20
Knisja Arċipretali ta’ San Filep ta’ Aġġira, Ħaż-Żebbuġ Tel.: (Uffiċċju Parrokkjali) 21460800/79729252 Tel.: (Dar tal-Arċipriet) 21465586 Uffiċċju Parrokkjali: “Villa San Filep”, 65 Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ ZBG 1307 Nru. 273 Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2012

Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

  • Upload
    others

  • View
    4

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

Knisja Arċipretali ta’ San Filep ta’ Aġġira, Ħaż-ŻebbuġTel.: (Uffiċċju Parrokkjali) 21460800/79729252

Tel.: (Dar tal-Arċipriet) 21465586 Uffiċċju Parrokkjali: “Villa San Filep”, 65 Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ ZBG 1307

Nru. 273 Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2012

Page 2: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

2

www.parroccazebbug.com

PSAILAAutoparts

Stockist ofMechanical & Body PartsAccessories

and BatteriesMdina Road, Ûebbu©

Tel: 2146 0878

Mdawra RoadBurmarrad

Tel: 21571428Fax: 21574879

Email: [email protected]

WiÌi Micallef

9947 2401

Doris Micallef

9921 3392

TAL-MISRAHConfectionery

...We accept orders

for all occasions!

St. Philip Square, ÓaΩ-Ûebbu©Mob: 99873133/79918897

...OPEN ALL WEEK!

JANET’SPROPERTYNEGOTIATOR

OFFICE: Joe Jane House,Kurkanta Street,

ÓaΩ-Ûebbu©

MOBILE: 79461694

E-MAIL: [email protected]

FREDDIE’SG˙and Freddie’s, issibu

Ωraben eleganti tan-nisa,Ωraben g˙al tibdilatal-ir©iel u tat-tfal,

casuals, sports shoesminn ditti rinomati,

basktijiet tal-iskola, handbagsu kartieri.

Tel: 2146 5915Triq Sciortino, ÓaΩ-Ûebbu©.

Footwear

Josef Felice

(Tal-Bonç)

Servizztal-Funerali

24 Sieg˙a Kuljum.

“Casa Felice”Triq l-Indipendenza,

Óal Mula, ÓaΩ-Ûebbu©Servizz tal-Kor u organiSta

Bla ÓlaS

Prezzijiet Moderati

Tel: 2146 6599 Mob: 9945 6733

La Barbone Dolceria

Prop: S. Camenzuli

Caterers for all Occasions

‘Yeppon’,Bishop Caruana Street, Ûebbu©

• Tel: 2146 0168 • Mob: 7946 0168 • Fax: 2146 1791

Triq Santa MarijaÛebbu©

Tel: 21461197

VJAL IL-ÓELSIENÛEBBUÌ ZBG 2074

Tel: 21463622

Page 3: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

3

www.parroccazebbug.com

L-Arċipriet, il-Kleru u l-Kunsill Parrokkjali, jawguraw Festa li Tkabbar il-Fidi Nisranija f’Ruħ il-Parruċċani kollha,

biex Ngħixu f’Tjieba u Qdusija bħall-Patrun San Filep!

Li l-festa qed tkun opportunità ta’ negozju m’hemm ebda dubju. Li l-festa qed tkun mera li fiha pajjiżna jkun reklamat barra minn xtutna hija vera wkoll. Li l-festa qed iżżomm it-tradizzjoni kulturali u folkloristika ta’ pajjiżna ħajja huwa minnu wkoll.

Però, huwa f’dawn l-oqsma biss li għandna nirreġistraw suċċess fil-festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin?

Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum il-festi m’għadhomx bħal ta’ dari, wieġbu u qallu: “Imma intom iż-Żebbuġin għandkom għalfejn tirringrazzjaw ’l Alla, għax Alla jbierek, fit-Tridijiet u l-Paniġierku, il-knisja tkun mimlija daqs bajda. Mhux f’kull Parroċċa ssib hekk!”

U bejni u bejn ruħi għedt li dan huwa veru. Dan ir-raġel għandu

raġun. Tassew li għall-grazzja ta’ Alla, f’beltna jkollna preżenza sabiħa ta’ persuni li ma jitilfux it-Tridijiet u l-Paniġierku, u dan jagħmluh ta’ kull sena, u ħafna minnhom b’devozzjoni sinċiera wkoll. Madankollu, jekk tneħħi ’l dawk it-tmien mitt ruħ li jattendu għal dawn il-mumenti, il-festa ma jidhirx li għadha tqanqal mijiet biex jersqu lejn is-Sagramenti billi jagħmlu qrara tajba u jipparteċipaw b’mod sħiħ fl-Ewkaristija Mqaddsa. U dan il-fatt huwa ferm ta’ tħassib!

Huwa veru li s-soċjetà Maltija qed tinbidel b’ritmu mgħaġġel ħafna, u għalhekk, mingħajr ma nkunu nostalġiċi għall-passat, irridu nibdew nagħmlu diversu mistoqsijiet. X’ġid pastorali qed joħroġ mill-festi li norganizzaw? Xi frott qed nieħdu mill-energija li tintefa’ fihom? Kif nistgħu fi żmienna nutilizzaw il-festa

bħala għodda ta’ pastorali effikaċi? Huwa minnu wkoll li fejn forsi

f’dari l-festa kienet kollox, fejn il-ħidma tal-Knisja kienet marbuta b’mod sħiħ mal-festa, illum il-ħidma pastorali hija aktar wiesgħa minn hekk. Però, jibqa’ l-fatt li jien konvint li jista’ joħroġ ħafna aktar ġid mill-festa milli qed naħsdu llum, jekk inkunu ftit iżjed kreattivi u miftuħin għal ideat ġodda.

Il-Mulej iberikkom,

Fr Daniel CardonaArċipriet

Messaġġ tal-Arċipriet

X’Ġid Pastorali Qed Joħroġ mill-Festi Tagħna?

Taħdita KulturaliIt-Tlieta, 5 ta’ Ġunju 2012

fit-8.00pm fil-Knisja ArċipretaliIl-Pittura tal-kwadru ddedikat lil San Ġwann Tas-Salib attribwit lil Swor Marija de Dominici (1645 – 1703), li qabel kien jinsab fil-Kappella tal-

Viżitazzjoni ta’ Wied Qirda u li ġie rrestawrat matul din is-sena.Introduzzjoni dwar Swor Marija de Dominici u xi xogħlijiet tagħha bl-

għajnuna viżwali.Preżentazzjoni minn Agatha Grima dwar ir-restawr li sar fuq il-kwadru.Taħdita minn Fr. Norbert Ellul-Vincenti OFM dwar San Ġwann tas-Salib.

(Arti u Reliġjon/Fidi)

Ritratt tal-Faċċata: Il-Kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fit-22 ta’ Diċembru 2011. (Reuben Buhagiar)

Page 4: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

4

www.parroccazebbug.com

Sa mill-ewwel jiem li dħalt f’Ħaż Żebbuġ, madwar ħamsa u għoxrin sena ilu, ma stajtx ma ninnotax dawk il-karatteristiċi li jagħmlu liż-Żebbuġin differenti minn Maltin oħra. L-ewwel fosthom hija, bla dubju, l-imħabba li ż-Żebbuġin għandhom lejn il-Patrun tagħhom San Filep – qaddis b’rabta twila ma’ din il-belt.

Il-ħajja ta’ San Filep hi mimlija bi ġrajjiet straordinarji. Sa minn qabel it-twelid tiegħu, niltaqgħu mal-wegħda straordinarja li għamlu Teodosju u Awġja wara l-mewt tat-tliet uliedhom. Naqraw dwar il-ferħ li San Filep wera, meta ta’ tnax-il sena sar jaf b’din il-wegħda. Hemm il-vjaġġ perikoluż li għamel fi triqtu lejn Ruma u l-laqgħa ma’ San Pietru. Il-missjoni tiegħu f’Aġġira timliena b’ammirazzjoni lejn dan il-qaddis li rnexxielu jikkonverti din il-belt pagana u jwettaq bosta mirakli, u saħansitra jkeċċi x-xjaten.

Il-ħin ta’ mewtu huwa wkoll ta’ ispirazzjoni għall-mod kif b’fidi kbira mexa lejn il-qabar, u bl-ilbies ta’ qassis stenna li jmur fil-mistrieħ ta’ dejjem.

Imma x’kien dak li għamel il-ħajja ta’ San Filep tant differenti u

straordinarja? Il-ġrajjiet ta’ ħajjet San Filep u l-ġenituri tiegħu huma bbażati fuq il-fidi qawwija li dawn l-insara kellhom f’Alla. Bħall-insara l-oħra tal-ewwel snin, li ssir nisrani kienet tfisser deċiżjoni radikali – deċiżjoni li kienet tissarraf f’imġiba u azzjoni li kienet tiddistingwi lill-insara minn nies oħra ta’ żmienhom.

Fl-ittra tiegħu lill-Efesin, San Pawl jikteb hekk: “Hekk Hu għażilna fiH, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemU fl-imħabba.” (Efesin 1: 4) L-istudjuż tal-Bibbja William Barclay jgħid li l-kelma Griega għall-qaddisa hi hagios – kelma li t-tifsira tagħha hi marbuta mal-idea ta’ xi ħaġa li hi differenti u distinta mill-oħrajn. Hekk, bħala eżempju, it-tempju kien post qaddis għax kien differenti minn bini ieħor; jum is-Sibt kien jum qaddis għax kien differenti minn ġranet oħra.

In-nisrani tal-bidu ma kellu ebda dubju li huwa kien qaddis – jew differenti minn nies oħra ta’ żmienu. L-istess imġiba tiegħu kienet iġġib fuqu l-mibegħda tan-nies pagani ta’ madwaru – mibegħda li ħafna drabi kienet tfisser persekuzzjoni u saħansitra l-mewt.

Kliem San Pawl jgħodd għalina wkoll. Bil-magħmudija, Alla għażilna lkoll biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemU fl-imħabba. Imma donnu li fil-ġurnata tal-lum tlifna t-tifsira tal-kelma oriġinali Griega - daqs li kieku kulħadd jista’ jgħix ta’ nisrani skont kif jidhirlu hu. Donnu li kollox sar jgħaddi, u n-nisrani sar kważi anonimu fil-ħajja sekulari ta’ kuljum.

Imma n-nisrani qaddis jimxi dejjem fuq it-tagħlim tal-Vanġelu, fil-ħajja ta’ kuljum, fl-iskola, fin-negozju, fuq il-post tax-xogħol, fid-divertiment, u kullimkien, mhux iqabbel fejn jaqbillu, u dan jagħmlu b’mod differenti minn bnedmin oħra.

San Filep kien differenti għax laqa’ l-istedina li jkun qaddis. Il-festa hija okkażjoni tajba li naħsbu dwar dan. Iż-Żebbuġin, li tant għandhom għal qalbhom lil dan il-qaddis, jistgħu wkoll jilqgħu din l-istedina li jkunu differenti billi jħaddnu bis-serjetà t-twemmin nisrani. Konvint li s-soċjetà tinbidel għall-aħjar jekk biżżejjed Żebbuġin insara jilqgħu din l-istedina bis-serjetà, u jekk biżżejjed insara Maltin jagħmlu l-istess huma wkoll.

