24
www.ecdc.europa.eu Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard Kisbiet, sfidi u r-riżultati prinċipali tal-2014 Spunti mir-Rapport Annwali tad-Direttur

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

  • Upload
    others

  • View
    4

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

www.ecdc.europa.eu

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

Kisbiet, sfidi u r-riżultati prinċipali tal-2014

Spunti mir-Rapport Annwali tad-Direttur

Page 2: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

Ċitazzjoni ssuġġerita: Kisbiet, sfidi u r-riżultati prinċipali tal-2014 – Spunti mir-Rapport Annwali tad-Direttur. Stokkolma: ECDC; 2015.Stokkolma, Awwissu 2015ISBN 978-92-9193-789-9doi 10.2900/305212Numru tal-katalgu TQ-01-15-379-MT-N

© Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, 2015Ir-ritratti kollha © ECDC, ħlief Cesar Harada (CC BY-NC-SA 2.0), p. 15Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali. Ir-ritratti kollha użati f’din il-pubblikazzjoni huma koperti mid-dritt tal-awtur u ma jistgħux jintużaw għal għanijiet oħrajn għajr għal din il-pubblikazzjoni jekk mhux bil-permess espress tas-sid tad-dritt tal-awtur.

Dan is-sommarju joffri għażla ta’ attivitajiet prinċipali mill-2014 iżda assolutament mhux rappreżentazzjoni tal-firxa sħiħa tax-xogħol tal-ECDC u l-kisbiet tal-2014.

Ħarsa ddettaljata lejn il-firxa tal-attivitajiet tal-ECDC, l-istrutturi organizzattivi u amministrattivi tiegħu u l-pjan ta’ ħidma tiegħu, jistgħu jinstabu fil-verżjoni mhux imqassra tar-Rapport Annwali.

2

Page 3: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

KontenutDaħla mill-President tal-Bord Maniġerjali . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 2

Introduzzjoni mid-Direttur . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 2

L-ECDC u r-rwol tiegħu fis-saħħa pubblika . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 3

Is-saħħa pubblika hija affarina . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 3

2014 – Ħarsejn is-sena. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 5

Appoġġ għat-tħejjija . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 6

L-ebola u l-implikazzjonijiet tagħha għall-UE . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 9

EPIET u EUPHEM: Nagħtu spinta tassew bżonjuża lill-epidemjoloġija applikata Ewropea . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 10

L-ambjent li qiegħed jinbidel tal-mikrobijoloġija tas-saħħa pubblika . . . . . . . . . . . . . . . 11

Il-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi, . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 15

Il-ħożba: Naħdmu għall-eradikazzjoni . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 17

Kwistjonijiet ta' komunikazzjoni. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 18

Daqqa t’għajn lejn l-ECDC . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .20

Kisbiet, sfidi u r-riżultati prinċipali tal-2014

Spunti mir-Rapport Annwali tad-Direttur

1

Page 4: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

Daħla mill-President tal-Bord Maniġerjali

Introduzzjoni mid-Direttur

Is-sena li għaddiet ser tibqa’ mfakkra bħala sena mimlija sfidi għall-ECDC. L-epidemija tal-Ebola tal-Afrika tal-Punent li faqqgħet fl-2014 malajr saret kwistjoni ta’ tħassib globali – u sfida kbira għall-ECDC. Bħala President tal-ECDC, kburija li ċ-Ċentru tagħna kellu rwol importanti ta’ appoġġ fir-rispons fil-livell tal-UE u internazzjonali għall-Ebola.

Minkejja l-isfidi kollha li iffaċċja l-ECDC, ta’ min jinnota li ċ-Ċentru xorta rnexxielu jwettaq kważi 85 % tal-ħidma ppjanata tiegħu. Anke taħt pressjoni mhix prevista, l-ECDC żamm livell ta’ kwalità għolja ħafna f’xogħlu.

L-aktar konferma importanti u awtorevoli li l-Bord Maniġerjali rċieva rigward il-valur miżjud u l-utilità tal-ECDC, kien ir-rapport finali tat-tieni evalwazzjoni esterna indipendenti tal-ECDC. Skont ir-rapport ta’ evalwazzjoni, l-ECDC għandu l-kapaċità li jirreaġixxi minnufih għal theddidiet għas-saħħa u li jwassal ir-riżultati f’kundizzjonijiet ta’ kriżi. Ir-rapport jikkonferma wkoll li ċ-Ċentru jipproduċi prodotti ta’ kwalità għolja fl-oqsma kollha, li ċ-Ċentru għandu kredibbiltà xjentifika, u li l-ECDC ġeneralment huwa sors ta’ valur miżjud fil-livell tal-UE. Dawn il-konklużjonijiet isaħħu l-fehma personali tiegħi li l-ECDC stabbilixxa ruħu bħala l-qalba ta’ netwerk b’saħħtu li jgħaqqad lil esperti ewlenin fil-mard infettiv u laboratorji tas-saħħa pubblika madwar l-Ewropa. Iċ-Ċentru ripetutament juri xi jsarraf u reċentement kien viżibbli bħala assi prinċipali għall-Ewropa fir-rispons għall-Ebola.

