24
MINN: Josephine Vella U Stephani Ellul

Il-passjoni ta' Gesu

  • Upload
    dyre

  • View
    150

  • Download
    0

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Il-passjoni ta' Gesu'. MINN: Josephine Vella U Stephanie Ellul. Il-Poplu jag ħ ti mer ħ ba kbira lil Ġ esu’. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Il-passjoni ta' Gesu

MINN: Josephine Vella U Stephanie Ellul

Page 2: Il-passjoni ta' Gesu

Il-Poplu jagħti merħba kbira lil Ġesu’Waqt li Gesu’ kien għaddej mit-triq kien hemm raġel, Zakkew li xtaq jarah, għaliex kien sema’ ħafna affarijiet fuqu, iżda minnħabba l-folla u minnħabba li kien qasir ma setax jarah għalhekk tela’ fuq siġra biex jarah sew. Malli wasal ħdejh Ġesu’ għolla ħarstu lejh u qallu “Zakkew,inżel minn hemm, għax illum nixtieq niġi sad-dar tiegħek.”Zakkew,ferħan niżel minnu fih u laqgħu għandu. In-nies stagħġbu kif Ġesu’ mar għand raġel midneb. In-nies ġieli għamlu hekk, iżda l-Imgħallem dejjem fittex li jagħmilha ma’ kulħadd. Dak il-ħin Zakkew nidem minn dnubietu u qal “Ara, Mulej, se nagħti nofs ġidi lil foqra, u jekk sraqt lil xi ħadd, se nroddlu b’erba’ darbiet iżjed.” Dan kien il-ħsieb ta’ Ġesu’, li imbagħad qal lil Zakkew, “Illum ġiet is-salvazzjoni f’din id-dar,għax Bin il-Bniedem ġie biex isalva dak li hu mitluf.

Page 3: Il-passjoni ta' Gesu

” Issa Ġesu’ beda riesaq lejn Ġerusalemm. Kien miexi quddiem folla miġbura madwaru u meta wasal ħdejn l-għolja, sejjaħ lil tnejn mid-dixxipli u qallilhom biex imorru f’raħal fil-qrib, u jsibu felu marbut li sa dak in-nhar ħadd ma kien għadu rikeb fuqu. “Ħolluh u ġibuh,” qallilhom, ” u jekk xi ħadd jistaqsikhom xi ħaġa għidulu li l-Mulej jeħtieġu.” Marru u sabu kollox kif qallilhom hu u, tassew, kien hemm staqsiehom għala kienu qed iħollu l-felu. Ħadu l-felu magħhom u wasluh sa ħdejn Ġesu’, firxu l- imnatar fuq il-bihma u Ġesu’ rikeb fuqu. In-nies, ferħana bih, bdew jifirxu l-imnatar fl-art. Il-kotra bdiet tgħajjat bil-ferħ u tfaħħar lil Alla għall-ħwejjeg kbar li kienu raw isiru minn Ġesu’. Oħrajn qatgħu l-friegħi mis-siġar u ferrxuhom mat-triq. “Osanna lil Bin David! Imbierek min ġej f’isem il-Mulej” għajtet il-kotra. Il-belt kollha tqanqlet u ġriet warajh. Il-Fariżej tqarrsu b’din il-festa u qall lil Ġesu’ biex isikket lin-nies, iżda hu qallilhom “ Jekk jisktu huma, jgħajjat il-ġebel!” F’qalbu, madanakollu, Ġesu’ beka lil dik il-belt. Il-qassisin,li kienu joboduh inkwetaw ħafna meta raw lil kulħadd sejjer warajh. Kien hemm uħud minnhom li emmnu fih bil-moħbi, iżda beżgħu jistqarru dan bil-miftuħ biex ma jitilfux posthom.

