8
Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia fil-Belt Vallea F ’edizzjonijiet preċedenti tajna ħarsa fuq il-knejjes li jinsabu fil-Belt Vallea bil-piuri ta’ Santa Katarina V.M. li jinsabu fihom. Huwa xieraq li nerġgħu nagħtu ħarsa ħafifa lejn il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia li serviet bħala l-Knisja tal-Kavallieri Taljani u ġiet mibnija bil-ħeġġa tal-istess Kavallieri biswit il-Berġa tagħhom. F’edizzjonijiet oħra konna ppubblikajna l-piura titulari ta’ din il-Knisja: il-qtugħ ir-ras tal-Qaddisa, xogħol mill-aqwa tal-piur ċelebri Fra Maia Preti u qajla konna semmejna li ma’ ġenb din il-piura, waħda fuq kull naħa, jinsabu żewġ piuri sbieħ oħra. Fuq in-naħa tax-xellug tal-Piura Titulari nsibu l-għerusija mistika ta’ Santa Katarina V.M. fejn naraw lil Ġesu` Bambin fi ħdan Ommu Marija – qiegħed ilibbes iċ-ċurke fis-subgħa tal-qaddisa Katarina. Ikonografija magħrufa ħafna mal-erbat irjieħ tad-dinja. Fuq in-naħa tal-lemin naraw id-disputa ta’ Santa Katarina mal-għorrief pagani fil-preżenza tal-Imperatur Massiminu. Dawn iż-żewġ piuri għandhom ċerta grazzja kemm fil-kompożizzjoni tagħhom u kemm fil- kuluri. L-istoriku Achille Ferris, f ’ Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo(1866), jaribwihom għal skola Spanjola mpira fit-tieni nofs tas-seklu 18. Din il-Knisja hija ġojjel fl-arkiteura Maltija, ġiet mibnija flok oħra antika dedikata wkoll lil Santa Katarina V.M. fejn din kienet ġarbet ħsarat kbar fit-terremot qawwi li nħass fil-gżejjer Maltin fl-1639. Ix-xogħol kollu tlesta fl-1714 u l-arkite famuż tal-Ordni tal-Kavallieri – Viorio Carapecchia għamel il-pjanti tal-faċċata bil- portiku maestuż tal-knisja. Il-faċċata tal-Knisja hija mżejna b’diversi simboli aribwiti lejn Santa Katarina bħalma huma palm, ġilji u kuruni. Fin-nofs fuq il- portiku hemm lapida bil-kliem li turi li l-knisja hija ddedikata lil Alla f ’ġieh Santa Katarina V.M. u li hija l-Patruna tal-istess kavallieri taljani. Fil-Knisja wieħed jilmaħ li l-koppla minn ġewwa wkoll hemm impira fis-saqaf 8 xeni minn ħajjet il-qaddisa. Dawn huma mpirin ‘monocolour’ fuq l-iskala tal-griż imżewqa b’disinni tad-deheb indurat. Referenzi:- Farrugia J., Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’Italia, Għall-Imħabba tal-Patruna 140 sena Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. 1864-2004, Programm tal-Festa 2004, pp 115- 124, Malta, 2004. Zarb Seraphin M., Buhagiar M., St Catherine of Alexandria: Her Churches, Paintings and Statues in the Maltese Islands, Malta, 1979. Fl-4 ta’ Seembru, fil-Parroċċa tagħna tiġi ċċelebrata l-Festa Titulari ad unur il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. ta’ Lixandra. Barra minn dan f ’Seembru u Oubru ser jiġu ċċelebrati wkoll il-Festi ta’ Santu Rokku u tal-Madonna tar-Rużarju. Il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. jawguraw il-Festi t-Tajba lil Kulħadd! Is-Sur Jeremy Cachia

Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia fil-Belt VallettaF’dawn ix-xhur tas-sajf is-Soċjetà għaddejja bl-aħħar preparamenti biex fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru niċċelebraw

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia fil-Belt VallettaF’dawn ix-xhur tas-sajf is-Soċjetà għaddejja bl-aħħar preparamenti biex fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru niċċelebraw

Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia fil-Belt Valletta

F’edizzjonijiet preċedenti tajna ħarsa fuq il-knejjes li jinsabu fil-Belt Valletta bil-pitturi ta’ Santa Katarina V.M. li jinsabu fihom. Huwa xieraq li nerġgħu

nagħtu ħarsa ħafifa lejn il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia li serviet bħala l-Knisja tal-Kavallieri Taljani u ġiet mibnija bil-ħeġġa tal-istess Kavallieri biswit il-Berġa tagħhom. F’edizzjonijiet oħra konna ppubblikajna l-pittura titulari ta’ din il-Knisja: il-qtugħ ir-ras tal-Qaddisa, xogħol mill-aqwa tal-pittur ċelebri Fra Mattia Preti u qajla konna semmejna li ma’ ġenb din il-pittura, waħda fuq kull naħa, jinsabu żewġ pitturi sbieħ oħra. Fuq in-naħa tax-xellug tal-Pittura Titulari nsibu l-għerusija mistika ta’ Santa Katarina V.M. fejn naraw lil Ġesu` Bambin fi ħdan Ommu Marija – qiegħed ilibbes iċ-ċurkett fis-subgħa tal-qaddisa Katarina. Ikonografija magħrufa ħafna mal-erbat irjieħ tad-dinja. Fuq in-naħa tal-lemin naraw id-disputa ta’ Santa Katarina mal-għorrief pagani fil-preżenza tal-Imperatur Massiminu. Dawn iż-żewġ pitturi għandhom ċerta grazzja kemm fil-kompożizzjoni tagħhom u kemm fil-kuluri. L-istoriku Achille Ferris, f ’ Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo(1866), jattribwihom għal skola Spanjola mpittra fit-tieni nofs tas-seklu 18.

Din il-Knisja hija ġojjel fl-arkitettura Maltija, ġiet mibnija flok oħra antika dedikata wkoll lil Santa Katarina V.M. fejn din kienet ġarbet ħsarat kbar fit-terremot qawwi li nħass fil-gżejjer Maltin fl-1639. Ix-xogħol kollu tlesta fl-1714 u l-arkitett famuż tal-Ordni tal-Kavallieri – Vittorio Carapecchia għamel il-pjanti tal-faċċata bil-portiku maestuż tal-knisja. Il-faċċata tal-Knisja hija mżejna b’diversi simboli attribwiti lejn Santa Katarina bħalma huma palm, ġilji u kuruni. Fin-nofs fuq il-portiku hemm lapida bil-kliem li turi li l-knisja hija ddedikata lil Alla f ’ġieh Santa Katarina V.M. u li hija l-Patruna tal-istess kavallieri taljani. Fil-Knisja wieħed jilmaħ li l-koppla minn ġewwa wkoll hemm impittra fis-saqaf 8 xeni minn ħajjet il-qaddisa. Dawn huma mpittrin ‘monocolour’ fuq l-iskala tal-griż imżewqa b’disinni tad-deheb indurat.

Referenzi:-

Farrugia J., Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’Italia, Għall-Imħabba tal-Patruna 140 sena Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. 1864-2004, Programm tal-Festa 2004, pp 115-124, Malta, 2004.

Zarb Seraphin M., Buhagiar M., St Catherine of Alexandria: Her Churches, Paintings and Statues in the Maltese Islands, Malta, 1979.

Fl-4 ta’ Settembru, fil-Parroċċa tagħna tiġi ċċelebrata l-Festa Titulari ad unur il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. ta’ Lixandra. Barra minn dan f ’Settembru u Ottubru ser jiġu ċċelebrati wkoll

il-Festi ta’ Santu Rokku u tal-Madonna tar-Rużarju.Il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.

jawguraw il-Festi t-Tajba lil Kulħadd!

Is-Sur Jeremy Cachia

Page 2: Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia fil-Belt VallettaF’dawn ix-xhur tas-sajf is-Soċjetà għaddejja bl-aħħar preparamenti biex fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru niċċelebraw

IL-MULEJ SEJĦILHOM BIEX JIDĦLU FIL-FERĦ MA’ SANTA KATARINA V.M. GĦAL DEJJEM.

