13
Id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni Dipartiment tal-Politika B: politiki strutturali u ta' koeżjoni Ż VILUPP RE Ġ JONALI Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida demografika u territorjali STUDJU IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 PE 408.928 MT

Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

Id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni

Dipartiment tal-Politika B: politiki strutturali u ta' koeżjoni

ŻVILUPP REĠJONALI

Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida demografika u territorjali

STUDJU IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 PE 408.928 MT

Page 2: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament Ewropew. Dan id-dokument ġie ppubblikat fil-lingwi li ġejjin:

- Oriġinali: FR. - Traduzzjonijiet: EN, DE

Is-sintesi ta' dan id-dokument ġiet ippubblikata fil-lingwi li ġejjin: BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV.

Awturi: UMS RIATE, (L-Università Paris Diderot, id-Direttur ta' dan l-istudju)1, Géographie-cités (CNRS Paris-A) 2, LIG (L-Università Joseph Fourier) 3, IGEAT (L-Università Libre ta' Brussell) 4, L-Università ta' Umeå 5, id-Dipartiment tax-Xjenzi Soċjali – L-Università “L’Orientale” ta' Napli , L-Università ta' Napli 6, CUGUAT – TIGRIS (L-Università 7 Alexandru Ioan Cuza)

Impjegat taċ-Ċivil responsabbli: Is-Sa Ivana Katsarova Dipartiment tal-Politika B:

Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni Parlament Ewropew Rue Wiertz 60 B-1047 Brussell E-mail:[email protected] Il-manuskritt tlesta f'Ġunju 2008. Dan l-istudju huma aċċessibbli fuq l-Internet fis-sit elettroniku li ġej: www.europarl.europa.eu/activities/expert/eStudies.do?language=MT Brussell, Parlament Ewropew, 2008. L-opinjonijiet imressqa huma dawk tal-awtur u ma jirriflettux neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Parlament Ewropew. Riproduzzjoni u traduzzjoni awtorizzati, ħlief għal skopijiet kummerċjali, b'referenza għas-sors, bl-informazzjoni preliminari tal-editur u billi tintbagħat kopja lill-editur.

1 Claude Grasland, Ronan Ysebaert, Bernard Corminboeuf, Nicolas Gaubert, Nicolas Lambert, Isabelle Salmon 2 Myriam Baron, Sophie Baudet-Michel, Estelle Ducom, Dominique Rivière, Camille Schmoll, Christine Zanin 3 Jérome Gensel, Jean-Marc Vincent, Christine Plumejeaud 4 Gilles Van Hamme 5 Einar Holm, Magnus Strömgren 6 Pasquale Coppola, Alessia Salaris, 7 Octavian Groza, Ionel Muntele, George Turcanasu u Oana Stoleriu

Page 3: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida demografika u territorjali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni

Dipartiment tal-Politika B: politiki strutturali u ta' koeżjoni

ŻVILUPP REĠJONALI

Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida demografika u territorjali

STUDJU

Kontenut:

L-Unjoni Ewropea flimkien mar-Russja u l-Ġappun attwalment jagħmlu parti minn dawk li għandhom jesperjenzaw iż-żieda demografika l-aktar dgħajfa fis-snin li ġejjin. Apparti l-kwistjonijiet ta' politika barranija, dawn l-iżviluppi għandhom ukoll impatt fuq l-iżvilupp reġjonali u lokali. Hija għaldaqstant it-totalità tal-politika ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali li se tintlaqat kkonċernata mill-fenomeni demografiċi kontemporanji. It-tnaqqis demografiku fil-livell ta' reġjuni sħaħ huwa xi ħaġa ġdida u ta' spiss jiġi inkorporat mal-problematiki tad-disparitajiet tal-iżvilupp li tradizzjonalment huma fil-qalba tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea. Skont l-opinjoni tal-awturi, dan għandu jwassal għal konsiderazzjoni mill-ġdid ta' din il-politika fid-dimensjonijiet tagħha kollha: ekonomiċi, soċjali, ambjentali u fuq kollox territorjali. It-tweġibiet għall-kwistjoni tat-tnaqqis demografiku se jgħaddu għaldaqstant mit-twaqqif ta' governanza bl-livelli differenti li jimplikaw livelli ta' intervenzjoni soprareġjonali (Unjoni Ewropea, Stati), infrareġjonali (awtoritajiet lokali, agglomerazzjonijiet) u transreġjonali (spazji transkonfinali u l-marġini interni).