San Filep Kien Differenti!Minn Tony Caruana, President tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali

PuLLICIN DEvELOPERSL I M I T E D

Garaxxijiet g˙all-Bejg˙jew g˙all-Kiri

Il-garaxxijiet jinsabu fi Triq Óal Mula. G˙andhom ilkoll spazju g˙al karozza

wa˙da u qeg˙din f’basement fl-ewwel sular.

Tista’ tikkuntattjana fuq in-numru 99997323 jew

permezz ta’ email [email protected]

Aesthetic x-CellsBeauty Therapy & Make-up Studio

• All kinds of facials• All kinds of massages• Body treatments• Slimming treatments.• Gel/acrylic nail extensions• Manicure / Pedicure Treatments• Tanning (Manual & Air Brush)• Eyelash extensions• Laser Treatment• Cavitation

Specialising in Make-Up for all occasions, Including airbrush make-up

Tel: 21465150Mob: 99487857

Vjal il-ÓelsienÓaΩ-Ûebbu©

Page 5: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

5

www.parroccazebbug.com

DaħlaDan il-pjan pastorali jkopri t-tliet

s-snin li ġejjin (2012-2014). Hu ppjanat li fl-2014 isseħħ il-viżta pastorali fil-Parroċċa tagħna. Waqt li l-ħidma pastorali għandha dejjem tibni fuq dak li jkun sar fi snin imgħoddija, mill-banda l-oħra trid tagħti kas tal-bidliet li jkunu qed iseħħu fis-soċjetà ta’ madwarna u tkun lesta li tilqa’ l-isfidi ġodda li jġibu magħhom dawn il-bidliet. Din l-idea hi l-qafas li fuqu huwa msejjes dan il-pjan pastorali.

Dan il-pjan huwa maqsum f’żewġ taqsimiet b’enfasi partikolari fuq l-evanġelizzazzjoni.

L-ewwel taqsima tiġbor fiha l-ħidma pastorali parrokkjali bi proposti ta’ ħidma li tressqu mill-kummissjonijiet u l-għaqdiet attivi fi ħdan il-parroċċa flimkien ma’ suġġerimenti oħra li tressqu waqt il-jumejn tal-Assemblea Parrokkjali. It-tieni taqsima tagħti attenzjoni partikolari lil żewġ oqsma tal-ħidma pastorali: Il-Katekeżi u l-Pastorali Integrata mal-Familja. Tul l-2012 ser issir ħidma fuq livell ta’ Djoċesi li mbagħad tissarraf f’ħidma parrokkjali fis-sentejn ta’ wara.

Pjan Pastorali Parrokkjali 2012-2014L-Ewwel Taqsima:1. Knisja li tagħraf il-bidliet li qed iseħħu

b’mod mgħaġġel fis-soċjetà Maltija, u l-għarfien ta’ dak li Alla qed jgħidilna f’din ir-realtà

2. Knisja li tevanġelizza b’mod ġdid: Metodi ġodda Espressjonijiet ġodda Ħeġġa ġdida

3. Knisja b’qalb Pastorali L-Attitudni li naħdmu biha Il-Primat tal-Ħajja fi Kristu

Ħidma Konkreta Ħidma Pastorali ma’ Familji fil-BżonnKummissjoni Responsabbli: Kummissjoni Djakonija

Deskrizzjoni qasira ta’ x’se jkun jinvolvi l-proġett:

Isir taħriġ għall-membri tal-kummissjoni u individwi oħrajn li jistgħu jagħtu għajnuna f’dan il-proġett dwar kif jista’ jsir outreach ma’ familji fi bżonn.

Jibdew isiru home visits ikkoordinati mill-Kummissjoni Djakonija l-aktar ma’ familji foqra.

Nieħdu sehem fi proġett mniedi mill-Caritas dwar A sustainable lifestyle.

2. Ħidma Pastorali mal-FamiljiKummissjoni Responsabbli: Kummissjoni Familja

Deskrizzjoni qasira ta’ x’se jkun jinvolvi l-proġett:

Taħriġ fuq livell ta’ Unità Pastorali dwar evanġelizzazzjoni lill-membri tal-Kummissjoni Familja u persuni oħra li jistgħu jgħinu f’dan il-qasam.

Isiru home visits lill-familji ikkoordinati mill-Kummissjoni Familja.

(Dan kollu jsir ukoll skont il-linji gwida li se jingħataw mid-djoċesi f’dan il-qasam – ara t-tieni taqsima tal-pjan pastorali.)

Koordinament tal-Liturġija madwar il-Parroċċa kollha/ Ħajja ġdida lill-festi liturġiċi.

Kummissjoni Responsabbli: Kummissjoni Liturġija

Deskrizzjoni qasira ta’ x’se jkun jinvolvi l-proġett:

Issir ħidma biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni tal-quddies fil-kappelli.

Tingħata ħajja ġdida lill-festi liturġiċi marbuta mal-Madonna.

Waqt li tinżamm it-tradizzjoni f’dawn il-festi, għandha tiġi studjata l-possibbiltà li jsiru xi attivitajiet differenti f’dawn il-jiem – attivitajiet li jolqtu sezzjoni differenti tal-Parroċċa.

Ħidma maż-Żgħażagħ u l-AdoloxxentiKummissjoni/Għaqdiet Responsabbli: Kummissjoni Żgħażagħ/Tmexxija ta’ Warda/Ċentri tad-Duttrina

Deskrizzjoni qasira ta’ x’se jkun jinvolvi l-proġett:

Jitwaqqaf tim ġdid li jaħdem fil-qasam taż-żgħażagħ fil-Parroċċa tagħna.

(F’dan id-dokument qed jissemma bħala Kummissjoni Żgħażagħ.) Din il-Kummissjoni jrid ikollha r-responsabiltà tal-ħidma pastorali maż-żgħażagħ fil-Parroċċa.

Għalhekk għandha ssir distinzjoni bejn l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ (17+).

Il-ħidma mal-adoloxxenti għandha tkun ikkoordinata miċ-ċentri tad-duttrina u miċ-ċentru Ta’ Warda.

Tissaħħaħ it-tmexxija taċ-Ċentru Ta’ Warda billi ssir riorganizzazzjoni tal-mod li bih qed jitmexxa ċ-Ċentru.

Jiġu organizzati workshops għal dawn il-kategoriji sabiex tiġi diskussa magħhom il-ħidma pastorali parrokkjali.

5. Preparazzjoni għall-Viżta Pastorali.Kummissjonijiet Responsabbli : Kummissjoni Media/ KPP

Deskrizzjoni qasira ta’ x’se jkun jinvolvi l-proġett:

Jiġu esplorati metodi ġodda speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija u informatika dwar kif jitwassal il-messaġġ nisrani.

Tiġi ikkordinata l-preparazzjoni għall-viżta pastorali – din l-okkażjoni toffri opportunità unika ta’ tiġdid pastorali lill-Parroċċa tagħna.

Pjan Pastorali Parrokkjali 2012-2014It-Tieni Taqsima:

Żewġ oqsma ta’ attenzjoni partikolari għas-snin tal-pjan pastorali:

Parteċipazzjoni fl-inizjattivi fuq livell ta’ Djoċesi fil-qasam tal-Katekeżi u tal-Familja. (2012)

Bħala riżultat tax-xogħol li jkun sar fuq livell ta’ Djoċesi, issir riorganizzazzjoni fil-mod ta’ kif issir il-katekeżi mat-tfal u fl-evanġelizzazzjoni mal-familji. (2013-2014)

Il-katekeżi tat-tfal għall-ħajjaPastorali integrata mal-familja

Kummissjoni Responsabbli: Kummissjoni Kateketika/ Kummissjoni Familja.

Parroċċa Ħaż-ŻebbuġPjan Pastorali 2012-2014

Page 6: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

6

www.parroccazebbug.com

Matul is-sena li għaddiet, fil-Parroċċa tagħna komplejna nimplimentaw il-pjan pastorali li kien tfassal għall-perjodu ta’ bejn is-snin 2008 u 2011. Skont dan il-pjan pastorali, kien meħtieġ li l-Parroċċa tiffoka l-ħidma tagħha b’mod partikulari fuq seba’ oqsma ewlenin: i) il-Bini tal-Komunità; ii) ix-Xandir tal-Kelma; iii) il-Komunità li tiċċelebra b’mod ħaj; iv) id-Djakonija u l-Ġustizzja; v) il-Familja; vi) l-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ; u vii) l-Unita’ Pastorali.

Fir-rigward tal-ewwel qasam ta’ ħidma, kienet ilha tinħass il-ħtieġa li fil-Parroċċa tinħatar persuna sabiex tokkupa l-kariga ta’ Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi (P.R.O.), u dan għaliex illum, iżjed minn qatt qabel, il-Parroċċa għandha bżonn twassal il-messaġġ tagħha lil firxa aktar wiesgħa ta’ nies, speċjalment lil dawk li ftit li xejn jattendu għall-funzjonijiet u l-attivitajiet li jsiru fil-Parroċċa matul is-sena. Wara li ġejt avviċinat mill-Arċipriet Fr Daniel Cardona, aċċettajt b’umiltà li nibda nokkupa din il-kariga importanti, bl-irwol prinċipali tiegħi ikun dak li, bl-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni differenti, nara li jitwassal b’mod sħiħ u ċar il-messaġġ tal-Parroċċa lil kulħadd. Sabiex dan l-għan jintlaħaq aktar, twaqqfet il-paġna uffiċjali tal-Parroċċa fuq in-netwerk soċjali u interattiv facebook, bl-inizjattiva tiegħi stess. Barra minn hekk, matul ix-xhur li għaddew kompliet tissaħħaħ il-website tal-Parroċċa, li qiegħed jieħu ħsiebha s-Sur Keith Cutajar.

Fl-ewwel nofs tas-sena l-oħra, il-Parroċċa tagħna ħadet sehem b’mod mill-aktar attiv fid-dibattitu dwar id-dħul tad-divorzju f’Malta. Il-Parroċċa ħadet l-inizjattiva li twassal messaġġ ċar u inekwivoku kontra d-divorzju. Dan il-messaġġ twassal permezz ta’ numru ta’ billboards li twaħħlu fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali, u anke permezz ta’ serje ta’ laqgħat ta’ informazzjoni

u formazzjoni li saru qabel ma ttieħed il-vot fir-Referendum tat-28 ta’ Mejju 2011.

Fir-rigward tax-xandir tal-Kelma, il-grupp tal-Bibbja, li kien twaqqaf f’laqgħa li saret fis-26 ta’ Frar 2009, kompla jiltaqa’ darba fil-ġimgħa fil-fergħa tal-Museum tas-Subien, fi Triq De Rohan. L-attendenza għal dawn il-laqgħat, li matulhom jinqraw u jiġu mfissra siltiet mill-Bibbja, hija waħda tassew inkoraġġanti.

