Ċapċip u tisfir u storbju sħiħ. Il-Professur irringrazzja lil kulħadd tal-attenzjoni u ħareġ il-barra.

TAFU? JEW TAF BISS DWARU?

IL-MISTOQSIJIET TIEGHI U TIEGHEK

U jien? U int? Aħna doqnih lil Gesù? U jekk le, x'qed iżommna milli nagħmlu dan? Bħal dak il-Professur qed infittxu risposti biss bil-moħħ? Hemm xi ħaġa li għadna mhux nindunaw biha? San Pawl meta jikteb lill-Korintin, jinsisti li l-qawmien hu fatt u jitkellem dwar it-tifsira ta' dan il-fatt. Il-fatt li Ġesù qam mill-mewt ma kienx ifisser biss rebħa fuq il-mewt, imma sinjal ċar għalina biex inkunu nafu li dak kollu li għamel Ġesu kien jogħġob lill-Missier. U dak li għamel Ġesù kien: li ta ħajtu għall-aħwa u għal dawk li kien iħobb.

TAFU? JEW TAF BISS DWARU?

ID-DISKORS TA SAN PAWL

Jekk Kristu hu mxandar li qam mill-imwiet, kif jgħidu xi wħud minnkom li ma hemmx qawmien? Jekk ma hemmx qawmien tal-mejtin, anqas Kristu ma qam mill-imwiet. Imma jekk Kristu ma qamx mill-imwiet, fiergħa hi l-predikazzjoni tagħna, u fiergħa wkoll il-fidi tagħkom, u intom għadkom fi dnubietkom. Jekk għandna tama fi Kristu għal din il-ħajja biss, aħna l-aktar nies imsejkna fost kemm huma l-bnedmin. Imma Kristu kien imqajjem tassew mill-imwiet, l-ewwel frott fost dawk li raqdu. Għaliex, jekk permezz ta' bniedem feġġet il-mewt, bi bniedem ukoll iseħħ il-qawmien mill-imwiet. Għax bħalma l-bnedmin kollha jmutu f'Adam, hekk ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu [1Kor:15:12-22]. San Pawl jgħid li l-Qawmien hu stil ta' ħajja li hu miktub fina għax aħna ġejna maħluqin biex ngħixu mhux biex immutu. Illum, aktar minn qatt qabel, irridu nagħmlu għażla jekk ngħixux skont il-Qawmien jew ngħixux skont il-Mewt. Ħadd ma jista' jieħu din id-deċiżjoni għalija u mhux se sseħħ waħedha. Irrid nagħmel l-isforz kollu tiegħi. Imma mhijiex xi deċiżjoni impossibbli. Bħall-Korintin forsi qed naqtgħu qalbna malajr wisq! Ara din ir-riflessjoni tgħinekx...

TAFU? JEW TAF BISS DWARU?

