20
L-isem u l-kunjom: _______________________________________ Il- klassi: _________________ Għall-istudent/a: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar. GĦALL-UŻU TAL-GĦALLIEMA L-Assessjar Summattiv: Il - Malti | Il - Qari u l - Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 1 minn 20 Rotta 1 Il-Malti :-) L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN L-Assessjar Summattiv u Formattiv: It-Taħdit 20 Is-Smigħ 20 Ix-Xogħol Tul is- Sena 10 Il-Qari u l-Kitba 50 IT-TOTAL 100

KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

L-isem u l-kunjom: _______________________________________ Il-klassi: _________________

Għall-istudent/a:1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.2. Ortografija, punteġġjatura, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati

aħjar.

GĦALL-UŻU TAL-GĦALLIEMA

L-Assessjar Summattiv:

It-Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 1E 2A 2B TOTAL

Il-Marka 5 3 7 6 14 8 7 50

Il-Marka tal-Istudent/a

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 1 minn 14

Rotta 1

Il-Malti :-)

L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN

L-Assessjar Summattiv u Formattiv:

It-Taħdit 20

Is-Smigħ 20

Ix-Xogħol Tul is-Sena 10

Il-Qari u l-Kitba 50

IT-TOTAL 100

Page 2: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA 35 MARKA

Aqra s-silta li ġejja u wieġeb il-mistoqsijiet ta’ wara.

Il-Progress

M’ilux wisq, il-Maltin kienu għadhom

biss raħħala: kulħadd medhi fl-għalqa

tal-familja, min jirgħa, min jaħleb, min

inaqqi l-ħaxix, min jagħżaq u kulħadd

mitluf f’xogħlu. Kulħadd ried jirsisti,

inkella jbati l-ġuħ. Għalkemm flus wisq

fl-idejn ma kienx hawn, xorta kienu

kuntenti. (para. 1)

Filgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn,

jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura d-dar. In-nisa, kienu jħawru l-borma u l-ulied kienu

jilagħbu bil-blalen taċ-ċarruta fit-toroq. It-televixin ma kienx għadu twieled u għalhekk kulħadd kien

jorqod kmieni għax l-għada kulħadd kien ibakkar. (para. 2)

Ix-xogħol tar-raba’ kien bil-wisq aktar iebes minn tal-lum. Illum il-bdiewa qegħdin jonqsu u

minflokhom hawn għadd ta’ impjiegi ġodda. Bil-mod il-mod, Malta qiegħda tiżviluppa iżda ftit nies

biss intebħu li warajna qegħdin inħallu mijiet ta’ snin ta’ wirt kulturali. (para. 3)

L-affarijiet tbiddlu tassew, is-subien tal-lum ma jilagħbux bil-blalen taċ-ċarruta imma bil-playstation.

It-tfajliet warrbu l-pupi u ħallewhom imgeddsa fuq l-ixkafef ta’ taħt it-taraġ. X’jambuhom? Illum

kollox fuq il-kompjuter. Ommijiethom ma baqgħux nisa tad-dar iżda saru nisa tal-karriera. Il-faċendi

fil-fletts tagħmilhom il-fattiga. (para. 4)

Il-fletts moderni, donnhom imissu s-sħab, qegħdin joħonqu t-toroq tagħna u ħadu post id-djar

tipikament Maltin. Il-ġebla Maltija u s-sengħa tal-bennej qed jintesew ukoll. Illum il-bini jitla’

mgħaġġel għaliex il-blokki tal-konkrit huma bil-wisq aktar konvenjenti. L-isqaqien naqsu sewwa u

llum narawhom biss f’xi kartolina. (para. 5)

Għalkemm mal-mixja tal-progress ħafna drawwiet inbidlu, xi tradizzjonijiet donnhom ma jitbiddlu

qatt. Il-ħobża Maltija, midluka biż-żejt għadha tittiekel minna lkoll. U xi ngħidu għal xi ġbejna friska,

il-galletti u ż-żebbuġ mimli, il-qubbajt fil-festi u l-bajtar tax-xewk fis-sajf! Dawn donnhom ma

jibżgħux mit-teknoloġija. (para. 6)

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 2 minn 14

Page 3: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

1A. Fehim it-Test 5

1. Kif nafu li l-Maltin kienu raħħala? (para. 1)

(1)

2. Fejn kienu jqattgħu l-għaxijiet l-irġiel wara ġurnata xogħol? (para. 2)

(1)

3. X’qed inħallu warajna aktar ma pajjiżna jiżviluppa? (para. 3)

(1)

4. Semmi waħda mill-bidliet li turi progress fil-Maltin. (para. 4/5)

(1)