Dr Françoise Weber il-President tal-Bord Maniġerjali 22 ta' Frar 2015

L-għoti ta’ appoġġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni  1082/20131 huwa prijorità fil-Programm Strateġiku Pluriennali tal-ECDC għal bejn l-2014 u l-2020 (SMAP). Għaldaqstant, adattajna s-Sistema ta’ Twissija Bikrija u Reazzjoni dwar it-theddid tas-saħħa pubblika (STBR) tal-UE sabiex inwessgħu l-firxa tat-tipi ta’ theddid għas-saħħa li jistgħu jiġu rrapportati fuq l-STBR. Bl-istess mod, it-tisħiħ tal-funzjoni tal-Appoġġ għat-Tħejjija fl-ECDC fl-2014 huwa wegħda fl-SMAP, kif inhu wkoll l-appoġġ addizzjonali għall-isforzi tal-imsieħba tagħna fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1082/2013. L-SMAP u l-pjan tal-ECDC ta’ Emerġenza fis-Saħħa Pubblika (PHE) aċċertaw li aħna stajna nagħtu appoġġ għar-rispons għall-Ebola fil-livell tal-UE. Aħna mmobilizzajna l-ispeċjalisti rilevanti, u l-esperti dwar il-kontroll tal-infezzjonijiet interni tagħna pprovdew l-għarfien espert meħtieġ dwar il-miżuri tal-iġjene kontra l-Ebola. It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw il-każijiet tal-Ebola, u t-tim tat-taħriġ dwar is-saħħa pubblika tagħna ħejja sessjonijiet tutorjali dwar l-użu sigur ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali. Fil-każ tal-Ebola l-isforz li sar kien tassew wieħed ta’ tim u fih rajna lill-ECDC fl-aqwa tiegħu: tim wieħed tal-ECDC li huwa flessibbli, orjentat lejn is-servizz u impenjat li jilħaq eċċellenza xjentifika.Għalkemm il-PHE tal-Ebola tal-ECDC spiċċa, l-epidemija fl-Afrika tal-Punent għadha ma ġietx ikkontrollata għal kollox. L-ECDC għandu ħames timijiet mifruxin mal-Guinea u ħa l-impenn li joqgħod hemm tal-anqas sa nofs l-2015. Dr Marc Sprenger Direttur tal-ECDC it-2 ta’ Marzu 2015

1 Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE

2

Page 5: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

L-ECDC u r-rwol tiegħu fis-saħħa pubblikaIċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), li twaqqaf fl-2005, huwa l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea li għandha r-responsabbiltà li ssaħħaħ id-difiża tal-Ewropa kontra l-mard infettiv. L-ECDC jidentifika, jivvaluta u jikkomunika theddid eżistenti u emerġenti għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta minn mard infettiv u jappoġġja lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-isforzi tagħhom ta’ tħejjija u rispons. Iċ-Ċentru jipprovdi pariri xjentifiċi lill-Istati Membri tal-UE/ŻEE u huwa sors affidabbli ta’ informazzjoni u riżorsi fl-oqsma kollha relatati mas-saħħa pubblika.

Fl-2014, l-ECDC kellu baġit prinċipali ta’ EUR 60,4 miljun.

Fil-31  ta’  Diċembru  2014, l-ECDC kellu 277  membru tal-persunal permanenti jaħdem fuq is-sorveljanza tal-mard, l-identifikazzjoni tat-tifqigħat, il-pariri xjentifiċi, it-teknoloġija tal-informazzjoni, il-komunikazzjoni, u l-amministrazzjoni.

Is-saħħa pubblika hija affarinaWieħed mill-preġji prinċipali tal-ECDC huwa l-kapaċità tiegħu li jirreaġixxi malajr għall-epidemjoloġija li qiegħda tinbidel tal-mard infettiv. L-ECDC jopera u jżomm tliet sistemi, fejn kull waħda hija essenzjali għal qasam speċifiku ta’ kontroll tal-mard: EWRS (twissijiet meta jiġi identifikat theddid), EPIS (intelliġenza dwar l-epidemiji), u TESSy (sorveljanza tal-mard).

Is-Sistema ta’ Twissija Bikrija u Reazzjoni (EWRS) hija sistema kunfidenzjali li tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jaqsmu l-informazzjoni u jibagħtu twissijiet dwar avvenimenti marbutin mas-saħħa li jkollhom impatt potenzjali fil-livell tal-UE u jikkoordinaw il-miżuri ta’ rispons meħtieġa biex tiġi protetta s-saħħa pubblika. Is-sistema ntużat b’suċċess għal tifqigħat oħrajn bħas-SARS, l-influwenza pandemika A(H1N1) u l-aktar waħda reċenti, l-Ebola.

