20
L-IS IS SKEM S-SESSJ MA T ĊES M JONI TA TAL-M MALTI A’ MEJJ MAR JU 2018 RKI 8

L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

  • Upload
    others

  • View
    32

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL

IS

ISKEMA TAL

IS-SESSJONI

ISKEMA TAL

ĊES MALTISESSJONI TA’

ISKEMA TAL-MARKI

ES MALTI TA’ MEJJU

MARKI

MEJJU 2018

MARKI

2018

Page 2: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 2 minn 20

L-iskemi tal-marki ppubblikati mill-Bord tal-MATSEC mhumiex intenzjonati li jkunu dokumenti awtonomi. Huma riżorsa essenzjali għal min jikkoreġi, li wara dawn jiġu mmonitorjati permezz ta’ proċess ta’ verifika sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-iskemi tkun waħda konsistenti u preċiża.

Fil-każ ta’ skemi tal-marki li jkunu jinkludu tweġibiet jew spjegazzjonjiet mudell, għandu jiġi nnutat li dawn mhumiex maħsuba biex ikunu limitati skont it-tweġibiet mogħtija. Jistgħu jkunu aċċettabbli wkoll varjazzjonijiet u alternattivi. L-eżaminaturi għandhom jikkunsidraw it-tweġibiet kollha fuq il-mertu tagħhom, u f’każ ta’ dubju jridu jkunu kkonsultaw mal-Bord tal-MATSEC.

Page 3: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 3 minn 20

L-Ewwel Karta

L-Ewwel Taqsima – Il-Komponiment (25 marka)

Dan it-taħriġ jittestja l-produzzjoni tal-lingwa: kemm il-kandidati għandhom ħila jħaddmu l-Malti miktub għall-komunikazzjoni effettiva. Fil-produzzjoni miktuba għalhekk jitqiesu l-elementi mogħtija fl-ewwel tabella ta’ hawn taħt.

Dawn li ġejjin huma l-kriterji tal-Komponiment ġenerali li għandu 25 marka. Il-markers iridu jimxu ma’ dawn il-kriterji bir-reqqa biex issir ġustizzja mal-kandidati kollha.

It-tqassim tal-marki għal L-assessjar ta’ Relevanza → 10 marki Koerenza + ċarezza (i.e. l-ideat irid ikollhom x’jaqsmu

mas-suġġett u jagħmlu sens; irid ukoll ikollhom vokabularju xieraq bit-tifsir xieraq tiegħu; mela jekk il-komponiment ikun barra mis-suġġett jitlef il-marki tar-relevanza kollha)

Stil → 5 marki Koeżjoni + struttura (i.e. fil-mod ta’ preżentazzjoni s-sentenzi u l-paragrafi jridu jintrabtu ma’ xulxin; il-punteġġjatura trid tkun xierqa)

Grammatika → 5 marki Morfoloġija + sintassi (i.e. il-lingwa trid timxi mar-regoli kollha stabbiliti; jitqies ukoll jekk il-Malti jkunx idjomatiku)

Ortografija → 5 marki Ortografija (i.e. il-kitba trid tkun korretta u aġġornata; jekk jintuża xi kliem missellef u jitħalla bl-Ingliż, l-ortografija wkoll trid tkun tajba inkella jitnaqqsu l-marki – imma ma jitnaqqsux marki għax dan il-kliem ma jinkitibx bl-inverted commas jew ma jkollux sing taħtu)

Fil-marġin ta’ kull esej iridu jidhru dawn l-erba’ marki fl-ordni ta’ hawn fuq, u f’ċirku jingħata t-total tagħhom li mbagħad jitniżżel fuq quddiem tal-iskript u fuq il-mark sheet. It-totali tal-marki jkollhom dawn it-tifsiriet, bejn wieħed u ieħor:

Medda tal-marki

Livell Karatteristiċi

25-23 Għoli ħafna Koerenza u ċarezza mill-aħjar; koeżjoni u struttura xierqa; morfoloġija u sintassi tajbin; vokabularju varjat; ortografija bla żbalji. Il-kandidat juri ħila fil-ħsieb, komunikazzjoni, u kreattività.

22-19 Għoli Koerenza u ċarezza tajbin; koeżjoni u struttura addattati; morfoloġija u sintassi ġeneralment tajbin; vokabularju varjat; xi żbalji tal-ortografija. Il-kandidat juri ħila fil-ħsieb, komunikazzjoni, u kreattività.

Page 4: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 4 minn 20

18-15 Tajjeb Koerenza u ċarezza mhux ħżiena; koeżjoni u struttura addattati; morfoloġija u sintassi mhux ħżiena; vokabularju komuni; xi żbalji tal-ortografija. Il-kandidat juri ħila fl-aspett komunikattiv.

14-11 Average Koerenza u ċarezza mhux ħżiena; koeżjoni u struttura b’xi difetti; morfoloġija u sintassi mhux ħżiena; vokabularju komuni; żbalji aktar spissi tal-ortografija. In-nuqqasijiet ma jtellfux l-espressjoni tal-kandidat.

10-6 Baxx Koerenza u ċarezza dgħajfin; koeżjoni u struttura bid-difetti; morfoloġija u sintassi batuti; vokabularju limitat; żbalji spissi tal-ortografija. Espressjoni batuta.