IP/B/REGI/IC/2007-044 PE 408.928 MT

Page 4: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

Dan l-istudju huwa ddedikat għall-memorja tal-Professur Pasquale Coppola

Page 5: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida demografika u territorjali

Taqsira In-natura relattivament previdibbli għal żmien ta' tul medju tal-evoluzzjonijiet demografiċi nazzjonali u, fuq skala anqas, reġjonali u lokali, tinvolvi responsabilità partikulari minn dawk li jieħdu deċiżjonijiet politiċi. Infatti, jekk nistgħu, sa ċertu punt, niskużaw in-nuqqas ta' kapaċità fil-previżjoni tal-bżonnijiet fil-futur ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi meta nħabbtu wiċċna ma' impatti ekonomiċi esterni (kriżi ta' "primjum extra", per eżempju żieda fil-prezzijiet tal-enerġija) jew diżastri ambjentali (għargħar, tempesti, terremoti, ...), huwa ħafna aktar diffiċli li tiskuża nuqqas ta' antiċipazzjoni ta' fenomeni demografiċi li dwarhom nafu sewwa bejn wieħed u ieħor, it-toroq previdibbli għall-għoxrin jew it-tletin sena li ġejjin.

L-Unjoni Ewropea flimkien mar-Russja u l-Ġappun attwalment jagħmlu parti minn dawk li għandhom jesperjenzaw iż-żieda demografika l-aktar dgħajfa fis-snin li ġejjin. Fin-nuqqas ta' aktar tkabbir, il-popolazzjoni tal-UE għandha tibqa' bejn wieħed u ieħor stabbli b'madwar 500 miljun abitant. Madankollu, diversi pajjiżi li jiffurmaw parti mill-UE qegħdin jistennew tnaqqis demografiku, b'mod partikulari l-Ġermanja, l-Italja u l-Istati Membri l-ġodda kollha bl-eċċezzjoni ta' Ċipru u Malta. Min-naħa l-oħra, il-pajjiżi li jinstabu fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Mediterran se jesperjenzaw ukoll żieda demografika kbira matul dan il-perjodu u l-popolazzjoni tat-Turkija se taqbeż il-popolazzjoni tal-Ġermanja mill-2015 (82 miljun ruħ) filwaqt li l-popolazzjoni tal-Marokk tkun superjuri għal dik ta' Spanja għall-ħabta tal-2035 (44 miljun ruħ). Dawn l-iżviluppi globali huma magħrufa sewwa u ta' spiss iqajmu dilemmi politiċi u ġeopolitiċi fl-oqsma tal-insegwiment tal-ġirja lejn it-tkabbir u tal-ftuħ u tal-għeluq tal-fruntieri għall-immigrazzjoni.

Dawn l-iżviluppi jolqtu wkoll l-iżviluppi reġjonali u lokali li huma ħafna aktar negattivi fl-oqsma tat-tnaqqis demografiku u tal-proċess tat-tixjiħ tal-popolazzjoni. Fi kważi l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, insibu reġjuni li l-popolazzjoni tagħhom bdiet tonqos matul dawn l-aħħar għoxrin sena (1980-2000). Il-fenomenu se jkompli jmur lura matul id-deċennji li ġejjin. Apparti l-kwistjonijiet ta' politika esterna, huwa t-totalità tal-politika interna ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali li se tintlaqat mill-bidliet demografiċi kontemporanji. Ix-"Shrinking Regions" ("Ir-Reġjuni li qegħdin jinxtorbu") : definizzjonijiet u karatteristiċi Nistgħu nippruvaw inbassru d-dinamika demografika reġjonali tal-25 sena li ġejjin? Teżisti rabta sistematika bejn il-proċess tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u t-tnaqqis demografiku? It-tnaqqis demografiku għandu x'jaqsam mal-migrazzjonijiet jew pjuttost mad-diskrepanza bejn ir-rata tat-twelid u r-rata tal-mwiet? • L-okkorrenza tal-kunċett "Shrinking Region" hija reċenti (fil-bidu tas-snin 2000) anke jekk

din tikkorrispondi ma' realtajiet aktar antiki. In-novità essenzjali tinstab fil-ġeneralizzazzjoni tal-fenomeni tat-tnaqqis fil-popolazzjoni fuq il-livell ta' reġjuni sħaħ, bliet inklużi ("Shrinking Cities").

• Id-definizzjoni stess ta' dan il-kunċett tibqa' punt ta' dibattitu. Anke jekk il-fenomenu tat-tnaqqis fil-popolazzjoni huwa assoċjat ma' fenomeni oħra bħalma huwa l-proċess tat-tixjiħ tal-popolazzjoni, huwa preferibbli li nżommu mad-definizzjoni l-aktar sempliċi li hija t-tnaqqis fin-numru tal-abitanti ta' reġjun f'ġenerazzjoni waħda. Għaldaqstant f'dan ir-rapport ġiet adottata parti mid-definizzjoni.

III

Page 6: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

• Il-livell NUTS2 inżamm iżda d-definizzjoni tar-reġjuni bi tnaqqis demografiku tista' tkun differenti jekk nagħżlu mod ieħor ta' taqsim reġjonali.

• It-tipoloġija ta' "Shrinking Regions" fiha erba' tipi ta' tnaqqis fil-popolazzjoni bejn l-2005-2030: kważi ċerta, probabbli, improbabbli, improbabbli ħafna.