META TEMMEN FIL-QAWMIEN

Ftakar f'dan li se ngħidlek u żommu dejjem quddiem għajnejk. Meta tilmaħ it-tempesta tgħaffeġ il-foresta, u t-terremoti jċaqilqu l-art, u n-nar jaħraq lil darek, għid lilek innifsek: "Nemmen li l-foresta għad terġa' tikber, l-art għad terġa' tissoda, u għad nibni mill-ġdid id-dar tiegħi." Meta d-dnub joħnoqlok griżmejk u tħossok fgat u mejjet, għid lilek innifsek: "Kristu qam mill-imwiet u jien għad inqum mid-dnub tiegħi." Meta x-xjuħija jew il-mard jippruvaw jagħmlu qarsa l-ħajja tiegħek, għid lilek innifsek: "Kristu qam mill-imwiet u għamel smewwiet ġodda u art ġdida." Meta tilmaħ lil ibnek jitlaq mid-dar, ifittex l-avventura, u tħossok fallut fil-ħolma tiegħek ta' missier jew ta' omm, għid lilek innifsek: "Ibni ma jaħrabx minn Alla, u għad jerġa' lura għax Alla jħobbu." Meta tilmaħ l-imħabba tintefa' madwarek u tara l-bnedmin qishom imġienen fi dnubhom u msakkrin fit-tradimenti tagħhom, għid lilek innifsek: "Għad imissuh il-qiegħ, iżda għad jerġgħu lura, għax wieħed ma jistax jgħix 'il bogħod minn Alla." Meta fid-dinja jidher li qisu Alla ġie megħlub u tħoss id-dardir tad-diżordni, bil-vjolenza, t-terrur u l-gwerra jsaltnu fil-pjazez, u l-art tkun qisha l-kaos, għid lilek innifsek: "Ġesù miet u qam propju biex isalva, u s-salvazzjoni tiegħu ġa tinsab preżenti fostna." Meta missierek jew ommok, ibnek jew bintek, l-egħżeż ħabib tiegħek, jinstabu quddiemek fuq is-sodda tal-mewt u int tħares lejhom fin-niket tal-firda, għid lilek innifsek u lilhom: "Nerġgħu niltaqgħu fis-Saltna... agħmel kuraġġ." Dan ifisser temmen fil-Qawmien. Iżda mhux biżżejjed. Jien ma nemminx fil-qawmien qisu dan kien xi kunċett astratt. Nemmen fil-qawmien għax nemmen f'dak li Qam, fi Kristu Rxoxt.

TAFU? JEW TAF BISS DWARU?

META TGHIX IRXUXTAT

Temmen fi Kristu Rxoxt ifisser iktar minn idea fil-moħħ jew sempliċi ħsieb sabiħ. Kull missjunarju li jħalli art twelidu hu att ta' fidi fil-Qawmien. Kull ftehim ta' paċi hu att ta' fidi fil-Qawmien. Kull biċċa xogħol milqugħa hu att ta' fidi fil-Qawmien. Meta taħfer lill-għadu tiegħek... Meta titma' lill-imġewwaħ... Meta tħares lid-dgħajjef... Int tkun temmen fil-Qawmien. Meta tippjana u twettaq il-futur tiegħek... Meta taċċetta d-disfatti li jinqalgħu... Meta jkollok il-kuraġġ tiżżewweġ... Meta taċċetta t-tarbija li titwieled... Meta tibni d-dar tieghek... Int tkun temmen fil-Qawmien. Meta tqum kalm filgħodu... Meta tkanta fi tlugħ ix-xemx... Meta tmur għax-xogħol bil-ferħ... Int tkun temmen fil-Qawmien. Temmen fil-Qawmien ifisser tħaddan ħajja bil-fiduċja. Ifisser tafda lil ħuk. Ifisser ma jkollok biża' minn ħadd. Temmen fil-Qawmien ifisser tifhem li Alla hu Missier, li Ġesù huwa Ħuk. U li jiena, Marija, Oħtok u, jekk trid, Ommok [Carlo Carretto, Ħienja dik li Emmnet].

Mulej, Int tafdali f'idejja d-don u l-misteru tal-ħajja, qisek qed tafdali f'idejja fjamma ċkejkna ta' xemgħa. Għinni nżomm din il-fjamma, fraġli bħall-ħajja, dejjem mixgħula. Għinni nifhem li, bħax-xemgħa, il-fjamma ta' ħajti tibqa' tixgħel sakemm inkun lest li nagħti lili nnifsi. Għax id-dawl se jiddi biss jekk joħroġ minn qalbi, minn saħħti, minn imħabbti, li wara kollox hi mħabbtek stess. Tħallix li l-irwiefen tal-ħajja jitfu din il-fjamma. Għinni nagħraf li bosta nies jiddependu minn din il-fjamma ċkejkna ta' ħajti biex jaraw ftit dawl f'ħajjithom. Tħallinix inżommha għalija biss; l-anqas li nħalliha moħbija xi mkien. Għinni nagħraf u nikber fil-kapaċitajiet tiegħi biex bihom ngħix jien u ħaddieħor miegħi. Fuq kollox, għinni nemmen li din il-fjamma u dan id-dawl huma rifless ċkejken tal-imħabba u l-ħajja li ġejjin minnek stess. Kun int id-dawl li tmexxini, il-ħajja li żżommni, u t-triq li nimxi fiha.