5-0 Baxx ħafna Koerenza u ċarezza dgħajfin; koeżjoni u struttura ħżiena; morfoloġija u sintassi ħżiena; vokabularju limitat; ħafna żbalji tal-ortografija. Espressjoni fqira.

Dawn il-karatteristiċi għandhom iservu ta’ għajnuna għall-immarkar tal-komponiment ġenerali.

L-iżbalji Żball repetut jitqies żball wieħed.

Żbalji tal-grammatika: naqqas marka għal kull żball. Jekk il-kandidat ikollu 5 żbalji differenti jew aktar, jitlef il-marki kollha għall-grammatika.

Żbalji tal-ortografija: naqqas marka għal kull erba’ żbalji differenti. Jekk il-kandidat ikollu 20 żball differenti jew aktar, jitlef il-marki kollha għall-ortografija. Minn żball sa tlieta ma titnaqqas ebda marka.

It-tul tal-esej Il-komponiment irid ikun fih madwar 350 kelma.

Għoxrin kelma aktar jew inqas (330/370) minn din iċ-ċifra ma jitnaqqsux marki. Jekk kandidat jikteb aktar minn 370, il-marker jieqaf jimmarka mat-370 u jaqta’ sing aħmar

u jagħmel nota biex juri sa fejn immarka. Jekk komponiment ikollu minn 300 sa 330: il-kandidat jiġi ppenalizzat billi mill-marka li

jagħti l-marker skont il-kriterji ta’ hawn fuq, jitnaqqsulu 3 marki. Jekk komponiment ikollu minn 250 sa 300: il-kandidat jiġi ppenalizzat billi mill-marka li

jagħti l-marker skont il-kriterji ta’ hawn fuq, jitnaqqsulu 4 marki. Jekk komponiment ikollu minn 200 sa 250: il-kandidat jiġi ppenalizzat billi mill-marka li

jagħti l-marker skont il-kriterji ta’ hawn fuq, jitnaqqsulu 5 marki. Jekk komponiment ikollu inqas minn 200 kelma: il-kandidat jiġi ppenalizzat billi l-marka li

jagħti l-marker skont il-kriterji ta’ hawn fuq, tiġi diviża bin-nofs.

Meta jkun hemm xi sitwazzjoni minn dawn li semmejna, il-marker irid jirreġistra dan it-tnaqqis ta’ marki fil-marġin; it-total tal-esej irid jinkludi dan it-tnaqqis.

Page 5: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 5 minn 20

It-Tieni Taqsima (22 marka)

Fehim it-Test Dan it-taħriġ jittestja r-riċeviment tal-lingwa: kemm il-kandidati għandhom ħila jifhmu l-Malti miktub għall-komunikazzjoni effettiva. Għalhekk l-aktar ħaġa importanti hija l-komprensjoni. L-iżbalji tal-ortografija ma jiġux ippenalizzati, imma jekk ikun hemm żbalji tal-grammatika mit-total (li l-kandidat ikun kiseb għat-tweġibiet tajbin) jitnaqqsulu 2 marki (ikun hemm kemm ikun hemm żbalji grammatikali). Jekk marker jiltaqa’ ma’ tweġiba tajba li mhijiex imniżżla f’din l-iskema, jekk jogħġbu jikkuntattja liċ-chairperson.

1.

Il-Fjorentini għamlu tagħhom lil dan il-profeta-eroj Iżraelit u ħabbewh għax kienu jarawh bħala protettur tar-Repubblika tagħhom. (2 marki)

2.

L-istatwa tal-bronż ta’ Donatello hija kontroversjali għax kienet l-ewwel statwa ta’ David għarwien u saret bil-ħsieb li titpoġġa f’post fejn tista’ titgawda mill-angoli kollha. (2 marki)

3.

Le (marka) Għaliex, għall-bidu, Donatello kien qed jaħdem fuq dan il-proġett sakemm miet, u kien baqagħlu blokka tal-irħam li minnha kellu joħloq statwa oħra ta’ David li ma laħaqx lesta. Aċċetta tweġibiet li fihom l-istess ħsieb ta’ din ir-risposta. (marka)

4.

Michelangelo kien jemmen li fil-blokka kien hemm figura li trid toħroġ minnha. Aċċetta tweġibiet li fihom l-istess ħsieb ta’ din ir-risposta. (2 marki)

5.

L-emozzjonijiet huma (i) determinazzjoni (determinat), (ii) kuraġġ (ma jaqtax qalbu), u (iii) biża’ (beżgħan). L-istudenti jridu jagħżlu tnejn minnhom. (2 marki)

6.

L-uffiċċju turistiku juża lil David ta’ Michelangelo għaliex huwa simbolu Rinaxximentali magħruf, kif ukoll, permezz ta’ xogħlu, kull sena jżuru din il-belt kulturali ħafna nies minn madwar id-dinja. Aċċetta tweġibiet li fihom l-istess ħsieb ta’ din ir-risposta sakemm jibqgħu jorbtu ma’ dak li tgħid is-silta. Agħti marka jew tnejn skont iċ-ċarezza tal-ispjegazzjoni. (2 marki)

Għarfien il-Lingwa

7. stejjer (marka) kwiet/ġentili (marka) ġebla (marka) statwi/figuri (marka)

8. a.Battalja (marka)

b.determinat (marka)

ċ.ma jaqtax qalbu (marka)

d.qagħda (marka)

9. bid-daqqa tal-imgħallem (2 marki)

Page 6: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 6 minn 20

It-Tielet Taqsima – Il-Grammatika (14-il marka)

Dan it-taħriġ jittestja l-għarfien tal-grammatika bħala l-qofol tal-istruttura u s-sistema tal-Malti.