Membru Publius Farrugia - 9 ta’ Settembru 2014Membru Charles Gauci - 20 ta’ Settembru 2014

Membru Onorarju Michaelangelo Darmanin - 30 ta’ Settembru 2014Membru Carmen Ellul - 2 t’Ottubru 2014

Membru Tereża Abdilla - 31 t’Ottubru 2014Membru Louis Grixti - 6 ta’ Novembru 2014Agħtihom O’Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

Għeżież Qarrejja,

F’dawn ix-xhur tas-sajf is-Soċjetà għaddejja bl-aħħar preparamenti

biex fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa Titulari ddedikata lill-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri. Forsi l-iktar fattur li ninnutaw huwa grupp ta’ voluntiera li f’dawn iż-żminijiet ikunu impenjati jarmaw it-toroq tagħna, imma f’dawn ix-xhur is-Sezzjonijiet, Sotto Kumitati u l-Kumitat Ċentrali flimkien mas-Soċi nkunu mpenjati bil-preparamenti tal-festa. F’dawn iż-żminijiet naraw lill-bandisti tagħna jattendu għall-kunċerti li jsiru fil-każin bi tħejjija għall-impenji tal-festa. Bħas-snin li għaddew din is-sena wkoll ippreparajna programm varjat għall-ġimgħa tal-festa li għandu jolqot il-gosti ta’ kulħadd.

Nammetti li biex norganizzaw dan kollu, speċjalment biex inkunu nistgħu narmaw it-toroq

tagħna, kien hemm ċirkustanzi fejn ħloqna nkonvenjent għar-residenti. Minn hawn nirringrazzjakom li f’dawn iċ-ċirkustanzi tifhmuna u tal-kooperazzjoni kbira li dejjem urejtu magħna.

Inħeġġeġ lil kulħadd biex fil-ġimgħa tal-festa tingħaqdu magħna għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ barra. Biss infakkarkom li aħna niċċelebraw festa nisranija u għalhekk nappellakom biex tattendu wkoll għall-festi liturġiċi li jsiru ġewwa l-Knisja.

Fl-aħħar nagħlaq dan il-messaġġ billi f’isem is-Soċjetà nirringrazzja lill-benefatturi u volontiera li jgħinu lis-Soċjetà kemm finanzjarjament kif ukoll bil-ħidma tagħhom, lilkom ammiraturi tas-Soċjetà li tattendu għall-attivitajiet u lil kull min jagħti s-sehem tiegħu biex niċċelebraw festa li tagħmel ġieħ lir-raħal tagħna u lill-Patruna Santa Katarina Verġni u Martri, Patruna taż-Żurrieq.

Nawgura il-Festa t-tajba liż-Żrieraq kollha.

Għeżież Qarrejja,

Is-sħana bdiet, is-Sajf magħna u l-bliet u rħula Maltin diġà bdew jiċċelebraw il-festi tal-Patrun jew Patruna tagħhom. Żgur xejn inqas, fir-raħal tagħna taż-Żurrieq, meta fi ftit ġimgħat oħra nerġgħu nagħmlu festa mill-isbaħ għad unur il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. ta’ Lixandra.Bla dubju ta’ xejn, tul is-sena kollha ssir ħidma sew mill-Kumitat Ċentrali kif ukoll mis-Sotto Kumitati kollha biex il-festa tagħna tkun waħda mill-isbaħ ġewwa Malta tagħna. Ta’ min jgħid prosit ukoll lis-Surmast tal-Banda Santa Katarina V.M., Maestro Josef Grech, lill-Assistent Surmast u lill-bandisti kollha għall-kunċerti li jsiru għal dan il-għan b’impenn kontinwu. Bħal dejjem inħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi għall-funzjonijiet kollha, sew tal-Knisja Arċipretali tagħna, kif ukoll għall-programm sħiħ tal-ġimgħa tal-festa tagħna. Nieħu din l-opportunità biex f’isem il-Bord Editorjali nawgura l-Festa t-Tajba lil kullħadd. .

Is-Sur Joseph Saliba - Editur

Editorjal

Editur : Joseph SalibaRappreżentant Kumitat Ċentrali: Segretarju Kevin SchembriArtikolisti: Jeremy Cachia, Carmel Callus, Richard Farrugia, Anna Maria Gatt, President Philip Schembri, President Onorarju Karmenu Żerafa.Ritratti: Jeremy Cachia, Jean Luke Camilleri, Clint FarrugiaProof Reading: Vincienne Attard

IL-MULEJ SEJĦILHOM BIEX JIDĦLU FIL-FERĦ MA’ SANTA KATARINA V.M. GĦAL DEJJEM.

