2
Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Nru. 459 MARZU 2015 SILTA MILL-MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU GĦAR-RANDAN 2015 Qawwu qalbkom (Ġk 5,8) Għeżież ħuti, Ir-Randan hu żmien ta’ tiġdid għall-Knisja, għall-komunitajiet u għall-fidili individwali. Fuq kollox, però huwa żmien ta’ grazzja (1 Kor 6,2). Alla ma jitlobna xejn jekk ma jkunx tahulna qabel: “Aħna nħobbu għax Hu ħabbna l-ewwel” (1 Ġw 4,19). Hu mhux indifferenti lejna. Kull wieħed u waħda minna aħna għall-qalbu, jafna b’isimna, jieħu ħsiebna u jfittixna meta nitilqugħ. Hu jinteressa ruħu f’kull wieħed u waħda minna; imħabbtu ma tħallihx ikun indifferenti għal dak li jiġrilna. Imma jiġri li meta aħna nkunu nħossuna f’sikitna u komdi, żgur ninsew lill-oħrajn (ħaġa li Alla l-Missier ma jagħmel qatt), ma jinteressawniex il-problemi tagħhom, it-tbatijiet tagħhom u l-inġustizzji li jsofru....... allura qlubna jaqgħu fl-indifferenza: waqt li jien inħossni relattivament tajjeb u komdu, ninsa lil min hu batut. Din l-attitudni egoistika, ta’ indifferenza, illum għandha firxa mondjali, tant li nistgħu nitkellmu dwar globaliżżazzjoni tal-indifferenza. Din hija sitwazzjoni li aħna, bħala Nsara, għandna naffrontawha. Meta l-poplu t’Alla jikkonverti għall-imħabba tiegħU, isib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li tagħmillu l-ħin kollu l-istorja. Waħda mill-isfidi l-aktar urġenti li nixtieq nieqaf fuqha f’dan il-messaġġ hi l-globaliżżazzjoni tal-indifferenza. L-indifferenza lejn il-proxxmu u lejn Alla hija tentazzjoni reali għalina l-Insara. Allura, f’kull Randan għandna bżonn nisimgħu l-għajta tal-Profeti li jgħollu leħinhom biex jqajmuna. Alla mhux indifferenti lejn id-dinja imma jħobbha tant, li bagħat lil Ibnu għas-salvazzjoni ta’ kull bniedem. Fl-inkarnazzjoni, fil-ħajja f’did-dinja, fil-mewt u l-qawmien ta’ Iben Alla, jinfetaħ darba għal dejjem il-bieb bejn Alla u l-bniedem, bejn is-sema u l-art. U l-Knisja qiesha l-id li żżomm miftuħ dan il-bieb bix-xandir tal- Kelma, biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti, bix-xhieda tal-fidi, li taħdem permezz tal-imħabba (Gal 5,6). Madankollu, d-dinja għandha t-tendenza li tingħalaq fiha nfisha u tagħlaq dak il-bieb li minnu Alla jidħol fiha u d-dinja tidħol fiH. B’hekk l-id, li hi l-Knisja, qatt m’għandha tissorprendi ruħha meta ssib quddiema r-rifjut, meta tisfa’ mgħaffġa u tinġeraħ. Għalhekk il-poplu t’Alla għandu bżonn it-tiġdid biex ma jsirx indifferenti u biex ma jingħalaqx fih innifsu. Irrid nipproponilkom tlett passi għall-meditazzjoni biex iseħħ dan it-tiġdid.( Ara l-messaġġ sħiħ fil-website tad-djoċesi tagħna). PASTORALI TAR-RANDAN 2015: KRISTU JIXXOTTA D-DMUGĦ Inħeġġu l-membri kollha tal-Gruppi, Movimenti u Għaqdiet Ekkleżjali biex jaqraw u jistudjaw il-Pastorali tar- Randan tal-Isqof tagħna Mario Grech. Ħudu nota: Mill-Ġimgħa sal-Ħadd, 6-8 ta’ Marzu: Irtir għaż-Żgħażagħ u Youth Ministers (Sorijiet Agostinjani, Għajnsielem). Mit-Tnejn tal-Erbgħa, 9-11 ta’ Marzu: Irtir għas-Saċerdoti (Manresa). Il-Ħadd 15 ta’ Marzu: Acies għas-Seniors kollha tal-Leġjun ta’ Marija (Xewkija – 4.00pm). Mit-Tlieta sal-Ħamis, 24-26 ta’ Marzu: Eżerċizzi għaż-Żgħażagħ Għawdxin f’Malta (Sorijiet Franġiskani, Msida). Il-Ħadd 22 ta’ Marzu: Via Sagra Djoċesana fis-Sena tal-Ħajja Kkonsagrata (Għolja ta’ Għammar – 6.30pm).