Page 4: Il-passjoni ta' Gesu

Ġesu’ jkeċċi lin-nies mit-tempju

Wara l-festa li saritlu, Ġesu’ daħal fit-tempju, u hemm isib bosta bejjiegħa u xerrejja, minn isarraf il-flus u minn ibigħ il-ħamiem. Ġesu’ ma riedx li jsiru dawn il-ħwejjeġ fid-dar t’Alla, inkorla u qabad ikeċċihom, qalbilhom l-imwejjed u s-siġġijiet, u widdibhom. “Id-dar tiegħi hi dar it-talb, u intom għamiltuha għar tal-ħallelin!”imbagħad resaq lejn xi morda, għomja u zopop, u fejjaqhom. Xi tfal bdew jgħajtu fit-tempju u jtennu “Osanna lil Bin David!” Il-qassisin il-kbar u l-għorrief tal-liġi ma kinux jieħdu pjaċir jarawh maħbub, u bdew jaħsbu kif ser iwarrbuh min-nofs. Xi drabi fittxu li jaqbduh f’xi żball, iżda qatt ma rnexxielhom isibu xejn. X’se jagħmlu?

Page 5: Il-passjoni ta' Gesu

L-Aħħar Ċena

Issa Ġesu’ kien jaf li waslet is-siegħa biex imut u xtaq jagħmel l-aħħar ikla mal-ħbieb għeżież tiegħu, id-dixxipli. Ġesu’ kien iħobbhom u kien jafhom sew bħalma kien jaf lil wieħed, minnhom Ġuda l-Iskarjota, li kien fassal diġa’ kif ser jitradih billi jagħtih f’idejn il-qassisin il-kbar. Ta’ din il-biċċa xogħol wegħduh kemxa flus,u hu beda jaħseb biex isib l-aħjar waqt u post biex jagħmilha.

Huma u jieklu, l-Imgħallem qam minn mal-mejda, neħħa l-mantar li kellu, u rabat fardal ma’ qaddu. Ferra’ l-ilma f’lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli.Dawn ma setgħux jemmnu. Pietru qallu “ Inti Mulej, taħsilli saqajja? Ma tarax!”Gesu’ wieġbu jekk ma naħsilhomlokx, ma jkollokx x’taqsam miegħi.” Pietru nħasad b’dan il-kliem u qallu, “Mela mhux saqajja biss aħsilli, iżda jdejja u rasi wkoll!” “Min hu maħsul,” issokkta Ġesu’ “M’għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu nadif u intom indaf, iżda mhux ilkoll.”

Page 6: Il-passjoni ta' Gesu

Dan il-kliem wera li Ġesu’ kien jaf b’kull ma Ġuda kien qed jagħmel minn wara dahru. Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u qagħad fuq il-mejda, u wissiehom biex ikunu twajba u umli bħalu. Ġesu’ deher imħawwad u mnikket u fetaħ qalbu magħhom. “Wieħed minnkom se jittradini!”Id-dixxipli ħarsu lejn xulxin, ma jafux x’jaqbu jgħidu.” Min? Kif jista’ jkun?” Staqsew bejniethom. Pietru għamel sinjal lil sieħbu li kien l-eqreb ta’ Ġesu’ fuq il-mejda biex jistaqsih min kien. “ Min hu, Mulej?” l-ieħor staqsa lil Ġesu’. Ġesu’ qallu li t-traditur kien dak li għalih kien se jbill gidma ħobż fil-platt u jagħtihielu. Imbagħad għamel kif qal u taha lil Ġuda. U dan ħadha. “Dak li se tagħmel agħmlu u ddumx” qallu Ġesu’. Id-dixxipli ma fehmux, u Guda ha l-hobz u hareg. Il-lejl issa kien riesaq sewwa. Waqt l-ikla Gesu’ ha l-hobz f’idejh, bierku, qasmu u newlu lid-dixxipli, u qal “ Hudu, dan hu gismi.” Wara ha l-kalci f’idejh radd il-hajr u newwilhulhom biex jixrbu minnu u qal “Dan hu demmi li jixxered ghall-kotra.”Issa kollha fehmu li kien wasal biex imut. “ Uliedi, ftit iehor ser indum maghkom…. Fejn sejjer jien, intom ma tistux tigu. hobbu ‘l xulxin kif habbejtkom jien, u minn dan kullhadd jaraf li intom dixxipli tieghi” qallilhom. “Fejnsejjer, Mulej,?” staqsieh Pietru “Fejn sejjer jien inti ghalissa ma tistax tigi; tigi warajha aktar tard” qallu Gesu’

