1
ŻMIEN TA’ GĦORS Il-Karnival jiġi ċċelebrat fil-jiem ta’ qabel ir-Randan. Matulu jsir ħafna briju permezz ta’ parati, żfin, karrijiet, kostumi u baned. L-isem “Karnival” ġej mill-kelmiet bil-Latin carne, (laħam) u vale ( jiswa), jiġifieri hu permess li tiekol laħam. Dan minħabba li fl-imgħoddi, hekk kif jibda r-Randan, ma setax jittiekel laħam. Il-Karnival f’Malta ħa spinta l-quddiem mal-wasla tal-Kavallieri ta’ San Ġwann fl-1530. Waqt dawn il-jiem ferrieħa, uħud mill-bliet u l-irħula tal-Gżejjer Maltin, b’mod speċjali l-belt Valletta, jinbidlu f’festa ta’ kuluri, briju u żfin. MILL - KARNIVAL SAL - GĦID IL - KBIR ( 1 ) IL-KARNIVAL IL-KARRIJIET TRIJONFALI Sa minn bosta xhur qabel, id-dilettanti tal-Karnival jibdew jibnu l-karrijiet fl-imħażen. Illum, din l-arti li ilha tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra, laħqet livell għoli ferm. Tul il-jiem tal-Karnival, dawn il-karrijiet jidhru fit-toroq u l-pjazez tal-Belt għaddejjin wara r-Re tal-Karnival. Fuqhom naraw għadd ta’ żeffiena liebsa kostumi sbieħ li joħolqu l-briju u jpaxxu l-għajn biż-żfin tagħhom. IL-KARNIVAL SPONTANJU Kull sena, fl-irħula ta’ Ħal Għaxaq (Malta) u tan-Nadur (Għawdex), isir il-Karnival “spontanju”. Minkejja li mhux organizzat mill-istat bħal dak tal-Belt Valletta u tar-Rabat t’Għawdex, il-kostumi kreattivi u l-atti pjuttost makabri jiġbru folol kbar, b’mod partikulari żgħażagħ. IL-PARATA Il-Parata hija żifna tradizzjonali li tfakkar ir-rebħa tal-Maltin u tal-Kavallieri fuq l-Ottomani, fl-Assedju l-Kbir ta’ l-1565. Fiha jieħdu sehem żewġ gruppi ta’ żeffiena li jirrappreżentaw lill-Kavallieri u lit-Torok (Ottomani) waqt ġlieda bix-xwabel. Iż-żifna dejjem tintemm bir-rebħa tal-Kavallieri, li b’turija ta’ ferħ, jgħollu tfajla li tirrappreżenta lil Malta Rebbieħa. IL-QARĊILLA Il-Qarċilla hija farsa popolari li ssir fit-toroq. Jieħdu sehem għarusa, għarus u nutar, fejn waqt it-tfassil tal-kuntratt taż-żwieġ, in-nutar joqgħod jirrima u jivvinta ħafna ċajt u kliem doppju sens. Din tkun imżewwqa wkoll bis-satira politika. IL-KUKKANJA Il-Kukkanja hi arblu twil b’ħafna oġġetti mdendlin fil-quċċata. Il-parteċipanti, l-aktar żgħażagħ, jixxabtu magħha biex jilħqu l-oġġetti mdendlin. Min jilħaq xi ħaġa jżommha. ĦLEWWIET Fost il-ħlewwiet tradizzjonali nsibu l-Prinjolata. L-għamla tagħha għandha s-sura ta’ koppla miksija bil-borra tal-ħelu. Hija magħmula minn bosta ingredjenti fosthom il-prinjol (pine nuts) li minnhom ħadet isimha. Il-perlini huma wkoll marbutin mal-Karnival. Dawn huma lewż miksi biz-zokkor ikkulurit. Fl-imgħoddi, il-maskarati kienu jissuttaw lin-nies bihom. Taqbila relatata ma’ dan il-fatt kienet tgħid hekk: Maskarat tini perlina għax warajk għandek xadina. Minflok waħda tini tnejn għax tiddobba xi daqqtejn! © 2021 Publishing

KARNIVAL SAL GĦID IL KBIR (1) - Heritage Malta

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: KARNIVAL SAL GĦID IL KBIR (1) - Heritage Malta

