8
Is-Sibt, 9 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 159 spiżerija jagħmlu parti mill-iskema ‘L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’ F’kull ġurnata l-Gvern jinvesti aktar minn miljun ewro fis-saħħa Muscat għandu karatteristika partikulari - dejjem iħallik tistenna ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Wieħed mill-aspetti mill-aktar kruċjali biex pajjiżna joffri l-aqwa servizzi tas-saħħa hu billi dawn is-servizzi jingħataw mill-aqwa professjonisti, tobba, infermiera u persuni oħra li b’xi mod jew ieħor jaħdmu fil-qasam tas- saħħa. Il-Gvern hu determinat li jibqa’ joffri lill-Maltin u lill-Għawdxin l-aqwa kura bl-aqwa riżorsi umani u bl-aħjar apparat mediku li jeżistu fis-suq. Sena wara l-oħra l-Gvern kompla jattira lejn pajjiżna l-aqwa professjonisti fil-qasam tas-saħħa biex illum pajjiżna joffri għadd ta’ servizzi moderni li jużaw l-aħħar tekonoloġija biex il-Maltin Il-kura tal-Maltin u l-Għawdxin hi ta’ importanza kbira ħafna għall-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Sa fejn hu possibbli ħafna mill-kura tingħata fl-isptarijiet mill-aqwa li għandna f’Malta u f’Għawdex. U minn żmien għal żmien il-Gvern jintroduċi wkoll fl-isptarijiet tagħna kura u interventi għal sitwazzjonijiet u kundizzjonijiet li qabel il-kura għalihom kienet ipprovduta barra l-pajjiż. Madankollu meta ma jkunx possibbli li kura bħal din tingħata f’Malta, allura l-pazjent jintbagħat għall-kura barra minn Malta. Minn statistika uffiċjali jirriżulta li mill-2004 ‘l hawn kien hemm aktar minn 2,200 pazjent Malti u Għawdxi li ntbagħat barra minn pajjiżna għall-kura. Lil dawn il-pazjenti sarulhom b’kollox 3,528 intervent speċjalizzat. Minkejja li s-servizz, bħal dejjem, hu b’xejn, il-Gvern jifhem l-iskariġġ li dan joħloq u anki l-piż finanzjarju li jġib miegħu għall-membri tal- familja. Għalhekk il-Gvern matul din il-leġiżlatura kompla jaħdem biex sa fejn hu possibbli jġib lill-professjonisti barranin hawn Malta u jipprovdu l-kura hawn f’Malta stess. Bla dubju li l-livell għoli li għandna fl-Isptar Mater Dei jgħin ħafna f’dawn id- deċiżjonijiet. Fil-fatt matul din il-leġiżlatura ġew Malta għadd ġmielu ta’ konsulenti barranin biex jagħtu kura lill-pazjenti Maltin f ‘pajjiżna stess. L-aqwa servizz, apparat u professjonisti L-avvanz fis-servizzi tas-saħħa fl-aħħar snin kien mibni fuq sptar state of the art, apparat modern u professjonisti mill-aqwa mħarrġin tajjeb jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar. Mhux se nsemmu ismijiet għax mhux prudenti, iżda lkoll nafu bil-professjonisti bravi u dedikati li għandna fl-isptarijiet Maltin. U ma’ dawn il-professjonisti bravi, il-Gvern ikompli jaħdem u jistinka biex iżid aktar professjonisti dedikati u ta’ kalibru. Pereżempju nistgħu nsemmu kif fix-xhur li għaddew il-Gvern ġab Professur Russu mis-Scientific Center for Restorative Traumatology and Orthopaedics li jinsab il-Kurgan. Bis-saħħa ta’ dan saru proċeduri ta’ limb lenghtening. Dawn il-proċeduri jirregolaw it-tul tal-idejn jew is-saqajn. Dan is-servizz ġdid kien ta’ benefiċċju kbir għall-pazjenti tfal Maltin. Eżempju ieħor hu dak tal- operazzjonijiet fl-ispalla. Minkejja li tista’ tinstema’ xi ħaġa pjuttost faċli, kull min hu mediku jaf li dawn huma operazzjonijiet pjuttost kumplessi, partikularment fejn ikun hemm kumplikazzjonijiet. Fil-fatt li jsir hu rikostruzzjoni tal-ispalla. Filwaqt li qabel il-Gvern kien jipprovdi interventi fin-Nuffield Orthopaedics Centre, fix-xhur li għaddew il-Gvern beda joffri din l-istess kura fl-Istpar Mater Dei. L-aqwa kura f’Malta u barra