Il-kwartieri tal-ECDC f’Tomteboda

3

Page 6: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Intelliġenza Epidemika (EPIS) hija pjattaforma ta’ komunikazzjoni sigura bbażata fuq il-web li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni epidemjoloġika li tista’ tkun sinjali ta’ tifqigħat ta’ mard infettiv.

Is-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza (TESSy) hija sistema ta’ bażi ta’ dejta tassew flessibbli biex tinġabar dejta dwar il-mard. Wieħed u tletin pajjiż tal-UE/ŻEE jirrapportaw dejta dwar il-mard infettiv f’din is-sistema.

L-ECDC qiegħed jappoġġja wkoll ix-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa tal-UE biex jiġi żgurat fluss kostanti ta’ informazzjoni dwar l-aħħar żviluppi u tiġi żgurata sinkronizzazzjoni tal-miżuri dwar is-saħħa pubblika.

Vytenis Andriukaitis (il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari) u Marc Sprenger (id-Direttur tal-ECDC) jiltaqgħu ma’ Denis Coulombier (il-Kap tal-Unità ta’ Sorveljanza u Appoġġ għar-Rispons, ECDC) fiċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet ta’ Emerġenza tal-ECDC

4

Page 7: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

2014 Ħarsa lejn is-sena

Dan is-sommarju joffri għażla ta’ attivitajiet prinċipali mill-2014 iżda assolutament mhux rappreżentazzjoni tal-firxa sħiħa tax-xogħol tal-ECDC u l-kisbiet tal-2014. Ħarsa ddettaljata lejn il-firxa tal-attivitajiet tal-ECDC, l-istrutturi organizzattivi u amministrattivi tiegħu u l-pjan ta’ ħidma tiegħu, jistgħu jinstabu fil-verżjoni mhix imqassra tar-Rapport Annwali1.

1 Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Rapport annwali tad-direttur - 2014. Stokkolma: ECDC; 2015.

5

Page 8: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

L-ippjanar tat-tħejjija huwa essenzjali sabiex ikun hemm rispons effettiv għat-tifqigħat u l-epidemiji, għalkemm hemm tendenza li l-approċċi jvarjaw bejn il-pajjiżi.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, permezz tal-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa tal-UE, għaldaqstant impenjaw ruħhom li jkomplu jtejbu l-livell ta’ tħejjija tagħhom. It-titjib fit-tħejjija, filwaqt li l-pjanijiet ta’ tħejjija jsiru interoperabbli bejn il-pajjiżi u s-setturi – kif meħtieġ mill-Artikolu  4 tad-Deċiżjoni Nru  1082/2013/UE dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa – jistabbilixxi aġenda ambizzjuża għall-imsieħba kollha. L-ECDC ser jipprovdi għajnuna u appoġġ tekniku tul dan il-proċess.

Minn meta twaqqaf l-ECDC 10  snin ilu, l-ippjanar tat-tħejjija dejjem kien prijorità ewlenija. Tnejn mill-pilastri ta' tħejjija ewlenin huma ċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet ta’ Emerġenza (EOC) u s-Sistema ta’ Twissija Bikrija u Reazzjoni tal-UE (STBR) għat-Theddid tas-Saħħa Pubblika.

L-2014 kienet l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1082/2013/UE dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa. L-ECDC ipprovda l-appoġġ tekniku lill-Kummissjoni għal numru ta’ kompiti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Artikolu  4 tad-Deċiżjoni, speċjalment l-iżvilupp ta’ kwestjonarju għall-Istati Membri dwar aranġamenti ta’ tħejjija u xi xogħol inizjali dwar il-metodoloġiji, l-indikaturi, u l-għodod għall-valutazzjoni tat-tħejjija.

Appoġġ għat-tħejjija

Iċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet ta’ Emerġenza fl-ECDC: Il-pjan ta’ Emerġenza tas-Saħħa Pubblika taċ-Ċentru jippermetti liċ-Ċentru li jimmobilizza r-riżorsi minnufih biex jappoġġja r-rispons fil-livell tal-UE għal theddid serju tas-saħħa transkonfinali

6

Page 9: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

F’Awwissu, l-enfasi ġiet trasferita fuq l-Ebola u fuq jekk l-Istati Membri tal-UE kinux ppreparati biex jimmaniġġjaw każijiet possibbli ta’ Ebola. L-ECDC intalab jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ kwestjonarju dwar dan is-suġġett. Il-fokus inizjali ta’ dan ix-xogħol kien il-valutazzjoni tar-riskju ġenerali għall-UE f’serje ta’ valutazzjonijiet komprensivi u rapidi tar-riskju, filwaqt li ġew indirizzati problemi speċifiċi bħal proċeduri ta’ evakwazzjoni medika għaċ-ċittadini tal-UE esposti għall-Ebola. Aktar tard, il-fokus ġie trasferit fuq id-disponibbiltà ta’ sodod ta’ iżolament għall-każijiet tal-Ebola u sessjonijiet tutorjali dwar l-użu sigur ta’ tagħmir personali protettiv mill-ħaddiema tas-saħħa li jikkuraw il-każijiet tal-Ebola.