Page 7: Il-passjoni ta' Gesu

“Għaliex ma nistax niġi miegħek issa?i ssokta Pietru,”għalik lest li nagħti ħajti!” Iżda Ġesu’, b’leħen imnikket, qallu, “ Dal-lejl stess, qabel mas-serduk ikun idden darbtejn, inti tkun ċħadtni tliet darbiet.” Pietru baqa’ jmerih, “Le, ma niċħdekx, anqas jekk ikolli immut miegħek,” qallu. U d-dixxipli l-oħra, mimlija mħabba lejn Ġesu’ tennew l-istess kliem. Imbagħad Ġesu’għamlilhom il-qalb biex ma jitħawdux meta jħallihom, u qallilhom li kellu jibqa’ magħhom xorta waħda. Qallilhom ukoll li fejn kien sejjer kien ser iħejjillhom post: “Nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi, biex fejn inkun jien tkunu intom ukoll.” Minkejja li kienu mħawdin, kliemu kien iserħillhom rashom ukoll.

Page 8: Il-passjoni ta' Gesu

Il-Ġnien tal-Ġetsemani

“Oqogħdu ftit hawn sakemm immur nitlob,” qalilhom, u mexa u ħa miegħu lil Pietru, ‘il Ġakbu, u ‘l Ġwanni, u tbiegħed ftit mill-oħrajn. Kien imnikket u mbeżża ħafna. “ Inħossni qalbi sewda għal mewt; ibqgħu hawn u ishru miegħi,” talabhom. Reġa’ tbiegħed ftit, inxteħet fl-art u beda jitlob:”Missier, biegħed minni dan il-kalċi, iżda tkun magħmula ir-rieda tiegħek, u mhux tiegħi.” Wara mar ħdejn it-tliet dixxipli u sabhom reqdin. “Irqadt, Pietru?“ qallu, “Ma flaħtx tishar siegħa miegħi?” u reġa’ nqata’ minn magħhom u qal it-talba ta’ qabel. Imbagħad mar ħdejhom mill-ġdid, iżda anki din id-darba sabhom reqdin meta reġa’ mar jitlob u imbgħad ġie lura, qallilhom li issa ma setgħux jorqdu aktar għaliex is-siegħa kienet waslet u stedinhom biex iqumu. “Ejja mmorru, għax riesaq dak li se jitradini.” Ġuda u sħabu kienu fil-qrib.

Page 9: Il-passjoni ta' Gesu

Il-Bewsa ta’ Ġuda

Issa kienet waslet is-siegħa li Ġesu’ jmut. Ġuda u s-suldati kienu fil-qrib. Is-suldati kellhom torċi tan-nar peress li kien bil-lejl. Ġuda għamel sinjal lis-suldati biex jaħtfu lil min ibus. Ġuda qal “ Lil minn ser nbusu jkun hu.”. Ġuda resaq bil-mod il-mod lejn Ġesu’ u biesu. Ġesu’ qallu “Bewsa għażilt biex titradini?” Malli sema’ dan Pietru qabad ix-xabla u ta daqqa lil wieħed mill-qaddej tal-Qassis il-Kbir u qatagħlu widintu. Ġesu’ mess il-widna ta’ dak il-qaddej u b’miraklu fieq.” Qiskom ġejtu għal xi ħalliel armati bis-sjuf u l-bsaten. Jien dejjem kont inkun fostkom fit-tempju u ma żammejtunix,” qal Ġesu’ Is-suldati malajr fehmu li kien hu u qabdu lil Ġesu’ u ħadduh magħhom.