L-aqwa servizz, apparat u professjonisti - Futur fis-Sod

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Suppliment is-Sibt 9 ta' Frar 2013

Citation preview

Page 1: L-aqwa servizz, apparat u professjonisti - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 9 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

159 spiżerija jagħmlu parti mill-iskema ‘L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’

F’kull ġurnata l-Gvern jinvesti aktar minn miljun ewro fis-saħħa

Muscat għandu karatteristika partikulari - dejjem iħallik tistennaii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jaGħżEL ħażIN

Wieħed mill-aspetti mill-aktar kruċjali biex pajjiżna joffri l-aqwa servizzi tas-saħħa hu billi dawn is-servizzi jingħataw mill-aqwa professjonisti, tobba, infermiera u persuni oħra li b’xi mod jew ieħor jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.

Il-Gvern hu determinat li jibqa’ joffri lill-Maltin u lill-Għawdxin l-aqwa kura bl-aqwa riżorsi umani u bl-aħjar apparat mediku li jeżistu fis-suq.

Sena wara l-oħra l-Gvern kompla jattira lejn pajjiżna l-aqwa professjonisti fil-qasam tas-saħħa biex illum pajjiżna joffri għadd ta’ servizzi moderni li jużaw l-aħħar tekonoloġija biex il-Maltin

Il-kura tal-Maltin u l-Għawdxin hi ta’ importanza kbira ħafna għall-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.

Sa fejn hu possibbli ħafna mill-kura tingħata fl-isptarijiet mill-aqwa li għandna f’Malta u f’Għawdex. U minn żmien għal żmien il-Gvern jintroduċi wkoll fl-isptarijiet tagħna kura u interventi għal sitwazzjonijiet u kundizzjonijiet li qabel il-kura għalihom kienet ipprovduta barra l-pajjiż.

Madankollu meta ma jkunx possibbli li kura bħal din tingħata f’Malta, allura l-pazjent jintbagħat għall-kura barra minn Malta.

Minn statistika uffiċjali jirriżulta li mill-2004 ‘l hawn kien hemm aktar minn 2,200 pazjent Malti u Għawdxi li ntbagħat barra minn pajjiżna għall-kura. Lil dawn il-pazjenti sarulhom b’kollox 3,528 intervent speċjalizzat.

Minkejja li s-servizz, bħal dejjem, hu b’xejn, il-Gvern jifhem l-iskariġġ li dan joħloq u anki l-piż finanzjarju li jġib miegħu għall-membri tal-familja. Għalhekk il-Gvern matul din il-leġiżlatura kompla jaħdem biex sa fejn hu possibbli jġib lill-professjonisti barranin hawn Malta u jipprovdu l-kura hawn f’Malta stess.

Bla dubju li l-livell għoli li għandna fl-Isptar Mater Dei jgħin ħafna f’dawn id-deċiżjonijiet. Fil-fatt matul din il-leġiżlatura ġew Malta għadd ġmielu ta’ konsulenti barranin biex jagħtu kura lill-pazjenti Maltin f ‘pajjiżna stess.

L-aqwa servizz, apparat u professjonistiL-avvanz fis-servizzi tas-saħħa fl-aħħar snin kien mibni fuq sptar state of the art, apparat modern u professjonisti mill-aqwa mħarrġin tajjeb

jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.Mhux se nsemmu ismijiet għax

mhux prudenti, iżda lkoll nafu bil-professjonisti bravi u dedikati li għandna fl-isptarijiet Maltin. U ma’ dawn il-professjonisti bravi, il-Gvern ikompli jaħdem u jistinka biex iżid aktar professjonisti dedikati u ta’ kalibru.