F’Marzu, l-ECDC wettaq eżerċizzju ta’ simulazzjoni ta’ kriżi – ibbażat fuq il-pjan ta’ Emerġenza tas-Saħħa Pubblika rivedut u aġġornat – biex jittestja l-abbiltà tiegħu li jirreaġixxi għal kriżi li tfaqqa’ fi

tmiem il-ġimgħa. F’Settembru, esperti miċ-Ċentru pparteċipaw f’eżerċizzju mmexxi mill-Kummissjoni biex tiġi ttestjata l-kooperazzjoni fil-livell tal-UE fir-rigward ta’ theddid minn sustanzi kimiċi. F’Ottubru, saret l-ewwel laqgħa tan-netwerk tal-ECDC tal-Punti Nazzjonali Prinċipali ta’ Tħejjija biex ikun hemm fehim tal-lakuni u l-bżonnijiet fil-livell nazzjonali u tal-UE, u ntgħażel grupp ta’ koordinazzjoni biex jassisti ċ-Ċentru fix-xogħol tiegħu. Barra minn hekk, l-ECDC ikkummissjona għadd ta’ studji ta’ każ u reviżjoni tal-letteratura dwar it-tħejjija f’każ ta’ theddid għas-saħħa1 u ppubblika manwal dwar kif għandhom jiġu organizzati l-eżerċizzji ta’ simulazzjoni ta' kriżi f’xenarji ta’ saħħa pubblika tal-UE2.

1 Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. L-ippjanar tat-tħejjija għal viruses respiratorji fl-Istati Membri tal-UE – Tliet studji ta’ każijiet dwar it-tħejjija għall-MERS fl-UE. Stokkolma: ECDC; 2015.

2 Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Manwal dwar eżerċizzji ta’ simulazzjoni f’xenarji tas-saħħa pubblika tal-UE - Kif tiżviluppa eżerċizzji ta' simulazzjoni fil-qafas tar-rispons tas-saħħa pubblika għall-mard li jittieħed. Stokkolma: ECDC; 2014.

Mill-gwida tal-ECDC dwar l-użu sigur ta’ tagħmir personali protettiv fil-kura ta’ mard infettiv ħafna: it-tneħħija sigura ta’ respiratur

7

Page 10: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

8

Page 11: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

L-ewwel każijiet tal-epidemija tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent ġew irrapportati fit-22  ta'  Marzu  2014, b'rapport inizjali ta' 49  każ fil-Guinea. Sal-aħħar tas-sena, id-WHO kienet irrapportat li 7,890  persuna kienu ntlaqtu mill-marda, b'aktar minn 20,000  każ probabbli, ikkonfermat u suspettat fir-reġjun1.

Minkejja li qabel kien hemm tifqigħat ħafna aktar limitati, ma tantx kien hemm dejta xjentifika dwar l-Ebola. F'qasir żmien, l-ECDC bena bażi ta' evidenza bi tweġibiet għal uħud mill-aktar kwistjonijiet urġenti dwar il-kontroll tal-infezzjoni, it-titjiriet medevac lejn l-Ewropa, l-użu xieraq ta' tagħmir protettiv, u l-iskrining mal-fruntieri. Dawn is-suġġetti kienu ta' importanza kbira mhux biss għall-Afrika tal-Punent iżda anki għall-Ewropa, fejn l-ewwel ħaddiema tas-saħħa infettati bl-Ebola kienu qegħdin jiġu evakwati b'titjiriet medevac.

Kien diffiċli li jinżamm rekord aġġornat tal-għadd proprju tal-każijiet tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent, u l-pajjiżi milqutin kienu qegħdin jaffaċċjaw għadd

1 L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Dejta u statistika dwar l-Ebola. [Internet]. 2014 [kwotat 2015 Frar 26]. Disponibbli fuq: http://apps.who.int/gho/data/view.ebola-sitrep.ebola-summary-20141231?lang=en

ta' sfidi fil-ġbir tad-dejta. L-ECDC beda jaħdem minn perspettiva oħra u ffoka fuq il-pariri xjentifiċi li kellhom implikazzjonijiet diretti għas-saħħa pubblika fl-Ewropa. Waqt il-kriżi tal-Ebola, l-ECDC ippubblika serje ta' dokumenti li kienu jqiegħdu l-Ebola fil-kuntest Ewropew. Pereżempju, iċ-Ċentru, b'mod regolari, kien jissorvelja kemm l-Istati Membri kienu ppreparati biex jimmaniġġjaw każijiet tal-Ebola, żviluppa definizzjoni tal-każ tal-marda tal-virus tal-Ebola biex tintuża mill-Istati Membri tal-UE, u vvaluta r-riskju tat-trażmissjoni tal-Ebola permezz tal-għoti tad-demm. Barra minn hekk, l-ECDC ippubblika rapporti dwar l-iskrining tad-dħul u l-ħruġ, it-titjiriet medevac, il-ġestjoni tas-saħħa pubblika ta' persuni li ġew f'kuntatt mal-każijiet tal-Ebola fl-UE, u l-ġestjoni tas-saħħa pubblika ta' ħaddiema tas-saħħa li kienu qegħdin jirritornaw minn żoni milqutin mill-Ebola.