5. Għaliex xi tradizzjonijiet Maltin ma jinbidlu qatt? (para. 6)

(1)

1B. Għarfien il-Lingwa 3

1. Sib kelma mit-tieni paragrafu li tfisser iqum kmieni. (1)

2. Ikteb hux VERU jew FALZ:

Il-blalen tat-tfal kienu jkunu tal-karti. (para. 2) (½)

3. Ikteb hux VERU jew FALZ:

Il-kelma impjiegi tfisser xogħlijiet. (para. 3) (½)

4. Ikteb hux VERU jew FALZ:

In-nisa li joħorġu jaħdmu qed jonqsu. (para. 4) (½)

5. Ikteb hux VERU jew FALZ:

Il-ġebla Maltija hija tal-konkrit. (para. 5) (½)

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 3 minn 14

Page 4: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

1Ċ. Il-Grammatika 7

Kemm tinżilli għasel biċċa ħobż fejn il-baħar,

imħawra bit-tadama Maltija, xi erba’ żebbuġiet, ftit

bżar u melħ u żejt taż-żebbuġa. Dak il-ħin inħossni

daqslikieku kont Dun Karm, inħares lejn il-baħar

jiżfen maż-żiffa u noħlom. Mhux l-ewwel darba li

f’moħħi qabbilt xi żewġ versi sakemm ma tfixkilnix

in-nies. Imma jekk Dun Karm hu assoċjat mal-baħar,

tgħid jien se nkun il-poeta tal-ħobż biż-żejt?

Wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

1. Ikteb din is-sentenza b’punteġġjatura tajba: marija xtrat il-ħobż minn ħal Qormi. (1)

_______________________________________________________________________________

2. Immarka t-tajba: (1)

a. ħobs imħawwar b. ħobż imħawwar ċ. ħopż imħawwar

3. Kompli dan li ġej billi tagħżel it-tweġiba t-tajba. (1)

Mill-verb noħlom noħorġu n-nom ħolm u mill-verb jiżfen noħorġu n-nom:

a. żfin. b. sfin. ċ. żvin.

4. Qiegħed aġġettiv ma’ dawn li ġejjin. Ara li jkun jaqbel mal-ġens u l-għadd tan-nom mogħti jew

tal-frażi mogħtija:

a. ħobż _________________________ (1)

b. tadama _________________________ (1)

ċ. erba’ żebbuġiet _________________________ (1)

5. Aqsam is-sentenza li ġejja fi tnejn. Importanti li żżomm l-istess sens. Jekk tixtieq, tista’ żżid kelma

jew tnejn biex tagħmel dan.

“Mhux l-ewwel darba li f’moħħi qabbilt xi żewġ versi sakemm ma tfixkilnix in-nies.”

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 4 minn 14

Page 5: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

_______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________

(1)

1D. Il-Kitba Komunikattiva 6

Agħżel mistoqsija

WAĦDA minn (a) jew

(b) u ikteb messaġġ

(sms) ta’ madwar 50-70

kelma fl-ispazju

pprovdut fuq il-mowbajl.

a. Illejla kont

miftiehem/miftiehma

mal-ħbieb tiegħek

biex toħorġu ftit.

Ibgħat messaġġ lill-

ħabib tiegħek Pawlu

biex tgħidlu li ma

tiflaħx u għalhekk ma

tistax tmur illejla.

b. Nhar il-Ħadd li ġej

tixtieq tmur mixja

sabiħa lejn in-naħa ta’

Ħad-Dingli ma’

sħabek. Ibgħat

messaġġ lill-ħabiba

tiegħek Sara biex

tgħidilha bl-idea

tiegħek.

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 5 minn 14

____________________________________________________

Page 6: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

1E. Il-Komponiment (12-il marka għall-komponiment u 2 marki għall-pjan) 14

Ikteb madwar 180-200 kelma fuq WIEĦED minn dawn it-titli.

1. Mort lura fiż-żmien!

Xi għajnuniet għal dan il-komponiment: F’liema żmien mort? Kif irnexxielek tivvjaġġa lura fiż-żmien? X’kienet ir-raġuni tal-vjaġġ? X’ġara u x’sibt? Kellek opportunità li tiġi lura u x’għamilt?

2. Bdejt nara kollox kulur wieħed biss.

Xi għajnuniet għal dan il-komponiment: Kif ġralek hekk? X’kulur qed tara u għaliex taħseb li ġara hekk b’dan il-kulur partikolari? Kemm ilek f’din is-sitwazzjoni li tara kollox kulur wieħed? Kif tarahom u tagħrafhom l-affarijiet? Min jaf b’din il-kundizzjoni li għandek?

3. Xi ħaġa li ħadd ma jaf dwari.

Xi għajnuniet għal dan il-komponiment: X’inhi? Għalfejn dejjem żammejtha sigrieta? Togħġbok jew iddejqek? Ser tibqa’ żżommha sigrieta minn kulħadd wara llum? X’beħsiebek tagħmel?

Uża dan l-ispazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. Għandek żewġ marki! (2 marki)

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 6 minn 14

Page 7: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

In-numru tal-komponiment magħżul: _______

_________________________________________________________________________________

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 7 minn 14

Page 8: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 8 minn 14

Page 9: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

IT-TIENI TAQSIMA: IL-LETTERATURA 15-IL MARKA

2A. Ir-Referenza għall-Kuntest: Bejn Ħaltejn 8

Agħżel WAĦDA minn (i) jew (ii).

(i) Aqra sewwa din il-poeżija Passaġġi ta’ Ġorġ Borg u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

Hemm passaġġi li tibdiehommit-twelid;hemm oħrajn li tiskoprihombit-taħbit.

Hemm passaġġi li taqbadhom bla taf kif;hemm oħrajn li toħroġ minnhomkollok grif.

Hemm passaġġi li tilħaqhomfiduċjuż;hemm oħrajn li jħalluk dejjemdiżilluż.

Hemm passaġġi li ssibhom jagħlquwara ftit; Hemm oħrajn li jwassluk temmenfl-infinit.

Kompli s-sentenzi billi timmarka t-tweġiba t-tajba.

1. L-isem tal-poeżija jirrappreżenta:

a. it-trejqiet fin-natura b. l-esperjenzi tal-ħajja ċ. il-vjaġġi tas-safar (1)

2. Din il-poeżija hija:

a. ambjentali b. riflessiva ċ. nostalġika (1)

3. It-tema tal-poeżija hi indirizzata:

a. għalina l-Maltin b. għall-popli Ewropej ċ. għall-bnedmin kollha (1)

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 9 minn 14

Page 10: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

4. F’kull strofa l-poeta jsemmi passaġġi li huma:

a. sbieħ biss b. koroh biss ċ. sbieħ u koroh (1)

5. Żewġ kelmiet li juru passaġġi diffiċli huma:

a. “taħbit” u “fiduċjuż” b. “taħbit” u “grif ” ċ. “diżilluż” u fiduċjuż” (1)

6. L-istrofi ta’ din il-poeżija huma:

a. kwartini b. ottavi ċ. terzini (1)

7. Ir-rima li nsibu fit-tielet strofa hija:

a. imqabbża b. imbewsa ċ. alternata (1)

8. Din il-poeżija tintemm b’messaġġ:

a. patrijottiku b. reliġjuż ċ. romantiku (1)

JEW

(ii) Aqra sewwa din il-parti mill-poeżija Katrin tal-Imdina ta’ Dwardu Cachia u wieġeb il-

mistoqsijiet kollha.

Katrina l-għarusaBħal warda MaltijaMaġenbu misjuba Ferħana u mistħija.U ħdejha mdannithaU r-raħeb BennardIl-barka xtaqulhomMis-sema sal-art.

In-nies ta’ madwarhomGħall-ġilwa mħejjijaBis-sdieri, u x-xwabel,Imgħammra u miksija,Weqfin, ser jitilqu,Iberrħu l-bibien . . .Ferħ ġewwa, ferħ barra,Tifriġ kullimkien!

Kompli s-sentenzi billi timmarka t-tweġiba t-tajba.

1. Dawn iż-żewġ strofi jiddeskrivu aspett:

a. patrijottiku b. folkloristiku ċ. modern (1)

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 10 minn 14

Page 11: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

2. Id-deskrizzjoni turi atmosfera ta’:

a. niket b. paniku ċ. ferħ (1)

3. Il-kelma li turi l-avveniment li kien qed iseħħ hija:

a. warda b. mdannitha ċ. ġilwa (1)

4. Il-vers “U r-raħeb Bennard” jirreferi:

a. għall-patri b. għall-għarus ċ. għall-kunjatu (1)

5. Fil-vers “Bħal warda Maltija” nsibu:

a. personifikazzjoni b. similitudni ċ. onomatopea (1)

6. Fiż-żewġ versi t’hawn taħt insibu:

“U ħdejha mdannitha

U r-raħeb Bennard”

a. anafora b. metafora ċ. alliterazzjoni (1)

7. Dawn il-versi kkwotati huma:

a. endekasillabi b. ottonarji ċ. senarji (1)

8. Ir-rima li nsibu f’dawn il-versi hija:

a. imqabbża b. imbewsa ċ. alternata (1)

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 11 minn 14

Page 12: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

2B. Ir-Rumanzett: Il-Ħarsa ta’ Rużann 7

Agħżel WAĦDA minn (i) jew (ii).