Page 10: Il-passjoni ta' Gesu

Issa li Ġesu’ kien maqbud, inġabru l-kittieba u x-xjuħ madwar Kajfa, il-Qassis il-Kbir, u ħaduh quddiemu. Biex jagħtuh il-mewt ħtieġu l-provi, u bdew ifittxu xhieda qarrieqa u giddibin biex jitkellmu fuqu. Sabu lil dak u lil ieħor biex jixhdu kontrieh, iżda ma sabux x’jgħidu fih. U x-xhieda li taw anqas kienet taqbel bejniethom. Kien hemm tnejn li xehdu,“Dan qal li jista jħott it-tempju ta’Alla u jerġa’ jibnih fi tlitt ijiem!“ (Darba Ġesu’ ħabbar li kellu jinqatel u kien se jerġa ‘ jqum fi tlitt ijiem, u huma fehmuh ħażin, għax qabbel lilu nnifsu mat-tempju). Il-qassis il-Kbir, imgħaddab, qallu,“Xejn ma twieġeb? Ara x’qegħdin jixhdu fuqek!“ Ġesu’ baqa’ fommu magħluq u l-qassis il-kbir reġa’ qallu,“Aħlifli jekk intix l-iben t’Alla!“ U din id-darba Ġesu’ tkellem ċar u tond, “Int stess qiegħed tgħidu. Għad taraw lil Bin il-Bniedem fuq in-naħa tal-lemin ta’ dak li jista’ kollox,u ġej fuq is-sħab tas-sema.“ Dan li riedu l-għedewwa tiegħu. Din dagħwa kbira!” għajtu. Il-Qassis il-Kbir ċarrat il-libsa bir-rabja. “Smajtuha d-dagħwa issa? Ma niħtiġux xhieda aktar. X’jidhrilkom?“ qalilhom. “Ħaqqu l-mewt!“ għajtu lkoll flimkien. Uħud beżqulu f’wiċċu, oħrajn tawh bil-ponn u bil-ħarta u għattewlu wiċċu għaddewh biż-żmien. Din id-darba wkoll, f’ħalq il-mewt, Ġesu’ reġa’ ma beżax.

Ħaqqu l-mewt

Page 11: Il-passjoni ta' Gesu

Pietru jiċħad lil Ġes’u

Pietru xtaq jara x’se jiġri minn Ġesu’; għalhekk baqa’ miexi warajh ftit ‘il bogħod minnu, u daħal fil-palazz tal-Qassis il-Kbir. Ra li xi nies qabbdu n-nar fil-bitħa u nxteħtu madwaru, u Pietru mar u ntasab fosthom. Ma damux ma għarfu min kien. Qaddejja tal-palazz ħarset lejh sew u qaltlu, “Int ukoll kont ma’ Ġesu’ ta’ Nazzarett!”. “Anqas biss nafu” wieġeb Pietru. Warrab minn hemm iżda lemħitu qaddejja oħra, u qaltlu,”Int wieħed minnhom!” u hu reġa’ ċaħad”Ma nafux lil dan il-bniedem!” Ftit wara, dawn in-nies reġgħu resqu lejh u tennewlu “tassew int wieħed minnhom!” u Pietru reġa’ ħalef u ċaħad. Kif kien għadu qed jgħid dan il-kliem, Pietru sema’ lis-serduk jidden, u ftakar meta ftit qabel Ġesu’ ħabbarlu li qabel ma jibda jidden is-serduk, hu kien diġa ċaħdu tliet darbiet. Pietru, li kien mar fil-palazz biex jara x’se jiġri minn Ġesu’, ma kellux kuraġġ f’ħin tal-biża’ bħal dak. Malli ftakar fi kliem Ġesu’ nfaqa’ jibki b’qalbu maqsuma u ħareġ ‘ il barra.

Page 12: Il-passjoni ta' Gesu

Ġesu’ quddiem Pilatu

L-għada filgħodu reġgħu ltaqgħu l-Qassisin il-Kbar, u staqsew mill-ġdid lil Ġesu’ “Għidilna jekk intix il-Messijja. Int l-Iben t’ Alla?” u Ġesu’ qallilhom għal darba oħra, “ Iva jien Hu!” “Issa smajnieha minn fommu stess,” għajtu, “ Ma neħtiġux xhieda aktar!” Minħabba li l-Palestina kienet f’idejn ir-Rumani, kien jeħtiġilhom jeħduh quddiem Ponzju Pilatu, il-gvernatur Ruman.Ħaduh u bdew jakkużawh, “Dan ir-raġel qiegħed ixewwex lill-poplu tagħna, u jistqarr li hu l-Iben t’ Alla u Sultan tal-Lhud!” Pilatu staqsieh, “Inti is-sultan tal-Lhud?” Ġesu’ wieġbu,”Inti nnifsek qiegħed tgħidu.” Pilatu ma beda jsib ebda ħtija fih, u xandar din il-fehma lill-kotra.U l-kotra, imgħaddba u mxewxa mill-qassisin, ma ridux ħlief il-mewt tiegħu. Pilatu sar jaf li Ġesu’ kien mill-Galilija u bagħtu għand Erodi.

