8

National Cyber Security Informative Booklet

Embed Size (px)

DESCRIPTION

A description about the proposed principles on which the Strategy for National Cyber Security will be based.

Citation preview

Page 1: National Cyber Security Informative Booklet
Page 2: National Cyber Security Informative Booklet

4 It-TEKNOLOĠIJA hi sabiħa u utli!

4 Ngħixu f’dinja fejn it-teknoloġija saret parti integrali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum.

4 Verament, it-teknoloġija saret ħolqa bejn individwi, organizzazz-jonijiet u ġnus.

4 Sfortunatament, mhux kulħadd juża t-teknoloġija bi skop ġenwin u tajjeb!

4 Ir-realtá hi li kull forma ta’ teknoloġija hi suxxettibbli għall-ĦSARAT intenzjonati jew b’ negliġenza fuq il-kunfidenzjalitá, integ-ritá u disponibilitá tal-informazzjoni li ġġorr magħha.

4 MALTA diġá bdiet tieħu azzjoni f’oqsma diversi tas-sigurtá diġitali – jeħtieġ issa l-pass li jmiss: li naħdmu iktar id f’id, li nsaħħu l-peda-menti u nibnu fejn hemm bżonn.

4 Għalhekk jeħtieġ il-bżonn ta’ STRATEĠIJA NAZZJONALI li biha l-oqsma kollha tal-ekonomija u tas-soċjetá f’pajjiżna jingħaqdu flimk-ien b’għan wieħed: It-tisħiħ tal-UŻU GĦAQLI U SIGUR TAT-TEK NO-LOĠIJA minn kulħadd - kemm għalissa kif ukoll għaż-żmien li ġej.

4 Il-Green Paper, li qiegħda tiġi ppreżentata, hi l-qafas għal kon-sultazzjoni wiesa’ li se twassal għall-ewwel STRATEĠIJA NAZZ JO-NA LI DWAR SIGURTÁ DIĠITALI f’Malta.

GĦALIEX DIN L-ISTRATEĠIJA?

“Inżommu f’moħħna li s-saħħa f’katina tiddependi biss mis-saħħa ta’

kull ħolqa li għandha”.

2 MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER

Page 3: National Cyber Security Informative Booklet

Iċ-Ċittadini4 Telefonata personali li tgħid li ġejja minn organizzazzjoni eżisten-ti u li titlob informazzjoni personali bl-iskop li tisraq informazzjoni diġitali mill-individwu minn fuq it-teknoloġija li qiegħda tintuża. Din l-informazzjoni tista’ mbagħad tintuża ghal skopijiet kriminali, bħal frodi.

4Rikatti għall-flus permezz ta’ ritratti jew diskors ma’ persuni mhux magħrufa li jistiednu kunfidenzjalitá żejda permezz ta’ ritratti kompro-mettenti tagħhom infushom fil-midja soċjali.

4Xi perċezzjonijiet żbaljati:

o installazzjoni ta’ software antivirus jew patches neċessarji ta’ software jew backups regolari huma ħela ta’ ħin u flus;

o fil-midja soċjali jintesa l-ħsieb:

4li wieħed jew waħda mhumiex waħedhom;

4dak li jingħad u/jew jintwera jibqa’ u li jaf ikun ta’ detriment għalihom.

“Inżommu f’moħħna li, f’bosta drabi, l-attakki diġitali jkunu ilhom ippjanati

u magħmulin bil-ħsieb fin – psikoloġiku apparti milli teknoloġiku”.

X’QED JIFFAĊĊJAW FID-DINJA TEKNOLOĠIKA (EŻEMPJI)

MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER 3

Page 4: National Cyber Security Informative Booklet

Organizzazzjonijiet4 Twaqqif għal kollox ta’ servizzi diġitali pprovduti.

4 Iġġamjar diġitali ta’ teknoloġiji u theddid ta’ ħsara fuq l-integritá tal-informazzjoni li tista’ tkun sensittiva, bħala rikatti għal flus.

4 Imejls li jitolbu informazzjoni sensittiva li mad-daqqa t’għajn ikunu jidhru ġejjin minn impjegati fl-organizzazzjoni nnifisha.

4 Żbalji li jistgħu jkunu ġenwini imma riżultat ta’ negliġenza fl-orga-nizzazzjoni bħal ngħidu aħna informazzjoni sensittiva li tiġi trażmessa lil bosta individwi permezz ta’ imejl indirizzata ‘To’ iktar milli permezz ta’ ‘Bcc’.

4 Xi perċezzjonijiet żbaljati:

o speċjalment f’azjendi żgħar li jaħsbu li għax huma żgħar, ħadd ma jaf bihom u għalhekk ma jiġux attakkati;

o installazzjoni ta’ software antivirus jew patches neċessarji ta’ software - huma ħela ta’ ħin u flus;

o li m’hemmx ħin u flus biex wieħed jinnota xi riskji u jieħu ħsieb għalihom b’mod proporzjonat;

o jekk kienx hemm xi attivitá irregolari li setgħet ġiet innotata fl-użu u/jew fl-operat tat-teknoloġija.

“Tajjeb li nkunu nafu li ġieli jiġri li serq ta’ informazzjoni diġitali – li taf issarraf, bosta

drabi, fi flejjes kbar - ikun ilu għaddej qabel ma tintebaħ il-vittma”.

X’QED JIFFAĊĊJAW FID-DINJA TEKNOLOĠIKA (EŻEMPJI)

4 MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER

Page 5: National Cyber Security Informative Booklet

Il-governanza fis-sigurtá diġitali 4 It-tisħiħ tal-qafas organizzattiv, inklużi proċessi, irwoli, responsib-biltajiet u regolamenti li jħarsu lis-servizzi u informazzjoni essenzjali u sensittiva tal-pajjiz f’każ ta’ attakki diġitali.

4Il-bżonn li titkattar kultura ta’ evalwazzjoni u mmaniġġjar ta’ riskji relatati ma’ sigurtá diġitali f’kull organizzazzjoni li għandu jwassal għal investiment meqjus u għaqli f’qasam daqstant kruċjali.

4Il-bżonn ta’ qafas għal qsim ta’ informazzjoni utli bejn organizzaz-jonijiet u setturi bħala mezz li jwassal għal azzjoni f’waqtha f’każ ta’ attentati jew attakki diġitali.

L-edukazzjoni u l-għarfien4Jeħtieġ il-bini ta’ ħiliet minn etá żgħira fil-qasam ta’ sigurtá diġitali kif ukoll l-għarfien għaqli tal-użu ta’ kull forma ta’ teknoġija li tintuża.

4Kampanja nazzjonali, kontinwa, li tolqot lil kull min juża kull forma ta’ teknoloġija.

XI PUNTI LI QEGĦDIN JIĠU PROPOSTI GĦALL-ISTRATEĠIJA

“Inżommu f’moħħna l-qawl Malti – ‘Bniedem avżat hu nofsu armat’ – dan jgħodd

ħafna fid-dinja diġitali!”

MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER 5

Page 6: National Cyber Security Informative Booklet

Il-ġlieda kontra l-kriminalitá fil-qasam diġitali (cyber crime)4 It-tisħiħ fil-ġlieda kontra l-kriminalitá fil-qasam diġitali - kemm fil-qasam ta’ ħiliet neċessarji, kif ukoll fi preparamenti organizzattivi u legali fuq bażi nazzjonali. Hawnhekk jidħol il-bżonn ukoll ta’ iktar għarfien miċ-ċittadin u minn organizzazzjonijiet ta’ x’inhuma l-perikli diġitali u x’għandu jsir f’każi relatati.

Tfassil u tisħiħ ta’ liġijiet u regolamenti kif ukoll inizjattivi

4 Tajjeb li l-liġijiet jirriflettu din l-isfida li dejjem tiġġedded u li magħhom jissaħħaħ il-qasam tal-inforzar u l-aspett ġuridiku wkoll.

4 Setturi fil-qasam tal-ekonomija wkoll jistgħu jgħinu fit-tisħiħ ta’ regolamenti fl-ambitu tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ miżuri ta’ sigurtá diġitali.

4 Tajjeb ukoll iżda li jsiru sforzi oħrajn, eżempju skemi jew inċentivi li jwasslu għal tisħiħ fis-sigurtá diġitali, b’mod speċjali f’dawk l-azjendi li ma jaqgħux taħt obbligi speċifiċi ta’ regolamenti relatati.

XI PUNTI LI QEGĦDIN JIĠU PROPOSTI GĦALL-ISTRATEĠIJA

“Inżommu f’moħħna li s-sigurtá diġitali titlob koperazzjoni sħiħa biex tkun suċċess. Ħadd

ma jista’ jiġġilidha waħdu”.6 MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER

Page 7: National Cyber Security Informative Booklet

Koperazzjoni u kordinazzjoni4 Hi mitluba koperazzjoni nazzjonali bejn id-diversi setturi ekonomiċi u soċjali tal-pajjiż

4Inkomplu nsaħħu l-kordinazzjoni mal-Unjoni Ewropea kif ukoll ma’ entitajiet u pajjiżi oħrajn li lkoll qegħdin jiffaċċjaw l-istess sfidi u li għandhom l-istess għan.

IL-PASS LI JMISSL-Istrateġija Nazzjonali għal Sigurtá Diġitali li se tiġi mnedija hi:

4Il-Bidu: jeħtieġ li tiġi mħaddma fi spirtu ta’ koperazzjoni u kordinaz-zjoni biex tkun tista’ tagħti l-frott mixtieq.

4Dinamika: jeħtieġ li tevolvi ruħha minn żmien għal żmien biex tirri-fletti l-isfidi dejjem jinbidlu fis-sigurtá tat-teknoloġija.

XI PUNTI LI QEGĦDIN JIĠU PROPOSTI GĦALL-ISTRATEĠIJA

“Inżommu f’moħħna li Malta mhijiex gżira fl-isfidi ta’ sigurtá diġitali li qiegħda

tiffaċċja fil-qasam teknoloġiku”.

MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER 7

Page 8: National Cyber Security Informative Booklet