Ir-Raba’ Taqsima – Ir-Rapport (12-il marka)

Dan it-taħriġ jittestja l-produzzjoni tal-lingwa: kemm il-kandidati għandhom ħila jħaddmu l-Malti miktub għall-komunikazzjoni effettiva skont ir-reġistru u l-forma li titlob is-sitwazzjoni.

F’dan it-taħriġ (80 kelma) ta’ Malti komunikattiv, mela, il-kandidat irid juri li jaf kif jinkiteb rapport qasir. Il-marker irid jassessja b’dan il-mod:

2 marki għall-forma tar-rapport (l-istil) 6 marki għall-kontenut tar-rapport: relevanza (3 marki); koeżjoni (3 marki); titlu xieraq

(relevanti mas-suġġett u jiġbor l-essenzjal tal-kontenut) 2 marki għall-grammatika (jitnaqqsu dawn iż-2 marki anki jekk ikun hemm żball

grammatikali wieħed) 2 marki għall-ortografija (titnaqqas marka għal kull erba’ żbalji differenti, imma sa 2 marki

biss jista’ jitlef) It-tul tar-rapport: ħames kelmiet aktar jew inqas ma jitnaqqsu ebda marki. Aktar minn ħames kelmiet imma inqas minn 10 kelmiet, titnaqqas marka mit-total miksub. Aktar minn 10 kelmiet żejda jew nieqsa jitnaqqsu 2 marki mit-total miksub. Il-marker irid jirreġistra dan it-tnaqqis fil-marġin.

1. Ma seħħitx (marka) 2. elfejn (marka) 3. aċċidentalment (marka) 4. taħlita/taħlitiet/taħlit/ħallat/ħallata (marka) 5. 7 forma (marka) 6. press (marka) 7. faħam, kubrit, (bambù), (marka) 8. magħmul/meqjusa (marka) 9. post it-twelid (marka) 10. DHR, dhr, D-H-R, d-h-r (marka) 11. skoprieh, ppressaha, splodiet, kkunsidrata, timmanifattura, tesporta, jipproduċu (marka) 12. snajja’ (marka) 13. produċew/(i)pproduċew (marka) 14. l-aqwa/l-aħjar (marka)

Page 7: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 7 minn 20

Il-Ħames Taqsima – L-Ittra (12-il marka)

Dan it-taħriġ jittestja l-produzzjoni tal-lingwa: kemm il-kandidati għandhom ħila jħaddmu l-Malti miktub għall-komunikazzjoni effettiva skont ir-reġistru u l-forma li titlob is-sitwazzjoni. F’dan it-taħriġ (80 kelma) ta’ Malti komunikattiv, mela, il-kandidat irid juri li jaf kif tinkiteb ittra formali jew informali. Il-marker irid jassessja b’dan il-mod:

2 marki għall-forma tal-ittra (l-istil) 6 marki għall-kontenut tal-ittra: relevanza (3 marki); koeżjoni (3 marki); suġġett tal-email

xieraq (relevanti mas-suġġett u jiġbor l-essenzjal tal-kontenut) 2 marki għall-grammatika (jitnaqqsu dawn iż-2 marki anki jekk ikun hemm żball

grammatikali wieħed) 2 marki għall-ortografija (titnaqqas marka għal kull erba’ żbalji differenti, imma sa 2 marki

biss jista’ jitlef) It-tul tal-ittra: ħames kelmiet aktar jew inqas ma jitnaqqsu ebda marki. Aktar minn ħames kelmiet imma inqas minn 10 kelmiet, titnaqqas marka mit-total miksub. Aktar minn 10 kelmiet żejda jew nieqsa jitnaqqsu 2 marki mit-total miksub. Il-marker irid jirreġistra dan it-tnaqqis fil-marġin.

Page 8: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 8 minn 20

Karta 2A

(Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima u r-Raba’ Taqsima: ara l-iskema tal-immarkar aktar ’l isfel.)

L-EWWEL TAQSIMA (Minbarra t-tweġibiet mogħtija hawn isfel, jista’ jkun hemm tweġibiet validi oħra li għandhom jitqiesu tajbin. F’każ ta’ diffikultà kkuntattja liċ-chairperson.)

Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Poeżija

Jien, Victor Fenech

(20 marka)

Wieġeb:

1. Semmi ŻEWĠ raġuniiet għaliex il-poeta jibda kull strofa bil-kelma “Jien.”

(4)

(i) Il-poeta qed jagħmel enfasi. (ii) Qiegħed ifittex l-identità tiegħu. (iii) Hu magħmul minn ħafna kwalitajiet.

(2 marki għal kull waħda tajba li tissemma.)

2. Xi jrid ifisser il-poeta meta jsejjaħ lilu nnifsu “romantiku” fit-tielet strofa? Fisser ruħek permezz tal-eżempji li jagħti l-poeta nnifsu f’din l-istrofa.