Page 13: Il-passjoni ta' Gesu

“Jien l-Iben t’Alla”

Erodi għamillu bosta mistoqsijiet,Iżda Ġesu’ anqas biss fetaħ fommu quddiemu. Erodi kien sema’ bosta ħwejjeġ dwaru,iżda meta ra lill-qassisin imgħaddba kontra Ġesu’, beda jgħaddi ż-żmien bih, libbsu libsa taċ-ċajt u bagħtu għand Pilatu mill-ġdid. Pilatu reġa ‘ sejjaħ lill-qassisin u l-kbarat l-oħra tal-poplu u qalilhom li wara li stħarreġ lil dan ir-raġel ma sab ebda ħtija fih.”Anqas Erodi ma sabu ħati, araw! M’għamel xejn li ħaqqu l-mewt,” qalilhom. Pilatu ħaseb li jekk itih is-swat, il-kotra setgħet tikkalma u ma tibqax ħerqana titlob il-mewt tiegħu. Ġew is-suldati, neżżawh u bdew jaħqruh. Rabtuh u tawh sakemm ġismu kien kollu demm u uġigħ u ġrieħi. Imbagħad qabdu ftit xewk u dawruh ma’ rasu f’għamla ta’ kuruna, libbsuh mantar aħmar, taparsi libsa ta’ sultan. ”Is-sliem għalik ja Sultan tal-Lhud!” bdew isellmulu biż-żufjett. Min jiddieħek bih, min jagħtih bil-ħarta u min jobżoqlu. Min-naħa l-oħra, Pilatu, nieqes mill-kuraġġ kien imħasseb mhux ftit.Kien jaf li Ġesu’ kien bla ħtija, iżda l-folla, immexxija mill-qassisin u mill-mexxejja l-oħra, bdiet twerwru. X’se jagħmel?

Page 14: Il-passjoni ta' Gesu

“Sallbu! Sallbu!”

Il-folla kienet kollha kelma waħda. Pilatu, imħawad ma kienx jaf jekk hux ser jobdi l-kuxjenza u jeħles lil Ġesu’ u ma jismax mill-folla. Wara ftit ħin Pilatu qal “Ħuduh intom u ġġudikawh skond il-liġi tagħkom!” In-nies wieġbu “ Aħna m’għandna setgħa noqtlu lil ħadd. Pilatu ħareġ lil Barabba u lil Ġesu’ quddiem il-poplu hekk kif kien kollu dmija, muġugħ, liebes kuruna tax-xewk u mantar aħmar. Pilatu għajjat u qal “ Tafu li jien ma nsib ebda ħtija. Dan innoċenti!” “ Sallbu!, Sallbu!” għajtu l-Qassisin il-Kbar. “Ħaqqu l-mewt!”. Pilatu kien imdejjaq li kien se joqtol bniedem inoċenti imbagħad ħarġilhom lil Barabba, ħalliel mill-agħar, u lil Ġesu’. Lil min triduni nsallab lil Ġesu’ jew lil Barabba.” Il-Qassisin il-Kbar xewxu lill-poplu biex jitlob il-ħelsien lil Barabba u l-mewt lil Ġesu’. Pilatu ma riegx jemmen u reġa’ staqsa l-istess mistoqsija imma kien kollu ta’ xejn. Il-poplu riedu lil Barabba biex jinħeles. Il-poplu għajtu b’leħen qawwi għajtu “ Sallab lil Ġesu.”