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċigozodiocese.org/wp-content/uploads/2015/02/newsheet...Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 459 MARZU 2015 SILTA MILL-MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċigozodiocese.org/wp-content/uploads/2015/02/newsheet...Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 459 MARZU 2015 SILTA MILL-MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi

Nru. 459 MARZU 2015

SILTA MILL-MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU GĦAR-RANDAN 2015

Qawwu qalbkom (Ġk 5,8)

Għeżież ħuti, Ir-Randan hu żmien ta’ tiġdid għall-Knisja, għall-komunitajiet u għall-fidili individwali. Fuq kollox, però huwa żmien ta’ grazzja (1 Kor 6,2). Alla ma jitlobna xejn jekk ma jkunx tahulna qabel: “Aħna nħobbu għax Hu ħabbna l-ewwel” (1 Ġw 4,19). Hu mhux indifferenti lejna. Kull wieħed u waħda minna aħna għall-qalbu, jafna b’isimna, jieħu ħsiebna u jfittixna meta nitilqugħ. Hu jinteressa ruħu f’kull wieħed u waħda minna; imħabbtu ma tħallihx ikun indifferenti għal dak li jiġrilna. Imma jiġri li meta aħna nkunu nħossuna f’sikitna u komdi, żgur ninsew lill-oħrajn (ħaġa li Alla l-Missier ma jagħmel qatt), ma jinteressawniex il-problemi tagħhom, it-tbatijiet tagħhom u l-inġustizzji li jsofru....... allura qlubna jaqgħu fl-indifferenza: waqt li jien inħossni relattivament tajjeb u komdu, ninsa lil min hu batut. Din l-attitudni egoistika, ta’ indifferenza, illum għandha firxa mondjali, tant li nistgħu nitkellmu dwar globaliżżazzjoni tal-indifferenza. Din hija sitwazzjoni li aħna, bħala Nsara, għandna naffrontawha. Meta l-poplu t’Alla jikkonverti għall-imħabba tiegħU, isib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li tagħmillu l-ħin kollu l-istorja. Waħda mill-isfidi l-aktar urġenti li nixtieq nieqaf fuqha f’dan il-messaġġ hi l-globaliżżazzjoni tal-indifferenza. L-indifferenza lejn il-proxxmu u lejn Alla hija tentazzjoni reali għalina l-Insara. Allura, f’kull Randan għandna bżonn nisimgħu l-għajta tal-Profeti li jgħollu leħinhom biex jqajmuna. Alla mhux indifferenti lejn id-dinja imma jħobbha tant, li bagħat lil Ibnu għas-salvazzjoni ta’ kull bniedem. Fl-inkarnazzjoni, fil-ħajja f’did-dinja, fil-mewt u l-qawmien ta’ Iben Alla, jinfetaħ darba għal dejjem il-bieb bejn Alla u l-bniedem, bejn is-sema u l-art. U l-Knisja qiesha l-id li żżomm miftuħ dan il-bieb bix-xandir tal-Kelma, biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti, bix-xhieda tal-fidi, li taħdem permezz tal-imħabba (Gal 5,6). Madankollu, d-dinja għandha t-tendenza li tingħalaq fiha nfisha u tagħlaq dak il-bieb li minnu Alla jidħol fiha u d-dinja tidħol fiH. B’hekk l-id, li hi l-Knisja, qatt m’għandha tissorprendi ruħha meta ssib quddiema r-rifjut, meta tisfa’ mgħaffġa u tinġeraħ. Għalhekk il-poplu t’Alla għandu bżonn it-tiġdid biex ma jsirx indifferenti u biex ma jingħalaqx fih innifsu. Irrid nipproponilkom tlett passi għall-meditazzjoni biex iseħħ dan it-tiġdid.( Ara l-messaġġ sħiħ fil-website tad-djoċesi tagħna).

