1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected] Kif beda ismu... IS-SIĠĠIEWI L -isem tar-raħal tas-Siġġiewi mhuwiex isem Semiku bħal irħula oħra, iżda dan ma jfissirx li r-raħal mhux ank daqshom. Bħalma jikteb Ġan Franġisk Abela fis-seklu 17, hu maħsub li dan l-isem ġej minn kunjom ta’ ċerta familja sinjura, Sageyo, li kienet minn Sqallija u li kienet toqgħod fil-viċinanzi. Annibale Preca, fil-keb Malta Cananea, jikteb li l-isem aktarx ġej mill-kelma Lhudija Saggia, li isser ‘kbir u ta’ min jagħ kasu.’ Kif jidher, l-oriġini tal-isem ta’ dan ir-raħal mhux daqshekk ċar. I s-Siġġiewi għandu l-moo ta’ Labore et Virtute li jfisser ‘bix-xogħol u bil-ħila.’ Dan ir-raħal huwa ġabra ta’ rħula żgħar imferrxin fil-Lbiċ ta’ Malta. Fosthom insemmu lil Ħal Qdieri, Ħal Xluq, Ħal Kbir, Ħal Tabuni u Ħal Niklusi. Billi fil-qedem dawn l-irħula kienu mwarrba ħafna u spiss kienu l-mira tal-ħallelin u l-furbani, in-nies ħassew li aħjar jersqu lejn xulxin u jidħlu aktar ’il ġewwa biex ikollhom iktar protezzjoni. I s-Siġġiewi huwa magħruf ukoll bħala Cià Ferdinand wara ż-żjara li kien għamel il-Gran Mastru Ferdinand Hompesch fl-istess raħal fl-1797. Hompesch kien ħa sehem fil-festa ta’ San Nikola, nhar is-6 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. B’hekk, grazzi għal din iż-żjara, il-Gran Mastru semma ’l dan ir-raħal għal ismu u tah il-ġieħ ta’ belt. il-kappella ta’ Ħal Xluq mibnija fi tmiem is-seklu 16 il-knisja u l-pjazza ta’ San Nikola fl-ewwel snin tas-seklu 20 Il-kappella Tal-Providenza mibnija f’nofs is-seklu 18. KULĦADD BL-ISTORJA TIEGĦU ta’ Carmel G. Cauchi Dan il-keb mill-pinna ta’ Carmel G. Cauchi huwa rumanz għaż-żgħażagħ, u adolexxen minn 13-il sena ’l fuq. Il-ġrajja ddur fuq grupp ta’ ajliet u ġuvintur li jiltaqgħu ta’ kull lejla fi klabb imwaqqaf apposta għalihom iż-żgħażagħ. Kif jixhed isem ir-rumanz, iż- żgħażagħ protagonis għandhom ilkoll l-istorja tagħhom. Stejjer differen ta’ karari differen. Xi wħud jiffijaw u oħrajn jikklaxxjaw. Fost it-temi traa hemm il-bullying, id-drogi, l-anorexia, l-alkoħoliżmu, il-piercing u t-taoos, ir-relazzjoni mal-ġenituri, l-ewwel imħabba, il-fasdju sesswali, il- ġibda ta’ ajla għal raġel miżżewweġ, il-ħajra għas-suwiċidju, il-mewt… u oħrajn. Jiżvolgi wkoll plot dwar misteru li fih isibu ruħhom tnejn mill- ġuvintur tal-grupp u jibqgħu jitħabtu sakemm isolvuh. Kollox ma’ kollox, dan ir-rumanz għandu l-ingredjen li jagħmluh interessan speċjalment għaż-żgħażagħ. Fl-2012 dan ir-rumanz ingħata l-ewwel premju mill-Kunsill Nazzjonali tal-Keb fit-taqsima “Proża għall- Adolexxen”, kotba pubblika fl-2011. KULĦADD BL-ISTORJA TIEGĦU ta’ Carmel G. Cauchi

Kif beda ismu IS-SIĠĠIEWI - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/34_lehha.pdfIS-SIĠĠIEWI L -isem tar-raħal tas-Siġġiewi mhuwiex isem Semitiku bħal irħula