Page 15: Il-passjoni ta' Gesu

Pilatu kien imdejjaq. Is-suldati rabtu żewġ injamiet ma’ xulxin u għamluh forma ta’ salib. Ġesu’ kien imbeżża’ mmens kien miksi bid-demm. Barabba kien ferħan li ħelisha mill-mewt. Is-suldati qallulu biex jerfa’ s-salib fuq dahru u kellu jitla’ l-għolja li kienu jsejħulha Golgota fejn kellu jissallab. Kien hemm ħafna nies li kien fejjaqhom u dawk li kienu fejquh kienu imnikktin ħafna. Kien hemm raġel jismu Xmun li ġieluh iġorr is-salib ftit hu għax bdew jaħsbu li kien se jmutilhom qabel jisallab. Lil Ġesu’, qabel issallab tawh inbid morr biex jisteqer ftit. Ħdejn Ġesu’ kien hemm żewġt irġiel oħra. Huma salbuhom ħdejn Ġesu’.

Page 16: Il-passjoni ta' Gesu

Ġesu’ msallab fuq is-salibMeta waslu fuq l-għolja Ġesu’ ġie msallab. Huma sammruh mas-salib. GĠsu’ kien imweġġa’ ħafna. Huma ħallewh imdendel mas-salib sa kemm imut. Ġesu’ imbagħad għajjat “O Missier aħfrilhom ta’ dnubiet li qed jagħmlu.” Wara Gesu’ beda jghid li kellu hafna għatx. Wieħed suldat qabad stikka twila, xarrab sponża ġol-ħall u messielu ma’ ħalqu. Taħt is-salib kien hemm Marija, Omm Ġesu’, tikbi, oħtha, u żewġ nisa oħra, fosthom Marija Madalena, u Ġwanni. Ħdejn Ġesu’ kien hemm żewġ ħallelin. Wieħed miż-żewġ ħallelien qal lil Ġesu’ “ Jekk inti l-Messija, salva lilek innifsek u lilna!” L-imsallab l-ieħor qal, “Anqas minn Alla ma tibża’ int? Aħna ħaqqna l-mewt, iżda dan m’għamel xejn ħażin. “Ftakar fija meta tkun fis-saltna tiegħek.” Ġesu’ dar fuq l-ieħor u qallu, “Illum stess, ħabib, tkun il-ġenna miegħi.”

Page 17: Il-passjoni ta' Gesu

Il-funeral ta’ Ġesu’

Ġuda li kien ittradixxa lil Ġesu’ kien iddispjacieh ħafna ta’ dak li kien għamel lil Ġesu’. Ġuda qabad il-flus li kienu tawh il-qassisin tal-biċċa xogħol li għamel u beda jqassam il-flus lill-foqra u lil dawk li kellhom bżonn il-flus. Ġuda qal “ Ħuduhom ma rriduhomx.” Tajtkom demm bla ]tija !” “ X’għandna x’naqsmu miegħek?” weġbuh. Imbagħad telaq u tgħallaq.

In-nies bdew neżlin l-għolja. Issa għall-Qassisin il-Kbar kien ġara dak li xtaqu li jeħilsu minn Ġesu’. Issa dawk li kienu tassew iħobbu lil Ġesu’ kienu ħafna mdejqin dwar dak li ġara. Kien hemm raġel twajjeb, jismu Ġużeppi li kien dixxiplu ta’ Ġesu’ bil-moħbi għax kien jibża’ li seta’ jiġI fl-inkwiet.Ġużeppi għamel kuraġġ u mar ikellem lil Pilatu u qallu jekk jistax jieħu l-ġisem ta’ Ġesu’ biex jidfnu fil-qabar tiegħu. Pilatu aċċetta. Issa s-suldati kienu niżlu lil Ġesu’ minn fuq is-salib. Ġużeppi ħadu u ħaffer toqba taħt l-art biex iqiegħed lil Ġesu’ fiha. Is-suldati mbuttaw ġebla kbira quddiem il-qabar. Dan il-funeral kien żgħir u fqir. Kien bil-moħbi u lil dan ir-raġel ma kien jafu ħadd.