Membru Nazzarena Pace mietet fit-8 ta’ Mejju 2016 Membru Joseph Darmanin miet fit-8 ta’ Lulju 2016 Membru Ġużeppa Zammit mietet fil-15 ta' Lulju 2016 Membru Maria Tonna mietet fit-22 ta' Lulju 2016

Agħtihom O’Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

Bord Editorjali

Page 3: Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia fil-Belt VallettaF’dawn ix-xhur tas-sajf is-Soċjetà għaddejja bl-aħħar preparamenti biex fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru niċċelebraw

Servizzi tal-Banda

Awwissu 2016Nhar il-Ħadd 7 t’Awwissu 2016, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser tagħmel marċ ġewwa l-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Duminku. Dan is-servizz ser jibda fit-8.00pm minn Triq ir-Repubblika u jispiċċa fil-11.00pm fi Triq il-Merkanti quddiem il-Knisja ta’ San Duminku.Nhar il-Ħadd 14 t’Awwissu 2016, il-Banda Santa Katarina V.M., ser tagħmel marċ u programm ġewwa l-Qrendi fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Dan is-servizz ser jibda fis-7.00pm u jispiċċa fl-10.00pm.Nhar it-Tnejn 15 t’Awwissu 2016, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser tagħmel marċ u programm ġewwa l-Qrendi, fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Dan is-servizz ser jibda fit-8.15pm u jispiċċa fil-11.15pm.Nhar it-Tlieta 16 t’Awwissu 2016, il-Banda Santa Katarina V.M., ser tagħmel marċ brijjuż ġewwa Birkirkara fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sant Elena. Dan is-servizz ser jibda fit-8.30pm u jispiċċa fil-11.30pm.Nhar il-Ħadd 21 t’Awwissu 2016, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser tagħmel marċ ġewwa Bubaqra fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Dan is-servizz ser jibda fid-9.00pm u jispiċċa fil-11.00pm.Nhar il-Ġimgha 26 t’Awwissu 2016, il-Banda Santa Katarina V.M., ser tagħmel Pop Concert fi Triq Don Carlo de Giovanni Inglott ż-Żurrieq. F’dan il-Pop Concert ser ikun hemm mistiedna għadd ta’ kantanti Maltin stabbiliti li ser ikantaw mal-Banda. Dan ser jibda fid-9.00pm u jispiċċa fil-11.30pm.Nhar il-Ħadd 28 t’Awwissu 2016, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser tieħu sehem waqt il-ħruġ tal-Vara minn niċċa. Dan ser jibda fis-7.00pm. Fit-8.30pm il-Banda tkompli tferraħ it-toroq taż-Żurrieq b’għadd ta’ marċi brijjużi, li jispiċċa fil-11.00pm fi Pjazza Repubblika.

SETTEMBRU 2016.Nhar il-Ħamis 1 ta’ Settembru 2016, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser tagħmel marċ u programm ġewwa ż-Żurrieq. Dan ser jibda fil 8.45pm minn Triq il-Kbira u jkompli bi programm varjat fuq il-planċier artistiku tagħha.Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru 2106, il-Banda Sta. Katarina V.M., tiegħu sehem f-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Santa Katarina V.M.. Dan ser jibda fid-9.00pm minn naħa tal-Bebbux u jispiċċa fis-01.00am fi Pjazza Repubblika bit-tlugħ tal-istatwa fuq il-pedestall fid-daqq tal-Innu ‘Semma Poplu.’Nhar is-Sibt 3 ta’ Settembru 2016, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ TE DEUM. Dan ser jibda fil-11.00am u jispiċċa fit-3.00pm fi Pjazza Repubblika. Nhar il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2016, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser twassal lill-Prim Konċelebrant għall-quddiesa Pontifikali ta’ Jum il-Festa Titulari. Dan ser jibda fit-8.30am minn Triq Dun Ġużepp Zammit u jispiċċa fid-9.15am fi Pjazza Repubblika.Nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru 2016, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser tagħmel marċ ġewwa d-Daħla, limiti tar-Rabat fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Katarina V.M.. Dan is-servizz mistenni li jibda fis-6.30pm u jispiċċa fid-9.00pm.

OTTUBRU 2016Nhar il-Ħadd 2 t’Ottubru 2016, il- Banda Sta Katarina V.M., ser tagħmel programm ġewwa ż-Żurrieq fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Dan is-servizz ser jibda fis-7.00pm u jispiċċa fit-8.30pm.