PASTORALI TAR-RANDAN 2015: KRISTU JIXXOTTA D-DMUGĦ Inħeġġu l-membri kollha tal-Gruppi, Movimenti u Għaqdiet Ekkleżjali biex jaqraw u jistudjaw il-Pastorali tar-

Randan tal-Isqof tagħna Mario Grech.

Ħudu nota:

Mill-Ġimgħa sal-Ħadd, 6-8 ta’ Marzu: Irtir għaż-Żgħażagħ u Youth Ministers (Sorijiet Agostinjani, Għajnsielem). Mit-Tnejn tal-Erbgħa, 9-11 ta’ Marzu: Irtir għas-Saċerdoti (Manresa). Il-Ħadd 15 ta’ Marzu: Acies għas-Seniors kollha tal-Leġjun ta’ Marija (Xewkija – 4.00pm). Mit-Tlieta sal-Ħamis, 24-26 ta’ Marzu: Eżerċizzi għaż-Żgħażagħ Għawdxin f’Malta (Sorijiet Franġiskani, Msida). Il-Ħadd 22 ta’ Marzu: Via Sagra Djoċesana fis-Sena tal-Ħajja Kkonsagrata (Għolja ta’ Għammar – 6.30pm).

Page 2: Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċigozodiocese.org/wp-content/uploads/2015/02/newsheet...Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 459 MARZU 2015 SILTA MILL-MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU

MARZU 2015 KALENDARJU PASTORALI Numru 459

1. Ħadd It-Tieni Ħadd tar-Randan. / Films għall-familja (Oratorju Don Bosco - 5.30pm).

2 .Tnejn It-13-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes.

3. Tlieta L-14-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes/ Preparazzjoni MTŻ (KDF San Ġorġ u Katidral – 6.30pm).

4. Erbgħa Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani. / Il-15-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes

5. Ħamis Ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika b’talb għall-Vokazzjonijiet (Seminarju - 6.30am- 10.00pm). Grupp ta’ Talb Dun Mikiel Attard (Seminarju - 7.00-8.00pm). Laqgħa għall-Għalliema Yr.4 (ST.) / Preparazzjoni MTŻ 2 (KDF - 6.15pm).

6-8. Ġimgħa-Ħadd

Irtir għaż-Żgħażagħ (KDŻ – Sorijiet Agostinjani, Għajnsielem)

6. Ġimgħa

L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni u Tqarbina Riparatriċi. Pellegrinaġġ Penitenzjali ta’ San Girgor. Imexxi l-E.T. Mons Isqof Mario Grech (Kerċem fis-6.00pm). Laqgħa għall-Persuni Separati (KDF - 7.45pm fl-Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II). Adorazzjoni għall-Koppji għarajjes u miżżewġin (Istitut tal-Familja Ġwann Pawlu II - 8.30-9.30pm). Quddiesa għall-Professjonisti (Santu Wistin - 8.00pm) .

7. Sibt Lejl Adorazzjoni miIl-Mov. Ewk. fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Victoria Ii jibda fit-8.00pm).

8. Ħadd It-Tielet Ħadd tar-Randan. Festa ta’ San Girgor il-Kbir (Parroċċa Kerċem). Jum Internazzjonali tan-Nisa (ĠM) / Ċenaklu - Irtir A. K. (Dar Ċentrali - 8.30 – 11.30a.m.). Films għall-familja (Oratorju Don Bosco - 5.30pm).