Figura 1 : It-Tipoloġija tax-"Shrinking Regions" (2005-2030)

• Ix-"Shrinking Regions" huma ħafna aktar numerużi fl-ex pajjiżi soċjalisti u fil-pajjiżi Mediterranji. Madankollu kważi l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea se jkollhom minn tal-anqas reġjun wieħed bi tnaqqis demografiku probabbli jew probabbli ħafna matul il-25 sena li ġejjin u dan il-fenomenu għandu t-tendenza li jinfirex fil-wisa'.

IV

Page 7: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida demografika u territorjali

• Fuq l-iskala reġjonali (NUTS2) ma teżisti ebda relazzjoni bejn id-densità ta' popolazzjoni tar-reġjuni u ż-żieda demografika tagħhom fil-ġejjieni. Il-fenomenu tat-tnaqqis fil-popolazzjoni tmiss kemm ex reġjuni industrialijzzati b'konċentrazzjoni qawwija ta' popolazzjonijiet kif ukoll reġjuni periferiċi rurali.

• Il-proċess tat-tixjiħ tal-popolazzjoni jiddependi mhux biss mill-età medja tal-popolazzjonijiet iżda wkoll mill-aspettattiva tagħhom ta' ħajja f'saħħitha. Il-kittieba tar-rapport jipproponu indikatur sintetiku ġdid tat-tixjiħ tal-popolazzjoni, li jgħaqqad dawn iż-żewġ parametri (Figura 3) u jagħti ċ-ċans li jenfasizza r-rabta soda li teżisti bejn it-tnaqqis demografiku u t-tixjiħ tal-popolazzjoni tar-reġjuni.

• It-tnaqqis demografiku mhuwiex dejjem ir-riżultat ta' rata ogħla ta' mwiet fuq ir-rata ta' twelid. It-tnaqqis jiddependi wkoll aktar u aktar mill-migrazzjonijiet lejn zoni metropolitani, b'mod partikulari min-naħa ta' żgħażagħ attivi li qed ifittxu impjieg. It-telfa ta' dawn iż-żgħażagħ attivi tenfasizza l-fenomeni tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u tat-tnaqqis ta' twelid fix-"shrinking regions", li qed twassal għal ċirku vizzjuż.

• Iċ-ċaqliq fid-direzzjoni opposta ta' min jirtira ma jagħmilx tajjeb għal dan it-telf u x-"shrinking regions" huma b'mod ġenerali ftit li xejn attraenti għl min jirtira mill-klassijiet superjuri li huma suxxettibbli li jtejbu l-ekonomija domestika permezz ta' trasferimenti ta' pensjonijiet.

Ir-reġjuni li qed tonqsilhom il-popolazzjoni huma neċessarjament ir-reġjuni li jinstabu fl-akbar diffikultà fuq il-pjan ekonomiku u soċjali? • Fil-perjodu 1995-2005, ix-"shrinking regions" għandhom sitwazzonijiet ekonomiċi ta'

żvantaġġ akbar mill-oħrajn: PDG/abitant aktar dgħajfa, rata ta' qgħad ogħla. Il-maġġoranza ta' dawn ir-reġjuni huma territorji periferiċi relattivament fqar li fil-maġġoranza tagħhom jibbenefikaw mill-politika ta' koeżjoni. Iżda wieħed għandu jinnota d-diversità qawwija tar-reġjuni li jinstabu fit-tnaqqis demografiku (agrikoli, industrijali u xi drabi metropolitani).

• It-teħid f'kunsiderazzjoni tat-trasferimenti interreġjonali (id-dħul finanzjarju, l-għajnuniet pubbliċi, il-konsum turistiku, eċċ.) inaqqsu b'mod sensittiv id-diskrepanzi tad-dħul finanzjarju bejn it-tipi demografiċi differenti.

• Ix-"Shrinking Regions" huma foqra aktar mill-oħra iżda r-rata ta' żieda ekonomika fuq il-perjodu 1995-2005 fil-verità ma kinitx aktar dgħajfa minn dawk ta' reġjuni oħra minħabba li fil-parti l-kbira kienu f'ċirkustanzi speċifiċi fl-Istati Membri l-ġodda jew f'aġġustament ekonomiku u t-tnaqqis demografiku ġie ugwali.

X'informazzjoni ġdida tidher meta wieħed jistudja l-varjazzjonijiet demografiċi fl-livell aktar lokali tal-villaġġi jew tal-bliet? B'mod partikulari, kif jitqassmu s-servizzi pubbliċi f'kuntest ta' tnaqqis ta' pressjoni demografika u ta' konċentrazzjoni tal- ispazji tal-popolazzjoni? • Kemm jekk ir-reġjun jesperjenza żieda, fażi ta' stabbiltà jew tnaqqis demografiku, il-

fenomeni ta' tnaqqis ta' pressjoni demografika jikkonċernaw b'mod partikulari z-zoni rurali, b'popolazzjoni żgħira u iżolata. Min-naħa l-oħra, il-bliet il-kbar ta' spiss juru evidenza ta' ċertu dinamiżmu. L-istess nistgħu ngħidu għall-villaġġi li jinstabu fil-viċinanza ta' bliet kbar, minħabba l-moviment ta' agglomerazzjoni.