Ilkoll kemm aħna nafu kemm huwa importanti li l-komunità tagħraf tiċċelebra b’mod ħaj il-Quddiesa. Il-Parroċċa tagħna dejjem fittxet li tagħti importanza lill-animazzjoni fil-Quddies, b’mod partikulari f’dawk ta’ matul tmiem il-ġimgħa. Għal dan il-għan, fix-xhur li għaddew ġew organizzati numru ta’ laqgħat għal-letturi u l-animaturi kollha tal-Parroċċa, u saru adorazzjonijiet għall-ministri straordinarji tat-Tqarbin. Barra minn hekk, saret ukoll riorganizzazzjoni fil-mod ta’ kif jitqassmu s-servizzi fil-Quddies kollu tal-Ħadd. Dan wassal għal żieda sostanzjali fin-numru ta’ letturi u persuni oħra li jagħtu servizz waqt il-Quddiesa. Din ir-riorganizzazzjoni għenet ukoll sabiex jintlaħaq bilanċ tajjeb fil-Quddies tal-Ħadd, li tul dan l-aħħar żmien qed ikun iċċelebrat bi stil differenti.

Matul is-sena l-oħra, il-membri tal-Kummissjoni Djakonika ssodaw il-formazzjoni tagħhom billi attendew għal numru ta’ seminars organizzati mill-Caritas. Barra minn hekk, tlesta wkoll il-proġett ta’ kampanja ta’ informazzjoni kontra l-abbuż mid-droga u l-alkoħol, li kien beda fl-2009, filwaqt li kompliet il-ħidma fiċ-ċentru għall-persuni b’diżabiltà, li jilqa’ fih persuni minn Ħaż-Żebbuġ u mid-Dar tal-Providenza. Fix-xhur li għaddew, il-Parroċċa adottat is-Sala San Franġisk, li tinsab ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, u qed jiġu organizzati żjajjar lill-anzjani

f’din is-Sala minn għaqdiet differenti tal-Parroċċa darbtejn fix-xahar. Fit-12 ta’ Mejju 2011, ġiet iċċelebrata Quddiesa speċjali f’din is-Sala, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Magnificat.

Il-membri tal-Kummissjoni Familja wkoll ingħataw il-formazzjoni meħtieġa matul is-sena l-oħra. Ġew organizzati numru ta’ laqgħat għal dawk il-koppji li jkunu waslu biex jiżżewġu, u tnieda wkoll il-proġett “Familji Aħjar”, li jikkonsisti prinċipalment minn laqgħat regolari għall-koppji miżżewġin. F’dawn il-laqgħat jiġu mistiedna kelliema differenti.

Fir-rigward tal-ħidma mal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ, kompliet tingħata aktar formazzjoni lill-youth leaders taċ-Ċentru Ta’ Warda; kompla jissaħħaħ in-numru ta’ adoloxxenti li jattendu f’dan iċ-Ċentru; bdiet tkun iċċelebrata Quddiesa darba fix-xahar għall-adoloxxenti fil-Kappella tal-Madonna tal-Anġli; twaqqfu gruppi ġodda għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ, fosthom grupp għal dawk minn tmintax-il sena ’l fuq; u riċentement reġgħet twaqqfet il-Kummissjoni Żgħażagħ, sabiex tieħu ħsieb torganizza attivitajiet differenti immirati għaż-żgħażagħ kollha tal-Parroċċa.

Fl-aħħar nett, għal dak li għandu x’jaqsam mal-ħidma bejn il-Parroċċi tal-Unità Pastorali Numru 6, li hija iffurmata mill-Parroċċa tagħna, flimkien maż-żewġ Parroċċi ta’ Ħal Qormi u l-Parroċċa tas-Siġġiewi, inħasset il-ħtieġa li ssir bidla fil-mod ta’ kif jiġu organizzati l-laqgħat tal-Unità, u dan bl-iskop li tissaħħaħ aktar ir-rabta bejn il-Parroċċi. Għaldaqstant, ir-responsabbiltajiet differenti fl-Unità ġew imqassma b’mod ugwali bejn l-erba’ Parroċċi, u dan għen sabiex ikun hemm sehem aktar attiv mill-Kummissjonijiet fi ħdan il-Parroċċa tagħna fuq livell ta’ Unità, bit-tama li ’l quddiem tikber il-koperazzjoni bejn il-Parroċċi kollha fi ħdan din l-istess Unità.

Il-Ħidma fil-Parroċċa Matul is-Sena 2011Min-Nutar Dr PHILIP ELLUL LL.B., Dip. Not. Pub., LL.D.

Viċi President tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi (P.R.O.) tal-Parroċċa,u Membru fil-Kummissjoni Media u Relazzjonijiet Pubbliċi

IS-SLIEM: Fuljett tal-Parroçça SAN FILEP TA’ AÌÌIRA, ÓaΩ-Ûebbu©. – Óar©a SPEÇJALI TAL-FESTA: Ìunju 2012. – Inizjattiva tal-Kummissjoni “Relazzjonijiet Pubbliçi u Media”, li hija ffurmata minn: Fr. Daniel Cardona (ARÇIPRIET); Tonio Galea (SEGRETARJU); in-Nutar Dr. Philip Ellul LL.B., Dip. Not. Pub., LL.D. (PRO); u l-MEMBRI: Joe P. Borg, Owen Briguglio, l-Avukat Dr. Jean Noel Cutajar LL.B., Dip. Not. Pub., LL.D., Keith Cutajar B.Sc. I.T. (Hons), Michael Sciriha u t-Tabiba Dr. Elizabeth Zammit Lupi MD. – INKARIGATI MIR-REKLAMAR: Janet Agius.u Grace Baldacchino – GÓAN TAL-ÓIDMA tal-Kummissjoni “Relazzjonijiet Pubbliçi u Media”: Li twassal TAGÓRIF fuq ©rajjet u mixjet il-Parroçça u l-˙idma mwettqa mill-Arçipriet u l-Kleru, mill-G˙aqdiet Reli©juΩi u Gruppi o˙rajn parrokkjali – TAGÓRIF li jiswa ta’ ˙olqa bejn il-parruççani kollha u ta’ t˙e©©i© g˙al sehem akbar u usa’ f’din il-˙idma parrokkjali.

Page 7: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

7

www.parroccazebbug.com

Programm tal-Festa 2012f’Ġieħ San Filep ta’ Aġġira

Il-Ħadd, 3 ta’ ĠunjuĦruġ Solenni ta’ San Filep min-niċċa 8.00pm Ħruġ solenni tal-istatwa ta’ San Filep, li

titqiegħed fil-Knisja għall-qima tagħna. Il-kor parrokkjali Magnificat imexxi l-kant

matul il-ħruġ tal-istatwa. Wara ssir katekeżi fuq il-virtujiet ta’ San Filep u tingħata l-Barka Sagramentali.

It-Tnejn, 4 ta’ ĠunjuJum it-Tfal u ż-Żgħażagħ 5.00pm Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa fil-

Knisja. It-tfal kollha huma mistiedna jagħmlu offerta mill-flus tagħhom stess għat-tfal tad-djar tal-Knisja. Jieħu sehem il-grupp tal-kitarri tal-Museum tal-Bniet. Wara l-Quddiesa, isir Sports Festival, fil-Museum tas-Subien, organizzat mill-Kummissjoni Kateketika Parrokkjali.

7.00pm Quddiesa mtellgħa miż-żgħażagħ fuq iz-zuntier tal-Knisja.

It-Tlieta, 5 ta’ Ġunju 8.00pm Taħdita kulturali – dwar ir-restawr li sar fuq

il-kwadru ddedikat lil San Ġwann tas-Salib, attribwit lil Swor Marija De Domenici (1645-1703), li qabel kien jinsab fil-Kappella tal-Viżitazzjoni ta’ Wied Qirda.

L-Erbgħa, 6 ta’ ĠunjuL-Ewwel Jum tat-Tridu – Jum il-Familja Nisranija 6.30pm Quddiesa b’talb speċjali għall-familja,

imħejjija mill-Kummissjoni Parrokkjali Familja. Janima l-quddiesa l-kor tal-Parroċċa Magnificat, taħt it-tmexxija tas-Surmast Charles Cachia. Wara l-Quddiesa, issir il-priedka tat-Tridu, minn Dun Michael Galea, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Ħamis, 7 ta’ ĠunjuIt-Tieni Jum tat-Tridu – Jum il-Qadi u l-Vokazzjonijiet 4.30pm Quddiesa speċjali għall-morda u l-anzjani,

immexxija mill-Viċi Arċipriet Fr Louis Farrugia.

6.30pm Quddiesa tat-Tridu, b’mistednin speċjali: is-Saċerdoti u r-Reliġjużi kollha Żebbuġin li qegħdin iwettqu l-ħidma tagħhom barra mill-Parroċċa. Wara l-Quddiesa, kollox bħall-jum ta’ qabel.

Il-Ġimgħa, 8 ta’ ĠunjuIt-Tielet Jum tat-Tridu – Jum l-Għaqdiet u l-Movimenti Kattoliċi fil-Parroċċa 6.30pm Quddiesa tat-Tridu, b’talb speċjali għall-

għaqdiet li qed jaħdmu fi ħdan il-Parroċċa. Wara l-Quddiesa, kollox bħall-jum ta’ qabel.

Is-Sibt, 9 ta’ ĠunjuLejlet il-Festa – Jum ir-Rikonċiljazzjoni 8.00am Quddiesa Kantata Solenni tal-għeluq tat-

Tridu, Innu, Antifona u Te Deum. 5.30pm Quddiesa Tranżulazzjoni. 6.30pm Transulazzjoni Solenni, Għasar u Ċelebrazzjoni

Ewkaristika, immexxija minn Mons Lawrence Mifsud.

8.00pm Quddiesa li fiha ssir l-omelija fuq il-Qaddis maħbub tagħna, San Filep, immexxija mill-Arċipriet Fr Daniel Cardona.

N.B. Illum ikollna saċerdoti barranin għall-Qrar, filgħodu u filgħaxija.

Il-Ħadd, 10 ta’ ĠunjuJum il-Festa 6.00am Quddiesa 7.00am Quddiesa 8.00am Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa,

immexxija mill-Arċipriet Fr Daniel Cardona. Wara l-Evanġelju, jinseġ il-Paniġierku lil San Filep, Dun Geoffrey G. Attard.

9.45am Quddiesa bis-sehem tat-tfal. 11.00am Quddiesa 5.00pm Għasar solenni immexxi minn Fr Joseph

Mizzi. 6.00pm Quddiesa 7.00pm Toħroġ il-Purċissjoni Solenni bl-istatwa ta’

San Filep, immexxija minn Fr Philip Gambin. 10.00pm Dħul tal-Purċissjoni, Antifona u Barka

Sagramentali.

Il-Mużika tat-Tridu u tal-Festa tkun kollha taħt it-tmexxija tas-Surmast Mons John Galea.

Page 8: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

8

www.parroccazebbug.com

Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi San Ġorġ u San Bastjan, u s-Siġġiewi. Erba’ parroċċi viċin ħafna ta’ xulxin u ftit jew wisq bi sbuħija u diffikultajiet simili. Erba’ parroċċi fi tliet irħula li jinsabu fiċ-ċentru ta’ Malta.

Il-Knisja f’Malta taf li kull parroċċa torganizza diversi laqgħat u taħriġ għal dawk li joqogħdu fiha. Tinduna li kull parroċċa tagħmel li tista’ biex tkabbar il-Fidi nisranija fil-parruċċani tagħha.