Page 18: Il-passjoni ta' Gesu

Ġesu’ qam mill-mewt kif kien qal

Il-Qassisin il-Kbar ma nsewx li Ġesu’ kien qal li wara tlitt ijiem kien ser jerġa’ jqum mill-mewt. Huma beżgħu li d-dixxipli u sħabu kienu ser jisirqu l-ġisem mejjet ta’ Ġesu’ u jgħidu li kien qam mill-mewt. Għalhekk marru għand Pilatu u qalulu,”Niftakru sewwa lil dak ir-raġel qarrieqi, meta kien għadu ħaj, kien qal li se jerġa’ jqum wara tlitt ijiem.Nixtiquk tordna li l-qabar ikun imgħasses tajjeb għal tlitt ijiem. Nibżgħu li jmorru sħabu, jisirquh u jgħdu li qam mill-mewt. Imbagħad il-qerq ta’l-aħħar ikun agħar mill-qerq kollu li għamel matul ħajtu!” Pilatu, sa mill-bidunett, xejn ma kien hieni b’din il-ġrajja kerha tal-mewt ta’ Ġesu’. Kien jaf li Hu bla ħtija, u qalilhom b’leħen imqit,”Intom għandkom l-għassa tagħkom; morru u għassuh intom kif tridu!” Marru malajr ħdejn il-qabar, issiġillawh tajjeb u ħallew l-għassiesa lejl u nhar miegħu.

Page 19: Il-passjoni ta' Gesu

Kien il-Ħadd fiogħdu kmieni. Marija l-Madalena u xi nies twajba oħra marru ħdejn il-qabar u ħadu magħhom xi fwejjaħ biex jidilku l-ġisem ta’ Ġesu’. Iżda f’daqqa waħda ħadu qatgħa kbira. L-art theżżet u lemħu anġlu mimli dawl nieżel mis-sema. Dan gerbeb il-ġebla tal-qabar u qagħad bil-qiegħda fuqha. L-għassiesa twerwru mhux ftit, u l-anġlu qal lin-nisa,”M’għandkomx għalfejn tibżgħu. Naf li qegħdin tfittxu lil Ġesu’ li kien mislub. Mhux hawn, għaliex qam kif kien qal. Ejjew araw b’għajnejkom il-post fejn kien midfun.” Pietru wkoll daħal fil-qabar, mexa sa ġewwa u ra l-faxex u l-maktur li d-deffiena kienu dawru ma’ rasu. Il-maktur kien mitwi għalih. Stagħġbu ħafna iżda issa setgħu jifhmu li Ġesu’ kien żamm kelmtu magħhom u qam kif qal. Xi wħud mill-għassiesa marru l-belt għand il-Qassisin il-Kbar u għarrfuhom b’kulma ġara. Il-qassisin wegħduhom il-flus u ippruvaw jixtruhom u qalulhom,”Ħudu dawn il-flus u qisu li ma tgħidu lil ħadd, anzi għidu li kontu reqdin bil-lejl u ġew id-dixxipli u serquh waqt li kontu tistrieħu…”

Ġesu’qam mill mewt kif kien qal

Page 20: Il-passjoni ta' Gesu

Marija l-Madalena f’xi ħin meta kienet hemm tibki,għax ħasbet li serqula lil Ġesu’, dawret wiċċa u lemħitu. Ma kellux dmija u ġriehi aktar, kien sabiħ bħal qabel. Għall-ewwel ma ntebħitx li kien hu. ”Lil min qiegħda tfittex?Għaliex qed tibki?”qalilha Ġesu’. Marija ħasbitu l-ġardinar biex jekk kien hu li ħa lil Ġesu’ jgħidilha fejn qiegħdu u hi tmur iġġibu lura. Ġesu’ sejħilha,”Marija!” u hi weġbitu,”Imgħallem!” Issa għarfitu sewwa u ferħet ferħ bla qies.”La tmissnix,” qalilha bil-ħlewwa,”għax għadni ma mortx fis-sema għand missieri. Mur u għid lil kulħadd li se nitla’ għand Missieri u Missierkom, għand Alla tiegħ u Alla tagħkom!” U hi, ferħana se ttir, marret tiġri għand id-dixxipli u qaltilhom b’din l-aħbar. “Rajt lill-Mulej, tassew, rajt lill-Mulej!” tennitilhom.