(4) Jara kollox pożittiv, sabiħ u tajjeb. (marka) Il-ġustizzja jridha u jixtieqha kulħadd, imma mhux

dejjem teżisti. (marka) L-imħabba hija emozzjoni sabiħa, imma taf tinbidel jew ma tkunx ġenwina. (marka) Is-sbuħija hija xi ħaġa li tidher minn barra, imma mhix kollox fil-ħajja. (marka)

3. X’inhi l-figura tat-taħdit li nsibu fil-ħames strofa? X’effett joħloq il-poeta permezz ta’

din il-figura tat-taħdit?

(4)

Polisindeto u Antiteżi. (waħda jew l-oħra għax it-tnejn huma tajbin, marka) Qisha lista ta’ karatteristiċi li nsibu fl-identità tiegħu. (marka) Il-kuntrasti li nsibu f’din l-identità. (marka) L-identità tiegħu mhix stabbli/statika imma dejjem tinbidel. (marka)

4. Ikteb dwar il-varjetà li joħloq il-poeta fil-metrika li juża. Għalfejn joħloq din

il-varjetà?

(4)

Page 9: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 9 minn 20

Vers ħieles (marka); strofi ta’ tulijiet varji: terzini, kwartina, żewġ versi, vers wieħed (marka); bla rima (marka). Joħloq din il-varjetà biex juri l-varjetà ta’ elementi/kwalitajiet/karatteristiċi li nsibu fl-identità tiegħu. (marka)

5. Il-poeta jinsab f’sitwazzjoni ta’ inċertezza. Fisser kif nafu li jibqa’ sal-aħħar ma jsibx soluzzjoni għal din il-problema.

(4) Il-poeta għandu problema xi jsolvi. Qiegħed ifittex l-identità tiegħu. (marka) Imma l-problema

ma jsolvihiex. (marka) Nafu li baqa’ fl-istat ta’ inċertezza għax itemm il-poeżija bil-mistoqsija “Jien min jien?” Kieku solva l-problema, ma kienx ikollu għalfejn isaqsi l-mistoqsija mill-ġdid! (2 marki)

Lill-Qamar Kwinta, Rena Balzan

(Total: 20 marka) Wieġeb:

1. Fisser kif l-opinjoni li għandha l-poetessa dwar il-qamar tinbidel matul il-poeżija. Islet ŻEWĠ kwotazzjonijiet mill-poeżija biex issaħħaħ dawn iż-żewġ opinjonijiet.

(4) Fl-ewwel parti tal-poeżija qed tara l-qamar minn lenti xjentifika u kważi kważi tmaqdru, (marka) imma fit-tieni parti tfaħħar lill-qamar għax jispiraha għall-poeżija. (marka) L-ewwel opinjoni, waħda minn dawn il-kwotazzjonijiet: “fqajjar, misluf, l-ebda illużjoni ma baqagħli.” (marka) It-tieni opinjoni, waħda minn dawn il-kwotazzjonijiet: “Issebbaħ is-smewwiet f’lejla sajfija, ninsa, qalbi tfur bil-poeżija.” (marka)

2. Ikteb dwar il-metrika mħaddma f’din il-poeżija.

(4) Versi endekasillabi. (marka) Mingħajr rima regolari. (marka) Rima waħda biss: “fantasija/sajfija/poeżija.” (marka) strofa waħda. (marka)

3. Fir-tielet u fir-raba’ vers, il-poetessa tħaddem l-istess figura tat-taħdit darbtejn.

X’inhi din il-figura, għalfejn tħaddimha, u x’effett toħloq? (4)

Eliżjoni. (marka) Tnaqqas sillaba biex il-versi jgħoddu ħdax-il sillaba u jkunu endekasillabi. (marka) Ir-ritmu tal-vers isir aktar mexxej. (2 marki)

4. X’inhi l-figura tat-taħdit li nsibu fl-aħħar vers tal-poeżija? Iktibha u għid x’effett

il-poetessa toħloq b’din il-figura.

(4) Metafora. (marka) “Tfur.” (marka) Il-kelma “tfur” tagħti idea ta’ xi ħaġa mimlija (marka) u b’hekk toħloq l-effett li poetessa timtela bl-ispirazzjoni poetika. (marka)

5. X’inhi l-atmosfera li toħloq il-poetessa fl-aħħar parti tal-poeżija? Islet ŻEWĠ frażijiet

mill-poeżija li jirriflettu din l-atmosfera.

(4) Atmosfera ta’ trankwillità, kalma, serħan, paċi, serenità. (2 marki) “issebbaħ is-smewwiet,” “lejla sajfija.” (2 marki)

Page 10: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 10 minn 20

IT-TIENI TAQSIMA (Minbarra t-tweġibiet mogħtija hawn isfel, jista’ jkun hemm tweġibiet validi oħra li għandhom jitqiesu tajbin. F’każ ta’ diffikultà kkuntattja liċ-chairperson.)

Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Proża

Firda minn Kelb, Ġużè Ellul Mercer

(20 marka) Wieġeb:

1. Is-silta tibda ftit wara li n-narratur ħareġ mill-għassa tal-pulizija. Għalfejn mar l-għassa?

(4) In-narratur kellu l-kelb marid (marka) bla tama ta’ fejqan, (marka) u għalhekk ħadu l-għassa biex joqtluh. (marka) B’hekk ħeles milli jkollu joqtlu hu. (marka)

2. Min hu l-protagonist ta’ din is-silta? Ikteb għaliex taħseb hekk.

(4)

In-narratur. (marka) Għax matul is-silta naqraw dwar l-emozzjonijiet li kien qed iħoss (marka) b’mod partikolari n-niket li l-kelb ma baqagħlux wisq ħajja (marka) u kif kien għamel minn kollox biex ifejqu. (marka)

3. a) Semmi żewġ emozzjonijiet li qed iħoss in-narratur. (2)

Imħabba (għall-kelb) u niket (għax mhux se jfiq) (2 marki)

b) Islet ŻEWĠ frażijiet jew sentenzi mis-silta li juru dawn l-emozzjonijiet.