ŻMIEN TA’ GĦORS Il-Karnival jiġi ċċelebrat fil-jiem ta’ qabel ir-Randan. Matulu jsir ħafna briju permezz ta’ parati, żfin, karrijiet, kostumi u baned. L-isem “Karnival” ġej mill-kelmiet bil-Latin carne, (laħam) u vale (jiswa), jiġifieri hu permess li tiekol laħam. Dan minħabba li fl-imgħoddi, hekk kif jibda r-Randan, ma setax jittiekel laħam. Il-Karnival f’Malta ħa spinta l-quddiem mal-wasla

tal-Kavallieri ta’ San Ġwann fl-1530. Waqt dawn il-jiem ferrieħa, uħud mill-bliet u l-irħula tal-Gżejjer Maltin, b’mod speċjali l-belt Valletta, jinbidlu f’festa ta’ kuluri, briju u żfin.

MILL-KARNIVAL SAL-GĦID IL-KBIR (1) IL-KARNIVAL

IL-KARRIJIET TRIJONFALISa minn bosta xhur qabel, id-dilettanti tal-Karnival jibdew jibnu l-karrijiet

fl-imħażen. Illum, din l-arti li ilha tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra, laħqet livell għoli ferm. Tul il-jiem tal-Karnival, dawn il-karrijiet jidhru fit-toroq u l-pjazez tal-Belt għaddejjin wara r-Re tal-Karnival. Fuqhom

naraw għadd ta’ żeffiena liebsa kostumi sbieħ li joħolqu l-briju u jpaxxu l-għajn biż-żfin tagħhom.

IL-KARNIVAL SPONTANJUKull sena, fl-irħula ta’ Ħal Għaxaq (Malta) u

tan-Nadur (Għawdex), isir il-Karnival “spontanju”. Minkejja li mhux organizzat mill-istat bħal dak tal-Belt Valletta u tar-Rabat t’Għawdex, il-kostumi kreattivi u l-atti pjuttost makabri jiġbru

folol kbar, b’mod partikulari żgħażagħ.

IL-PARATAIl-Parata hija żifna tradizzjonali li tfakkar ir-rebħa tal-Maltin u tal-Kavallieri fuq

l-Ottomani, fl-Assedju l-Kbir ta’ l-1565. Fiha jieħdu sehem żewġ gruppi ta’

żeffiena li jirrappreżentaw lill-Kavallieri u lit-Torok (Ottomani)

waqt ġlieda bix-xwabel. Iż-żifna dejjem tintemm bir-rebħa

tal-Kavallieri, li b’turija ta’ ferħ, jgħollu tfajla li tirrappreżenta lil

Malta Rebbieħa.

IL-QARĊILLAIl-Qarċilla hija farsa popolari li ssir

fit-toroq. Jieħdu sehem għarusa, għarus u nutar, fejn waqt it-tfassil tal-kuntratt

taż-żwieġ, in-nutar joqgħod jirrima u jivvinta ħafna ċajt u kliem doppju sens. Din tkun

imżewwqa wkoll bis-satira politika.

IL-KUKKANJAIl-Kukkanja hi arblu twil b’ħafna oġġetti mdendlin

fil-quċċata. Il-parteċipanti, l-aktar żgħażagħ, jixxabtu magħha biex jilħqu l-oġġetti mdendlin. Min jilħaq xi

ħaġa jżommha.

ĦLEWWIET Fost il-ħlewwiet tradizzjonali nsibu l-Prinjolata.

L-għamla tagħha għandha s-sura ta’ koppla miksija bil-borra tal-ħelu. Hija magħmula minn bosta

ingredjenti fosthom il-prinjol (pine nuts) li minnhom ħadet isimha.

Il-perlini huma wkoll marbutin mal-Karnival. Dawn huma lewż miksi

biz-zokkor ikkulurit. Fl-imgħoddi, il-maskarati kienu jissuttaw lin-nies

bihom. Taqbila relatata ma’ dan il-fatt kienet tgħid hekk:

Maskarat tini perlinagħax warajk għandek xadina.

Minflok waħda tini tnejngħax tiddobba xi daqqtejn!

© 2021 Publishing