L-ECDC flimkien mad-WHO u n-Netwerk ta' Allert u Rispons għat-Tifqigħat Globali (GOARN) - bagħat timijiet ta' esperti tas-saħħa lejn il-Guinea u impenja ruħu li jibgħat esperti lejn il-pajjiżi milqutin sa Ġunju 2015.

L-Ebola u l-implikazzjonijiet tagħha għall-UE

L-epidemjoloġista tal-ECDC Alice Friaux tagħti lezzjoni dwar il-prevenzjoni tal-Ebola fil-Guinea

Il-gradwati tal-kors dwar il-prevenzjoni barra l-binja fejn isir it-taħriġ

9

Page 12: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

EPIET u EUPHEM: Nagħtu spinta tassew bżonjuża lill-epidemjoloġija applikata EwropeaEPIET, il-Programm Ewropew għat-Taħriġ fl-Epidemjoloġija ta' Intervent, li ġie stabbilit għaxar snin qabel l-ECDC, issa huwa integrat kompletament fil-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tal-ECDC. EPIET u l-programm parallel għalih EUPHEM, li jiffoka fuq it-t-taħriġ fil-mikrobijoloġija tas-saħħa pubblika, huma ffinanzjati mill-ECDC. Madankollu, is-salarji jitħallsu b'għotja tal-ECDC (għall-imsieħba fil-fergħa tal-UE) jew mill-istituzzjonijiet ta' taħriġ parteċipanti (l-imsieħba fil-fergħa tal-Istati Membri).

Il-kurrikulu mifrux fuq sentejn tal-EPIET/EUPHEM jenfasizza b'mod ċar il-kompiti f'istituzzjonijiet tas-saħħa pubblika madwar l-Ewropa fejn l-imsieħba jkunu tassew okkupati fix-xogħol ta' kuljum marbut mas-saħħa pubblika.

Il-parteċipazzjoni fil-kors ta' introduzzjoni u moduli sussegwenti ta' taħriġ jipprovdu l-induzzjoni bażika

meħtieġa biex jinkisbu ċerti kompetenzi permezz tal-prattika.

Fl-2014, grupp ġdid ta' 38 imsieħeb ġew irreklutati, filwaqt li 31  imsieħeb iggradwaw mill-programmi. Fi tmiem l-2014, 77  parteċipant kienu rreġistrati fil-programmi EPIET/EUPHEM.

EPIET dejjem kien aktar minn sempliċi programm ta' taħriġ għall-epidemoloġisti fil-prattika aspiranti. Il-parteċipanti fil-programm jipprovdu assistenza fuq il-post biex jappoġġjaw lill-Istati Membri fir-rispons tagħhom għat-tifqigħat u jipparteċipaw f'missjonijiet internazzjonali ta' għajnuna. Fl-2014, ħdax-il  imsieħeb tal-EPIET marru fil-post fl-Afrika tal-Punent, fejn taw appoġġ fl-isforz ta' għajnuna internazzjonali għall-Ebola.

Dr Zoltán Kis, spiżjar li speċjalizza fis-saħħa pubblika internazzjonali, jirrapporta mill-missjoni tiegħu f'Guéckédou, fil-Guinea. Zoltán huwa msieħeb fil-fergħa tal-EUPHEM li tiffoka fuq l-Istati Membri u huwa wkoll membru mħarreġ tal-Laboratorju Mobbli tal-Unjoni Ewropea (EMLab) għal skjerament rapidu f'sitwazzjonijiet emerġenti kumplessi.

10

Page 13: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

L-ambjent li qiegħed jinbidel tal-mikrobijoloġija tas-saħħa pubblikaL-analiżi sħiħa tal-ġenoma bħalissa qiegħda tittrasforma l-approċċi mikrobijoloġiċi dijanjostiċi u tat-tip, filwaqt li qiegħda tgħin biex jiġu żvelati indikaturi ġodda tal-virulenza u r-reżistenza għall-mediċini. Fl-istess waqt, għodda ta' skrining rapidu mikrobjali u tar-reżistenza għall-mediċini qiegħda tilħaq is-suq dijanjostiku fejn tingħata l-kura. Fiż-żewġ oqsma, it-teknoloġija qiegħda tagħmel progress aktar mgħaġġel mill-proċess ta' bini tal-politika f'ħafna mill-Istati Membri. F'tentattiv biex tiġi indirizzata din id-diskrepanza, il-Programm ta' Mikrobijoloġija tas-Saħħa Pubblika tal-ECDC ivvaluta b'mod kritiku l-preċiżjoni u l-utilità għas-saħħa pubblika ta' dawn it-teknoloġiji l-ġodda. Bħala l-ewwel riżultat ta' din il-valutazzjoni, l-ECDC u n-netwerks tiegħu qablu li jfasslu pjan direzzjonali għall-introduzzjoni gradwali u kosteffikaċi tat-teknoloġiji tat-tip molekulari u l-kondiviżjoni tad-dejta molekulari bħala parti mis-sorveljanza tal-mard fil-livell tal-UE.