AVVIŻTagħlim tal-Mużika: Sezzjoni Njam – Kull nhar ta’ Sibt mit-8.00am sa 12.00 pm flimkien mas-Surmast Josef Grech A.T.C.L, L.T.C.L., Dip. A.B.R.S.M, L.R.S.M.Tagħlim tal-Mużika: Sezzjoni Ramm – Kull nhar ta’ Sibt mit-8.00am sa 12.00 pm flimkien mal-Assistent Surmast Alan Schembri

It-Tagħlim tal-Mużika mal-Banda Santa Katarina V.M. huwa b’xejn. Tingħata attenzjoni individwali lil kull alliev li jattendi għal dawn il-lezzjonijiet. Għalkemm il-lezzjonijiet qed isiru kull nhar ta’ Sibt, nixtiequ ninfurmaw lil dawk kollha interessati biex min ma jkunx jista’ jattendi għal-lezzjonijiet is-Sibt, javviċina lis-Surmastrijiet tal-Banda tagħna għal arranġamenti oħra.

APPELL LILL-FRATELLIInħeġġu lill-Fratelli tas-S.S.mu Sagrament u l-Qalb ta’ Ġesù

biex jattendu s-Sibt 3 ta’ Settembru 2016għat-Transulazzjoni ta’ Santa Katarina V.M. fil-5.30 p.m.

u l-Ħadd 4 ta’ Settembru 2016għall-Purċissjoni ta’ Santa Katarina V.M. fis-6.30 p.m.

Page 4: Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia fil-Belt VallettaF’dawn ix-xhur tas-sajf is-Soċjetà għaddejja bl-aħħar preparamenti biex fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru niċċelebraw

#Festa2016#Loading ...

Page 5: Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia fil-Belt VallettaF’dawn ix-xhur tas-sajf is-Soċjetà għaddejja bl-aħħar preparamenti biex fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru niċċelebraw

Għeżież tfal,

Xi ġmiel! Ninsabu fl-istaġun tas-sajf u ftit ġimgħat biss bogħod mill-festa tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. Bħalissa żgur li qegħdin fuq ix-xwiek

nistennew ħalli naraw lir-raħal tagħna jintrama bl-isbaħ armar u jixgħel bl-isbaħ dwal biex nagħtu ġieħ lill-Padruna tagħna. Din is-sena ejjew nirriflettu ftit dwar kif Santa Katarina tixtieqna illi ngħixu u norbtu dawn il-ħsibijiet mal-messaġġi li l-Papa Franġisku ilu jibgħatilna tul din is-sena tal-Ġublew tal-Ħniena.

1. Il-Ħniena ta’ Alla hija għal kulħadd – Santa Katarina dan ippruvat turieh lin-nies ta’ żmienha. Imma m’għamlitx dan bil-paroli biss, imma spjegat il-Kelma t’Alla lin-nies ta’ madwarha ħalli jifhmu l-imħabba kbira li Alla l-Missier għandu għalina uliedu. U spjegat mingħajr biża’ u b’ċertezza kbira.

2. L-ebda ħajt ma jostakola l-ħniena ta’ Alla – Santa Katarina emmnet bis-sħiħ fil-ħniena ta’ Alla u kienet din il-ħniena li saħansitra wasslitha biex wara l-ħitan għoljin tal-ħabs tkompli xxerred l-imħabba ta’ Alla l-Missier. Rebħet il-qlub ta’ Fawstina u Porfirju, l-aktar tnejn minn nies qrib Massiminu. Dawn raw ukoll il-ħniena ta’ Alla sseħħ quddiem għajnejhom, meta ndunaw li kienet il-ħniena u l-imħabba ta’ Alla li dewwiet il-ġrieħi ta’ Katarina meta kienet fil-ħabs.

3. Il-ħniena tgħina nikbru flimkien – Il-ħniena ta’ Alla tkompli tgħaqqadna flimkien bħala aħwa. Santa Katarina, bil-ħajja tagħha, urietna kemm hu sabiħ li wieħed japprezza li hu parti mill-familja ta’ Alla. U Santa Katarina għexet dan b’fidi kbira tant li ċaħdet ir-rikkezzi kollha, biex tgħix bil-ferħ u bil-paċi f ’qalbha.