  • Upload
    others

  • View
    11

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Kif beda ismu IS-SIĠĠIEWI - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/34_lehha.pdfIS-SIĠĠIEWI L -isem tar-raħal tas-Siġġiewi mhuwiex isem Semitiku bħal irħula

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

Kif beda ismu... IS-SIĠĠIEWI

L -isem tar-raħal tas-Siġġiewi mhuwiex isem Semitiku bħal irħula oħra, iżda dan ma

jfissirx li r-raħal mhux antik daqshom. Bħalma jikteb Ġan Franġisk Abela fis-seklu

17, hu maħsub li dan l-isem ġej minn kunjom ta’ ċerta familja sinjura, Sageyo, li

kienet minn Sqallija u li kienet toqgħod fil-viċinanzi. Annibale Preca, fil-ktieb Malta

Cananea, jikteb li l-isem aktarx ġej mill-kelma Lhudija Saggia, li tfisser ‘kbir u ta’ min

jagħti kasu.’ Kif jidher, l-oriġini tal-isem ta’ dan ir-raħal mhux daqshekk ċar.

I s-Siġġiewi għandu l-motto ta’ Labore et Virtute li jfisser ‘bix-xogħol u bil-ħila.’ Dan

ir-raħal huwa ġabra ta’ rħula żgħar imferrxin fil-Lbiċ ta’ Malta. Fosthom insemmu lil

Ħal Qdieri, Ħal Xluq, Ħal Kbir, Ħal Tabuni u Ħal Niklusi. Billi fil-qedem dawn l-irħula

kienu mwarrba ħafna u spiss kienu l-mira tal-ħallelin u l-furbani, in-nies ħassew li

aħjar jersqu lejn xulxin u jidħlu aktar ’il ġewwa biex ikollhom iktar protezzjoni.

I s-Siġġiewi huwa magħruf ukoll bħala Città Ferdinand wara ż-żjara li kien għamel

il-Gran Mastru Ferdinand Hompesch fl-istess raħal fl-1797. Hompesch kien ħa

sehem fil-festa ta’ San Nikola, nhar is-6 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. B’hekk, grazzi

għal din iż-żjara, il-Gran Mastru semma ’l dan ir-raħal għal ismu u tah il-ġieħ ta’ belt.

il-ka

pp

ella

ta’

Ħal

Xlu

q

mib

nija

fi t

mie

m is

-se

klu

16

il-knisja u l-pjazza ta’ San Nikola fl-ewwel snin tas-seklu 20

Il-kappella Tal-Providenza

mibnija f’nofs is-seklu 18.

KULĦADD BL-ISTORJA TIEGĦU

ta’ Carmel G. Cauchi

Dan il-ktieb mill-pinna ta’ Carmel G. Cauchi huwa rumanz għaż-żgħażagħ, u

adolexxenti minn 13-il sena ’l fuq.

Il-ġrajja ddur fuq grupp ta’ tfajliet u ġuvintur li jiltaqgħu ta’ kull lejla fi klabb

imwaqqaf apposta għalihom iż-żgħażagħ. Kif jixhed isem ir-rumanz, iż-

żgħażagħ protagonisti għandhom ilkoll l-istorja tagħhom. Stejjer differenti

ta’ karattri differenti. Xi wħud jiffittjaw u oħrajn jikklaxxjaw. Fost it-temi

trattati hemm il-bullying, id-drogi, l-anorexia, l-alkoħoliżmu, il-piercing u

t-tattoos, ir-relazzjoni mal-ġenituri, l-ewwel imħabba, il-fastidju sesswali, il-

ġibda ta’ tfajla għal raġel miżżewweġ, il-ħajra għas-suwiċidju, il-mewt… u

oħrajn. Jiżvolgi wkoll plot dwar misteru li fih isibu ruħhom tnejn mill-

ġuvintur tal-grupp u jibqgħu jitħabtu sakemm isolvuh.

Kollox ma’ kollox, dan ir-rumanz għandu l-ingredjenti li jagħmluh

interessanti speċjalment għaż-żgħażagħ. Fl-2012 dan ir-rumanz ingħata

l-ewwel premju mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fit-taqsima “Proża għall-

Adolexxenti”, kotba pubblikati fl-2011.

KULĦADD BL-ISTORJA TIEGĦU

ta’ Carmel G. Cauchi