16
KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA Segretarjat Ġenerali Kunsill tal-Unjoni Ewropea

INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

  • Upload
    others

  • View
    35

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVAFIS-SĠK

K O M U N I K A Z Z J O N I

I N K L U Ż I V A

Segretarjat ĠeneraliKunsill tal-Unjoni Ewropea

Page 2: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, 2018© Unjoni Ewropea, 2018

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li s-sors jiġi rikonoxxut.

© Petr Vaclavek - Fotolia.com, © olly - Fotolia.com, © Down Syndrome Foundation of Madrid © franzidraws - Fotolia.com, © cartoonresource - Fotolia.com, © The European Union

Għall-użu jew ir-riproduzzjoni ta' ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-dritt tal-awtur tal-UE, għandha tintalab l-awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur direttament.

Page 3: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

Jannar 2018 | MT | KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK 3

Aħna għandna x-xorti li naħdmu f'ambjent multikulturali u multilingwi fejn nistgħu lkoll u b'modi differenti

nippromwovu l-ugwaljanza u r-rispett għad-diversità.

Il-persuni bħala individwi jistgħu jirnexxu biss f'ambjent inklużiv fejn d-diversità hija aċċettata, rispettata u stmata.

Ambjent tax-xogħol inklużiv u li jispira fiduċja jibda bl-użu ta' lingwaġġ u materjal viżiv inklużivi li jagħrfu u jirriflettu

d-diversità u li jevitaw preġudizzji inkonsapevoli.

Permezz tal-lingwaġġ u l-materjal viżiv li nipproduċu, nistgħu ngħinu biex jiġi żgurat li ebda grupp ta' persuni

ma jħossu eskluż, mhux mixtieq jew iddiskriminat.

Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih

il-membri individwali tal-persunal huma kunfidenti, motivati u kapaċi jirnexxu f'termini tal-iżvilupp personali

tagħhom u tal-kontribut tagħhom biex jinkisbu l-objettivi tas-SĠK. Fl-aħħar mill-aħħar, intom, il-membri tal-persunal,

tiffurmaw is-SĠK.

William Shapcott Direttur Ġenerali għall-Amministrazzjoni

Page 4: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

4 KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK | MT | Jannar 2018

Jeħtieġ li nġeddu l-impenn tagħna għall-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea: "L-Unjoni

hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat

tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi."

President Donald Tusk, Ottubru 2017

Page 5: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

Jannar 2018 | MT | KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK 5

INTRODUZZJONI

Il-komunikazzjoni hija għodda b'saħħitha: mezz li bih jissawru l-attitudni, il-perċezzjonijiet u l-imġiba tagħna. Din tirrifletti d-dinja li fiha nixtiequ ngħixu u naħdmu.

Għaldaqstant, il-kliem u l-istampi huma importanti, peress li l-komunikazzjoni tista' ssir diskriminatorja jekk aħna nonqsu milli nqisu s-suppożizzjonijiet li għandhom influwenza fuq il-lingwaġġ u l-materjal viżiv li nużaw.

Il-lingwa qed tinbidel il-ħin kollu: il-kliem jevolvi u l-mod li bih nużaw il-kliem għandu jevolvi pari passu. L-użu ta' lingwaġġ sensittiv għall-kwistjonijiet ta' ġeneru u ħieles minn kull preġudizzju huwa mod kif nistgħu nitbiegħdu minn perċezzjonijiet antikwati dwar l-irġiel, in-nisa, il-persuni b'diżabilità u gruppi oħra ta' persuni fis-soċjetà.

Dan id-dokument għandu l-għan li jservi ta' gwida għall-użu tal-lingwaġġ u l-materjal viżiv, u jagħti xi eżempji, ibbażati fuq l-użu tal-Malti, li huma rilevanti għall-ambjent tax-xogħol tas-SĠK.