Ammen.

HAJTI FJAMMA

Hemm video clip interessanti fuq il-blog... http://vokazzjoni.blogspot.com/

INVITATION FOR YOUTH:

COME AND SEE ‘Ejjew u Taraw’ hi t-tema magħżula din is-sena għal-Live-in Vokazzjonali li ser isir ġewwa s-Seminarju tal-Arċisqof bejn is-Sibt, 11 u l-Ħadd, 12 ta’ Frar 2012. L-għan ċentrali ta’ dan il-Live-in ser ikun li wieħed jisma’ u jfittex is-sejħa vokazzjonali u kif ukoll jagħmel esperjenza ta’ jumejn ġewwa s-seminarju flimkien mas-seminaristi. Żgħażagħ ‘il fuq minn 16-il sena li ġewwa fihom qed jħossu l-leħen ta’ Alla jsehilhom għandhom jilqgħu din l-isfida li qegħdha ssirilhom. Dan il-Live-in qiegħed hemm biex jgħinhom jiċċaraw ftit mid-dubji li din is-sejħa tista’ tqanqal. Dawk interessati li jattendu għandhom jibgħatu email fuq: [email protected] jew sms fuq: 9922 1960 jew iċemplu fuq: 2145 5497/8 sal-Erbgħa, 8 ta’ Frar, 2012.

http://www.sdcmuseum.org/Page.aspx?menu=1&pv=850q89LhwS4=

The origins of the Society of Christian Doctrine date from the beginning of the 20th century; or, to be more precise, the 7th of March, 1907 - the day when the first meeting was held between Fr Preca and a group of youths. As a young priest, Saint George Preca was imbued with the idea of using lay men and women to serve the Church, primarily by helping them lead a truly Christian life and a dedication to evangelisation. Saint George Preca seemed to have been preoccupied with the state of catechism in the local Church. He had realised that although Malta was practically all Catholic and all the population was church-going, most Maltese Catholics knew very little about the truths of Christianity. In general, religion was based on the practice of popular devotions and little else.

Contact Us

If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to:

[email protected]

Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

Domine Deus 15 Minutes in Earthly Paradise The following is a translation of some paragraphs from a small pamphlet which he named The Domine Deus: or Fifteen minutes in the Earthly Paradise.

Lord God - Your Presence embraces me. I abide in You as a fish breathes in pure water. In You I live, in You I move, in You I respite. I cannot possibly flee from your presence. Lord God - We cannot see You, but creation, Your handiwork, reveals You. Even our unaided reason cannot avoid proclaiming You God of all providence. Lord God - How happy I am to be Your creature! I could not be anybody else's for You alone are omnipotent. Lord God - Wherever I gaze, everywhere I discern Your providence. You really love all Your creatures and You despise none (of them). Lord God - Much You've loved us in creating us to Your image and likeness! Much You've exalted us! We are much grateful for Your self-revelation. Lord God - It is more than reasonable to trust in You and to have recourse to You, once You assured us on Your delight in abiding among us. Lord God - When I meditate Your goodness, I am drawn to You. Surely, no one is good except You. You are benevolence itself: no harm emanates from You, only good. Lord God - You must surely be all fortitude able to bear all our human evil. Lord God - How far above our understanding are all Your ways! I remain still for I know that You are at the helm. Lord God - You are lovable. He who hates You is hating himself. Nature itself condemns him for naturally we love those who love us. And who loved us as You love us? You loved us before we ever thought of loving You Lord God - I need you, for without You I am nothing and cannot do anything. You are our very life. Lord God - I don't doubt your ability to see, hear and understand, for it was You who gave me those faculties. That which is good in us creatures is surely infi-nitely more so in You, the Creator. Lord God - How delighted I am, how enraptured when people are seen seeking and worshipping You! Full text of the prayer at: http://www.sdcmuseum.org/Page.aspx?menu=3&pv=E57vNEIQZko=