Minn xi tnax-il sena ilu, il-Knisja f’Malta bdiet tħaddem sistema biex tuża aħjar ċerti riżorsi u sforzi li jsiru fi ħdanha. Għalhekk iddeċidiet li tqassam il-parroċċi fi gruppi żgħar ta’ tlieta jew erbgħa, biex ċerti affarijiet ma jkunux ripetuti imma jsiru flimkien. Il-parroċċi jridu jkunu viċin ta’ xulxin u flimkien jiffurmaw ‘Unità Pastorali’. Il-parroċċi tagħna li semmejt hawn fuq flimkien jiffurmaw l-Unità numru 6.

Hu għalhekk li diġà saru, qed isiru, u hemm il-ħsieb li jsiru, diversi attivitajiet flimkien bħala Unità.

L-iskop ta’ dawn l-attivitajiet mhuwiex li n-nies kollha tar-raħal jinġabru f’xi parroċċa waħda u jorganizzaw xi ħaġa flimkien, imma li jsir taħriġ u qsim ta’ esperjenzi fost dawk li jagħtu sehem flimkien mal-Arċipriet fil-ħidma pastorali. Saru laqgħat u korsijiet għall-koppji li jaħdmu mal-familji; dawk membri fil-korijiet tal-parroċċa, il-membri tal-Kunsilli tal-

parroċċi, żgħażagħ, tfal, foqra, eċċ.F’dawn it-tliet snin li ġejjin, kif

tixtieq id-Djoċesi, bħala Unità ntlabna li naħdmu ħafna fuq ‘Evanġelizzazzjoni ġdida’. Il-Knisja qed tara li diversi Maltin li huma mgħammda mhumiex jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom, anzi tista’ tgħid li qed jitilfu l-fidi. Allura qed jinħass il-bżonn li ssir ħidma biex nerġgħu niltaqgħu man-nies u nitkellmu magħhom dwar il-ħajja nisranija.

Bħala Unità ltqajna diversi drabi f’din l-aħħar sena u nofs biex naraw x’nistgħu nagħmlu fuq hekk. Aħna l-Kappillani, iddiskutejna ħafna flimkien mal-lajċi li jagħtu sehem attiv fil-parroċċi biex noħorġu idea waħda flimkien.

Iddeċidejna flimkien li fl-erba’ parroċċi nħarsu aktar lejn il-familji tagħna. Iddeċidejna li kull parroċċa

minna tagħmel żjara jekk jista’ jkun f’kull familja li hemm fiha. Dan il-proġett għandu l-ħsieb li jsir matul dawn it-tliet snin li ġejjin, jiġifieri bejn l-2012 u l-2014.

L-iskop la huwa li nkabbru n-numru tal-insara u lanqas li nwasslu xi ideat jew pożizzjonijiet tal-Knisja, imma li kull żjara tkun mument li tfakkar għal ftit minuti l-fidi li l-maġġoranza tan-nies tagħna għadha tħaddan.

Diversi persuni offrew li jagħtu dan is-sehem sabiħ. Għall-grazzja t’Alla, numru sabiħ ta’ lajċi offrew li jżuru kull familja bieb bieb biex iwasslulhom messaġġ wieħed - “Alla għadu jħobbok. L-unika ħaġa li Alla għandu f’qalbu hija l-imħabba, u qed jistennik.”

Dawn il-persuni ltaqgħu flimkien u ħadu wkoll xi taħriġ biex ikunu jistgħu jwettqu din il-biċċa xogħol b’mod tajjeb u jwasslu dan il-messaġġ.

Kull parroċċa ħadet sistema differenti: min se jżur triq triq; min se jżur ċerti kategoriji ta’ familji, pereżempju, il-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu s-Sagramenti; min se jieħu ċertu etajiet differenti; imma fl-istess ħin l-importanti hu li jwasslu l-messaġġ tal-imħabba ta’ Alla.

Jista’ jkun li jiġu jżuruk. Biċċa tiegħek tilqagħhomx jew le. Mhux se jisfurzawk. Imma inti tista’ titkellem magħhom u turihom xi diffikultajiet li għandek. Ġesù jbierkek.

L-Unità PastoraliMinn Dun Anton Cassar - Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi

Beta Paintsnow at

Mula Road, Ûebbu©.Tel: 21 461619, Mob: 9988 8276,

Fax: 21 467162

Choice of over 5,000 Colours by Beta Tinting Machine.

Borders & Covings available for your choice. Make Free Delivery.

We also provide: Home Maintenance, Plumbing & Electrical Work

SuperiorIronmongery

Page 9: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

9

www.parroccazebbug.com

Irċevejt is-sagrament tal- magħmudija malli twelidt, min-ħabba f’ċerti kumplikazzjonijiet li nqalgħu. Sirt naf b’din il-ħaġa meta kbirt, u sirt naf ukoll li l-ġenituri tiegħi kienu għamlu wegħda quddiem il-Madonna u offrewni lilha. Sa minn meta kont żgħira, qatt ma tlift il-Quddiesa ta’ kuljum, u fil-familja tiegħi konna ninġabru lkoll flimkien biex ngħidu r-Rużarju kuljum. Dan wassalni biex nikber fl-imħabba lejn Alla u lejn il-Knisja, u naħseb li ħejjieni wkoll għas-sejħa li l-Mulej kellu jagħmilli aktar ’il quddiem fil-ħajja biex nagħti ħajti kollha kemm hi lilu.

Id-dar tal-familja tiegħi tinsab ħdejn il-Każin 12th May, u minkejja li ma kellix ix-xorti nsir naf lin-nannu tiegħi, il-fundatur ta’ dan il-Każin, għax miet qabel ma twelidt jien, naħseb li writt mingħandu l-imħabba kbira li hu kellu lejn San Filep u lejn il-festa ddedikata għalih fil-Parroċċa tagħna. Dejjem bqajt devota ta’ dan il-Qaddis; nitlob lilu fil-ħtiġijiet tiegħi ta’ kuljum, u anke nitolbu jgħinni biex inkun fidila lejn Alla fil-vokazzjoni tiegħi. Dejjem ħassejt ċertu ġibda lejn San Filep. Dejjem ammirajt fih l-imħabba li hu kellu għall-oħrajn, u għadni sal-lum ninteressa ruħi f’dak kollu li jsir fil-festa sabiħa ta’ kull sena.

Kont għadni l-iskola meta ltqajt

L-Esperjenza TiegħiMinn Glorianne Caruana

NoelAuto Dealer

Noel GauciDirector

Noel Auto DealerJapanese Car Importer

Mdina Road, Ûebbu©Tel: 21461067Mob: 99498336

Email: [email protected]

ma’ grupp ta’ żgħażagħ li kienu qed jieħdu t-tagħlim tal-Vanġelu bis-serjetà. Skoprejt li kienu żgħażagħ mill-Moviment tal-Fokolari, li l-fundatriċi tiegħu hija Chiara Lubich, u li l-għan tiegħu huwa li jagħti sehmu ħalli sseħħ it-talba ta’ Ġesù: “Missier, ħa jkunu lkoll ħaġa waħda”.

Bdejt jien ukoll nipprova ngħix bi sħiħ il-Kelma t’Alla, u wara ftit snin ħassejt lil Alla jsejjaħli biex inħalli kollox u nimxi warajh b’mod radikali fit-triq tal-Focolare. Għamilt l-ewwel esperjenza tiegħi fi Sqallija; imbagħad mort Loppiano, belt ċkejkna qrib Firenze, fejn il-liġi waħdanija hija dik tal-imħabba lejn il-proxxmu. Din hija waħda mill-bliet żgħar tal-Moviment tal-Fokolari li l-għan tagħhom huwa li jagħtu xhieda ta’ soċjetà li l-għeruq tagħha huma mħawla fil-Vanġelu. L-esperjenza ta’ Loppiano kienet

waħda tassew qawwija; iltqajt ma’ nies ta’ razez u kulturi differenti, u rajt b’għajnejja stess li l-bnedmin jistgħu tassew jgħixu flimkien bħal aħwa, ulied tal-istess Missier.

Issa ilni numru ta’ snin sew ngħix f’Castelgandolfo, belt qrib Ruma, fejn il-Papa għandu r-residenza tiegħu ta’ matul is-sajf, u fejn il-Moviment tal-Fokolari għandu ċentru internazzjonali. Nagħti s-sehem tiegħi f’dan iċ-ċentru, fejn jiġu nies minn kull parti

tad-dinja għal laqgħat ta’ formazzjoni u għal diversi kungressi.

Bħalma tistgħu timmaġinaw, dan jagħtini l-opportunità li niltaqa’ ma’ numru kbir ta’ nies ta’ kull età, u li ġejjin minn kull qasam tal-ħajja. Kelli x-xorti li niltaqa’ personalment mal-Papa Ġwanni Pawlu II, u nieħu sehem f’Quddiesa privata ċċelebrata minnu, u kelli wkoll l-okkażjoni li nsellem lill-Papa Benedittu XVI.

Bl-ispiritwalità tagħha, Chiara Lubich mhux biss saħħet fija l-fidi f’Alla-Mħabba, u sawret fija l-impenn għal dinja magħquda, iżda wkoll tagħtini s-sigriet profond biex nasal għall-għaqda ma’ Alla u ma’ ħuti l-bnedmin. Bi gratitudni kbira, ngħid grazzi lill-ġenituri tiegħi, lil Chiara Lubich, u lil dawk kollha li b’xi mod għenuni u għadhom qed jgħinuni fil-vjaġġ ta’ ħajti.

GAUCI ROBERT TIED INSURANCE INTERMEDIARy

Robert Gauci is an enrolled Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act, 2006 for Middlesea Insurance p.l.c. (C 5553). Middlesea Insurance p.l.c. is a company authorized under the Insurance Business Act, 1998 to carry out long term and general business. MSI and Robert Gauci are authorised by the Malta Financial Services Authority.

Monday - Friday 08.30 till 12.00 15.00 till 19.00Saturday 09.00 till 12.00

9947 8757 [email protected]

rginsurance.com.mt

Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ

2146 1664 2746 1664

MoToR | HoME | HEALTH | TRAVEL | INJURy | BoAT| CoMMERCIAL

CO

M N

O 1

8051

2 65

1

Page 10: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

10

www.parroccazebbug.com

Mill-Ħajjatal-Parroċċa bir-Ritratti

Wara l-festa titulari ta’ Ġunju 2011, inħass il-bżonn li ssir ventilazzjoni aħjar fin-niċċa ta’ San Filep, u għalhekk, fiż-żmien ta’ wara l-festa, saret tieqa żgħira, forma ta’ persjana, fuq in-naħa ta’

wara tan-niċċa. (Tonio Galea)

Fl-10 ta’ Novembru 2011 ittellgħet Akkademja Mużiko-Letterarja f’Għeluq il-Ħamsin Sena mill-Mewt tal-Poeta Nazzjonali, Dun Karm Psaila, fil-Knisja Arċipretali, bis-sehem tal-Kor Collegium

Musicum. (Keith Cutajar)

Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Abela, qabel il-Quddiesa li ġiet iċċelebrata nhar il-Ħadd 30 ta’ Ottubru 2011, waqt iż-żjara li

l-President, flimkien ma’ martu, għamlu f’Ħaż-Żebbuġ. (D.O.I)

Il-Kor tat-Tfal waqt il-Quddiesa tal-Milied, f’Diċembru 2011. (Riccardo Flask)

Page 11: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

11

www.parroccazebbug.com

Dħul: Ewro Donazzjonijiet u Ġbir: 11,855Reklami: 1,235Total: 12,090

Ħruġ:Arloġġi Enemalta u

konsum + Kuntrattur Dawl: 650Kuntrattur Dawl: 4600Bìbita: baned, qassisin, predikaturi, eċċ…: 650Kapep: 120Fratelli: 449Fuljett: 1,008Qniepen: 208Mużika (orkestra) 2,241Mużika (kant, Tridu + kor): 100Sigurtà: 457Manutenzjoni: 427Banda 12th May: 233Banda Gudja (Każin 12th May): 699Banda San Bastjan (Kazin San Filep): 699Banda Queen’s Own (Każin San Filep): 699Każin San Filep: 233

Total: 13,473ŻBILANĊ: -1,383

Dħul: EwroDonazzjonijiet: 1042Ċirku Dsatax 450Total:

Ħruġ: 1679Kapep + Mazza: 80Fratelli: 204Qniepen: 125Mużika + Kor tridijiet: 945Qassisin: 475

Total: 1829ŻBILANĊ: -150

Rendikont Finanzjarju

SAN FILEP Festa 2011

Rendikont Finanzjarju

SAN ĠUŻEPPFesta 2011

L-Att Penitenzjali ta’ Ras ir-Randan, bit-tema “Agħmlu Ħbieb Ma’ Alla”. Din l-attivita’, li ħadet il-forma ta’ adorazzjoni, ġiet imħejjija u tmexxiet mill-Kummissjoni Parrokkjali Żgħażagħ. (Keith Cutajar)

L-Arċisqof Emeritus, l-E.T. Mons Ġużeppi Mercieca, imexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, nhar l-1 ta’ April 2012.