Pereżempju nistgħu nsemmu kif fix-xhur li għaddew il-Gvern ġab Professur Russu mis-Scientific Center for Restorative Traumatology and Orthopaedics li jinsab il-Kurgan. Bis-saħħa ta’ dan saru proċeduri ta’ limb lenghtening. Dawn il-proċeduri

jirregolaw it-tul tal-idejn jew is-saqajn. Dan is-servizz ġdid kien ta’ benefiċċju kbir għall-pazjenti tfal Maltin.

Eżempju ieħor hu dak tal-operazzjonijiet fl-ispalla. Minkejja li tista’ tinstema’ xi ħaġa pjuttost faċli, kull min hu mediku jaf li dawn huma operazzjonijiet pjuttost kumplessi, partikularment fejn ikun hemm kumplikazzjonijiet. Fil-fatt li jsir hu rikostruzzjoni tal-ispalla. Filwaqt li qabel il-Gvern kien jipprovdi interventi fin-Nuffield Orthopaedics Centre, fix-xhur li għaddew il-Gvern beda joffri din l-istess kura fl-Istpar Mater Dei.

L-aqwa kura f’Malta u barra

Page 2: L-aqwa servizz, apparat u professjonisti - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 9 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

45,500L-operazzjonijiet li saru s-sena l-oħra fl-Isptar

Mater Dei

12,000Iż-żieda fl-operazzjonijiet

kull sena fl-aħħar ħames snin

Fatti u Ċifri

5.9 miljun

kampjun tad-demm kienu eżaminati matul

l-2011

23,400eżami tal-ultrasound

saru fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2011

Ċifri uffiċjali juru li minn sena għall-oħra

l-eżamijiet f’dipartimenti differenti żdiedu

kostantement

159spiżerija f’Malta u f’Għawdex

jagħmlu parti mill-iskema ‘L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’

Ninċentivaw l-użu ta’ mezzi ta’ trasport nodfaInżidu l-impenn tagħna biex l-anzjani kollha jipparteċipaw b’mod sħiħ f’kull qasam tas-soċjetà64. Inħajru l-użu tar-roti

Inħajru aktar l-użu tar-roti billi nvaraw proġetti ta’ postazzjonijiet ta’ roti li permezz tagħhom ikun hemm servizz ta’ trasport bir-roti u nnaqqsu t-traffiku. Il-postazzjonijiet isiru f’lokalitajiet ewlenin kif ukoll f’postijiet bħall-Università u l-MCAST biex ninkoraġġixxu lill-istudenti jużaw dan il-mezz ta’ trasport. Inżidu wkoll il-bicycle lanes fit-toroq prinċipali.

65. Ninċentivaw aktar l-electric cars

Il-vetturi ċċarġjati b’elettriku minn sorsi ta’ enerġija nadifa jgħinu biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-arja tagħna kif ukoll biex Malta tilħaq l-obbligi li għandha dwar l-ammont ta’ enerġija alternattiva użata fit-trasport. Meta wieħed jikkunsidra d-distanzi f’pajjiżna jagħraf aħjar il-vantaġġi ta’ dawn il-mezzi ta’ trasport. Gvern Nazzjonalista jsegwi l-Istrateġija Nazzjonali Rigward l-Introduzzjoni tal-Vetturi Elettriċi bil-mira li sal-2020 f’Malta jkun hawn 5,000 vettura elettrika. Għal dan il-għan se jdaħħal skemi ta’: i. Għajnuna fiskali għal xiri ta’ karozzi

elettriċi;

ii. Għajnuna fiskali għal xiri ta’ muturi elettriċi;

iii. Tneħħija tal-ħlas tal-liċenzji taċ-ċirkulazzjoni fit-toroq għal vetturi elettriċi;

iv. Tnaqqis ta’ ħlas ta’ taxxa minn kumpaniji li jibdlu l-vetturi li jaħdmu bil-fuel b’oħrajn elettriċi; u

v. Għajnuna finanzjarja lil min jiskrappja vetturi antiki biex jibdilhom ma’ vetturi elettriċi. 

73. Solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet

Pajjiżna llum huwa frott il-ħidma tal-anzjani tagħna.  L-anzjani sawru min aħna, l-identità tagħna, u dak kollu li ngawdu llum.  Gvern Nazzjonalista jżid l-impenn tiegħu biex l-anzjani kollha jipparteċipaw b’mod sħiħ f’kull qasam tas-soċjetà. Is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet isaħħaħ l-identità u l-valuri ta’ pajjiżna u fuqha wkoll jinbena futur fis-sod. Biex dan jissokta, Gvern Nazzjonalista:i. Joħloq programmi mal-Kunsilli Lokali li

jipprovdu opportunitajiet ta’ xogħol fil-komunità għall-anzjani, bħal xogħol fl-iskejjel, f’oqsma sportivi u kulturali, u oħrajn;

ii. Jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ għal dawk l-anzjani li jixtiequ jkomplu jitgħallmu wara li jirtiraw, kif ukoll opportunitajiet għall-attivitajiet sportivi;

iii. Iċ-ċentri ta’ matul il-jum jinfirxu f’aktar lokalitajiet u l-anzjani nfushom ikollhom sehem fit-tmexxija tagħhom.

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Page 3: L-aqwa servizz, apparat u professjonisti - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 9 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemKull ġurnata li tgħaddi, Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jinvesti aktar minn miljun ewro fis-saħħa tiegħek u tal-familja tiegħek. Il-Gvern f’din il-leġiżlatura kattar is-servizzi tas-saħħa u hu determinat li fis-snin li ġejjin ikompli jipprovdi, b’xejn, l-aqwa u l-aħjar servizzi tas-saħħa lil dawk kollha li jiġu bżonnhom

Is-servizz tas-saħħa li jingħata hu eċċellentiIl-kwalità tas-servizz mogħti mill-isptarijiet hi eċċellenti, kemm mill-aspett estetiku kif ukoll mill-aspett uman. Aħna fortunati li ngħixu f’pajjiż fejn il-Gvern jagħmel dak kollu li jista’ biex jipprovdi l-aħjar u l-aqwa servizzi tas-saħħa lil dawk kollha li jiġu bżonnhom.

Id-differenza bejn l-Isptar Mater Dei u dak li kellna, l-Isptar San Luqa, hi ta’ qabża straordinarja, kemm fil-mod ta’ kif inhu mqassam, kemm fis-servizz tat-teknoloġija li hemm, kif ukoll il-kumdità li fih.

Mill-banda l-oħra, l-istaff veru professjonali, jinżel għal-livell tal-pazjent u jara kif iżommu komdu kemm jista’ jkun waqt il-mumenti diffiċli li jkun għaddej minnhom, meta jkun hemm l-uġigħ u nuqqas ta’ saħħa.

Servizzi ġodda favur saħħet il-pazjentMeta tisma’ dwar is-saħħa mill-ewwel jiġuk ħsibijiet relatati mal-isptar il-ġdid, Mater Dei, monument favur is-saħħa tal-poplu, li dejjem ħa l-aħjar taħt il-Partit Nazzjonalista fit-tmexxija.

Kulħadd ifaħħru s-servizz tal-isptar u hi ħasra meta dan is-settur inġibuh ballun politiku u ssib lil min imaqdru għalxejn b’xejn. Li jkun hemm fejn tirranġa, dak dejjem, u l-Gvern dejjem ra li jagħmel hekk. Kieku le, kieku m’għandniex daqstant servizzi ġodda b’mod speċjali dawk relatati ma’ screening. Dwar il-membri tal-istaff, nemmen li dawn huma nies bħal ħaddieħor u l-weġgħat kulħadd jaf x’inhuma. Għalhekk, jagħmlu ħilithom biex jagħtu kull attenzjoni meħtieġa biex lill-pazjent jagħtuh l-ogħla dinjità u servizz mill-aqwa waqt li jkun taħt il-kura tagħhom.

Il-poplu għandu biex iserraħ rasu fil-qasam tas-saħħaL-avvanz li sar fis-settur tas-saħħa hu evidenti u nħossuh kuljum, hekk kif l-operazzjonijiet li jsiru jaqbżu l-eluf fis-sena.

Is-sistema tal-bereġ li qegħdin ikunu rinnovati u saħansitra wħud se jkunu kapaċi jagħmlu operazzjonijiet ħfief, se twassal biex aktar nies jagħżlu li jżuru dawn il-polikliniċi u b’hekk jitnaqqas l-istress żejjed fuq Mater Dei.

Dawn il-faċilitajiet ġodda jkomplu jserrħu ras in-nies li f’każ ta’ bżonn jew f’każ ta’ mard aktar serju se jsibu tim warajhom li se jgħinhom ifiqu u jirkupraw saħħithom.

Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien katalist fl-introduzzjoni ta’ ħafna servizzi ġodda tas-saħħa u llum pajjiżna tant għamel avvanzi kbar f’dan il-qasam, li hu fost l-aktar minn ta’ quddiem fl-Ewropa.

Mediċini b’xejn mill-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekIl-bniedem dejjem iffoka fuq li jkompli jsaħħaħ saħħtu. Fil-passat, mard ħafif li llum infiqu minnu malajr, kien iwassal biex mijiet u eluf ta’ nies imutu ta’ età żgħira.

It-tul tal-ħajja żdied ferm tant li llum għandna popolazzjoni li parti minnha taqa’ taħt il-kappa tal-anzjani u dan ifisser li biex anzjan jgħix għal daqshekk tul għandu l-kura kollha meħtieġa, kemm medika, kif ukoll preventiva.

Il-Gvern dejjem ra li jagħti s-servizz mill-aqwa lil kulħadd u li kulħadd ikollu r-riżorsi meħtieġa fosthom dawk relatati ma’ mediċini. Illum hawn ukoll l-iskema tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek li tħeġġeġ biex aktar anzjani jiġbru l-mediċini tagħhom u ma joqogħdux jixtruhom jew imorru għalihom l-isptar biss.

Passi ta’ ġgant fl-aspett tas-saħħaIs-saħħa miexja b’passi ta’ ġgant. Illum tinsab f’post partikulari u ngħidu li lħaqna l-aktar punt avvanzat iżda mbagħad, l-għada toħroġ riċerka u kura ġdida u nibdew ngħidu li dik ta’ qabel kienet waħda tal-passat.

L-għaqal tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu dak li jkun kapaċi jimxi ma’ dan l-iżvilupp u jipprovdi kull servizz u kura lill-pazjenti b’xejn filwaqt li jkompli jsalva l-ħajjiet. Jiena nemmen li l-Gvern qed jagħmel affarijiet kbar ħafna f’dan il-qasam u jkun żball jekk dan l-impenn ikun hemm min ma japprezzahx biżżejjed.

L-Isptar Mater Dei u dak ta’ Għawdex ta’ kuljum qed ikunu aġġornati tant li issa s-servizz tas-saħħa f’Għawdex ra avvanz kbir u l-Għawdxin qegħdin jibqgħu f’Għawdex għall-kura.

MARIA BEZZINAIL-MOSTA

MARy BUhAGIARIR-RABAT

NEIL MIfSUDIL-MELLIEĦANATALIE

McBRIDEIR-RABAT

hORAcE ANASTASISANTA VENERA

Page 4: L-aqwa servizz, apparat u professjonisti - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 9 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Ta’ kuljum fl-Isptar Mater Dei jsiru 123 operazzjoni, żieda minn 90 kuljum fl-aħħar sena tal-Isptar San Luqa

L-investimenti kontinwi u b’mod qawwi fil-qasam tas-saħħa wasslu biex matul din il-leġiżlatura, il-Gvern immexxi mill-Partit

Nazzjonalista kompla jinvesti fl-aqwa u fl-aħjar tagħmir mediku biex il-pazjenti Maltin u Għawdxin jingħataw il-kura li jkollhom bżonn

skont l-aħħar teknoloġija u l-aktar żviluppi reċenti fil-mediċina

Illum, fil-qasam tal-mediċina, pajjiżna jgawdi reputazzjoni mill-aqwa, tant li numru konsiderevolment kbir ta’

barranin li jkunu jridu jissoktaw bl-istudji tagħhom f’xi kamp jew ieħor tas-saħħa, jagħżlu l-faċilitajiet mill-aqwa li

għandna f’Malta biex jissoktaw jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom. Għal Malta dan hu ċertifikat pożittiv mill-aqwa