Tħejjija għal laqgħa mal-Punti Nazzjonali Prinċipali Mikrobijoloġiċi tal-ECDC: Karl Ekdahl (Kap tal-Unità, Kapaċità tas-Saħħa Pubblika u Komunikazzjoni), Kathryn Edwards (Esperta tal-Politika), Amanda Ozin-Hofsäss (Esperta Anzjana fil-Mikrobijoloġija) u Marc Struelens (Mikrobjologu Kap)

Tagħmir li jiddetermina s-sekwenza sħiħa tal-ġenoma jista' janalizza l-ġenoma mill-batterja sa organiżmi kbar u kumplessi. Makkinarju li jiddetermina volumi kbar ta' sekwenzi tad-DNA bħal dak f'BGI f'Hong Kong jista' jissostitwixxi 50 magna tal-ġenerazzjoni ta' qabel, u kmamar sħaħ ta' tagħmir għall-amplifikazzjoni (klonazzjoni u identifikazzjoni robotika tal-kolonji) tal-E. coli.

11

Page 14: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

12

Page 15: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

Il-fażi pilota tas-sorveljanza molekulari fil-livell tal-UE, li kienet tkopri tliet patoġeni li jinġarru fuq l-ikel (is-Salmonella, il-Listeria u l-VTEC) irċeviet evalwazzjoni pożittiva fl-2014. Il-kondiviżjoni tad-dejta molekulari saret parti mis-sorveljanza ta' rutina fil-livell tal-UE ta' dawn il-patoġeni, u bdiet it-tħejjija biex is-sorveljanza molekulari tiġi estiża għal patoġeni oħrajn, pereżempju Neisseria meningitides, Neisseria gonorrhoeae, l-MRSA u l-Enterobacteriaceae li tipproduċi carbapenemase u li huma reżistenti għal ħafna mediċini.

Il-mikrobijoloġija kellha rwol importanti fir-rispons fil-livell tal-UE għall-epidemija tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent. Waħda mill-miri prinċipali tar-rispons fil-livell tal-UE kienet li l-awtoritajiet tas-saħħa fl-Istati Membri kollha jkollhom aċċess għal laboratorji b'kapaċità li jittestjaw għall-Ebola b'mod preċiż u sigur. Il-mikrobijoloġisti tal-ECDC ħadmu man-netwerk

iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, QUANDHIP, biex jilħqu din il-mira u jaqsmu l-prattika tajba fil-metodi tal-ittestjar.

Bħal fi snin ta' qabel, in-netwerks tal-laboratorji li għandhom x'jaqsmu mal-ECDC u l-Programmi tal-Mard taċ-Ċentru organizzaw skemi ta' valutazzjoni tal-kwalità esterna (EQA) biex jevalwaw il-kapaċità tal-laboratorji biex jittestjaw għal patoġeni ewlenin u tendenzi ta' reżistenza għall-mediċina. B'mod konsistenti, l-EQAs jiġu elenkati fost l-attivitajiet li l-imsieħba taċ-Ċentru jaħsbu li jżidu l-akbar valur fil-livell tal-UE.

Tibqa' indispensabbli: id-dijanjostika tradizzjonali tal-laboratorju f'laboratorju fi Smittskyddsinstitutet (L-Istitut Svediż għall-Kontroll tal-Mard li Jittieħed) .

13

Page 16: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

14

Page 17: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

Il-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-AntibijotiċiIssa fit-tmien sena tiegħu, il-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi ġie stabbilit sew fit-18  ta'  Novembru: initjattiva tas-saħħa Ewropea kkoordinata mill-ECDC biex ikun hemm għarfien dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi. L-ECDC jappoġġja lill-pajjiżi tal-Ewropa biex, f'dan il-jum u hekk kif joqrob, iżidu l-għarfien billi jipprovdu manwali b'messaġġi importanti u mudelli ta' materjali ta' komunikazzjoni għall-adattament u l-użu f'kampanji nazzjonali, f'avvenimenti fil-livell tal-UE u bħala materja ta' strateġija u midja.

Aktar minn 40 pajjiż ipparteċipaw fil-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi għall-2014. Konverżazzjoni globali fuq Twitter, b'rabta maċ-chat Ewropea fuq Twitter fit-18  ta'  Novembru, laqqgħet lill-Ewropa, l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja u n-New Zealand. L-evidenza xjentifika dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi qiegħda tiżdied, u wħud mit-trażizzjonijiet l-aktar drammatiċi ġew iddokumentati fl-aġġornament tal-2014 tal-ECDC tad-dejta tal-UE dwar ir-reżistenza antimikrobjali u l-konsum antimikrobjali.

Poster tal-kampanja, Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi 2014

Konverżazzjoni Globali fuq Twitter, b'rabta maċ-chat Ewropea fuq Twitter fit-18 ta' Novembru, laqqgħet lill-Ewropa, l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja u n-New Zealand bl-użu tal-hashtag komuni #AntibioticDay

15

Page 18: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

16

Page 19: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

Il-ħożba: Naħdmu għall-eradikazzjoniŻewġ dożi tat-tilqima tal-ħożba-gattone-rubella jipprovdu protezzjoni kważi totali kontra l-ħożba. Barra minn hekk, l-immunizzazzjoni totali ta' 95  % tal-persuni f'popolazzjoni kieku twaqqaf il-virus milli jinfirex.

Ħafna mill-pajjiżi fl-UE ma laħqux dan il-livel ta' immunizzazzjoni u għalhekk l-UE tkompli tesperjenza tifqigħat sporadiċi tal-ħożba.

L-ECDC ikompli jappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jeqirdu l-ħożba mill-Ewropa. F'April  2014, l-ECDC ippubblika rapport speċjali dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan tal-ECDC għall-Ħożba u r-Rubella li kien jippreżenta fil-qosor ir-riżultati minn diversi inizjattivi tal-ECDC fl-2012 u l-2013 u li ppreżenta analiżi ġdida tar-raġuni għaliex l-UE għadha ma rnexxilhiex telimina l-ħożba. Dan ir-rapport ikkonkluda li l-Istati Membri tal-UE għandhom l-elementi kollha meħtieġa biex jeliminaw il-ħożba u r-rubella, iżda jeħtieġ li jieħdu azzjoni kkoordinata u kontinwa.

Is-sorveljanza tal-ECDC tal-mard li jista' jiġi prevenut bit-tilqim ingħata spinta tajba fl-2014 meta tliet netwerks ta' sorveljanza (EUVac.Net; in-Netwerk Ewropew ta' Sorveljanza tal-Mard Batteriku Invażiv) u n-Netwerk Ewropew ta' Sorveljanza tad-Difterja) ġew amalgamati f'netwerk wieħed ta' sorveljanza tal-mard.

Online, il-Portal tat-Tilqim tal-UE u l-għodda ta' Skedar tat-Tilqim komplew ikunu fost l-aktar aspetti mfittxija tal-portal tal-web tal-ECDC.

L-aqwa protezzjoni kontra l-ħożba huwa t-tilqim. L-għodda Ewropea ta' skedar tat-tilqim tgħin lil wieħed jiddetermina l-aqwa żmien biex jagħmel dan

17

Page 20: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

Kwistjonijiet ta' komunikazzjoniFl-2014, l-ECDC ħareġ total ta' 209  pubblikazzjonijiet xjentifiċi. Il-pubblikazzjonijiet kollha jgħaddu minn proċess editorjali strutturat li jiżgura li l-informazzjoni ppubblikata mill-ECDC tkun waħda akkademikament soda u li tinftiehem mill-utenti prinċipali tagħha.

Tul is-snin, l-ECDC stabbilixxa preżenza online b'saħħitha u huwa attiv ukoll fuq Twitter, Facebook u YouTube. Fl-2014, żdiedet taqsima ġdida dwar id-Dejta u l-Għodda fil-portal tal-web tal-ECDC, li tinkludi l-Atlas ta' Sorveljanza ta' Mard Infettiv. L-Atlas tnieda f'nofs l-2014 u joffri aċċess interattiv għal dejta ta' sorveljanza misluta minn każijiet fil-livell tal-UE dwar il-marda invażiva Haemophilus influenzae, il-mard invażiv tal-meningococcus, u t-tuberkolożi.

Tul is-sena, iżda b'mod speċjali b'rispons għall-ewwel trażmissjonijiet lokali tal-Ebola fl-Ewropa f'Ottubru 2014, l-ECDC provda servizz ta' kwalità għolja għall-ġurnalisti. Iċ-Ċentru ħadem ukoll f'kooperazzjoni

mill-qrib mal-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, inkluż in-netwerk ta' Komunikaturi tal-ECDC, sabiex jappoġġja rispons f'termini ta' komunikazzjoni mifrux mal-UE kollha.

Fl-2012, il-ġurnal xjentifiku Eurosurveillance rċieva l-ewwel fattur ta' impatt. Il-fattur ta' impatt fl-2014 kien 4.65 u poġġa lil Eurosurveillance mal-aqwa 10 ġurnali dwar il-mard infettiv. Fil-klassifika tal-ġurnali SCImago, kien imniżżel fl-ewwel kwart ta' ġurnali f'erba' kategoriji (mediċina ġenerali, viroloġija, saħħa pubblika, saħħa ambjentali u okkupazzjonali). Il-metrika ta' Google Scholar kienet daqstant ieħor inkoraġġanti, fejn il-ġurnal klassifika fir-raba' u l-għaxar post fost il-ġurnali tal-epidemjoloġija u l-mard li jittieħed.

L-appoġġ għat-tħejjija tal-pajjiżi huwa element importanti ieħor tal-approċċ tal-ECDC lejn il-komunikazzjoni. It-terminu jirreferi

Il-fatti kontra l-finzjoni, il-ġurnaliżmu għall-gazzetti sensazzjonali u l-evidenza xjentifika: Gabriel Wikström, il-ministru Svediż għas-saħħa pubblika, żar l-ECDC fil-quċċata tal-kriżi tal-Ebola.Fl-istess ħin, u minn wara l-kwinti, it-tim tal-istampa u l-midja tal-ECDC ipprovda aħbarijiet u riżorsi għall-ġurnalisti u l-professjonisti tal-midja, li taw ħarsa komprensiva lejn ir-rispons tal-UE għat-tifqigħa tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent.

18

Page 21: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet relatati mal-ippjanar u l-evalwazzjoni effettiva tal-miżuri tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri. L-appoġġ għat-tħejjija tal-pajjiżi jista' jvarja minn azzjoni preventiva (jiġifieri, il-promozzjoni tat-tilqim) għal tħejjija ta' emerġenza għal tifqigħat kbar. Dan jintlaħaq billi jiġu offruti għodod ta' valutazzjoni, gwida xjentifika, u l-iskambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattika. Eżempju tajjeb tal-attivitajiet tal-ECDC f'dan il-qasam huwa l-adattament kulturali tal-gwida tal-ECDC Let’s talk about protection li tappoġġja lit-tobba tal-familja fit-taħdita tagħhom mal-ġenituri dwar it-tilqim.

Stampa minn artiklu minn Eurosurveillance dwar is-sorveljanza ta' infezzjonijiet trażmessi sesswalment.Savage EJ, Mohammed H, Leong G, Duffell S, Hughes G. Improving surveillance of sexually transmitted infections using mandatory electronic clinical reporting: the genitourinary medicine clinic activity dataset, l-Ingilterra, 2009 sal-2013. Euro Surveill. 2014;19(48)

Stampa 3Postijiet fejn jinsabu kliniki tal-mard li jittieħed sesswalmenta u (i) ir-rata tad-dijanjożi tal-gonorreab skont l-LSOA fl-2013, u (ii) l-indiċi ta' taħlita ta' diversi tipi ta' tiċħid fl-2010c skont l-LSOA u awtorità lokali f 'livell baxx, Londra

19

Page 22: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

Daqqa t’għajn lejn l-ECDC Fi tmiem l-2014, l-ECDC kellu persunal full-time ta' 277  membru. Minnhom 182 kienu aġenti temporanji, 92 kienu aġenti b'kuntratt u tlieta kienu esperti nazzjonali ssekondati. L-Istati Membri kollha tal-UE, bl-eċċezzjoni tal-Lussemburgu u l-Kroazja, huma rrappreżentati fil-persunal taċ-Ċentru.

L-Iżvezja

Spanja

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Ir-RumanijaIl-Portugall

Il-PolonjaIl-Pajjiżi l-Baxxi

Malta

Il-Litwanja

Il-Latvja

L-Italja

L-Irlanda

L-Ungerija

Il-Greċja

Il-Ġermanja

Franza

Il-Finlandja

L-Estonja

Id-Danimarka

Ir-Repubblika Ċeka

Ċipru

Il-Bulgarija

Il-Belġju

L-Awstrija

Ir-Renju Unit

2010

52.5

Perċentwal (%)

L-Istati Membri kollha tal-UE, bl-eċċezzjoni tal-Lussemburgu u l-Kroazja, huma rrappreżentati fil-persunal taċ-Ċentru.

20

Page 23: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

Totali€60 484 000

Kollaborazzjoni u kooperazzjoni€1 560 840

Mixxellanji€5 499 273

Tmexxija€1 498 737

Funzjonijiet prinċipali u ta' sostenn€18 655 185

Programmi tal-mard€14 306 905

Ġestjoni tar-riżorsi u żvilupp organizzattiv€9 385 991

Teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni

€9 577 069

Konsulenti (51)

Interims (22)

Trainees (5)

SNEs (4)

Aġenti b’Kuntratt (92) Aġenti Temporanji (182)

Statutorji – Aġenti b’Kuntratt u Aġenti Temporanji (274)Mhux statutorji (82)

Bilanċ proporzjonat u ġeografiku tal-persunal statutorju tal-ECDC (Aġenti b'Kuntratt u Aġenti Temporanji) skont l-Istati Membri, 31 ta' Diċembru 2014

Nota: Il-kategoriji prinċipali tal-baġit biss huma inklużi

Il-baġit tal-ECDC

21

Page 24: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ... · It-tim ta’ tħejjija tagħna għamel stħarriġ dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri biex jimmaniġġjaw

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Indirizz postali: ECDC, 171 83 Stokkolma, L-IŻVEZJA

Indirizz għaż-żjarat: Tomtebodavägen 11a, Solna, L-IŻSVEZJA

Tel. +46 858601000Fax +46 858601001http://www.ecdc.europa.eu

Aġenzija tal-Unjoni Ewropeahttp://www.europa.eu

TQ-01-15-379-M

T-N