Tfal, ejjew f ’dawn il-ġranet tal-festa nirriflettu ftit għaliex qed nagħmlu din il-festa. Fil-festa aħna niċċelebraw il-ħajja tal-qaddisa Patruna tagħna Santa Katarina, ħajja li hija mera tal-ħniena kbira ta’ Alla lejna l-bnedmin. Mela ejjew ningħaqdu lkoll flimkien ħalli bil-mod kif ngħixu nferrħu lil Santa Katarina u nersqu aktar lejn Alla Missierna.Jien nawguralkom il-festa t-tajba u nħeġġiġkom tattendu għall-attivitajiet kollha li ser ikunu organizzati fil-ġranet ta’ qabel kif ukoll fil-jiem tal-festa.

VIVA SANTA KATARINA V.M. PATRUNA TAŻ-ŻURRIEQ

#Festa2016#Loading ...

Page 6: Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia fil-Belt VallettaF’dawn ix-xhur tas-sajf is-Soċjetà għaddejja bl-aħħar preparamenti biex fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru niċċelebraw

F’din is-sena li ser nitkellmu fuqha ma rridux ninsew li kienet waħda mis-snin tat-Tieni Gwerra Dinjija.

F’din id-data l-Ingliżi kienu għadhom waħedhom fil-gwerra kontra l-Ġermaniżi u t-Taljani. Hawn qed nitkellmu ġimgħatejn qabel dak li ġara f’Pearl Harbour meta l-Ġappuniżi attakkaw lill-Amerikani f’din il-bażi navali fil-Hawaii.

Il-Flotta Ingliża tal-Mediterran li bħala l-aktar bażijiet importanti kellha lil Malta u Lixandra fl-Eġittu kienet il-ħin kollu taħt theddida mill-U Boats Ġermaniżi u l-flotta Taljana. Il-Kap Kmandant tal-flotta Ingliża fil-Mediterran l-Ammiral Sir Andrew Cunningham kellu biċċa xogħol iebsa biex dan il-baħar ma jaqax f’idejn l-Assi.Dan l-Ammiral dik is-sena kien mexxa b’suċċess attakki fuq il-bażi Navali Taljana f’Taranto u Matapan.

Nhar il-25 ta’ Novembru 1941 għall-ħabta ta’ l-4.25pm il-Battleships HMS Queen Elizabeth, HMS Valiant, HMS Barham flimkien ma’ tmien destroyers kienu l-barra minn Lixandra meta U Boat Ġermaniża il-U331 taħt il-logotunent Dietrich Von Tiesenhausen sparat torpedo lejn HMS Barham, din intlaqtet fil-magazin u għerqet wara ftit tal-ħin. Din l-għarqa ġiet iffilmjata mill-cameraman John Turner tal-Gaumont News li kien fuq l-HMS Valiant.

Il-kmandant tal-U331 ma ndunax li għerreq il-Barham għaliex malli spara t-torpedo niżel ‘l isfel u ħarab. Dakinhar mietu 862 baħri fosthom anke maltin. Fost il-maltin li salvaw kien hemm Pawlu Camilleri baħri mwieled iż-Żurrieq li kien jgħix Birżebbuġia. Dan il-baħri ra t-torpedo ġejja u laħaq qabeż il-baħar qabel l-isplużjoni. Huwa kien qal li waqt li kien fil-baħar talab lil Santa Katarina biex teħilsu mill-għarqa kif fil-fatt ġara. Wara ħafna żmien Camilleri u l-Kmandant tal-U331 Von Tiesenhausen li issa kien emigrat il-Kanada bdew jikorrespondu bejniethom.

Il-Ġermaniżi ndunaw li l-HMS Barham għerqet xahrejn wara. L-Ingliżi waqt il-gwerra qatt ma wrew il-filmat ta’ din l-għarqa minħabba l-moral. F’ dan iż-żmien li qegħdin nitkellmu fuqu, l-Allejati kienu sejrin ħażin ħafna, fejn il-Qawwa Navali Ingliża riedet tlaħħaq mal-Imperu li kellha mifrux mad-dinja.

HMS Barham kienet inbniet minn John Brown & Company f’Clydebank fl-Iskozja fl-1913 u ġiet ikkommisjonata fl-1915 fejn ħadet sehem anke fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Kellha tunellaġġ ta’ 29,1150 u maż-żmien sarulha bosta modifikazzjonijiet.

Il-ħajja ta’ din il-Battleship kellha tintemm f’Sidi Barrani ‘l barra minn Lixandra propju nhar il-25 ta’ Novembru 1941.