Id-dokument hu maħsub biex jgħin lill-persuni li jitkellmu bil-Malti biex jevitaw l-użu ta' lingwaġġ diskriminatorju mingħajr ma jkunu jridu. Huwa jqis in-natura politika tal-istituzzjoni tagħna kif ukoll l-ambjent multilingwi li fih naħdmu, u huwa maħsub biex jgħinna lkoll infasslu politika koerenti ta' komunikazzjoni inklużiva għad-dipartimenti kollha tas-SĠK għall-abbozzar u l-illustrazzjoni tad-dokumenti u t-tħejjija ta' materjal awdjoviżiv għall-użu kemm intern kif ukoll estern. Hemm ukoll taqsima qasira dwar il-lingwaġġ informali fuq il-post tax-xogħol.

Il-gwida, li ġiet prodotta taħt il-patroċinju tal-Uffiċċju għall-Opportunitajiet Indaqs, tkopri:

• noti interni għas-Segretarjat Ġenerali

• avviżi ta' postijiet battala

• pubblikazzjonijiet imħejjija mis-SĠK

• artikli u stampi fuq Domus

• lingwaġġ ta' kuljum

• mezzi ta' komunikazzjoni soċjali u siti web tal-Kunsill

• materjal li jintuża waqt sessjonijiet ta' taħriġ u preżentazzjonijiet

• kartelluni li jintwerew fil-bini tas-SĠK.

Hija ma tkoprix il-leġislazzjoni tal-UE.

Il-gwida tibni fuq il-prassi attwali tas-SĠK, l-istandards interistituzzjonali bħall-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (il-verżjoni bl-Ingliż tinkludi wkoll taqsima dwar lingwaġġ sensittiv għall-ġeneru) u linji gwida oħra mfassla minn istituzzjonijiet oħra tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll il-linji gwida mogħtija mill-awtoritajiet f'Malta.

Dan il-fuljett huwa ppubblikat bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut huwa speċifiku għal kull lingwa billi kull lingwa għandha l-grammatika, is-sintassi u l-istil tagħha. Madankollu, il-messaġġ ġenerali huwa l-istess: il-promozzjoni tal-inklużjoni u d-diversità permezz tal-lingwaġġ u tal-materjal viżiv li nużaw.

Page 6: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma
Page 7: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

Jannar 2018 | MT | KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK 7

RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR LINGWAĠĠ AMMINISTRATTIV

Lingwaġġ inklużiv u ħieles mill-preġudizzji jevita l-isterjotipi u r-riferimenti għal dettalji li mhumiex rilevanti. Dan jagħraf il-kwalitajiet pożittivi li għandhom il-persuni ta' kwalunkwe ġeneru u orjentazzjoni sesswali, il-persuni b'diżabilità, il-persuni ta' kull età u li ġejjin minn kwalunkwe ambjent, u dawk li jħaddnu, jekk iħaddnu, kwalunkwe twemmin jew reliġjon.

Hawnhekk issibu linji gwida dwar kif għandna nirreferu għal gruppi differenti b'mod li ma jkunx diskriminatorju.

LINGWAĠĠ SENSITTIV GĦALL-ĠENERU

Lingwaġġ sensittiv għall-ġeneru jittratta l-irġiel u n-nisa bl-istess mod u ma jipperpetwax perċezzjonijiet sterjotipati tar-rwoli tal-ġeneri.

Meta nqisu l-alternattivi sensittivi għall-ġeneru, għandna nqisu wkoll kull ambigwità possibbli u kull bidla fit-tifsira, u għandna nagħmlu l-għażla tagħna skont dan.

Nevitaw il-pronom ġeneriku maskiliPjuttost milli nużaw pronomi maskili biex nirreferu għal persuni ta' kull ġeneru, ikun tajjeb li niżviluppaw approċċ aktar inklużiv. Nistgħu b'mod sempliċi nsibu alternattivi biex niksbu dan l-għan. It-tip ta' dokument, ir-reġistru, l-istil, il-kuntest u t-tul tad-dokument jiddetermina l-għażla fost l-alternattivi li ġejjin:

• Uża ż-żewġ forom:

huwa / hija ; hu / hi

Dan l-istil huwa adatt għal testi konċiżi bħal formoli u applikazzjonijiet, jew fil-bidu ta' ittra: Għażiż/a

• Kemm jista' jkun aqleb is-sentenzi għall-plural:

L-impjegati jistgħu japplikaw biss jekk ikollhom ...

L-uffiċjali li jaħdmu part-time…

• Fejn possibbli, ħalli barra l-pronom:

M'għandux ikun hemm diskriminazzjoni skont l-età tiegħu/tagħha.

Page 8: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

8 KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK | MT | Jannar 2018

• Irrepeti n-nom:

Direttur jista' japplika għal trasferiment, dment li l-istituzzjoni ta' dak id-direttur tkun tat l-awtorizzazzjoni tagħha.

L-enfasi hija fuq l-uffiċċju, il-pożizzjoni jew ir-rwol aktar milli fuq il-persuna.

• Uża l-passiv, speċjalment fejn l-azzjoni tkun aktar importanti mill-aġent:

L-applikazzjoni għandha tintbagħat sa tmiem ix-xahar.

• Uża l-imperattiv fejn il-kuntest jippermetti:

Jekk jogħġbok imla l-formola sa nhar il-Ġimgħa.

• Uża t-tieni persuna:

Għandek timla l-formola sa nhar il-Ġimgħa.

F'kuntest inqas formali, eż. f 'artikli fuq Domus, huwa tajjeb li l-komunikazzjoni tindirizza direttament lill-qarrej:

Tixtieq tingħaqad magħna?

Jekk dan jinteressak, ibgħat email …

• Ibni s-sentenza b'mod li tostor il-bżonn li tikkwalifika l-ġeneru ta' dawk imsemmija.

eż. Din hija opportunità f ’waqtha biex infakkru lill-Gvernijiet fl-obbligu tagħhom li jippromwovu l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u jiżguraw li dawn id-drittijiet jitgawdew minn kulħadd mingħajr diskriminazzjoni, irrispettivament mill-identità tal-ġeneru jew mill-orjentazzjoni sesswali tal-persuna.

Uża kliem li kull ma jmur huwa aċċettat għal kull ġeneru jew għal kull stat

• Uża nomi newtrali li permezz tagħhom ma jiġix indikat jekk ix-xogħol jew ir-rwol partikolari ikunx qed isir minn mara jew raġel. Kull ma jmur, ċertu kliem qed jiġi aċċettat għal kull ġeneru eż. "president", "rappreżentant għoli", "amministratur" u "avukat".

eż. Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2437 tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar it-tiġdid tal-mandat tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

Jekk ikun magħruf min ikopri r-rwol imsemmi, il-verb għandu jiġi kkonjugat skont dan.

eż. Ir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini ħarġet dikjarazzjoni f 'isem l-Unjoni Ewropea dwar iż-żjara tal-President fl-Uganda.

Iżda huwa tajjeb li noqogħdu attenti u ma nagħmlu ebda suppożizzjoni dwar nomi li jitqiesu newtrali, pereżempju billi nirreferu awtomatikament għal direttur bħala "hu".

• Meta tuża titoli ta' persuni, uża "Sur" u "Sinjura" (forma mqassra Sa.) u evita r-riferiment għall-istat taż-żwieġ (Sinjorina).

• Fejn il-kuntest jippermetti, uża l-kelma persuna (grammatikalment fil-femminil) u l-kliem min u ħadd, u kliem relatat bħal kulħadd (grammatikalment fil-maskil).

Avviż għal post battal inklużiv jinkludi kull ġeneru

• Biex tindirizza lil persuni ta' kull ġeneru, tista':

- tuża termini ġeneriċi biex tirreferi għall-post battal "avukat", "maniġer";

- tuża t-titlu tal-inkarigu fil-maskil u l-femminil;

- tuża kliem newtru bħal "il-kandidat magħżul" jew "l-applikant", kif adatt;

- jew tuża l-plural.

eż. L-applikanti għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha għall-ammissjoni fil-ħin tal-applikazzjoni…

Lingwaġġ inklużiv iħeġġeġ firxa ta' applikanti differenti, li potenzjalment iżid il-kompetenza tal-forza tax-xogħol.

Page 9: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

Jannar 2018 | MT | KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK 9

LINGWAĠĠ UŻAT BIEX JIRREFERI GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ

Il-kliem jirrifletti l-attitudni u t-twemmin tagħna; għalhekk huwa importanti li nużaw il-kliem it-tajjeb. Il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ssejjaħ għal miżuri biex jiġu miġġielda l-isterjotipi marbuta mad-diżabilità1, għaldaqstant huwa importanti li nkunu konxji mill-isterjotipi negattivi u minn lingwaġġ li jista' jistigmatizza, u nevitawhom.

Hawn taħt hawn ftit suġġerimenti għal meta nitkellmu jew niktbu dwar persuni b'diżabilità:

• Nużaw lingwaġġ li jagħti prominenza lill-persuna: persuna b'diżabilità.

• Nenfasizzaw l-individwalità u l-kapaċitajiet ta' kull persuna, aktar milli niddefinixxu l-persuna skont kundizzjoni.

• Nevitaw frażijiet bħal "tbati minn" u kliem li jagħti idea ta' "vittma" passiva.

• Nevitaw termini li jiddefinixxu d-diżabilità bħala limitazzjoni.

• Ma nużawx nomi kollettivi bħal "l-għomja" peress li dawn il-gruppi mhumiex omoġenji.

• Għandna niftakru wkoll li 80 % tad-diżabilitajiet ma jidhrux.

1 Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) tapplika għall-istituzzjonijiet tal-UE. L-Artikolu 8(1)(b): L-Istati Msieħba jaċċettaw li jadottaw miżuri immedjati, effettivi u xierqa (...) li jiġġieldu l-isterjotipi, il-preġudizzji u l-prattiki

li jagħmlu ħsara fil-konfront ta' persuni b'diżabilità, inkluż dawk ibbażati fuq sess u età, fl-oqsma kollha tal-ħajja.

Jeħtieġ li l-materjal viżiv dwar persuni b'diżabilità jintuża b'mod sensittiv sabiex ma jissaħħux l-isterjotipi negattivi

il-ħandikappati; id-diżabilitati; id-diżabbli il-persuni b'diżabilità

l-għomja il-persuni għomja jew preferibbilment il- persuni neqsin mid-dawl

li ssofri minn; li tbati minn; vittma ta' li għandha; eż. persuna li għandha l-epilessija

awtistiku persuna awtistika jew preferibbilment persuna bl-awtiżmu

persuna li tbati minn problema mentali persuna b'kundizzjoni ta' saħħa mentali

persuna marbuta/konfinata f'siġġu tar-roti persuna li tuża siġġu tar-roti

Page 10: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

10 KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK | MT | Jannar 2018

AKTAR SUĠĠERIMENTI GĦAL LINGWAĠĠ ĦIELES MILL-PREĠUDIZZJI

Jekk nużaw — anke aċċidentalment — espressjonijiet li mhumiex xierqa jew lingwaġġ bi preġudizzji, inkunu qed neskludu lil ċerti persuni u b'hekk noħolqu ostakli għall-komunikazzjoni. Sabiex il-lingwaġġ li nużaw ikun ħieles minn kull preġudizzju, jeħtieġ li nevitaw espressjonijiet li jbaxxu jew jeskludu lil ċerti persuni minħabba l-età, il-ġeneru2, l-orjentazzjoni sesswali, ir-razza, ir-reliġjon jew twemmin ieħor, l-etniċità, il-klassi soċjali jew il-karatteristiċi fiżiċi jew mentali tagħhom.

Jeħtieġ li nippruvaw ninkludu l-pubbliku kollu tagħna f'dak li niktbu. Ta' min jiftakar li l-qarrejja tagħna x'aktarx ikollhom sensittivitajiet differenti. Jeħtieġ li nżommu ruħna aġġornati rigward użi aċċettati u nieħdu parir jekk ma nkunux ċerti espressjoni hijiex aċċettabbli.

Xi eżempji• Meta nkunu qed nirreferu għal relazzjonijiet, it-terminu "konjuġi" jew aħjar "partner" huwa aktar inklużiv u

jirrifletti l-varjetà ta' relazzjonijiet li jeżistu fis-soċjetà (eż. koppji mhux miżżewġa jew koppji tal-istess sess, koppji f'unjoni ċivili).

• Nevitaw terminoloġija antikwata, eż. nużaw "Rom" minflok "żingari"3 u "persuni gay" jew "persuni omosesswali" minflok "il-gays" jew "l-omosesswali". Ta' spiss nirreferu għall-"persuni lesbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersess" bħala "persuni LGBTI" jew "nies LGBTI". Minflok "it-transġeneru" jew "it-transġender" għandhom jiġu ppreferuti espressjonijiet bħal "persuni transġeneru" jew "persuni transġender"4.

• Nevitaw suppożizzjonijiet ġenerali dwar nazzjonalitajiet differenti u kulturi differenti peress li jagħtu xbiha ssimplifikata żżejjed ta' persuna jew grupp ta' persuni (eż. "Franċiżi romantiċi", "Ġermaniżi dixxiplinati"). Jekk ikollna bżonn nirreferu għall-etniċità jew in-nazzjonalità ta' persuna, għandna nkunu kemm jista' jkun speċifiċi. Pereżempju, minflok terminu ġenerali bħal "Ażjatiku" li jkopri firxa wiesgħa ta' ġnus, nużaw termini speċifiċi bħal "Indjan", "Pakistani", "Ġappuniż" jew "Ċiniż", eċċ. jekk ikun possibbli.

• Ma nagħmlux suppożizzjonijiet dwar it-twemmin reliġjuż jew xi twemmin ieħor tal-persuna5. Huwa wkoll importanti li niftakru li "Għarbi" jirreferi għal membru ta' poplu li jitkellem bl-Għarbi u mhuwiex sinonimu ta' "Musulman" li jindika persuna ta' fidi Iżlamika.

• Jeħtieġ li noqogħdu attenti meta nikkomunikaw biex ma nipperpetwaw ebda sterjotip marbut mal-età. Nikkomunikaw ir-rispett billi nużaw espressjonijiet bħal pereżempju "kollegi akbar fl-età" u "persuni anzjani" u nevitaw lingwaġġ b'konnotazzjonijiet negattivi marbuta max-xjuħija.

2 Ara eż. Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (2016).3 Ara eż. Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-aċċellerar tal-proċess ta' integrazzjoni tar-Rom (2016).4 Ara eż. Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza għal-LGBTI (2016); Promoting the Enjoyment of all Human Rights by Transgender

People (2010).5 Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew twemmin (2013).

Page 11: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

Jannar 2018 | MT | KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK 11

LINGWAĠĠ TA' KULJUM FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

Lingwaġġ sensittiv għall-ġeneru u ħieles minn kwalunkwe preġudizzju għandu jkun prevalenti wkoll fil-komunikazzjoni mitkellma u informali. Aħna lkoll responsabbli milli noħolqu ambjent tax-xogħol inklużiv, għaldaqstant huwa tajjeb li nqisu kliemna qabel ma nikkomunikaw ħsibijietna, it-twemmin u l-opinjonijiet tagħna. B'dan il-mod nistgħu nevitaw sterjotipi aċċidentali, jew kliem li jbaxxi, li jkun kondixxendenti jew juri disprezz lejn ħaddieħor.

Xi espressjonijiet li għandhom jiġu evitati:

o Għadda żmienu!

o Kemm teqred! Qisek mara!

o Waħda mit-tfajliet (= mill-assistenti amministrattivi) fl-uffiċċju twieġeb it-telefonata tiegħek.

Imġiba jew lingwaġġ li jistgħu jiġu perċepiti bħala diskriminatorji (eż. ċajt sessist jew razzist) mhumiex aċċettabbli.

Bl-istess mod, għandhom jiġu evitati termini u lingwaġġ offensiv, sabiex ma noffendu lil ħadd minħabba l-ġeneru, l-età, id-diżabilità, l-etniċità, it-twemmin reliġjuż jew kwalunkwe twemmin ieħor, l-identità tal-ġeneru jew l-orjentazzjoni sesswali.

Jekk inkunu qed nibżgħu li se ngħidu xi ħaġa mhix xierqa meta nkunu qed nirreferu għal xi ħadd, jew nitkellmu ma' xi ħadd, pereżempju ma' persuni ta' etniċità differenti, tajjeb li nsaqsuhom kif jippreferu li nirreferu għalihom.

Iċ-ċajt li jintuża biex jixxejnu kwistjonijiet ta' ġeneru ta' spiss isaħħu l-isterjotipi u jistgħu jkunu sessisti.

Hemm ir-riskju li wħud mill-"kumplimenti" jinftiehmu bħala kummenti umiljanti jew dispreġjattivi.

o Tirraġuna ta' raġel.

o Għamlet xogħol tajjeb għall-età li għandha.

o Minkejja l-età tiegħu, vera midħla tat-teknoloġija.

Għandna niftakru li l-lingwa qed tevolvi l-ħin kollu: it-tifsira tal-kliem tista' tinbidel biż-żmien, u dak li llum jitqies bħala aċċettabbli jista' ma jibqax l-istess. Biex nevitaw termini potenzjalment offensivi, għandna nkunu ċerti li qed nużaw terminoloġija li hi ġeneralment aċċettata.

L-Unità Lingwistika Maltija u l-Uffiċċju għall-Opportunitajiet Indaqs jinsabu lesti li jgħinu biex jiċċaraw kwalunkwe dubju.

Jekk ikollok bżonn xi ħaġa, kemm tgħid lis-sinjorina (= lill-assistenta)!

Page 12: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

12 KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK | MT | Jannar 2018

KOMUNIKAZZJONI VIŻIVA

Jeħtieġ li l-lingwaġġ inklużiv jissaħħaħ permezz ta' materjal viżiv inklużiv. Dan għaliex ta' spiss il-messaġġ viżiv għandu impatt akbar fuq il-pubbliku. Billi nuru aspetti differenti tad-diversità (ġeneru, età, etniċità, diżabilità, twemmin reliġjuż jew kwalunkwe twemmin ieħor, orjentazzjoni sesswali, nazzjonalità) inkunu qed niżguraw li kulħadd iħossu involut.

Meta nikkomunikaw, għandna naħsbu fid-diversità u l-inklużjoni:

• Kif inħossuna meta naraw l-istampa? X'inhuma l-impressjonijiet inizjali?

• Togħġobna? Għaliex? Għala le?

• X'qed naraw fl-istampa? Nistgħu nidentifikaw ruħna mal-persuni fl-istampa?

• Tintwera d-diversità? Hemm sens ta' inklużjoni?

• X'messaġġ qed jingħata? Jikkorrispondi mal-messaġġ li nixtiequ ngħaddu?

Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin, li japplikaw għal kartelluni, fuljetti u stampi fuq Domus u kwalunkwe materjal awdjoviżiv li jintuża waqt sessjonijiet ta' informazzjoni jew sessjonijiet ta' taħriġ, għandhom jgħinu biex il-komunikazzjoni tkun aktar effikaċi u biex il-pubbliku li nixtiequ nilħqu jkun jista' jidentifika ruħu mal-messaġġ viżiv.

1. Nagħżlu stampa li turi d-diversità fl-ambjent tax-xogħol tagħna fis-SĠKMa nagħżlux stampa li turi biss ġeneru wieħed jekk il-grupp ta' persuni li għalih qed isir riferiment huwa mħallat. Il-persuni intervistati jew li jidhru fil-filmati wkoll jeħtieġ li jirrappreżentaw il-popolazzjoni tas-SĠK fil-varjetà kollha tagħha.

Sabiex nippromwovu d-diversità fil-pubblikazzjonijiet bħall-fuljetti, għandna nużaw stampi li jirriflettu l-aspetti kollha tal-ambjent tax-xogħol tagħna: għandna nqisu li nisa u rġiel ikunu rappreżentati ndaqs, nuru persuni b'diżabilità fis-sitwazzjonijiet ta' kuljum, ninkludu persuni ta' etajiet differenti u minn gruppi razzjali u etniċi differenti, kif xieraq.

Dan ir-ritratt jirrifletti d-diversità eżistenti tal-uffiċjali tagħna, u għaldaqstant huwa eżempju tajjeb ta' komunikazzjoni inklużiva

Il-kontenut viżiv u dak testwali għandhom jikkorrispondu ma' xulxin. Għandna wkoll naċċertaw ruħna li l-materjal viżiv magħżul jikkorrispondi għall-messaġġ li qed nippruvaw ngħaddu, eż. stampa li fiha irġiel biss ma tkunx effikaċi bħala illustrazzjoni ta' artiklu fejn qed jiġu intervistati kemm nisa kif ukoll irġiel.

Huwa importanti li nuru li l-ambjent tax-xogħol tas-SĠK huwa post li jaċċetta u li jilqa' lil nies differenti.

Page 13: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

Jannar 2018 | MT | KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK 13

2. Jekk ikun possibbli, nagħżlu stampa li tirrifletti d-diversità tal-popolazzjonijiet EwropejHuwa rakkomandat li jitqiesu b'mod sistematiku l-fatturi marbuta mad-diversità kull meta possibbli.

3. Nuru persuni ta' ġeneri differenti fi rwoli u funzjonijiet ta' valur indaqs

4. Nagħżlu stampa li turi li l-istituzzjoni tagħna hija miftuħa għal kulħadd u ħielsa minn kwalunkwe preġudizzju

Ma nagħżlux stampi jew slogans li jagħtu l-impressjoni li għandna xi preġudizzju bbażat fuq l-età, l-estetika, l-etniċità jew kwalunkwe preġudizzju ieħor.

Eżempju pożittiv ta' stampa li tirrifletti diversità etnika

Eżempju pożittiv ta' ritratt li juri figura politika femminili fi rwol attiv, fejn il-pari tagħha qed jisimgħuha, pjuttost milli fi rwol passiv bħala sempliċi preżenza

FOR OUR COMMON SECURITYALWAYS WEAR YOUR BADGE VISIBLY

NOT ALL VISITORS ARE WELCOME !

X'inhi r-reazzjoni inizjali tiegħek meta tara dan il-kartellun?

Page 14: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma
Page 15: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

14 KOMUNIKAZZJONI INKLUŻIVA FIS-SĠK | MT | Jannar 2018

Għal aktar informazzjoniUffiċċju għall-Opportunitajiet Indaqs

Email: [email protected]

Unità Lingwistika Maltija (Att. Grupp GNL)

Email: [email protected]

Page 16: INKLUŻIVA - Europa · Il-Pjan ta' Azzjoni għal SĠK aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv għandu l-għan li jrawwem ambjent li fih il-membri individwali tal-persunal huma

Rue de la Loi/Wetstraat 1751048 Bruxelles/BrusselBELGIQUE/BELGIËTel. +32 22816111www.consilium.europa.eu

RS-1

16-2

017