Page 21: Il-passjoni ta' Gesu

Ġesu’ jidher lid-dixxipli t’ GħemmawsTnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn Għemmaws, raħal qrib Ġerusalemm, u bdew jitkellmu fuq kull ma kien ġara. Ġesu’ resaq lejhom u beda miexi magħhom iżda huma m’ għarfuhx. “Fuq xhiex qegħdin titkellmu?” qallilhom. “Kif? Ma tafx x’ġara lil Ġesu’ ta’ Nazzarett, il-profeta setgħan li għadhom kemm sallbuh?” huma qalulu b’kull ma kienu jafu. Dehru mħawdin u qalulu li meta marru ħdejn il-qabar sabuh vojt. Meta ra li kienu għadhom ma fehmux u m’ għarfuhx, Ġesu’ qalilhom, “Kemm intom boloh u kemm se ddumu ma temmnu? Ma tafux li l-Messija kellu jgħaddi minn dawn il-ħwejjeġ biex jidħol fil-glorja tiegħu?” “Ibqa’ magħna,” talbuh meta rawh sejjer triq oħra. Imbagħad daħlu xi mkien jieklu xi ħaġa, u meta kienu fuq il-mejda, Ġesu’ qabad il-ħobż, bierku, qasmu u tahulhom, kif kien għamel fl-aħħar ikla. Meta ghamel hekk indunaw min kien, u fehmu aħjar li kien qam mill-mewt. Dak il-ħin għab minn quddiemhom, iżda huma ntebħu li matul it-triq li mxew miegħu qalbhom kienet imkebbsa u ħassu ħwejjeġ mhux tas-soltu.

Page 22: Il-passjoni ta' Gesu

GĠsu’ jidher lill-ħbieb tiegħu

Darba l-Appostli, imbeżżgħin mil-Lhud kienu imsakkrin f’dahrhom u dehrilhom Ġesu’. Dak inhar Tumas ma kienx hemm u meta qalulu li raw lil Ġesu’, ma riedx jemmen. “Jekk ma narax is-sinjal tal-imsiemer f’idejh u ma inqiegħedx sebgħi fuq il-marki tal-imsiemer ma nemminx,” qallilhom. Ġesu’ reġa’ dehrilhom iżda din id-darba Tumas kien hemm. Malli deher qal lil Tumas,” Ġib sebgħek ‘l hawn u ara jdejja, ressaq idek u qegħidha fuq ġenbi. Emmen!” widdbu Ġesu’, “imberkin dawk li emmnu mingħajr ma raw.”

Page 23: Il-passjoni ta' Gesu

Darba oħra d-dixxipli marru jistadu, rikbu dagħjsa u għaddew lejl ma qabdu xejn. Meta sebaħ kien hemm Ġesu’ fuq ix-xatt iżda m’għarfuhx “Għandkom x’tieklu , ħbieb?” qallilhom. “Le,” weġbuh “Waddbu x-xibka hemm,” qallilhom, u reġgħu qabdu ħafna ħut. Wieħed mid-dixxipli qal lil Pietru,”Dan Ġesu’!” imbagħad tella’ x-xibka mimlija bil-ħut, u l-imgħallem stedinhom biex jibdew jieklu. Ħadd minnhom ma kellu qalb jistaqsih min kien għax issa kienu jafu sewwa.

Wara li kielu, Ġesu’ ried jaf jekk Pietru kienx tassew iħobbu, u staqsieh għal tliet darbiet. Pietru, qalbu magħfusa, wieġbu, “Mulej inti taf kollox, int taf li nħobbok!” u Ġesu’ qallu, “ Irgħa n-ngħaġ tiegħi.” Issa kien wasal biex imur fis-sema u tahom l-aħħar kelma li qatt ma kellhom jinsew: “ Morru fid-dinja kollha, xandru l-aħbar it-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed isalva; iżda min ma jemminx ikun ikkundannat.” Għolla jdejh, berikom, infired minn magħhom u tela’ s-sema, minn fejn niżel fil-bidu biex ibati għall-bniedem u jsalvah. Issa kien imis lilhom li jissoktaw dak li beda Hu.

Page 24: Il-passjoni ta' Gesu