Il-25 ta' Novembru 1941Is-Sur Carmel Callus

HMS BARHAM

SPLUŻJONI TAL-HMS BARHAM

KMANDANT TAL- U331

VON TIESEN-HAUSEN

Page 7: Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia fil-Belt VallettaF’dawn ix-xhur tas-sajf is-Soċjetà għaddejja bl-aħħar preparamenti biex fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru niċċelebraw

Attivitajiet mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.

3 t’Awwissu 2016 Ikla fil-Każin organizzata mis-Sotto Kumitat Nar4 t’Awwissu 2016 Xahar Qabel il-Festa - Get Together Fil-Każin5 t’Awwissu 2016 Pellegrinaġġ fil-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa7 t’Awwissu 2016 Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq ġewwa l-Belt Valletta fl-okkażjoni tal- Festa ta’ San Duminku13 t’Awwissu 2016 BBQ organizzat mis-Sotto Kumitat Nar fejn nassistu għall-ħarqa tan-Nar tal- Festa ta’ Santa Marija tal-Imqabba14 t’Awwissu 2016 Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq ġewwa l-Qrendi fl-okkażjoni tal- Festa ta’ Santa Marija15 t’Awwissu 2016 Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq ġewwa l-Qrendi fl-okkażjoni tal- Festa ta’ Santa Marija16 t’Awwissu 2016 Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq ġewwa B’Kara fl-okkażjoni tal- Festa ta’ Sant’ Elena19 t’Awwissu 2016 Quddiesa b’suffraġju għall-Vittmi tan-Nar tas-Soċjetà kif ukoll għar-ruħ is-Surmast Francis Falzon20 t’Awwissu 2016 Lejla Katarinjana organizzata mis-Sotto Kumitat Kultura u Ikla organizzata mis-Soċjetà21 t’Awwissu 2016 Il-Banda Santa Katarina V.M. twettaq Kunċert Ġenerali tal-Marċi Brijużi fil- Bitħa tal-Każin fl-10.00a.m.21 t’Awwissu 2016 Fiera Kbira ġewwa Bubaqra fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Marija f’Bubaqra kif ukoll Marċ Brijjuż mill-Banda Santa Katarina V.M.22 t’Awwissu 2016 Riċeviment fil-Każin tal-Festa Titulari ta' Santa Katarina V.M.24 t’ Awwissu 2016 Coffee Morning organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa25 t’Awwissu 2016 Party għat-Tfal tal-Festa fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.26 t’Awwissu 2016 Żurrieq Pop Concert mill-Banda Santa Katarina V.M. flimkien ma’ Joe Brown’s Band fi Triq Don Carlo de Giovanni Nglott, Żurrieq27 t’Awwissu 2016 Lejla Maltija Grandjuża organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ PalmistiMit-28 t’Awwissu Festa f’ġieħ il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M.Sal-4 ta’ Settembru 201631 t’Awwissu 2016 Ikla organizzata mis-Sotto Kumitat Nar f’nofsinhar fil-Każin10 ta’ Settembru 2016 BBQ ta’ wara l-festa organizzat mis-Sotto Kumitat Nar16 ta’ Settembru 2016 High Tea fil-Każin organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa25 ta’ Settembru 2016 Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq ġewwa d-Daħla, limiti tar-Rabat fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Katarina V.M.28 ta’ Settembru 2016 Coffee Morning organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa1 t’Ottubru 2016 Ikla Bejn il-Ħbieb organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti16 t’Ottubru 2016 Seduta Ġenerali Annwali tas-Soċjetà

Imla' l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jintlew bin-numru 1 sa 9.

Min ser jikkompeti jista’ jibgħat it-tweġiba tiegħu lis-Segretarju tas-Soċjetà: Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Żurrieq sal-20 ta' Awwissu 2016.

Rebbieħa ta' Sudoku No. 48 hija Alexanra Camilleri Axiaq miż-Żurrieq.

7 2

5 9 7 4

8 6 7 5 1

3 2

4 3 2

1 8

2 5 7 6 9

6 3 1 2

1 4

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Page 8: Il-Knisja ta’ Santa Caterina d’ Italia fil-Belt VallettaF’dawn ix-xhur tas-sajf is-Soċjetà għaddejja bl-aħħar preparamenti biex fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru niċċelebraw