(i) Aqra sewwa silta A u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha.

Hi baqgħet tħares lejja u jien ’il għajnejja ma stajtx naqlagħhom minn fuqha, hekk malli lmaħna lil xulxin.

U kienet ir-rebbiegħa.Mgħażqa f’idha. Bewsiet żgħar ta’ ħamrija fuq ġbinha u fuq

ilħitha.Refgħet idha l-oħra biex lil għajnejha twennishom xi ftit minn

xemx li f’daqqa waħda żżerżqet mill-aħħar għoljiet tax-xitwa, biex imbagħad, minn bejn żewġ sħabiet aħħarija mdendlin fuq ir-raħal ta’ Ħad-Dingli, taret dritt għal ġo għajnejha, tkebbishom ġamriet.

Inżilt minn fuq Arkon u kellimtha u xtaqt inkun naf mingħandha għala qatt ma kont rajtha qabel.

Żiffa ħelwa mellsitilha xagħarha, twil u qastni bix-xemx. Ħarrket xofftejha u tbissmet, u, minnufih, għajnejha, li kienu jagħtu fl-ikħal bħas-sema ta’ dakinhar u bħall-baħar ta’ taħtna, taw titwila ħafifa lejn għasfur tal-bejt li dak il-ħin kien għaddej itir moħħu f’xi serqa oħra.

Imbagħad bħal ma baqgħetx tistħi minni wisq.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet billi tikteb jew timmarka skont kif mitlub.

1. Min qed jitkellem f’din il-parti tar-rumanzett?

___________________________________________________________________________ (1)

2. F’liema staġun u lokalità sseħħ din ix-xena li tiftaħ ir-rumanzett?

______________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (2)

3. Dwar min hija din id-deskrizzjoni u x’kien ix-xogħol tagħha?

______________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (2)

4. Għaliex jissemmew is-sema u l-baħar?

______________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (1)

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 12 minn 14

Page 13: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

5. Ikkwota l-frażi li turi li dawn iż-żewġ persuni kienu ltaqgħu l-ewwel darba dakinhar.

___________________________________________________________________________ (1)

JEW(ii) Aqra sewwa silta B u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha.

Tibżax, Karm, għażiż ibni, int agħmel dak kollu li tista’, għalik innifsek, għal martek u għal uliedek, u tara kif kollox għad jerġa’ b’wiċċ il-ġid.

U dak il-leħen qisu mhux f’moħħu biss kien, imma bħallikieku sefsiflu f’widnejh ukoll. Ħakk ħakka rasu u petpet għajnejh. Sama’ lil uliedu jgħajtu barra ma’ xi tfal oħra, u martu ttenni ma’ ħutha għal darba tnejn il-ġrajja tax-Xuxana, hemm ġew fil-kenn tal-kċina tal-kunjatu Ġannikol.

“Ismagħhom, ismagħhom,” qal kollu mbissem Ġannikol għat-tfal jilagħbu.

U minnufih Karmenu qal, qisu bla ma qagħad jaħsibha:

“Jeħtieġ li jitgħallmu l-iskola dawk.” U waqaf, qisu mibluh bih innifsu u b’li kien għadu kemm fisser.

Ġannikol kemmex kemxa xofftejh u mustaċċih donnhom iddendlu f’daqqa waħda.“U int kif tista’? Dawk derrihom jaħdmu ħalli jgħinuk fir-raba’. Skola x’tista’ tagħik? Tin

imkarmas.”

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet billi tikteb jew timmarka skont kif mitlub.

1. Fejn qed isseħħ din ix-xena li fiha Karmenu jinsab ma’ martu u wliedu?

__________________________________________________________________________________

(1)

2. Liema “ġrajja tax-Xuxana” qed tirrakkonta Lurenz?

______________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (2)

3. Fuqiex ma qablux Karmenu u l-kunjatu fil-konverżazzjoni tagħhom?

______________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (2)

4. Minn min qed jitmexxa Karmenu fid-deċiżjonijiet li jieħu?

__________________________________________________________________________________ (1)

5. Ikkwota s-sentenza li turi li Karmenu nnifsu skanta b’li kien għadu kif qal hu stess.

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 13 minn 14

Page 14: KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn, jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura

______________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (1)

TMIEM IL-KARTA

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 14 minn 14