Page 5: L-aqwa servizz, apparat u professjonisti - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 9 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

F’Għawdex ukoll saru investimenti importanti ħafna fil-qasam tas-saħħa

u dan bl-iskop li sa fejn hu possibbli l-pazjenti Għawdxin jingħataw il-kura

li jkollhom bżonn fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li kontinwament ikun

modernizzat u mtejjeb b’servizzi ġodda

Il-pazjenti Maltin u dawk kollha li jiġu bżonn xi tip ta’ servizz tas-saħħa jsibu nies professjonali li huma dedikati u mill-aktar imħarrġa skont il-qasam rispettiv

tagħhom. Dan għaliex dawn in-nies professjonali ħatfu l-opportunitajiet ta’ studju u taħriġ imkattra f’pajjiżna mill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li tul is-snin

fetaħ ħafna opportunitajiet għal karriera ta’ suċċess fil-qasam tas-saħħa u l-mediċina

Page 6: L-aqwa servizz, apparat u professjonisti - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 9 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

hEMM IL-BAĦAR JIKKUMBATTI BEJN IL-PAROLI U L-fATTI(dehret għall-ewwel darba: il-mument 13.05.12)

Muscat iħallik tistenna... f’Mejju 2010, Muscat kien sejjer l-Awstralja u ħalla ajruplan sħiħ jistenna siegħa sħiħa sakemm wasal hu b’martu Michelle u t-tfal

Fil-kampanja tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’Ġunju 2009, Muscat wasal tard ħafna għal dibattitu mal-Prim Ministru... ħalla lill-uffiċjali tal-Awtorità tax-Xandir, lill-ġurnalisti u lill-ħaddiema tal-PBS jistennewh

Muscat jasal tard għal attività uffiċjali tar-Re ta’ Spanja, Juan Carlos, meta dan kien qed iżur Malta f’Jannar 2010... wasal kulħadd ħlief Muscat imma r-Re kellu joqgħod jistennieh jasal

Ir-Re Juan carlos f’Malta... Muscat iħallih jistenna

Page 7: L-aqwa servizz, apparat u professjonisti - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 9 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Ir-riċerka dwar il-fertilizzazzjoni in vitro, kif jafuha x-xjenzjati, jew l-IVF, għall-qosor, ilha għaddejja mis-snin sittin. It-tobba li żviluppaw dan il-metodu, Patrick Steptoe u Robert Edwards, kellhom ħafna diżappunti sakemm twieldet l-ewwel tarbija mnissla barra mill-ġuf minn ommha, li ma setgħetx tnissel b’mod naturali, u missierha megħjunin mix-xjenza.

L-ewwel tarbija mnissla bl-IVfFl-1978, id-dinja rat għall-ewwel darba l-frott tar-riċerka u x-xjenza f’dan il-qasam meta twieldet l-ewwel tarbija mnissla barra l-ġuf, Louise Brown, f’Oldham, l-Ingilterra.

Waħda mill-aqwa tamiet tal-bniedemMeta Robert Edwards rebaħ

il-Premju Nobel għall-Mediċina, sentejn ilu, il-kumitat tal-Premju qal li Edwards avvanza l-istudju u l-prattika tal-fertilità; waħda mill-aqwa tamiet tal-bniedem.

Għax huma fin-natura l-aktar bażika tal-bniedem stess iż-żewġ elementi prinċipali tas-sopravvivenza: li l-bniedem isalva lilu nnifsu mill-ġuħ u l-mard u li jsalva r-razza umana bil-prokreazzjoni; it-tnissil tal-bnedmin.

Anke f’Malta llum qed ingawdu dan is-servizzF’dawn l-34 sena, dan il-metodu ta’ tnissil kompla żviluppa u llum fid-dinja hawn xejn anqas minn 5 miljun tifel u tifla, mara u raġel, li tnisslu b’dan il-metodu.