• Il-fenomeni reċenti tat-tnaqqis fil-popolazzjoni ta' spiss imissu zoni li huma diġà fraġli u għalhekk ikkaratterizzati minn telf tal-kapaċitajiet kreattivi tal-innovazzjoni u ta' reazzjoni meta jsibu wiċċhom ma' bidliet. Dawn il-fenomeni tat-tnaqqis fil-popolazzjoni jipperikolaw

V

Page 8: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

l-opportunitajiet li jitfaċċaw spazji ekonomiċi ġodda attraenti u jrendu inevitabbli t-tiftix ta' ħaddiema minn reġjuni oħra, nazzjonali jew barranin.

• Il-proċess tat-tixjiħ tal-popolazzjoi, flimkien mat-tnaqqis fil-popolazzjoni, għandhom konsegwenzi fuq l-ambjent kif ukoll fuq is-suq lokali tax-xogħol. Dawn il-proċessi jgħaġġlu t-tnaqqis fl-istrutturar ta' ċerti servizzi u jenfasizzaw l-inugwaljanza tal-aċċess għal dawn is-servizzi. Dawn iwasslu għall-bżonnijiet ġodda, b'mod partikulari għall-anzjani.

Figura 2 : Il-Progress / L-Iżvilupp tal-popolazzjoni 1980 – 2000

VI

Page 9: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida demografika u territorjali

Fil-qasam tal-governanza tax-"Shrinking Regions", kif jingħaqdu attwalment il-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali ? Se jitfaċċaw soluzzjonijiet speċifiċi? • L-interventi mħaddna fil-livell nazzjonali, qafas ta' referenza maġġuri, jassiguraw

distribuzzjoni mill-ġdid tal-ġid bejn ir-reġjuni, bħal bejn bliet u spazji rurali – dan il-mekkaniżmu huwa parti mill-oriġini ta' dak li hu magħruf bħala "s-sussidju għar-reġjuni ż-żgħar". Madankollu, il-kuntest ġenerali tar-ristrutturazzjoni tas-sistema tas-Sigurtà Soċjali tpoġġi l-komunitajiet lokali u reġjonali Ewropej fuq quddiem nett għall-investimenti. Ir-reġjun ikkonċernat jiġi ddikjarat skont livell ta' programmazzjoni. Fil-każ partikulari tax-"Shrinking Regions", opportunitajiet ġodda (promozzjoni tal-kwalità tal-ħajja) għaldaqstant qed jitfaċċaw għal dawn il-komunitajiet iżda fl-istess ħin qed jinħolqu wkoll pressjonijiet finanzjarji ġodda, f'kuntest ta' inugwaljanza ta' riżorsi li qiegħda tiżdied.

• Is-settur tas-saħħa huwa rappreżentattiv ta' dawn il-proċessi ta' tibdiliet. Kemm jekk jikkonsisti f'eżami bir-reqqa tal-Karta tas-servizzi tas-saħħa fi Franza jew fl-Italja, ir-risposti għall-problemi tal-manteniment tas-servizzi pubbliċi fiz-zoni ta' tnaqqis demografiku qed jgħaqqad fil-livelli nazzjonali u reġjonali miżuri li jikkonċernaw l-individwi u jserrħu fuq l-għażla bejn inċentiv/sfurzar; oħrajn ibbażati fuq il-komplementarjetà bejn is-setturi pubbliċi u privati; fl-aħħar mill-aħħar għal-livell reġjonali u internazzjonali tal-koperazzjonijiet ibbażati fuq il-loġika transkonfinali.

• Dawn l-struturazzjonijiet mill-ġdid tal-governanza tat-territorji jesponu żewġ tipi ta' "sitwazzjonijiet perikolużi": dawk li għandhom x'jaqsmu mal-iskarsezza tar-riżorsi pubbliċi, li attwalment jikkonċernaw l-aktar il-pajjiżi tal-Ewropa ċentrali u orjentali, dawk marbuta mal-kriżi tas-solidarjetà bejn it-territori, li bħalissa qed jaffettwaw l-aktar il-pajjiżi li qegħdin fi proċess ta' régionalisation-fédéralisation iżda fil-ġejjieni jistgħu jinfirxu f'pajjiżi oħra Ewropej.

• F'dan il-kuntest kumpless u ta' spiss maqbud f'tensjoni li jaqsam il-governanza fl-Ewropa, aħna qed nirrimarkaw li l-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea, permezz tas-saħħa tagħha tal-impuls vis-à-vis politiki nazzjonali u reġjonali, jirrappreżentaw element ta' stabbiltà essenzjali. Madankollu, din il-politika stess esperjenzat diversi bidliet fid-direzzjonijiet tagħha, bidliet li għandhom rwol fuq il-kapaċità li teżerċità l-"effet ta' lieva".

Ix-"Shrinking Regions" u koeżjoni territorjali It-tnaqqis demografiku li tfaċċa fil-livell ta' reġjuni sħaħ huwa xi ħaġa ġdida – u ta' spiss jitħallat – mal-problematiki tad-disparitajiet tal-iżvilupp li tradizzjonalment huma fil-qalba tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jwassal għal rikonsiderazzjoni ta' din il-politika fid-dimensjonijiet tagħha kollha: ekonomiċi, soċjali, ambjentali u fuq kollox territorjali. It-teħid f'kunsiderazzjoni tad-dimensjoni territorjali, kemm reġjonali u lokali, tal-bidliet demografiċi jġibu bidla radikali tal-kwistjonijiet minħabba li din tqajjem mistoqsijiet ġodda u tippermetti tweġibiet ġodda fir-rigward ta' studji makroekonomiċi li saru fil-livell tal-Istati Membri. Jekk il-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea ta' Marzu 2005 turi qasma ġenwina fil-ħsieb fil-livell Ewropew, huwa anqas minħabba l-konklużjonijiet miktuba – relattivament banali - milli minħabba l-fatt li l-anness tal-Green Paper jagħti għall-ewwel darba projezzjonijiet demografiċi reġjonali għall-perjodu 2005-2030. B'mod konxju jew inkonxjament, il-Kummissjoni Ewropea tiftaħ bl-istess mod kamp radikalment ġdid tad-dibattitu politiku daqs kemm kien jidher li l-impatti lokali u reġjonali tal-bidla demografika

VII

Page 10: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

huma ta' natura totalment differenti minn dawk li stajna nifhmu fil-livell tal-Istati Membri. Il-kwistjoni tas-servizzi pubbliċi ma tistax pereżempju tibqa' tiġi kkunsidrata bħala sempliċiment parametru ta' aġġustament tal-baġit iżda qed issir problema ġenwina politika u soċjali minħabba li l-logħba libera tas-suq twassal għall-abbandun ta' partijiet sħaħ tat-territorju komunitarju. L-istess, il-kwistjoni tal-impatt ambjentali tal-bidliet demografiċi ma tistax tibqa' tiġi mwarrba minħabba li jidher li l-proċess tad-deżertifikazzjoni taz-zoni b'densità dgħajfa huwa suxxettibbli li jwassal għal-riskji akbar ta' erożjoni, ta' nirien eċċ. Fl-aħħar u fuq kollox, il-kwistjonijiet tal-aġġustament soċjali u territorjali jidhru inevitabbli meta wieħed jikkonsidra l-importanza tal-effetti tat-tnaqqis fil-popolazzjoni fil-livell lokali u fil-livell reġjonali. It-tnaqqis demografiku u l-proċess tat-tixjiħ tal-popolazzjoni jiffurmaw sistema kumplessa ta' koperazzjoni fejn jintervjenu aspetti ekonomiċi, soċjali, politiċi u ambjentali b'mod li huwa impossibbli li l-problema tiġi trattata b'metodu settorjali. Ikun pereżempju inutli li tipprova toħloq poli tax-xogħol u l-kompetittività fiz-zoni tat-tnaqqis ta' pressjoni demografika jekk ma niżviluppawx fl-istess ħin politika ta' manteniment u ta' riorganizzazzjoni tas-servizzi ta' saħħa, l-edukazzjoni, it-trasport. Ikun ukoll ta' xejn li tiġi żviluppata politika fuq bażi volontarja biex tattira immigranti nazzjonali u internazzjonali lejn zoni li qed jiġu abbandunati (pereżempju għas-servizzi għall-anzjani) jekk ma nikkunsidrawx il-problemi ta' integrazzjoni ekonomika u soċjali ta' dawk li jaslu ġodda fiz-zoni ta' tnaqqis demografiku. Il-kunċett ta' koeżjoni territorjali jinvolvi minn dan l-aspett il-qafas ta' riflessjoni l-aktar pertinenti għal żvilupp ta' metodu ikkombinat bi kwistjonijiet demografiċi minħabba li jintegra b'mod espliċitu d-dimensjoni territorjali tal-fenomeni u jipproponi viżjoni strateġika tal-iżvilupp reġjonali li tikkunsidra effetti konġunti ta' kull waħda mill-politiki settorjali li jsiru. Anke jekk nistgħu niddiskutu l-pertinenza tal-livell NUTS2, huwa ċertament mil-livell reġjonali li jrid jerġa' jiġi l-irwol ċentrali tal-enfasi ta' politika ta' żvilupp demografiku dejjiema, bil-kundizzjoni li din issir b'komplementarjetà u mhux b'kompetizzjoni fil-livell nazzjonali. Infatti, mill-mument fejn il-livelli nazzjonali u Ewropej ipproċedew għall-aġġustamenti neċessarji bejn it-territorji sinjuri u foqra, huwa għal dan il-livell, intermedjarju bejn il-lokal u n-nazzjonal, li aktarx nistgħu nidentifikaw aħjar il-problemi tal-proċess tat-tixjiħ demografiku u nipprogrammaw ir-riorganizzazzjoni tal-istruttura spazjali tal-popolazzjoni. Dan ma jfissirx li l-livelli l-oħra territorjali ma għandhomx jikkontribwixxu permezz ta' azzjonijiet speċifiċi, għall-adottar ta' risposta politika globali għall-bidliet demografiċi. Il-livell Ewropew u l-livell nazzjonali jibqgħu aktar minn qatt qabel kruċjali għall-manteniment ta' aġġustament globali li jassiguraw it-tnaqqis tal-inugwaljanzi bejn il-gruppi soċjali, it-territorji u l-ġenerazzjonijiet iżda r-reġjun huwa essenzjali biex jattwa r-risposti ta' operazzjonijiet territorjali b'mod partikulari fil-qasam tal-aċċess għas-servizzi ta' kura jew ta' saħħa għall-abitanti tax-"Shrinking Regions".

"Shrinking Regions" u governanza b'livelli differenti Ir-risposti għall-problema tat-tnaqqis fil-popolazzjoni reġjonali jsiru permezz tat-tqegħid ta' governanza b'livelli differenti li timplika livelli ta' intervent kemm sovpareġjonali (Unjoni Ewropea, Stati), infrareġjonali (awtoritajiet lokali, aglomerazzjonijiet) kif ukoll transreġjonali (spazji transkonfinali u marġini interni). Fil-livell tal-Unjoni Ewropea, il-prijorità trid tiġi mogħtija lill-elaborazzjoni ta' indikaturi statistiċi sempliċi u affadabbli li jippermettu kemm li ssegwi u li tantiċipa l-evoluzzjonijiet demografiċi. Ebda politika komunitarja ma tista' għaldaqstant tiġi mħaddna jekk dawn l-

VIII

Page 11: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida demografika u territorjali

indikaturi ma jkunux disponibbli biex jevalwaw ex-ante u ex-post l-effett ta' politiki li se jkunu deċiżi. It-tipoloġija tax-"Shrinking Regions", li proponejna f'dan l-istudju, tikkostitwixxi minn dan l-aspett indikatur sempliċi u affidabbli li jista' jiġi faċilment adottat mill-Eurostat abbażi tal-projezzjonijiet demografiċi reġjonali. L-indikatur tal-iżvilupp demografiku li jibqa' jservi għal żmien twil, jidefinixxi kif ir-rapport bejn l-aspettattiva ta' ħajja f'saħħitha u l-età medja tal-abitanti tikkonstitwixxi wkoll indikatur innovattiv fil-miżura fejn wieħed ma jibbażax fuq il-klassijiet ta' età definita minn qabel (0-19, 20-64, 65 u +) li għandhom it-tendenza li jpoġġu l-individwi fi rwoli preċiżi ("żgħażagħ", "attivi", "xjuħ").

Figura 3 : Indikatur tal-iżvilupp demografiku dejjiema tar-reġjuni Ewropej

(Sitwazzjoni fl-2005, previzzjonijiet għall-2030)

Dak li jesprimi dan l-indikatur huwa potenzjal ta' ħajja li wieħed fadallu jgħix (il-persentaġġ tas-snin li għexu mas-snin li fadallu jgħix) li ma jippreġudikax l-użi ekonomiċi jew soċjali li jistgħu jsiru minn soċjetà. Reġjun b'popolazzjoni anzjana jista' jkollu indiċi tajba tal-iżvilupp demografiku dejjiema jekk il-persuni li joqogħdu hemm ikunu suxxettibbli li jgħixu ħafna u f'saħħithom. Għalhekk huw jiddisponi minn numru ta' soluzzjonijiet biex jieħu l-aħjar parti minn dan il-potenzjal. Għall-kuntrarju, reġjun li jkun jidher żagħżugħ jista' jkollu indikatur ta' żvilupp demografiku dejjiema ħażin jekk l-abitanti għandhom aspettattiva ta' ħajja f'saħħitha dgħajfa u jiddisponu minn ftit mill-perspettivi u jmorru lilhinn mill-perjodu tal-attività. Meta mqabbel mal-klassiċi "rata ta' dipendenza" li ma tinteressahiex ħlief mill-perjodu tal-attività u l-età legali tal-irtirar, l-indiċi tal-iżvilupp demografiku dejjiema jikkunsidra l-għomor twil u l-kwalità tat-tagħmir soċjali bħala fattur pożittiv u mhux bħala problema. Il-kwistjoni li tkun taf jekk l-indikaturi demografiċi ġodda jistgħux jiġu introdotti fir-reviżjoni ta' politika reġjonali għadha miftuhħa b'mod ċar. Fil-livell nazzjonali, il-kwistjoni ċentrali hija dik tat-trasferimenti soċjali u ekonomiċi li joperaw b'mod simultanju bejn l-individwi u l-postijiet, kemm permezz ta' azzjoni pubblika u kif ukoll permezz tal-logħba tal-parteċipanti ekonomiċi. L-istudju tagħna wera li x-"Shrinking

IX

Page 12: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

Regions" meta miġbura flimkien huma aktar foqra mill-medja nazzjonali ta' pajjiżhom, iżda li d-differenzi huma mnaqqsa sew meta nikkunsidraw it-trasferimenti indiretti li huma marbuta mal-pensjonijiet tal-irtirati, għal allokazzjonijiet pubbliċi tat-tagħmir, għat-trasferimenti inviżibbli li ma japprofittawx bl-istess mod għar-reġjuni kollha, iżda wieħed irid iżomm f'moħħu biex jipproċedi għal aġġustament aktar ġust. Responsabilità reġjonali ġusta għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-fatt li ċerti reġjuni periferiċi jieħdu ħsieb l-edukazzjoni ta' żgħażagħ attivi, il-forza tax-xogħol ta' dawn iż-żgħażagħ tiġi użata mir-reġjuni metropolitani mbiegħda; jew għall-kuntrarju ċerti reġjuni metropolitani jittrasferixxu parti importanti mill-valur miżjud li jiġi prodott lejn ir-reġjuni speċjalizzati fit-turiżmu u l-akkoljenza tal-irtirati tat-tajjeb. Il-kwistjoni hawnhekk hija li tkun taf jekk il-loġika tal-aġġustament nazzjonali hijiex se tinżammu fil-futur jew jekk hux se jirbaħ l-egoiżmu tar-reġjuni l-aktar sinjuri u l-aktar dinamiċi. Fil-livell reġjonali, il-problema prinċipali hija dik tar-riorganizzazzjoni tas-servizzi u tat-tagħmir f'kuntest tat-tnaqqis tal-popolazzjoni u tal-bidla kwalitattiva tagħha. Għalhekk, it-tnaqqis fin-numru ta' żgħażagħ iwassal neċessarjament għal tnaqqis fis-sistema tal-edukazzjoni (tnaqqis fin-numru ta' klassijiet) iżda jħalli miftuħ għażla kbira fuq il-mod ta' kif jinħadmu dawn it-tnaqqis kemm matul iz-żmien u fl-ispazju. L-iggruppar tal-iskejjel jista' jkun fattur ta' titjib tas-sistema tal-edukazzjoni, l-istess bħalma jista' jwassal għall-aggravament tal-kriżi demografika fiz-zoni iżolati b'densitià dgħajfa. Bl-istess mod, iż-żieda għad-domanda tal-kura għall-anzjani tista' tkun opportunità ta' żvilupp ekonomiku reġjonali u ta' riorganizzazzjoni tal-istruttura spazjali tas-servizzi tal-kura. Iżda din iż-żieda tista' twassal ukoll għal tnaqqis fil-kwalità tas-servizz u għall-polarizzazzjoni soċjo-spazjali bejn iz-zoni li huma mgħammrin tajjeb u oħrajn li huma mgħammrin ħażin. Jekk l-esperjenza miksuba tindika li diversi soluzzjonijiet istituzzjonali huma possibbli (nuqqas ta' konċentrazzjoni, nuqqas ta' ċentralizzazzoni, federaliżmu) madankollu huwa mixtieq li r-reġjun jikkonstitwixxi politika sħiħa assenjata b'leġitimità b'saħħitha (elezzjoni, baġit) meta hija jkollha tħaddan deċiżjonjiet mimlija b'konsegwenzi għall-ħajja ta' kuljum tal-abitanti li r-riformi tal-qafas tat-tagħmir jwassal għat-tnaqqis fil-popolazzjoni. Il-kunflitti huma inevitabbli f'kuntest ta' rarefazzjoni tat-tagħmir u l-proċess tad-deċiżjoni għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjoni ddettaljata tal-popolazzjoni u r-rappreżentati lokali. Wieħed għandu jżomm f'moħħu b'mod partikulari l-kuntrasti bejn belt/kampanja jew bliet kbar/bliet żgħar li se joħorġu b'mod inevitabbli f'kuntest bħal dan. Il-mobilità tas-servizzi ta' spiss tista' tikkostitwixxi għażla utli għall-abbandunar ta' zoni iżolati, filwaqt li tevita tixrid ta' tagħmir li mhuwiex użat. Il-kwistjoni hawnhekk hija li nkunu nafu jekk il-politiki reġjonali ta' riorganizzazzjoni tal-istruttura spazjali tal-popolazzjoni u tat-tagħmir humiex se jkunu aktar immexxija bi prijorità mogħtija lill-effiċjenza ekonomika u permezz ta' volontà li jiddefendu l-ekwità soċjali u l-iżvilupp li jservi għal żmien twil. Fil-livell lokali, id-diffikultà prinċipali tikkonsisti f'li nagħrfu li huwa impossibbli għal villaġġ jew belt li ssolvi waħedha l-kwistjoni tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u t-tnaqqis fil-popolazzjoni. Fiz-zoni rurali li qegħdin fit-tnaqqis demografiku, kull villaġġ se jipprova jiddefendi l-iskola TIEGĦU jew il-ħwienet li jbigħu varjetà ta' oġġetti TIEGĦU, minħabba r-riskju li jidħlu f'kompetizzjoni mal-villaġġi ġirien u li jiżviluppaw l-istess strateġija u li twassal għall-għeluq ġenerali jew għall-infiq mhux permess tal-fondi pubbliċi biex isostnu attivitajiet li ma jħallux qligħ. Fiz-zoni urbani, l-istess tip ta' reżistenza tista' tidher bejn iċ-ċentri urbani li qegħdin fit-tnaqqis demografiku u l-periferiji f'żieda demografika, bir-riżultat ta' ħela ta' mezzi u ta' riċerka għal raġunijiet lokali sa kwistjonijiet ta' livell għoli. Jekk din il-kwistjoni nħalluha għal deċiżjoni awtoritarja fil-livell reġjonali u nazzjonali, ikun biss permezz tal-formazzjoni ta' strutturi ta' bejn il-villaġġi (komunitajiet tal-villaġġi, komunitajiet tal-agglomerazzjoni) jew

X

Page 13: Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida ......IP/B/REGI/IC/2007-044 11/07/2008 . PE 408.928 MT. Dan l-istudju sar fuq talba tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament

Reġjuni bi tnaqqis demografiku: paradigma ġdida demografika u territorjali

XI

billi nirrikorru għal-livelli intermedjarji (pajjiżi, "setturi tal-popolazzjoni" pereżempju) li nistgħu nittrattaw l-aħjar il-kwistjoni tal-istrutturazzjoni lokali tat-territorji meta inqisu bidliet demografiċi. Il-kwistjoni hawnhekk hija li nsiru nafu b'liema kondizzjonijiet ta' djalogu ma' dawk responsabbli mil-livelli superjuri jistgħu jinstabu sabiex l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jipparteċipaw mingħajr ma jkunu suġġetti għar-rikostruzzjoni li tikkonċernahom. Ta' min iżid li dan il-metodu ta' livelli differenti tal-governanza tax-"Shrinking Regions" ma għandux sempliċiment jopera b'mod vertikali iżda għandu wkoll ikollu dimensjoni orizzontali sabiex jevita li jfeġġu diskontinwitajiet bejn entitajiet politiċi u amministrattivi. Fil-livell ta' bejn il-fruntieri, mifruxa fuq firxa kbira kemm interkontinentali (fruntieri internazzjonali tal-UE), interreġjonali (fruntieri interni tal-UE), interreġjonali (limiti amministrattivi) u bejn il-lokalitajiet, jeżistu numru ta' opportunitajiet ta' koperazzjoni fil-qasam demografiku li ghandhom ma bdewx joperaw jew ftit li xejn bdew minħabba raġunijiet ta' ostakli politiċi, ġuridiċi u amministrattivi. Ma jonqsux l-eżempji ta' "Shrinking Regions" ġirien ta' reġjuni b'żieda demografika fejn tal-ewwel jorganizzaw il-qerda li tiswa ħafna ta' residenzi battala li jkunu saru inutli fil-waqt li l-oħrajn jibnu djar ġodda bi spejjeż ekonomiċi u ekoloġiċi kbar. Is-sitwazzonijiet kollha ta' komplementarjetà demografika bejn il-fruntieri ma jqajmux sitwazzjonijiet daqstant assurdi iżda ċertament li jeżisti depożitu ta' inizjattivi biex jiġi eżaminat fl-ispazju ta' kuntatt politiku. Il-kwistjoni hawnhekk hija li nsiru nafu jekk il-biża' tat-tnaqqis demografiku u tat-tixjiħ tal-popolazzjoni mhux sostenibbli humiex se jkun biżżejjed biex jittraxxendi l-kuntrarji jew l-animożitajiet fir-rigward tal-"barrani" u dan mil-livell interkontinentali (pereżempju is-sieħba Tramuntana-Nofsinhar fil-Mediterran) mil-livell internazzjonali (pereżempju, l-użu transkonfinali tal-isptarijiet) fil-livell ta' bejn il-lokalitajiet (pereżempju, l-użu komuni tas-servizzi pubbliċi tal-kura u tal-edukazzjoni).