(Dr Lilibeth Zammit Lupi MD).

NIFTAKRU li, ming˙ajr QRARA tajba u TQARBINA Qaddisa, din tag˙na MA TKUNX FESTA NISRANIJA!

Kif qed tara, kemm dawn il-festi, kif ukoll il-proġetti ta’ natura patrimonjali, jinvolvu spejjeż kbar. Fost affarijiet oħra, għal din is-sena, il-Parroċċa daħlet għar-restawr tal-pittura u l-proġett taz-zuntier. Dan tal-aħħar se jiswa lill-Parroċċa €20,000. Kun generuż u agħti sehmek int ukoll.

Page 12: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

12

www.parroccazebbug.com

Sa fl-aħħar! Iż-żmien mistenni minn kull min huwa Żebbuġi, u minn kull min għandu lil Ħaż-Żebbuġ f’qalbu, reġa’ wasal. Wasal iż-żmien fejn iż-Żebbuġin jinsew dak kollu li jista’ jifridhom, u jingħaqdu b’vuċi waħda ta’ qima lejn il-Qaddis Patrun tagħhom, San Filep. U x’hemm isbaħ milli tara liż-Żebbuġin magħqudin kollha madwar il-vara tal-Qaddis, magħrufa madwar il-pajjiż kollu, u li tant tagħmilhom kburin, speċjalment matul dawk il-ġranet sbieħ fil-bidu ta’ Ġunju!

Il-vara tant meqjuma ta’ San Filep ġewwa beltna dejjem nisslitli sens ta’ qima lejn dan is-saċerdot sempliċi li kellu kuraġġ mogħti minn Alla sabiex ixandar il-Kelma tiegħU f’post tant imbiegħed, u li qanqal tant qlub f’Aġġira. Iżda apparti dan kollu, naħseb li l-vara ta’ San Filep toffri aktar minn monument mill-isbaħ li ftit insibu bħalu fil-gżejjer Maltin. Qiegħed ngħid hekk, mhux għax l-istatwa hija monument artistiku kbir biss, iżda għax fiha tiġbor ukoll il-qima kbira li ż-Żebbuġin ta’ dari kellhom għal dan il-Qaddis Protettur tar-raħal ċkejken tagħhom. U ngħid għaliex.

Fis-sena 1860, bosta qassisin ġewwa din il-belt ċkejkna, bdew jhewdnu dwar kif se jkollhom statwa tal-fidda ta’ San Filep, li bejn wieħed u ieħor tkun tixbaħ lill-bust meqjum li kien hemm ġewwa Aġġira. Dejjem kien hemm interess kbir illi, sa fl-aħħar, iż-Żebbuġin ikollhom vara tal-fidda li tissimbolizza l-qawwa ta’ dan il-Qaddis li jkeċċi kull tip ta’ ħażen. Iżda vara tal-fidda, speċjalment f’dak iż-żmien, kienet tiswa mhux ftit. Kien Dun Salv Trevisan li, fl-ewwel albural tiegħu, beda jaħdem biex dan ir-raħal ikollu vara tal-fidda li tagħmel ġieħ lil San Filep. Iż-Żebbuġin mill-ewwel intebħu b’dan il-ġest hekk nobbli, u bi ħġarhom qatgħuha li jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jinġabru l-fondi u tinħadem l-istatwa, anke jekk dan kien se jkun ta’ sagrifiċċju

kbir għalihom. Il-flus inġabru mill-bejgħ tat-tjur u tal-qoton, u minn fost il-bennejja u n-nissieġa. Tnax-il deputat inħatru wkoll sabiex isellfu l-ftit flus li kien għad fadal. B’kollox inġabru aktar minn 900 lira sterlina, u dan kien ikopri wkoll is-sigurtà tal-vjaġġ, it-telf f’tisrif ta’ flus, il-ġarr tal-istatwa, u wara kollox l-istatwa nnifisha.

Fit-13 ta’ Lulju 1863, l-istatwa lesta ttieħdet il-Vatikan, fejn tbierket mill-Papa Piju IX, li għaniha wkoll b’mitt jum indulġenza qabel intbagħtet lejn Ħaż-Żebbuġ. L-istatwa tant meqjuma ta’ San Filep inġarret għall-ewwel darba solennement f’Ħaż-Żebbuġ fl-1864. Il-vara, simbolu ta’ qdusija, iżda wkoll simbolu tax-xogħol ħabrieki taż-Żebbuġin, li kienu lesti jiċċaħħdu mill-ftit flus li kienu jaqilgħu dak iż-żmien, u jagħtu kull ġieħ mistħoqq lil dan il-Qaddis, daħlet għall-ewwel darba fil-Knisja Arċipretali nhar it-8 ta’ Mejju 1864, segwita bi tridu solenni.

Ftit tal-ġranet oħra, 148 sena wara, se jerġa’ jkollna l-opportunità hekk kbira li nassistu għall-ħruġ ta’ din l-istatwa hekk meqjuma, u nkunu xhieda tal-qima li kull

Żebbuġi għandu lejn San Filep. Iżda tajjeb li nżommu f’moħħna żewġ affarijiet importanti. L-ewwel ħaġa, il-gratitudni tagħna lejn dawk iż-Żebbuġin li għamlu sagrifiċċji kbar biex Ħaż-Żebbuġ ikollu vara titulari li tant jistħoqqlu. It-tieni sinifikat, u l-aktar wieħed importanti, huwa s-simbolu wara l-vara nnifisha, li mhu xejn għajr opportunità sabiex nagħtu ġieħ ’l Alla, filwaqt li nitolbu lil San Filep jipproteġi lilna u lil beltna.

Dwar il-Vara ta’ San Filep u Żewġ SimboliMill-Avukat Dr Jean Noel Cutajar LL.B., Dip. Not. Pub., LL.D.

Membru fil-Kummissjoni Media u Relazzjonijiet Pubbliċi

4, “Shalom”, Triq il-Watar, Óal Mula,

ÓaΩ-Ûebbu©.

Karozza (hearse) BLA ÓLAS24 hours services

DAY & NIGHTTel: 21460950

Office: 21465122 - 21472219Mob: 99471168

Twanny SpiTeriFUneraLi

Not

. Dr P

hilip

Ellu

l

Page 13: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

13

www.parroccazebbug.com

Meta Carlo Diacono temm l-istudji mużikali tiegħu mas-Surmast Paolino Vassallo, u beda bil-mod il-karriera tiegħu bħala kompożitur u direttur tal-mużika reliġjuża fil-knejjes (li baqgħet sal-aħħar l-attività prinċipali tiegħu), ix-xena mużikali f’Malta kienet iddominata miż-żewġ Cappelli kbar ta’ Bugeja u Nani. Il-ħila kompożitorja tagħhom, flimkien mal-potenzjal esekuttiv li kellhom, kienu fatturi determinanti għal kważi monopolju f’dan il-qasam li gawdew għal aktar minn seklu sħiħ.

Il-folja bdiet tinqaleb mal-bidu tas-seklu għoxrin, meta l-Papa Piju X f’Novembru tal-1903, permezz tal-Motu Proprio “Inter Sollicitudines”, iddefinixxa għall-Knisja Kattolika l-kriterji li għandhom jispiraw il-kompożizzjoni ta’ mużika reliġjuża u regolamenti għall-esekuzzjoni tagħha. Ma kienx faċli għal dawk il-mużiċisti mdorrijin u edukati fi stil operistiku u teatrali (kif kienet miktuba ħafna mill-mużika intenzjonata u esegwita fil-knejjes) li jadattaw ruħhom għall-istatuti l-ġodda ordnati mill-Papa, u għalhekk dawk li riedu jimxu f’dan il-kurrent ġdid fl-għażla tal-mużika esegwita fil-knejjes u tas-surmastrijiet li jmexxuha, bdew jitfgħu għajnejhom fuq mużiċisti iżgħar li fehmu l-ispirtu tal-kriterji l-ġodda u ma kinux imxekklin minn tradizzjoni u preparazzjoni mużikali ferm differenti.

Diacono kien wieħed minn dawn il-kompożituri żgħażagħ li fix-xogħlijiet u l-impenji tiegħu, minkejja li limitati, kien diġà beda juri sinjali ta’ dak li kellu joħroġ aktar tard mill-pinna tiegħu. Fis-sena tal-promulgazzjoni tal-imsemmi Motu Proprio, huwa kellu biss 27 sena, u seta’ faċilment jorjenta l-kreazzjoni tiegħu skont l-eżigenzi ġodda mitluba mill-Knisja. Dan anke minħabba l-fatt li l-edukazzjoni mużikali tiegħu kienet ibbażata fuq sfond ferm differenti minn dawk ta’ qablu.

Huwa beda jingħata kummissjonijiet għall-esekuzzjoni ta’ mużika fil-knejjes. Il-mużika tiegħu, fuq stil romantiku u nieqsa mit-teatralità li kkaratterizzat anke l-mużika reliġjuża fis-seklu ta’ qabel, bdiet tikber u tinxtered ma’ Malta, tant li fl-1913 ġie kkummissjonat biex

jikteb oratorju – San Paolo Evangelizza i Maltesi – li kellu jiġi esegwit fl-okkażjoni tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, li f’dik is-sena kien sar Malta.

Sadanittant, beda jiġi kkummissjonat biex jesegwixxi l-mużika reliġjuża fl-okkażjoni tal-festi titulari f’diversi Parroċċi u knejjes ta’ patrijiet. Fis-sena 1929 huwa ħa f’idejh il-mużika fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ, mużika li minn din id-data baqgħet tinstema’ sal-lum - wara mewtu fl-1942, immexxija minn ibnu Frankie, u wara minn Dun Ġwann Galea, id-direttur preżenti tal-Cappella Diacono.

Il-ħatra ta’ Maestro di Cappella, almenu f’dawk iż-żminijiet, kienet titlob li s-surmast konċernat jikkomponi xi xogħlijiet speċjali għall-Parroċċa jew knisja li kkummissjonatu. Fir-rigward tal-festa titulari dawn kienu, prinċipalment, l-Antifona, l-Innu tal-Istrofi, u l-Innu tat-Tranżulazzjoni, li kienu propji għal kull festa. Il-mużika l-oħra, bħal quddies, salmi tal-għasar, u innijiet ewkaristiċi għal waqt il-barka sagramentali, kienu jintużaw mingħajr rabta ma’ xi post partikulari. Mal-bidu tal-ħidma tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ, Carlo Diacono ma naqasx li jirrispetta din it-tradizzjoni, u ta liż-Żebbuġin l-aħjar tat-talent tiegħu.

L-AntifonaL-Antifona hija l-aktar kompożizzjoni

li l-Parroċċa tikkonsidra bħala tagħha, u li tagħtiha identità. Għalhekk il-kompożitur kien jagħti attenzjoni speċjali biex joħroġ l-aħjar tiegħu f’xogħol bħal dan, u jolqot il-gosti tal-parruċċani. Għal Ħaż-Żebbuġ, minflok antifona waħda, Carlo Diacono kiteb tnejn, li sal-lum għadhom jindaqqu, u huma mistennija u popolari ħafna. L-antifona In Sepulchrum, li tinstema’ waqt il-ġranet tat-Tridu u fil-quddiesa tat-Te Deum f’lejlet il-festa filgħodu, hija waħda mill-isbaħ xogħlijiet ta’ Diacono. L-introduzzjoni ddaħħalna fis-suġġett u fl-atmosfera: Filippu, li minn jeddu jinżel fil-qabar li ħaffer għalih innifsu, jixxennaq li jħalli din id-dinja biex jingħaqad mal-Feddej. Il-kuntrast bejn il-glorja u s-sbuħija ta’

Il-Mużika ta’ Carlo Diacono għall-Festa ta’ San FilepMinn Dun Ġwann Galea, Direttur Mużikali tal-Cappella Diacono

dak li qed jistennieh fl-eternità joħroġ fit-tieni parti, fejn it-tonalità u r-ritmu tal-mużika jinbidlu u l-antifona tagħlaq b’final ferrieħi u solenni.

L-antifona l-oħra, Hodie Philippus, tibda tinstema’ mal-Primi Vespri, u tagħlaq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa wara d-dħul tal-Purċissjoni. Din l-antifona ferrieħa, b’melodija mexxejja u orkestrazzjoni vivaċi, issegwi l-iskema komuni għal dan it-tip ta’ kompożizzjoni, jiġifieri l-forma ternarja: l-ewwel parti esegwita mill-kor, wara introduzzjoni orkestrali maestuża, solo fuq il-baxx, u għeluq mill-kor.

L-Innu tal-IstrofiDan huwa innu b’numru ta’ strofi

poetiċi li jkun alternat ma’ versett kantat mill-kleru u l-kongregazzjoni, u li ġeneralment ma kienx ikun parti mit-testi liturġiċi, iżda jinkiteb apposta għall-festività. Jitkanta fil-ġranet tat-Tridu qabel l-antifona. Għall-festa ta’ San Filep, Diacono qassam it-tmien strofi li kellu dan l-innu, erba’ għall-kor, tnejn għal tenur solo, u tnejn għal baxx solo.

L-Innu tat-TranżulazzjoniIt-tranżulazzjoni tar-relikwija fl-

okkażjoni tal-festa hija waħda mill-aktar mumenti solenni tal-festa, u ssir f’lejlietha. Il-kant li jakkumpanja ’l din il-purċissjoni dejjem ingħata importanza kbira mill-kompożituri. Għal Ħaż-Żebbuġ, Diacono kiteb l-innu Novis Philippi Landibus, li bir-ritmu solenni u l-melodija mogħnija b’orkestrazzjoni vivaċi, joħloq atmosfera ferrieħa li timla l-knisja.

Barra dawn is-siltiet, li ġew miktuba u jinstemgħu biss f’Ħaż-Żebbuġ waqt il-festa ta’ San Filep, il-kumplament tal-mużika li tindaqq matul il-festa hija kollha fost l-aħjar ta’ Carlo Diacono. Iż-Żebbuġin, li għadhom fost l-aktar li jistennew u jattendu għas-servizzi liturġiċi fl-okkażjoni tal-festa, jistħoqqilhom li dawn iċ-ċelebrazzjonijiet li huma jagħmlu ad unur San Filep jiżżewqu bl-isbaħ mużika.

Page 14: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

14

www.parroccazebbug.com

Meta wieħed isemmi lil San Filippu ta’ Aġġira, mill-ewwel jiftakar fi ġrajjiet magħrufa li huma lkoll marbutin mal-ħajja ta’ dan il-qaddis. Iżda huwa faċli li wieħed jitfixkel lil San Filippu ma’ qaddisin oħra li jġorru l-istess isem. Min-naħa l-oħra, mhuwiex faċli li ħajjet San Filep titqiegħed f’perjodu storiku li huwa għalkollox determinat, u lanqas mhuwa faċli li wieħed jinterpreta b’mod ċar għall-aħħar il-ministeru tiegħu f’Aġġira. Dan kollu jfisser li, jekk ma jirnexxilniex ninterpretaw kif inhu xieraq it-tradizzjonijiet u l-leġġendi kollha dwar San Filippu, li ntirtu minn ġenerazzjoni għal oħra mal-medda tas-snin, inkunu qed nirriskjaw bis-serjetà li ma nifhmux il-messaġġ veru li jrid iwasslilna dan il-qaddis.

Min kien, allura, Filippu ta’ Aġġira?Filippu kien, l-ewwel u qabel

kollox, missjunarju. Huwa kellu l-kuraġġ li jitlaq minn art twelidu u jmur f’post li ma kienx jaf bih qabel, biex ixandar l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Madankollu, irridu nżommu f’moħħna li n-nies li kienu jgħixu fi Sqallija, kienu diġà jemmnu f’Alla, għaliex kienu rċevew it-tagħlim tal-Evanġelju mingħand San Pawl li, kif jingħad fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, mar ixandar l-Aħbar it-Tajba ġewwa Siracusa. In-nies ta’ Sqallija rċevew it-tagħlim nisrani wkoll mingħand qaddisin oħra, bħal Sant’Agata u Santa Lucia, u anke mingħand bosta isqfijiet u nies li mietu martri. Għaldaqstant, il-missjoni ta’ Filippu għandha titqiegħed fid-dawl ta’ evanġelizzazzjoni li kienet diġà bdiet isseħħ fi Sqallija snin qabel.

X’mar jagħmel Filippu fi Sqallija?Huwa mar biex jeqred il-ħażen,

is-superstizzjonijiet, u l-paganiżmu li kien qed jirrenja f’din l-akbar gżira fil-Mediterran. Huwa mar biex jagħti mill-ġdid id-dinjità lil poplu li kien qed jgħix fl-iskjavitù. L-insara Sqallin kienu talbu lill-Papa ta’ dak iż-żmien sabiex jintervjeni u jiddefendi l-fidi nisranija. Huwa bagħtilhom lil Filippu, li kien qiegħed Ruma, u fdalu f’idejh il-ministeru ta’ missjunarju,

evanġelizzatur u eżorċista.Hekk kif wasal fi Sqallija, Filippu

ntebaħ li n-nies ta’ din il-gżira kienu qed jgħixu fl-idolatrija, fis-superstizzjonijiet, u fil-maġija. Għalhekk huwa beda jaqdi mill-ewwel il-missjoni ta’ eżorċista billi jeħles lin-nies mill-ħakma tax-xitan u jxandar l-Aħbar it-Tajba ta’ Kristu lil dawk li kienu ħallew lil Satana jiddominalhom ħajjithom.

Meta mar Aġġira, Filippu ra li din il-belt kienet qed titmexxa minn persuni li ma kienu jħallu lil ħadd itejjeb ħajtu, tant li kienu jitrattaw lin-nies kollha bħala skjavi u japprofittaw ruħhom minnhom. Filippu ra b’għajnejh lil dawn il-mexxejja b’qalb xierfa jitfgħu l-ġebel f’nofs it-triq biex iwaqqfu l-mezzi tat-trasport milli jwasslu l-ikel u l-bżonnijiet essenzjali f’Aġġira. Filippu beda jħeġġeġ lin-nies biex iqumu fuq saqajhom, għenhom kemm seta’ biex jerġgħu jieħdu lura l-ħelsien u jakkwistaw mill-ġdid id-dinjità tagħhom. Filippu kien jiddefendi lil dawk kollha li kienu jiġu akkużati u kkundannati minkejja li jkunu mingħajr ħtija. Dan kollu Filippu rnexxielu jwettqu bl-għajnuna sħiħa ta’ Alla. Iżda kien jeħtieġlu jeqred ukoll l-idoli foloz li kienu mxerrdin f’Aġġira, billi jwassal il-messaġġ tal-

Evanġelju. F’din il-missjoni, huwa kien megħjun minn Ewsebju u minn Filippu d-djaknu. Flimkien huma rnexxielhom iħollu l-ktajjen tal-iskjavitù u jeqirdu l-immoralità, il-prostituzzjoni, is-serq, id-dagħa, u l-ħażen kollu li kien hemm f’din il-belt.

Filippu, flimkien ma’ sħabu, wasslu l-verità evanġelika lil poplu li għaraf mill-ġdid lil Ġesù Kristu, u ħidmiethom ħasdet ħafna frott bnin, għax fis-snin ta’ wara ħarġu kwantità kbira ta’ qaddisin minn Sqallija. F’dan id-dawl, joħroġ ċar il-fatt li l-messaġġ u l-ħidma kollha ta’ San Filippu fi Sqallija għadhom tabilħaqq ħajja u validi fi żmienna wkoll.

San Filippu ta’ Aġġira u l-Missjoni Tiegħu fi Sqallija

Kitba ta’ Don Giuseppe La Giusa, Saċerdot minn AġġiraMaqluba għall-Malti min-Nutar Dr Philip Ellul LL.D.

Chemistry and Biology Private Lessons

O’level, Intermediate and A level courses

Qualified Teacher.

Small groups for individual attention.

San Gwann / Haz-Zebbug

Mobile number: 99899214 / 21372025

Email address: [email protected]

Not

. Dr P

hilip

Ellu

l

Page 15: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

15

www.parroccazebbug.com

Ix-Xogħol tal-Voluntiera fil-KnisjaMinn Carmelo Borg, Sagristan

John Spiteri

(tax-xema’)

Servizz tal-Funerali(24 SiegÓa kulJum).

155, triq l-iSqoF Caruana,ÓaΩ-ÛebbuÌ.

biSwit il-kunSill lokali

IL-KANT BLA ÓLAS

tel: 21464286.mob.: 79464286.

Nibda bi kliem is-salmista f’Salm 83: Henjin dawk li jgħammru f’darek, huma jfaħħruk għal dejjem. Ħares, O Alla, tarka tagħna, ħares lejn is-Sultan, il-midluk

tiegħek, għax jum wieħed fit-tempju tiegħek aħjar minn elf jum f’post ieħor.

B’dedika lil dawk li jgħinu fl-armar, fit-tiżjin u fl-indafa tal-Knisja ta’ Ħaż-Żebbuġ, iddedikata lil San Filep t’Aġġira.

Il-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ hija waħda mill-knejjes kbar f’Malta, u għalhekk ma jistax jonqos li biex tkun armata u mżejna għall-festi u l-funzjonijiet ta’ matul is-sena, ix-xogħol li jsir fiha ma jispiċċa qatt. Dan ix-xogħol ma kienx ikun possibbli li jsir li kieku ma jkunx għall-għajnuna ta’ xi voluntiera li huma lesti li, minn qalbhom, jagħtu ħafna minn ħinhom biex jgħinu kif jistgħu f’din il-ħidma. Biex wieħed jieħu idea ċkejkna tax-xogħol li dawn il-voluntiera jagħmlu, se nispjega fil-qosor il-ħidma li ssir fil-knisja matul is-sena.

F’Jannar jibda x-xogħol biex jiżżarma l-armar li jkun sar għall-festi tal-Milied. Fi Frar jibdew jitfarfru u jitnaddfu l-altari kollha tal-knisja. F’Marzu u April nibdew nippreparaw għall-funzjonijiet u l-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir. F’dan iż-żmien tas-sena, kif wieħed jistenna, isir ħafna xogħol. Il-grupp tal-Ġimgħa l-Kbira jieħu ħsieb l-armar tal-vari kollha, kif ukoll jipprepara u jieħu ħsieb l-oġġetti li jkunu se jinġarru mill-personaġġi u t-tfal waqt il-purċissjoni. Fl-istess ħin, grupp ieħor ta’ voluntiera jieħu ħsieb l-armar tal-altar maġġur u l-altar tas-Sepulkru. Wara li jgħaddi l-Għid il-Kbir il-knisja tiżżarma u jitqiegħed kollox f’postu.

F’Mejju u Ġunju nibdew nippreparaw għall-festi ta’ Corpus Christi, tal-Qalb ta’ Ġesu’, u l-festa tal-Patrun tagħna San Filep. Bla dubju ta’ xejn, dan huwa l-aktar żmien tas-sena li jinvolvi xogħol fil-knisja, għax kull oġġett li missirijietna ħallewlna b’tant sagrifiċċji kbar, ikun irid jitnaddaf u jintrama b’reqqa kbira. L-ewwel ħaġa li jsir huwa li jintrama d-damask. Dan jinħareġ minn fejn ikun merfugħ u jiġi mqassam mal-knisja kollha, biex wara jiġi mlibbes mal-ħitan tal-kor, tan-navi u tal-korsija. Wara li jitlesta d-damask, jibda x-xogħol delikat

tal-kristall u l-fided. Jinħarġu l-brazzi tal-kristall u jitniżżlu l-linef tal-altar maġġur u tal-korsija, biex wara li jitnaddfu, jiġu mdendla f’posthom. Xogħol ieħor li jirrikjedi ħafna attenzjoni huwa l-armar tat-tużell li jinvolvi ħafna voluntiera biex jintrama u jitqiegħed f’postu. Tintrama wkoll il-Via Sagra u jiddendel il-lampier il-kbir tal-fidda, flimkien mal-lampieri l-oħra. Jitqegħdu wkoll it-tapiti mal-altari kollha tal-knisja, u jintramaw l-altari tal-kappelli laterali bil-gandlieri u l-bukketti. L-altari tar-Rużarju u tal-Erwieħ jintramaw bil-gandlieri u l-ventaltari tal-fidda. Jinħarġu l-istandardi tal-fratellanzi u jitpoġġew f’posthom. L-armar jilħaq il-qofol tiegħu fil-ġimgħa tal-festa, billi jintramaw il-fided kollha. Fuq l-altar maġġur jitpoġġew il-gandlieri l-kbar tal-fidda flimkien mal-istatwi tal-Evanġelisti, tal-Appostli, u ż-żewġ statwi ta’ San Pietru u San Pawl. Jintrama wkoll il-ventaltar u fided oħra fuq il-ġnub tal-altar maġġur. Fl-aħħar, jinħarġu l-abiti sagri u jitpoġġew fis-sagristija għall-wiri tal-pubbliku. Wara l-festa jibda x-xogħol ta’ żarmar u kollox jitpoġġa f’postu għas-sena ta’ wara.

F’Lulju, immedjatament wara l-festa ta’ San Filep, il-knisja terġa’ tintrama mill-ġdid għall-festa ta’ San Ġużepp, li ssir fl-aħħar Ħadd ta’ Lulju. F’Awissu għandna tliet festi żgħar: dik tal-Madonna taċ-Ċintura, tal-Madonna tal-Karita’, u tan-Nome di Maria (il-festa tal-Isem tal-Madonna). F’Settembru naħsbu għall-festa tal-Madonna tad-Duluri. F’Ottubru tiġi l-festa sabiħa tal-Madonna tar-Rużarju, filwaqt li f’Novembru u Diċembru naħsbu biex narmaw il-knisja għall-festi tal-Milied.

Minn dan wieħed jista’ jara li x-xogħol fil-knisja matul is-sena ma

jispiċċa qatt. Sfortunatament, dawn il-voluntiera dejjem qegħdin jonqsu, iżda nirringrazzjaw ‘l Alla l-Imbierek li, għalkemm dawk li jgħinu huma l-biċċa l-kbira anzjani, xorta waħda nlaħħqu max-xogħol.

Ma rridx ninsa wkoll insemmi l-grupp ta’ voluntiera nisa li jagħmlu sagrifiċċji kbar biex kull ġimgħa jiġu jnaddfu d-Dar t’Alla l-Imbierek. Ta’ kull ġimgħa, dawn il-voluntiera jidħlu għal xogħol ta’ ħasil u ta’ tindif tal-art. Barra dan, isir ukoll tindif ieħor perjodikament madwar il-knisja kollha.

Fl-aħħar nett, nixtieq li min qiegħed jaqra dan l-artiklu, japprezza x-xogħol u s-sagrifiċċji kbar ta’ dawn il-voluntiera, li permezz tagħhom dan it-Tempju maestuż iddedikat lil San Filep t’Aġġira jinżamm fi stat nadif u sabiħ, kif tassew jixraqlu.

Edw

in C

atan

ia

Page 16: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

16

www.parroccazebbug.com

Fil-bidu ta’ din is-sena, reġgħet twaqqfet il-Kummissjoni Żgħażagħ fil-Parroċċa tagħna. Kien ilu jinħass il-bżonn li din il-Kummissjoni tingħata l-ħajja mill-ġdid, bl-iskop li terġa’ tibda tieħu ħsieb l-organizzazzjoni u l-koordinament tal-attivitajiet kollha immirati għaż-żgħażagħ li jsiru fil-Parroċċa, bl-iskop li dawn iservu ta’ għajnuna fit-tiġdid spiritwali tagħhom u jgħinuhom jitqarrbu aktar lejn Alla u lejn il-Parroċċa, filwaqt li jibnu relazzjoni intima u b’saħħitha ma’ Alla.

Bħalma kien isostni l-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, il-Knisja fi żmienna għandha bżonn tagħraf iżjed kif twieġeb għax-xewqat u l-eżiġenzi taż-żgħażagħ, billi tgħinhom jidħlu f’relazzjoni, fi djalogu kontinwu ma’ Ġesù u mal-ġisem tiegħu, jiġifieri l-Knisja.

Bħalma Ġesù mexa mad-dixxipli fi triqithom lejn Emmaus, hekk ukoll il-Knisja għandha tiggwida kontinwament liż-żgħażagħ f’mixja ta’ tiġdid spiritwali.

Il-ħidma fost iż-żgħażagħ għandha tkun affermazzjoni tal-fidi, tal-valuri, tal-enerġija, u tal-ideat innovattivi taż-żgħażagħ. Fuq kollox, din għandha tkun ħidma Kristoċentrika, jiġifieri li kollox

jintrabat ma’ Ġesù Kristu u t-tagħlim tiegħu, b’mod li ż-żgħażagħ jitħeġġu aktar biex iwettqu l-missjoni li Alla l-Imbierek ta lil kull wieħed u waħda minnhom f’ħajjithom. Permezz ta’ din il-ħidma, il-Knisja jeħtieġ li tipprovdi f’ħajjet iż-żgħażagħ tama u fidi sħiħa fi Kristu.

Għaldaqstant, fil-Parroċċa tagħna jeħtieġ li titwettaq b’mod konkret din it-tip ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ, liema ħidma għandha ssir miż-żgħażagħ stess, li jagħrfu jassumu l-irwol ta’ evanġelizzaturi, ta’ xandâra tat-tagħlim ta’ Kristu, billi jagħtu eżempju tajjeb liż-żgħażagħ l-oħra b’ħajjithom, b’għemilhom, u bi kliemhom, u billi jgħinuhom jiskopru aktar lil Alla, anke permezz ta’ laqgħat u attivitajiet varji, ilkoll imħejjija fi spirtu nisrani żagħżugħ.

Il-Parroċċa għandha quddiemha sfida tabilħaqq ċara, u ċjoe li tagħmel dak kollu possibbli biex tattira aktar żgħażagħ lejha, tagħtihom iċ-ċans li jesprimu ruħhom billi ma toħnoqx il-vuċi tagħhom, u tgħinhom jemmnu b’konvinzjoni li huma jiffurmaw parti integrali minnha.

Aktar ma nkun qrib ta’ żgħażagħ oħra bħali, aktar nikkonvinċi ruħi kemm dawn għandhom tassew x’joffru lill-Parroċċa, iżda ħafna

minnhom, diżgrazzjatament, jibqgħu bierda u jżommu ’l bogħod minnha. Min-naħa l-oħra, m’għandix dubju li jekk iż-żgħażagħ nipprovdulhom ambjent adattat, inklussiv u attraenti għalihom, żgur li dan jgħin tabilħaqq biex huma jħossuhom aktar komdi fil-Parroċċa.

Ninsab konvint ukoll li, bl-għajnuna t’Alla, il-membri kollha ta’ din il-Kummissjoni, flimkien miegħi bħala chairperson, se nkomplu naħdmu id f’id, taħt id-direzzjoni spiritwali tal-Arċipriet Fr Daniel Cardona, l-Animatur Pastorali tal-Kummissjoni, bħala tim wieħed u magħqud, ħalli nagħmlu dak kollu possibbli biex insaħħu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-attivitajiet tal-Parroċċa, b’mod li dawn jibdew iħossu l-bżonn li jkunu aktar attivi u jagħtu sehem akbar fi ħdanha.

Fl-aħħar nett, nitlob bil-qalb lil Alla l-Imbierek biex jibqa’ jżomm idejH fuq l-Arċipriet ħabrieki tagħna u fuq il-membri kollha tal-Kummissjoni Parrokkjali Żgħażagħ, ħalli l-ħidma tagħna twassal għall-ħsad ta’ ħafna frott bnin fix-xhur u s-snin li ġejjin.

F’isem sħabi kollha, nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd.

Sehem iż-Żgħażagħ fil-ParroċċaMin-Nutar Dr PHILIP ELLUL LL.B., Dip. Not. Pub., LL.D.

Chairperson tal-Kummissjoni Parrokkjali Żgħażagħ

by josianne

Opening HOursTuesday - Thursday9.00am to 1.00pm

and 3.00pm to 6.00pmFriday & Saturday: 9.00am - 6.00pm

triq l-eroj, Ωebbu© Tel: 21466330

styling zoneELECTRICAL &

PLUMBING WORKS,IT COMPUTER CABLING

Bernard Gatt

Angelo Melilli Street, Ûebbu© ZBG 06, Malta

Tel/Fax: 2146 2009, Mob: 7949 0392

email: [email protected]

Page 17: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

17

www.parroccazebbug.com

Hello tfal!Kif intom? Kif tħossukom issa li qegħdin fl-istaġun

tar-rebbiegħa? Għall-grazzja t’Alla, ix-xitwa kiefra li żammitna ġewwa għas-sħana u ċaħħditna mill-mixjiet twal qalb il-kampanja, issa għaddiet! Għall-erwieħ! L-annimali, is-siġar, u aħna l-bnedmin, ilkoll ħadna r-ruħ! Tgħidx kemm mietu għasafar bil-bard u bix-xita li għamlet, jaħasra! Nhar San Valentinu, fl-erbatax ta’ Frar, għamlet kesħa kbira, li kienet ilha ma taħkimna b’dak il-mod mad-disgħin sena.

Insomma, aħna dejjem ingorru, anke għax issa ġej is-sajf qalil u s-sħana, u għax resqin l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena. Iżda l-ħajja tkompli għaddejja, bl-għajnuna tal-Mulej. Ma ninsew qatt ngħidulu grazzi lil Alla ta’ kull ġurnata li tisbaħ, kemm fil-bnazzi u kemm fil-maltemp! Lejn Alla għandna nduru f’kull mument ta’ ħajjitna, kemm fil-ferħ u kemm fl-uġigħ tal-qalb. Hu ma jinsiena qatt, u żgur li nħossuna ferm aħjar meta niftakru li hemm Hu magħna, u li qatt ma jabbandunana. Hu jħobbna kif aħna, bit-tajjeb u l-ħażin tagħna.

Issa reġgħet riesqa l-festa tal-Qaddis Patrun tagħna, San Filep. Għalhekk, ejja ninsew daqsxejn l-ikrah tal-ħajja. Fil-festa noħorġu niltaqgħu mal-ħbieb u nidħku xi

daħka flimkien. Jekk tiftakru sewwa, is-sena l-oħra kont staqsejtkom xi mistoqsijiet li kellhom x’jaqsmu mal-festa. Din is-sena, il-mistoqsijiet huma ta’ xejra differenti, aktar varjati. Tinsewx ukoll li hemm premju sabiħ mogħti mill-maħbub Arċipriet tagħna, Fr Daniel Cardona. Tafu kemm iħobbkom hux! Tafu kemm jagħmel Quddiesa sabiħa għalikom kull nhar ta’ Ħadd fid-9.30am. Lilkom it-tfal iħobbkom wisq, u jagħmel minn kollox biex jarakom tfal sewwa u kuntenti.

Mela l-Ħadd li għadda mort mixja fil-kampanja, u ngħid il-verità, jien inħobb niġbed lejn l-inħawi tas-Santwarju tal-Madonna tal-Ħlas, propju bejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi. Qgħadt bilqiegħda fuq ġiebja għall-kwiet, inħares lejn l-għelieqi ta’ madwari. Xi ġmiel ta’ post kwiet, b’arja nadifa, u b’għasafar ipespsu fuq is-sigar! Kultant tisma’ xi kelb jinbaħ fil-bogħod. Insomma, tinsa daqsxejn ir-rutina ta’ kuljum. Tħossok tieħu saħħtek mill-ġdid. Xi ġmiel ta’ ħolqien għandna madwarna!

Bdejt ngħid bejni u bejn ruħi, minjaf kemm bdiewa kienu jmorru jisimgħu l-Quddiesa u jitolbu ġo dik il-kappella ħelwa u storika. Is-sagristija tagħha hija xhieda tal-fidi tagħhom, mimlija ittri ta’ ringrazzjament lill-Madonna għall-grazzji kollha li qalgħu mingħandha.

Għalikom it-TfalMinn Carmen Borg (Għalliema)

Nittama li ħadtu gost taqraw din il-paġna għalikom it-tfal. Obdu dejjem lill-ġenituri tagħkom, u anke lill-għalliema, għaliex dawn kollha jħobbukom. Sakemm nerġgħu niltaqgħu permezz tal-kitba, nixtiqilkom kull saħħa, u l-Bambin iberikkom.

Mela, il-mistoqsijiet ta’ din id-darba huma dawn:1. Kemm hawn kappelli f’Ħaż-Żebbuġ? Semmi liema huma.

2. Minn fejn ġie l-isem ta’ Ħaż-Żebbuġ?

3. Semmi l-ismijiet tal-widien li jinsabu madwar Ħaż-Żebbuġ

4. Fil-bidu kemm kien hawn irħula żgħar madwar Ħaż-Żebbuġ?

5. Agħti l-ismijiet ta’ erba’ min-nies li għexu ġo Ħaż-Żebbuġ u għamlulna ġieħ.

Issa ħa mmorru daqsxejn fuq in-naħa kontemporanja:1. X’jismu s-Sindku preżenti ta’ Ħaż-Żebbuġ?

2. F’liema triq jinsab l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali?

3. Semmi l-isem tal-persuna minn Ħaż-Żebbuġ (huwa raġel) li rebħet il-kampjonat tad-dinja tas-snooker

4. Semmi l-isem ta’ persuna prominenti fil-qasam tal-futbol (din il-persuna twieldet Ħaż-Żebbuġ, iżda toqgħod x’imkien ieħor).

5. Fl-aħħar nett, aħna għalfejn immorru l-iskola?

Page 18: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

18

www.parroccazebbug.com

Matul is-snin, il-Parroċċa tagħna għaddiet minn evoluzzjoni kontinwa. F’din il-Parroċċa, il-kleru u l-lajċi qegħdin dejjem aktar ifittxu li jisimgħu lill-bqija tal-parruċċani u jużaw mezzi teknoloġiċi li mhux biss jiffaċilitaw il-komunikazzjoni, iżda wkoll itejbu l-livell ta’ servizz li huma jagħtu lill-bqija tal-parruċċani.

F’dawn l-aħħar snin, ilkoll rajna qabża kbira ta’ kwalità fejn jidħlu mezzi ta’ komunikazzjoni. Tant kemm it-teknoloġija saret interattiva u attraenti, kważi l-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħna xħin inqumu hija li nixegħlu l-kompjuter/mobile tagħna biex insiru nafu x’seħħ madwarna.

Dawk li huma magħrufa bħala social networks saru wkoll parti mill-ħajja ta’ kuljum tal-Parroċċa tagħna. Il-paġna uffiċjali tal-Parroċċa fuq is-sit tal-facebook, li jisimha Il-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ, qiegħda dejjem iżżid fl-attività tagħha. F’din il-paġna, wieħed jista’ jaqra avviżi, jara ritratti, u jieħu sehem f’diskussjonijiet interattivi ma’ parruċċani oħrajn. L-ideat u s-suġġerimenti li jitressqu qed jiġu dejjem iżjed mismugħha, tant li ħafna drabi wħud minnhom jiġu nklużi fl-aġenda tal-kummissjonijiet u għaqdiet fi ħdan il-Parroċċa. Din it-teknoloġija online qiegħda tieħu s-sura proprja tagħha bħala l-post fejn wieħed jista’ jsib l-aħħar aġġornamenti fuq l-attività tal-Parroċċa. L-aċċess għaliha

huwa wieħed globalizzat u pjuttost sempliċi.

Kif wieħed jista’ jinnota, speċjalment kif qiegħda tiżvolġi t-teknoloġija u l-industrija dinjija, dan l-aħħar qed naraw ħafna mezzi jevolvu, iżda l-użu tagħhom huwa wieħed reġjonali, fis-sens li ssib postijiet u gruppi ta’ nies li jippreferu li jużaw teknoloġija partikulari u mhux oħra. Din iġġib magħha daqsxejn ta’ problema minħabba li hija ħaġa loġistikament impossibbli li żżomm dawn it-teknoloġiji kollha aġġornati bl-istess mod, u fl-istess ħin dan isir fuq bażi volontarja. Għaldaqstant, hawnhekk naraw l-importanza li ġġib magħha l-website uffiċjali.

Irrispettivament liema apparat għandek sabiex tkun tista’ tuża l-internet, jew f’liema social network inti membru, il-website dejjem kienet, għadha, u tibqa’ s-sinsla u l-vettrina prinċipali. Hawnhekk, il-Parroċċa dejjem kienet preżenti. Mill-2007 ’il quddiem, il-Parroċċa dejjem tat importanza qawwija lill-website tagħha. Iżda kif kulħadd jista’ jimmaġina, maż-żmien dejjem ikollok bżonn li taġġorna daqsxejn il-metodu ta’ kif inti twassal il-messaġġ tiegħek. Għalhekk minn din is-sena, inħabbru li se titnieda website ġdida għall-Parroċċa, li tinkludi kemm teknoloġija li takkomoda kull device li wieħed isib fis-suq, kif ukoll

metodi ġodda fejn wieħed jista’ jsib l-informazzjoni li jrid fi żmien qasir ħafna.

Il-website hija magħmula bl-iskop li tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni, u anke li tissimplifika l-komunikazzjoni bejn il-membri li jaħdmu fi ħdan il-Parroċċa. Pereżempju, issa se tkun ħaġa aktar faċli li wieħed jikkuntattja lill-kummissjonijiet, għaqdiet, membri tal-kleru u lajċi oħra, u dan billi wieħed jimla l-formola li tinsab fil-website stess. Barra minn hekk, bl-użu ta’ teknoloġija popolari ħafna, magħrufa bħala Google Calendar, wieħed jista’ jibda jara d-dettalji tal-attivitajiet li jkunu ħa jsiru fil-Parroċċa f’format ta’ kalendarju, li huwa aċċessibbli wkoll fuq mezzi moderni, bħal smartphones.

Dan kollu juri li l-Parroċċa tagħna hija dejjem ħajja fit-tiġdid u l-immodernizzar tagħha, filwaqt li qiegħda tiffaċilita wkoll l-evanġelizzazzjoni tagħha mal-parruċċani, billi tipprova tilħaq lil dawk il-parruċċani li llum il-ġurnata jinsabu emigrati f’xi belt, raħal, jew pajjiż ieħor. Għalhekk, inħeġġu lil kull min qed jaqra dan l-artiklu sabiex jinforma lill-qraba u l-ħbieb tiegħu dwar dawn is-servizzi. Dan kollu qiegħed hemm għalikom sabiex jiġi użat. Ejjew ilkoll nagħmlu użu tajjeb minnu.

Il-Parroċċa u t-Teknoloġija:Il-Website il-Ġdida tal-Parroċċa

www.parroccazebbug.comMinn Keith Cutajar, Membru fil-Kummissjoni Media u Relazzjonijiet Pubbliċi

Page 19: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum

19

www.parroccazebbug.com

Page 20: Nru. 273 · festi RELIĠJUŻI li qed norganizzaw madwar Malta matul ix-xhur sajfin? Xi ħadd li ma joqgħodx f’beltna, meta xi ħadd ieħor kien ftit kritiku għall-fatt li llum