Iż-Żona tal-BaqqariFiż-żmien il-perjodu medjevali, fi triq li miż-Żurrieq tagħti għal Ħal Far, insibu li kien jeżisti raħal żgħir ieħor ‘Casal Baqqari’, simili għal dak ta’ Ħal-Millieri u li dan jagħmel parti mar-raħal sabiħ tagħna ż-Żurrieq. Din iż-żona tal-Baqqari (jew Bakkari) instabu rovini arkeoloġiċi wisq antiki u interessanti. Ir-raddi mħaffra fil-blat jaħsbu li dawn imorru lura saż-żmien il-Bronż. Hemm ukoll ġebel megalitiku li jista’ jkun li kien parti minn xi binja tal-Preistorja. Fdalijiet ta’ torri tond ta’ żmien ir-Rumani jinsabu wkoll fil-viċinanzi u jmorru lura għas-seklu 4. Xi studjużi tal-istorja jsostnu li xi fdalijiet minn dan it-torri seta’ ntuża għall-bini taż-żewġ kappelli li kienu mibnija f ’dan il-post. Il-pilastri li għadna nistgħu naraw imwaqqfin jistgħu jkunu xi fdalijiet Rumani li semmejna.

Minn rapporti tal-viżti pastorali, f ’din iż-żona kienu mwaqqfa wħud mill-ewwel żewġ kappelli f ’Malta. Dawn kienu jmissu flimkien u x’aktarx jinfdu minn waħda għall-oħra u kellhom zuntier komuni li seta’ kien jintuża bħala ċimiterju. Dawn kienu ddedikati lil Marija Annunzjata/Santa Marija u l-oħra lil Santa Katarina V.M. Ma jafux eżatt meta ġew mibnija imma jaħsbu li dawn twaqqfu bejn l-1200 u l-1500 meta Malta ġiet rikristjanizzata mill-ġdid. Fl-1419 u l-1420 tissemma’ l-Milizia tad-Dejma u li kienu joqogħdu f ’Casal Baqqari u f ’ Bubaqra u li kienu jagħmlu parti mid-19 u l-20 kontinġent rispettivament. Dawn kienu jieħdu ħsieb l-għassa mal-kosta. Sal-1497 din iż-żona ma baqgħetx tissejjaħ iktar bħala raħal. Fl-1503, fil-viżta pastorali ta’ Balaguer, tissemma’ bħala Contrata Sancta Catherina tal Baccari. Ħafna jsostnu li minn hawnhekk ħarġet id-devozzjoni u l-kult mill-aktar bikri ta’ Santa Katarina V.M. fiż-Żurrieq.

Fl-1921 kien sar xi xogħol ta’ skavar fuq dan is-sit fejn kien hemm il-kappelli imma x-xogħol ntemm bla riżultat b’konsegwenza li dan is-sit ġarrab ħsarat u vandaliżmu. Fl-1974 reġa’ kien hemm intervent ieħor fuq dawn ir-rovini u saru pjanti ġodda tal-kappelli imma sfortunatament dan ix-xogħol reġa’ ġie skartat u din iż-żona baqgħet mitluqa.

Fuq nota pożittiva llum ninutaw li din iż-żona ftit tax-xhur ilu, ddawret b’ċint sabiex jiddistingwu dawn ir-rovini minn mat-triq u b’hekk tkun iktar protetta.

Ftit passi ‘l bogħod insibu niċċa ħelwa ta’ Santa Katarina V.M. Din inbniet fl-2001 flok oħra eqdem iddedikata lill-istess qaddisa. Dik in-niċċa l-antika kienet ġiet imġarrfa fl-ewwel ġurnata tat-tieni gwerra dinjija. L-anzjani tar-raħal fuq inizzjattiva tas-sinjuri Ġeraldu Camilleri u Mikielanġ Darmanin flimkien ma’ diversi benefatturi tellgħu din in-niċċa b’qima u mħabba kbira lejn il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. biex Hi tkompli tindokra l-irziezet u r-raba tal-inħawi. Ta’ min jinnota li t-triq biswit din in-niċċa jisimha wkoll għal Santa Katarina tal-Baqqari u ftit taż-żmien ilu, din it-tabella ġiet ivvandalizata. Nissuġerixxi lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq jerġa’ jagħmel din it-tabella bl-isem tagħha jiġifieri :- Triq Santa Katarina tal-Baqqari!

Referenzi:-Luttrell A., Hal-Millieri: A Maltese Casale, Malta, 1976. Zarb Seraphin M., Buhagiar M., St Catherine of Alexandria: Her Churches, Paintings and Statues in the Maltese Islands, Malta, 1979.

Design & Printing: Tel: 21250994/3