(2)

“ħassejt bħal għoqla tielgħa għal griżmejja.”

“smajt lili nnifsi nolfoq”

“ir-rassa li kelli f’sidri.”

“bkejt kemm-il bikja siekta.” (2 marki kull waħda tajba li tinkiteb, mhux eskluż li hemm oħrajn)

4. X’inhi l-figura tat-taħdit li nsibu permezz tal-kelma “beraħ” kif użata fis-sentenza: “liema beraħ u swied il-qalb ħalla warajh id-dar?” X’effett toħloq din il-figura tat-taħdit?

(4) Metafora. (marka) In-narratur irid ifisser il-vojt li kien hemm fid-dar mingħajr il-kelb. (marka) B’hekk nifhmu li, għalih, il-kelb kien bħal membru tal-familja (marka) u għalhekk id-dwejjaq kbar li kellu (marka)

Page 11: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 11 minn 20

5. Fil-kuntest tas-silta, x’tifsira għandhom id-dlam, ix-xita u l-kesħa li kien hemm barra

fit-triq?

(4) Huma affarijiet li jdejquk u jagħmlulek ħajtek diffiċli. (2 marki) Għalhekk qegħdin jirrappreżentaw l-emozzjonijiet/ħsus li għaddej minnhom in-narratur. (2 marki)

Xtara l-ħut fil-Baħar, Laurence Mizzi

(Total: 20 marka)

Wieġeb:

1. F’din is-silta ta’ proża tissemma elezzjoni. Sib u ikteb reġistru ta’ mill-inqas erba’ kelmiet li jittrattaw dan is-suġġett.

(4)

Vot, elezzjoni, distrett, jivvutaw, l-ewwel count, kwota, ministru. (Tingħata marka għal kull waħda tajba, sa massimu ta’ 4 marki)

2. a) Fisser il-kuntrast li jinħoloq bejn l-atmosfera fid-dar tas-Sur Tonin qabel l-elezzjoni u l-atmosfera ta’ wara li tħabbar ir-riżultat.

(2) Qabel: stennija, ċertezza, ottimiżmu. (marka għal waħda tajba li tissemma)

Wara: Diżappunt, inkredultà/ma jridx jemmen. (marka għal waħda tajba li tissemma)

b) Islet ŻEWĠ frażijiet mis-silta, WAĦDA li turi l-atmosfera ta’ qabel l-elezzjoni u WAĦDA li turi l-atmosfera ta’ wara li tħabbar ir-riżultat.

(2)

Ottimiżmu ta’ qabel: “Kulħadd kien aċċertah li n-numru unu lis-Sur Tonin kien tah.” (marka)

Diżappunt ta’ wara: “Is-sigarru waqa’ minn bejn snienu, qalbu ħassha tieqaf mit-taħbit, wiċċu sfar u ħdar, l-għaraq xaqq għalih, id-dawl naqaslu, stħajlu li Alla m’għamlu.” (marka, N.B. kwotazzjoni WAĦDA mitluba)

4. Sib u ikteb eżempju ta’ personifikazzjoni mill-ewwel paragrafu. X’inhu l-effett li jinħoloq b’din il-personifikazjoni?

(4) “Waħedhom jgħidulek għaddi.” (marka) Is-sur Tonin kellu kullimkien miftuħ biex jilqa’ n-nies li jiġu jifirħulu. (marka) Juri kemm kien ċert mir-rebħa, (marka) u kemm kien iħobb jiftaħar (marka)

Page 12: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 12 minn 20

5. In-nies kif kienu jistmaw lis-Sur Tonin? Islet sentenza meħuda mis-silta biex turi dan.

(4) Jgħadduh biż-żmien, biż-żufjett. (2 marki) “Nhar is-Sibt is-sebgħa u tletin ser nieħu prima b’risq il-benestant tar-raħal.” (2 marki)

6. Fil-kuntest tan-novella kollha, xi nsiru nafu dwar il-karattru tas-Sur Tonin? (4)

Ambizzjuż, iħobb jiftaħar/fanfarun, irid l-attenzjoni fuqu, iħalli min jinqeda bih, in-nies jgħadduh biż-żmien. (tingħata marka għal kull kwalità msemmija sa massimu ta’ 4 marki)

Għat-Tielet u r-Raba’ Taqsima

L-Esejs Letterarji – Skemi tal-Immarkar It-tqassim tal-marki fl-esejs letterarji għandu jkun skont dawn l-iskemi:

Il-Komponimenti Letterarji: Bejn Ħaltejn (barra Il-Ħarsa ta’ Rużann) (15-il marka kull esej)

Referenzi 2 marki Referenza għal xogħol wieħed biss (naqqas marka); iż-2 marki jingħataw meta fit-tweġiba jkun hemm referenza (anki waħda) għal kull xogħol tal-mistoqsija

Argument

8 marki Jekk jingħata rakkont minflok analiżi naqqas 2 marki; argument mibni fuq xogħol wieħed biss naqqas 2 marki; l-argumenti mibnijin biex janalizzaw ix-xogħol tal-mistoqsija jridu jkunu relevanti (2 marki) u jintrabtu ma’ xulxin (2 marki)

Forma 3 marki Introduzzjoni effettiva (marka)

Tqassim f’paragrafi xierqa (marka)

Konklużjoni effettiva (marka)

Ortografija marka Din il-marka tintilef jekk il-kandidat ikollu 3 żbalji jew aktar

Grammatika marka Din il-marka tintilef anki jekk ikun hemm żball wieħed tal-morfoloġija jew tas-sintassi

50 kelma inqas mil-limitu tal-kliem naqqas 3 marki mit-total tal-marki miksub mill-kandidat fil-komponiment

100 kelma (jew aktar minn 100) inqas mil-limitu tal-kliem, naqqas 5 marki mit-total tal-marki miksub mill-kandidat

Page 13: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 13 minn 20

Il-Komponimenti Letterarji: Bejn Ħaltejn (Il-Ħarsa ta’ Rużann) (30 marka)

Referenzi 4 marki Referenza waħda biss għar-rumanzett jingħataw 2 marki; aktar minn waħda jingħataw 4 marki; ebda referenza għax-xogħol = 0 marki

Argument 16 marki Jekk jingħata rakkont minflok analiżi naqqas 8 marki; -argumenti mibnijin biex janalizzaw ix-xogħol tal-mistoqsija jridu jkunu relevanti (4 marki) u jintrabtu ma’ xulxin (4 marki)

Forma 6 marki Introduzzjoni effettiva (2 marki)

Tqassim f’paragrafi xierqa (2 marki)

Konklużjoni effettiva (2 marki)

Ortografija 2 marki Kull 3 żbalji titnaqqas marka

Grammatika 2 marki Iż-2 marki jintilfu anki jekk ikun hemm żball wieħed tal-morfoloġija jew tas-sintassi

50 kelma inqas mil-limitu tal-kliem, naqqas 3 marki mit-total tal-marki miksub mill-kandidat fil-komponiment;

100 kelma (jew aktar minn 100) inqas mil-limitu tal-kliem, naqqas 5 marki mit-total tal-marki miksub mill-kandidat

Page 14: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 14 minn 20

Karta 2B

(Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ortografija u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima u r-Raba’ Taqsima: ara l-iskema tal-immarkar aktar ’l isfel.)

L-EWWEL TAQSIMA

(Minbarra t-tweġibiet mogħtija hawn isfel, jista’ jkun hemm tweġibiet validi oħra li għandhom jitqiesu tajbin. F’każ ta’ diffikultà kkuntattja liċ-chairperson.)

Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Poeżija

Jien, Victor Fenech

(20 marka)

Wieġeb:

1. Il-poeżja mibnija fuq kuntrasti. Fisser l-effett li jrid joħoq il-poeta permezz ta’ dawn il-kuntrasti.

(4) Qiegħed ifittex l-identità tiegħu. (marka) Din l-identità mhijiex waħda stabbli/statika. (marka) L-identità tiegħu magħmula minn karatteristiċi differenti. (marka) Jinbidel skont iċ-ċirkostanzi li jkun fihom. (marka)

2. Fisser l-użu tal-antiteżi li nsibu fil-ħames strofa.

(4) Huwa bniedem li dejjem jinbidel. (2 marki) Ir-reazzjonijiet tiegħu mhumiex dejjem l-istess. (2 marki)

3. X’inhi l-figura tat-taħdit li jħaddem il-poeta fis-sitt strofa? X’effett joħloq il-poeta

b’din il-figura? (4)

Paradoss. (marka) Għalkemm huwa persuna waħda (marka) l-identità tiegħu hija maqsuma f’ħafna biċċiet. (2 marki)

4. Ikteb dwar il-metrika li jħaddem il-poeta. X’effett joħloq bl-użu ta’ din il-metrika? (4)

Vers ħieles. (marka) Strofi ta’ tulijiet varji: terzini, kwartina, żewġ versi, vers wieħed. (marka) Bla rima. (marka) Biex juri l-varjetà ta’ karatteristiċi li jiffurmaw l-identità tiegħu. (marka)

Page 15: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 15 minn 20

5. X’effett joħloq il-poeta meta jispiċċa l-poeżija b’mistoqsija? (4)

Għandu problema. (marka) Irid isolvi l-problema. (marka) Imma l-problema ma jsolvihiex. (marka) Għalhekk jibqa’ jsaqsi. (marka)

Lill-Qamar Kwinta, Rena Balzan

(Total: 20 marka)

Wieġeb:

1. F’din il-poeżija l-poetessa qiegħda tindirizza lill-qamar. X’tissejjaħ din il-figura tat-taħdit? X’effett toħloq il-poetessa b’din il-figura?

(4) Apostrofi. (marka) Tagħti ħajja lill-qamar, (marka) għax timmaġinah qiegħed jismagħha. (marka) Hemm relazzjoni bejn il-poetessa u l-qamar. (marka)

2. Fl-ewwel parti tal-poeżija, il-poetessa qisha qiegħda tmaqdar lill-qamar. Ikteb għaliex, u islet TLIET kelmiet jew frażijiet mill-poeżija li juru dan.