F’Malta wkoll, hawn kliniċi li ilhom is-snin li wasslu dan l-iżvilupp xjentifiku kbir lil koppji Maltin li kieku ma kienx

għal dan l-iżvilupp ma kien ikollhom l-ebda possibilità li jkollhom it-tfal tagħhom. Sas-sena l-oħra, madankollu, ma kellna l-ebda liġi fil-pajjiż li tirregola din il-prattika ħalli tassigura l-aqwa livelli, l-etika meħtieġa, u l-aqwa kwalità ta’ servizz.

Liġi appostaIl-Gvern Nazzjonalista s-sena l-oħra ressaq liġi għal dan l-iskop li għaddiet mill-Parlament li fid-dibattitu dwarha ddiskuta l-etika ta’ dan il-metodu u l-benefiċċji li bdiet iġġib din il-liġi.

Servizz pubbliku, etiku, ta’ kwalità u b’xejnWara li għaddiet il-liġi dwar l-IVF, din se tkun qed tagħmilha possibbli li t-tnissil barra l-ġuf isir fl-isptarijiet pubbliċi Maltin ukoll, avvanz ieħor importanti fil-kura tas-

saħħa ta’ livell li ngawdu llum f’Malta fl-isptarijiet tal-Gvern.

B’hekk ikollna aktar koppji Maltin li jgawdu tama ġdida b’dan l-iżvilupp sabiħ fix-xjenza u jagħnu ħajjithom bi trabi li qatt ma kien ikollhom it-tama li jnisslu, iwelldu u jrabbu.

U dan is-servizz se jingħata b’mod regolat sewwa, etiku fil-konfront tal-meravilja tal-ħajja u l-ħarsien tagħha, ikun tal-aqwa livell u b’xejn.

Il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista dwar dan il-qasamAnke l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jitkellem dwar dan il-qasam ġdid u f’punt 35 jgħid li “wara li għaddejna l-liġi li tirregola l-fertilizzazzjoni assistita, jew l-IVF, se nintroduċu din il-proċedura bħala parti mis-servizz tas-saħħa pubblika

biex inti tkun tista’ tagħmel din il-proċedura b’xejn.”

Il-meravilji tax-xjenza aċċessibbli għal kulħadd f’nazzjon li hu tassew wieħedIs-servizz tal-IVF se jkun avvanz ieħor importanti fis-sistema ta’ sptarijiet pubbliċi tagħna f’Malta li qed jagħtu servizz tas-saħħa tal-aqwa livell u b’xejn lil kulħadd.

Is-servizz tas-saħħa llum u l-iżviluppi li saru fih fl-aħħar snin huma rahan u xempju tat-twemmin tal-Partit Nazzjonalista li s-saħħa, u anke l-edukazzjoni, ix-xogħol u l-oqsma tas-solidarjetà, mhux biss huma avvanzi kbar fihom infushom imma wkoll il-mod kif nibnu tassew nazzjon wieħed li fih kulħadd – hu min hu – igawdi servizzi pubbliċi u privati tajbin, mill-aqwa u bla ebda xkiel.

Servizz tal-IVF ta’ kwalità fl-isptarijiet pubbliċi u b’xejn għal koppji bla tfal

L-IVF hu żvilupp importanti ieħor f’sistema tas-saħħa li tibni nazzjon tassew wieħed

li fih kulħadd – hu min hu – igawdi servizzi pubbliċi u privati tajbin u bla ebda xkiel

Page 8: L-aqwa servizz, apparat u professjonisti - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 9 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“Għax il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jemmen li l-Maltin u l-Għawdxin ħaqqhom u jixirqilhom biss l-aqwa servizz, allura jassigura li jattira lejn Malta l-aħjar professjonisti u tobba li qed jagħtu s-servizzi tagħhom b’impenn u b’dedikazzjoni lill-pazjenti. Il-viżjoni tal-Gvern hi li jkompli jsaħħaħ is-settur tas-saħħa b’investimenti kontinwi. Kif ġara matul din il-leġiżlatura, il-Gvern se jkompli jagħmel dak kollu possibbli biex il-pazjenti Maltin jingħataw il-kura li jkollhom bżonn biex hekk ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi