19
www.tommy-rosy.eu Episodju 1 u t a’ a v v e n t u r i L m a g i i Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea - Dġ Kommunikazzjoni

L-Avventuri Maġiċi ta' Tommy u Rosy - Episodju 1

Embed Size (px)

DESCRIPTION

The Magical Adventures of Tommy & Rosy as they travel through time and space to relive the formation of the European Union and the history which led to this development. A 3D animation aimed at giving insight into the history and the fundamental organisations that constitute the building blocks of the European Union.

Citation preview

www.tommy-rosy.eu Episodju 1

u

ta’

avventuriLmagi i

Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea - Dġ Kommunikazzjoni

Merħba tfal! Dawn huma l-istejjer maġiċi ta’

Tommy u Rosy, żewġt itfal bħalek u bħali.

Issa poġġu bilqiegħda u aqflu ċ-ċintorin

tas-siġurtà għax se jibda l-vjaġġ ta’ Tommy

u Rosy li se jeħodna matul l-akbar avventura

ta’ kull żmien; storja waħda li tmiss il-ħajja

ta’ miljuni!

L-istorja tibda f’jum tal-Ħarifa fejn

Tommy u Rosy iħallu l-immaġinazzjoni

tagħhom tiġri bihom.

Ftit wara bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija, l-aktar gwerra qerrieda fejn inqatlu 60 miljun ruħ f’temp ta’ 6 snin.

L-Ewropa kienet fiċ-ċentru tal-agħar

żewġ gwerer fl-istorja tal-bniedem.

L-ewwel gwerra dinjija kienet terribbli

u qerdet mhux biss bosta propjetà u

artijiet iżda d-dinja tilfet miljuni ta’

żgħażagħ intelliġenti u li jħobbu l-istudju.

Il-Griegi u r-Rumani kienu popli kbar

u ċċivilizzati, li għallmuna dwar

il-banjijiet u t-toilets, it-toroq u

l-flus, il-qari u l-kitba u l-filosofija.

Tgħallmu li kien importanti li titkellem u titkellem biex sa fl-ahhar tiftiehem. Hu dan il-kunċett li għen lill-Unjoni Ewropea (UE) biex iżżom il-paċi mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn.

Il-Vikingi mit-tramuntana, l-Għarab

min-nofsinhar u ċ-Ċiviltà tal-‘Magyars’

mil-lvant - kollha kienu lesti jiddominaw

u lesti għall-ġlied iżda huma ġabu wkoll

affarijiet kbar u tajbin magħhom.

Il-Vikingi bnew dgħajjes mill-aqwa u

kienu jafu jibburdjaw.

Il-‘Magyars’ kienu jirkbu ż-żwiemel u

kienu jafu ħafna dwar il-baqar u l-biedja.

L-Għarab kellhom ħafna ideat tajbin,

inkluż in-numri, il-mediċina, il-kunċett

tal-iskola, l-universitajiet u l-kulleġġi

u l-astronomija.

Kien fl-1950 li Franza u l-Ġermanja ftehmu biex jgħaqqdu l-produzzjoni tal-faħam u l-azzar – u dan kien il-bidu tal-UE.

Robert Schuman - ikkunsidrat bħala wieħed mill-fundaturi tal-UE.

Grazzi għal-libertà ta’ moviment, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jmorru jgħixu, jistudjaw, iżuru jew jaħdmu f’pajjiżi oħra fl-UE – mingħajr ma jitolbu permess speċjali. Il-fruntieri sempliċiment sparixxew.L-UE tfisser libertà, demokrazija, rispett għad-drittijiet tal-bniedem, libertajiet ċivili bażiċi u ‘rule of law’.

“Libertà, Ugwaljanza

u Fraternità.”

M’hemmx rejiet u nobbli

iżda nies biss, kollha

b’vuċi bl-istess qawwa.

Illum hemm ħafna aktar pajjiżi li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom biex isiru membri, fosthom il-Kroazja, il-Maċedonja, it-Turkija, l-Albanija, il-Bożnja u l-Ħerzegovina, il-Montenegro u l-Iżlanda.

L-UE, fl-istorja qasira tagħha,

malajr tgħallmet li mhux it-tkabbir

u l-flus biss huma importanti.

Ir-riżultat ta’ dan hu ħsieb aktar ċar, stil ta’ ħajja aktar nadifa, popli aktar b’saħħithom u tipi ta’ xogħol kompletament ġodda.

Il-Kunsill tal-Ministri tal-UE hu

magħmul minn ministru wieħed minn

kull pajjiż biex kull pajjiż ikollu vuċi.

Il-Parlament Ewropew hu magħmul

minn rappreżentanti li kull wieħed u

waħda minna jkollu ċ-ċans jivvota

għalihom direttament.

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda hemm

biex tara li qed isiru l-affarijiet li kulħadd

ikun ftiehem dwarhom u tiżgura li qed

isiru bil-prezz miftiehem u fil-ħin.

Imbagħad, biex tiżgura li kollox huwa ġust għal kulħadd, kemm għall-Unjoni Ewropea, l-istati membri tagħha u ċ-ċittadini, hemm il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea.

L-Ewropa għamlet passi kbar

‘l quddiem f’dawn l-aħħar 50 sena,

ingħaqdet flimkien u issa għandha

bażi soda ta’ 27 stat membru u

23 lingwa uffiċjali.

L-UE tikkonsisti f’rispett reċiproku.

Il-magna vera

tal-UE hi: INT!

Unità fid-Diversità

Tmiem

Jekk għandek bżonn għajnuna tista’ tkellem lil

MEUSAC (Malta-EU Steering & Action Committee)

280, Triq ir-Repubblika, Valletta VLT 1112

Tel: 2200 3300 e-mail: [email protected]

Imma l-Avventura Maġika ma tispiċċax hawn…

Biex issir taf aktar fuq kif inti tista’ tikber u tinbidel fl-UE, saqsi lill-ġenituri tiegħek, jew l-għalliema tiegħek l-iskola, jew fittex għal rasek fil-librerija tal-iskola jew fl-internet.