(4) Il-poetessa kellha opinjoni differenti tal-qamar, u issa taf il-verità (marka) “fqajjar, misluf, l-ebda illużjoni ma baqagħli.” (3 marki)

3. Fit-tieni parti tal-poeżija l-opinjoni tal-poetessa tinbidel. Issa kif tibda tħares lejn il-qamar? Islet ŻEWĠ kwotazzjonijiet biex issaħħaħ fehemtek.

(4) Issa qiegħda tħares lejn il-qamar bħala ispirazzjoni għall-poeżija (marka) b’ċertu romantiċiżmu. (marka) “Issebbaħ is-smewwiet f’lejla sajfija, JEW ninsa, JEW qalbi tfur bil-poeżija.” (2 marki)

4. Ikteb dwar il-metrika mħaddma f’din il-poeżija.

(4) Versi endekasillabi. (marka) Mingħajr rima regolari. (marka) Rima nsibuha biss fil-kelmiet “fantasija, sajfija, poeżija.” (marka) Strofa waħda. (marka)

5. a) Il-“ħliqa aktar setgħana” hija: (agħżel WAĦDA)

(1) i. xi kewkba. ii. l-id ta’ Alla. iii. il-poeżija. iv. ix-xemx.

iv. Ix-xemx b) Fisser, billi tikkwota mill-poeżija, x’inhi r-relazzjoni bejn din il-ħliqa u l-qamar.

(3) Ix-xemx tarmi dawl qawwi (marka) li jirrifletti fuq il-qamar. (marka) “Id-dawl li tarmi lewn il-fidda msawwar lilek misluf.” (marka)

Page 16: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 16 minn 20

IT-TIENI TAQSIMA (Minbarra t-tweġibiet mogħtija hawn isfel, jista’ jkun hemm tweġibiet validi oħra li għandhom jitqiesu tajbin. F’każ ta’ diffikultà kkuntattja liċ-chairperson.)

Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Proża

Firda minn Kelb, Ġużè Ellul Mercer

(20 marka)

Wieġeb:

1. Iddeskrivi l-atmosfera li sab ruħu fiha n-narratur wara li ħalla lit-tlieta li kellu miegħu. Islet sentenza WAĦDA mill-ewwel żewġ paragrafi li wasslet għal din l-atmosfera.

(4) Atmosfera ta’ dwejjeq, niket u żvog, it-temp ukoll kien ikrah. (3 marki). Aċċetta kwotazzjonijiet

mill-ewwel żewġ paragrafi li jorbtu tajjeb mat-tweġiba tal-ewwel parti. (marka)

2. a) Il-protagonist ta’ din is-silta huwa: (agħżel WAĦDA)

(1)

i. il-mara tan-narratu ii. il-kelb iii. in-narratur iv. is-surġent tal-pulizija iii. In-narratur (marka)

b) Ikteb għaliex taħseb hekk. (3)

Għax matul is-silta naqraw dwar l-emozzjonijiet (marka) li kien qed iħoss, b’mod partikolari n-niket minħabba li l-kelb ma baqagħlux wisq ħajja (marka) u kif kien għamel minn kollox biex jipprova jfejqu. (marka)

3. In-narratur kien iħobbu lill-kelb? Islet ŻEWĠ siltiet qosra mis-silta biex issaħħaħ dak

li ktibt. (5)

Iva, kien iħobbu ħafna. (marka) “ħassejt bħal għoqla tielgħa għal griżmejja, smajt lili nnifsi nolfoq, ir-rassa li kelli f’sidri, bkejt kemm-il bikja siekta.” (2 marki għal kull kwotazzjoni tajba miktuba sa massimu ta’ 4 marki)

4. X’inhi l-figura tat-taħdit li nsibu fis-sentenza: “Kien waqtiet jifhimni daqslikieku kien

bniedem.” X’effett joħloq permezz ta’ din il-figura tat-taħdit?

(4)

Page 17: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 17 minn 20

Similitudni. (2 marki) Lill-kelb kien jistmah daqs bniedem jew daqs l-aqwa ħabib. Il-kelb qisu kien jaf x’qiegħed iħoss in-narratur, kienu draw lil xulxin u jiftiehmu. (2 marki jingħataw meta jissemmew tnejn minn dawn l-effetti, marka waħda għal kull effett tajjeb li jissemma)

5. Skont in-narratur ta’ min kien it-tort li marad il-kelb ? X’juri dan dwar il-karattru tan-narratur?

(4)

Kien tort tiegħu. (2 marki) Juri li kien bniedem sensittiv, kapaċi jammetti li għandu tort, jerfa’ r-responsabbiltajiet. (marka għal kull raġuni tajba sa massimu ta’ 2 marki)

Xtara l-ħut fil-Baħar, Laurence Mizzi

(Total: 20 marka)

Wieġeb:

1. Iddeskrivi l-atmosfera li kien hemm ġewwa d-dar tas-Sur Tonin qabel u waqt l-elezzjoni. Islet sentenza WAĦDA mill-ewwel paragrafu li wasslet għal din l-atmosfera.

(4)

Atmosfera ta’ stennija, ottimiżmu, ċertezza għax kien ċert li se jkun elett, preparazzjoni għal festa u ċelebrazzjoni. (3 marki) “Kulħadd kien aċċertah li n-numru unu lis-Sur Tonin kien tah.”/“Fetaħ xi fliexken tal-ġnibru u tal-wiski u lestiehom għal meta jibda l-ferħ” (marka)

2. Iddeskrivi l-atmosfera li kien hemm ġewwa d-dar tas-Sur Tonin wara li ħareġ ir-riżultat tal-elezzjoni. Islet TLIET frażijiet jew sentenzi mill-aħħar paragrafu li juru din ir-reazzjoni.

(4)

Atmosfera ta’ diżappunt, inkredultà. (marka) “Is-sigarru waqa’ minn bejn snienu,” JEW “Qalbu ħassha tieqaf mit-taħbit,” JEW “Wiċċu sfar u ħdar,” JEW “L-għaraq xaqq għalih,” JEW “Id-dawl naqaslu,” JEW “Stħajlu li Alla m’għamlu.” (3 marki, waħda għal kull kwotazzjoni. Ma tingħata ebda marka żejda jekk jinkitbu aktar minn tliet kwotazzjonijiet)

3. X’inhi l-figura tat-taħdit li nsibu fis-sentenza: “Ċikka tat twerżiqa twila u kiesħa bħal meta tara far riesaq lejha?” X’effett jinħoloq b’din il-figura tat-taħdit? (4)

Similitudni. (2 marki) L-effetti li jinħolqu huma varji: Qatgħa kbira; l-aħbar ma kinitx qed tistennieha; kienet ċerta li se jkun elett; beżgħet minn dak li se jgħidu n-nies fuqhom. (2 marki jingħataw meta jissemmew tnejn minn dawn l-effetti, marka waħda għal kull effett tajjeb li jissemma)

Page 18: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 18 minn 20

4. a) In-nies kienu jħarsu lejn lis-Sur Tonin: (agħżel WAĦDA)

(2)

i. b’rispett ii. bil-ħlewwa iii. biż-żufjett iv. b’ħafna dubji iii. biż-żufjett. (2 marki)

b) Islet sentenza mill-aħħar paragrafu biex issaħħaħ l-għażla tiegħek.

(2) “Nhar is-Sibt is-sebgħa u tletin ser nieħu prima b’risq il-benestant tar-raħal.” (2 marki)

5. Min din is-silta, xi nsiru nafu dwar il-karattru tas-Sur Tonin?

(4)

Bniedem ambizzjuż/jipprepara li jiċċelebra qabel ikun ċert li rebaħ, jgħix fil-ħolm, iħalli lil min jinqeda bih, dejjem jara fiex se jehda u x’se jivvinta. (tingħata marka għal kull karatteristika tajba msemmija sa massimu ta’ 4 marki)

Page 19: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 19 minn 20

Għat-Tielet u r-Raba’ Taqsima

L-Esejs Letterarji – Skemi tal-Immarkar

F’każ li l-komponiment letterarju jkun qasir (inqas minn 150 kelma), jitnaqqsu ħames marki mill-marka globali li l-kandidat ikun ġab fil-komponiment. Dan jgħodd għaż-żewġ komponimenti letterarji.

It-tqassim tal-marki fl-esejs letterarji għandu jkun skont dawn l-iskemi:

Il-Komponiment Letterarju: Bejn Ħaltejn (barra Il-Ħarsa ta’ Rużann) (30 marka)

Referenzi 4 marki Referenza waħda biss għax-xogħol tal-mistoqsija jingħataw 2 marki; aktar minn waħda jingħataw 4 marki; ebda referenza għax-xogħol = 0 marki

Argument 16-il marka Jekk jingħata rakkont minflok analiżi naqqas 8 marki.

L-argumenti mibnijin biex janalizzaw ix-xogħol tal-mistoqsija jridu jkunu relevanti (10 marki) u jintrabtu ma’ xulxin (6 marki)

Forma 6 marki Introduzzjoni effettiva (2 marki)

Tqassim f’paragrafi xierqa (2 marki)

Konklużjoni effettiva (2 marki)

Ortografija 2 marki Kull 3 żbalji titnaqqas marka

Grammatika 2 marki Iż-2 marki jintilfu anki jekk ikun hemm żball wieħed tal-morfoloġija jew tas-sintassi

Page 20: L-ISKEMA TAL -MARKI · Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. G ħat-Tielet Taqsima u r-Raba’

L-ISKEMA TAL-MARKI: ĊES MALTI (IS-SESSJONI TA’ MEJJU 2018)

Paġna 20 minn 20

Il-Komponiment Letterarju: Bejn Ħaltejn (Il-Ħarsa ta’ Rużann) (30 marka)

Referenzi 4 marki Referenza waħda biss għax-xogħol tal-mistoqsija jingħataw 2 marki; aktar minn waħda jingħataw 4 marki; ebda referenza għax-xogħol = 0 marki

Argument 16-il marka Jekk jingħata rakkont minflok analiżi naqqas 8 marki.

L-argumenti mibnijin biex janalizzaw ix-xogħol tal-mistoqsija jridu jkunu relevanti (10 marki) u jintrabtu ma’ xulxin (6 marki)

Forma 6 marki Introduzzjoni effettiva (2 marki)

Tqassim f’paragrafi xierqa (2 marki)

Konklużjoni effettiva (2 marki)

Ortografija 2 marki Kull 3 żbalji titnaqqas marka

Grammatika 2 marki Iż-2 marki jintilfu anki jekk ikun hemm żball wieħed tal-morfoloġija jew tas-sintassi