9-11. Tnejn-Erbgħa

Irtir tar-Randan għas-saċerdoti (Manresa).

9-13. Tnejn-Ġimgħa

Eżerċizzi għall-Għarajjes (KDF – Istitut tal-Familja Ġwann Pawl II fit-8.00pm).

9. Tnejn Jittellgħu l-Poloz għal Kinder 1 tal-iskejjel tal-Knisja (Seminarju - 10am).

10. Tlieta Preparazzjoni MFF 4. (KDF - 6.30pm)

11. Erbgħa Sports day għall-istudenti tal-iskejjel primarji tal-Knisja. Preparazzjoni MFF3 -8.00pm). / Laqgħa KDF fis-7.00pm.

12. Ħamis Jum Dinji tal-Kliewi (ĠM) / Laqgħa Għall-Għalliema Yr. 5 (ST) / MTŻ Malta fis-715pm.

13.Ġimgħa It-Tieni Anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku.

14. Sibt. Lejl Adorazzjoni mill-Mov. Ewkaristiku fil-Kappella tal-Oratorju Don Bosco, Victoria (8.00pm).

15. Ħadd Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan. Obolo ta’ San Pietru – Ġabra Djoċesana għall-Papa. Acies għall-membri kbar tal-Leġjun ta’ Marija (Xewkija fil-4.00p.m.) Films għall-familja (Oratorju Don Bosco – 5.30pm).

16-20. Tnejn-Ġimgħa

Eżerċizzi għall-Miżżewġin (KDF - Istitut tal-Familja Gwanni Pawl II fis-7.15p.m.).

17. Tlieta Laqgħa Għalliem Yr.6 (ST).

18. Erbgħa Open day / Evening (Seminarju/ Konservatorju Sekondarja).

19. Ħamis San Ġużepp. Solennità. / Jum il-Papa: It-Tieni Anniversarju mill-bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Franġisku.

20. Ġimgħa Pellegrinaġġ Randan Skejjel Primarji

21. Sibt Jum Internazzjonali biex titneħħa d-Diskriminazzjoni Razzjali (ĠM). Lejl Adorazzjoni mill-Mov. Ewk. (Knisja ta’ Santu Wistin , Victoria - 8.00pm). Adorazzjoni għall-Persuni kkonsagrati (Parroċċa Nadur - 6.30pm).

22. Ħadd IL-Ħames Ħadd tar-Randan. Jum Dinji tal-Ilma (ĠM). Via sagra Djoċesana fuq l-Għolja ta’ Għammar fis-SENA TAL-ĦAJJA KKONSAGRATA (6.30pm) Films għall-familja (Oratorju Don Bosco - 5.30pm).

23-26. Tnejn-Ħamis

Eżerċizzi għall-Persuni Separati (KDF- Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II -8.00pm.)

23. Tnejn Jum ta’ Talb u Sawm b’tifkira tal-Missjunarji Martri / Laqgħa għall-uffiċċjali tal-Curiae (Legion of Mary)

24-26. Tlieta-Ħamis

Eżerċizzi għaż-Żgħażagħ Għawdxin f’Malta (Sorijiet Franġiskani, Msida)

25. Erbgħa Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej. Festa fil-Knisja tal-Lunzjata, Victoria. KKSK (Sta. Teresa) / Is-16-il Dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes.

26. Ħamis MTŻ Malta fis-7.15pm.

27. Ġimgħa Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri – Festa tad-devozzjoni – Purċissjonijiet fil-Parroċċi.

28. Sibt Lejl Adorazzjoni miIl-Moviment Ewkaristiku fil-Knisja ta’ Ħamet, li jibda b’quddiesa fit-8.00pm.

29. Ħadd. Ħadd il-Palm. Tibda l-Ġimgħa Mqaddsa. / Jum iż-Zgħażagħ. Films għall-familja (Oratorju Don Bosco – 5.30pm).

31. Tlieta. Jum il-Ħelsien. Festa Nazzjonali. / Jum is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni.