4
Messaġġ mill-Patri Gwardjan: Dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-Ħniena… Hekk nitolbu fit-talba antika iżda daqstant ġdida tas-Salve Regina, biex Marija ma tedha qatt iddawwar lejna dawk l-għajnejn tagħha tal-Ħniena u tagħmel li jkun jistħoqqilna nikkontemplaw il-wiċċ tal-Ħniena ta’ Binha Ġesù (ara Misericor- diae Vultus, 24). Jekk inħarsu bir-reqqa lejn ix-xbieha tant għażiża tal-Madonna tas-Sokkors Per- petwu u nidħlu biex ngħidu hekk, fir-ruħ ta’ min pingiha, nintebħu x’tagħlima hemm għalina f’din l-ikona. Wara kollox dan huwa l-ħsieb li hemm moħbi wara l-ikoni! Għajnejn il-Madonna huma kbar, donnhom iridu jgħidulna li ruħha hija mimlija biss bil-ħsieb ta’ Alla. Imma għajnejha sbieħ u kemm kemm miksura, qegħdin iħarsu lejna, biex jgħidulna naħarbu d-dnub li tant iweġġa’ l-qalb ħanina ta’ Alla tagħna. F’dawn il-ġranet sbieħ tal-Għid li fihom in-nisrani jiċċelebra l-akbar festa tiegħu, jiġifieri r-rebħa ta’ Kristu fuq id-dnub u l-mewt, tiġi quddiemna din ix-xbieha tal- Verġni Mqaddsa Marija li ma tafx x’inhu dnub u li ħajjitha hija ħaġa waħda ma’ dik tal-Feddej. Forsi mhux dan li jridu jfakkruna dawk l-idejn imbierka ta’ Ġesù u l-Madonna li naraw iżommu f’ta’ xulxin? Kemm tama tnissel fina d-dehra tat-tfajjel Ġesù fuq driegħ Ommu Marija, u tħeġġiġna biex aħna lkoll, ulied Eva, nersqu fi ħdanha! In-nisrani jaf li din l-Omm qatt m’hi se titilqu, għaliex kif hija kienet ħaġa waħda ma’ Binha, hekk ukoll se tkun ma’ kull wieħed u waħda minna li taħt is-salib laqgħetna bħala wliedha. Lejna hija tixħet il-ħarsa tagħha ta’ Omm kollha ħniena li tinsab dejjem lesta biex iddewwi l-ġrieħi tagħna bid-duwa tal-maħfra tal-Missier. Fil-ħarsa ħelwa tagħha, aħna lkoll midinbin, nilmħu l-ħarsa tal-Missier, għani fil- Ħniena. Kemm nies b’qalbhom maqsuma, jiġu fis-skiet tal-kappella jpoġġu fi ħdan il-Madonna tas-Sokkors il-weġgħat tagħhom u jħossu t-tgħanniqa tagħha, għax hija Omm ħanina bħall-Missier. Marija tgħinna biex kif fiha nsibu l-Ħniena, hekk ukoll aħna nuru ħniena ma’ ħutna. P. Anton Farrugia, ofm Ħolqa li tgħaqqad flimkien il-kommunita’ nisranija li tinġabar tagħti qima lill-Mulej fil-knisja tal-Franġiskani, Ħamrun - Festa Madonna tas-Sokkors - 2016 San Franġisk

San Franġiskofm.org.mt/downloads/san_frangisk/SFrangisk_Sokkors2016.pdfĦamruniż Ronnie Pisani tissimbolizza l-evanġelista San Ġwann, dak li fi sbiħ il-jum tal-Qawmien, kien l-ewwel

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: San Franġiskofm.org.mt/downloads/san_frangisk/SFrangisk_Sokkors2016.pdfĦamruniż Ronnie Pisani tissimbolizza l-evanġelista San Ġwann, dak li fi sbiħ il-jum tal-Qawmien, kien l-ewwel

Messaġġ mill-Patri Gwardjan:

Dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-Ħniena…Hekk nitolbu fit-talba antika iżda daqstant ġdida tas-Salve Regina, biex Marija ma tedha qatt iddawwar lejna dawk l-għajnejn tagħha tal-Ħniena u tagħmel li jkun jistħoqqilna nikkontemplaw il-wiċċ tal-Ħniena ta’ Binha Ġesù (ara Misericor-diae Vultus, 24).

Jekk inħarsu bir-reqqa lejn ix-xbieha tant għażiża tal-Madonna tas-Sokkors Per-petwu u nidħlu biex ngħidu hekk, fir-ruħ ta’ min pingiha, nintebħu x’tagħlima hemm għalina f’din l-ikona. Wara kollox dan huwa l-ħsieb li hemm moħbi wara l-ikoni!

Għajnejn il-Madonna huma kbar, donnhom iridu jgħidulna li ruħha hija mimlija biss bil-ħsieb ta’ Alla. Imma għajnejha sbieħ u kemm kemm miksura, qegħdin iħarsu lejna, biex jgħidulna naħarbu d-dnub li tant iweġġa’ l-qalb ħanina ta’ Alla tagħna.

F’dawn il-ġranet sbieħ tal-Għid li fihom in-nisrani jiċċelebra l-akbar festa tiegħu, jiġifieri r-rebħa ta’ Kristu fuq id-dnub u l-mewt, tiġi quddiemna din ix-xbieha tal-Verġni Mqaddsa Marija li ma tafx x’inhu dnub u li ħajjitha hija ħaġa waħda ma’ dik tal-Feddej. Forsi mhux dan li jridu jfakkruna dawk l-idejn imbierka ta’ Ġesù u l-Madonna li naraw iżommu f’ta’ xulxin?

Kemm tama tnissel fina d-dehra tat-tfajjel Ġesù fuq driegħ Ommu Marija, u tħeġġiġna biex aħna lkoll, ulied Eva, nersqu fi ħdanha! In-nisrani jaf li din l-Omm qatt m’hi se titilqu, għaliex kif hija kienet ħaġa waħda ma’ Binha, hekk ukoll se tkun ma’ kull wieħed u waħda minna li taħt is-salib laqgħetna bħala wliedha. Lejna hija tixħet il-ħarsa tagħha ta’ Omm kollha ħniena li tinsab dejjem lesta biex iddewwi l-ġrieħi tagħna bid-duwa tal-maħfra tal-Missier.

Fil-ħarsa ħelwa tagħha, aħna lkoll midinbin, nilmħu l-ħarsa tal-Missier, għani fil-Ħniena. Kemm nies b’qalbhom maqsuma, jiġu fis-skiet tal-kappella jpoġġu fi ħdan il-Madonna tas-Sokkors il-weġgħat tagħhom u jħossu t-tgħanniqa tagħha, għax hija Omm ħanina bħall-Missier.

Marija tgħinna biex kif fiha nsibu l-Ħniena, hekk ukoll aħna nuru ħniena ma’ ħutna.

P. Anton Farrugia, ofm

Ħolqa li tgħaqqad flimkien il-kommunita’ nisranija li tinġabar tagħti qima lill-Mulej fil-knisja tal-Franġiskani, Ħamrun - Festa Madonna tas-Sokkors - 2016

San Franġisk

Page 2: San Franġiskofm.org.mt/downloads/san_frangisk/SFrangisk_Sokkors2016.pdfĦamruniż Ronnie Pisani tissimbolizza l-evanġelista San Ġwann, dak li fi sbiħ il-jum tal-Qawmien, kien l-ewwel

Żur il-website tagħna: www.frangiskani.net

Ajkla tal-irħam fuq il-pulptu

Fil-Lejl qaddis ta’ bejn is-26 u s-27 ta’ Marzu, li fih il-Knisja mad-dinja kollha ċċelebrat il-Qawmien ta’ Kristu mill-imwiet, il-Vigarju, P. Charles M. Grech ofm, bit-Tħabbira tal-Għid u l-kant tal-Evanġelju, inawgura l-leġiju forma ta’ ajkla li ġie skolpit fl-irħam abjad biex jikkumplimenta l-pulptu monumentali tal-knisja tagħna. Din l-opra artistika, biċċa xogħol oħra tal-marmista Ħamruniż Ronnie Pisani tissimbolizza l-evanġelista San Ġwann, dak li fi sbiħ il-jum tal-Qawmien, kien l-ewwel wieħed fost l-Appostli li wasal ħdejn il-qabar vojt, ra u emmen (Ġw 20, 1-10). Fl-omelija tiegħu, il-Gwardjan, P. Anton Farrugia ofm, fisser kif it-tħabbira tal-Kelma ta’ Alla, fid-dawl tal-Blandun, hija tħabbira dejjiema tal-misteru tal-Għid li tagħmel mill-ambone mzejjen bil-fjuri u l-qsari, ikona tal-qabar ta’ Kristu u tal-ġnien fejn qiegħdu il-ġisem mejjet ta’ Ġesù, fl-istennija tal-qaw-mien tiegħu mill-imwiet.

Ingħataw l-Aħħar Tislima

Mary Busutill li mietet fid-19 ta’ Frar fl-età ta’ 72 sena; Maria Xerri li mietet fl-4 ta’ Marzu fl-għomor ta’ 84 sena; Mary Debono li mietet fit-12 ta’ Marzu fl-għomor ta’ 87 sena; Elizabeth Cuschieri li mietet fis-26 ta’ Marzu fl-għomor ta’ 82 sena; Gaetana Gauci li mietet fl-4 ta’ April fl-età ta’ 74 sena; u Adelina Camilleri Blundell li mietet fl-10 t’April fl-età ta’ 72 sena. Il-Mulej jagħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem u jfarraġ lill-famil-jari tagħhom bil-fidi fi Kristu li miet u qam mill-imwiet.

Vista Kanonika Bejn it-2 u t-3 ta’ Marzu, l-W.R.Provinċjal, P. Richard S. Grech ofm żar il-kunvent u l-knisja, fejn wara li tkel-lem mal-Patrijiet, mexxa konċelebrazzjoni ewkaris-tika li matulha ra kif inhuma miżmuma r-relikwi tal-Qa-ddisin, iż-Żjut Imqaddsa u s-Ssmu. Sagrament.

Il-Provinċjal jagħmel din iż-żjara, mitluba minnu mill-Ligi Kanonika, bejn Kapitlu u iehor.

Page 3: San Franġiskofm.org.mt/downloads/san_frangisk/SFrangisk_Sokkors2016.pdfĦamruniż Ronnie Pisani tissimbolizza l-evanġelista San Ġwann, dak li fi sbiħ il-jum tal-Qawmien, kien l-ewwel

L-istatwa devota tad-Duluri li fil-

jiem tal-Ġimgħa mqaddsa tinħareġ

min-niċċa tagħha u tintrama fil-

knisja, iżżejnet b’sett ta’ brazzi u

arranġamenti ta’ fjuri artifiċjali li

komplew jagħtuha dehra tassew

sabiħa. Madwar din ix-xbieha, nhar

Sibt il-Għid filgħodu ta’ kull sena

ssir iċ-ċelebrazzjoni hekk imsejħa

Is-Siegħa tal-Omm li tintemm billi xi

nisa jidilku l-artal b’żejt ifuħ b’tifkra

ta’ dak li riedu jagħmlu n-nisa twajba

tal-Vanġelu meta marru biex jidilku

l-ġisem mejjet ta’ Ġesù imma ma

sabuhx!

Brazzi mal-istatwa tad-Duluri

Nhar it-Tnejn 21 ta’ Marzu

fis-7.30 ta’ filgħaxija sar

kunċert ta’ mużika sagra

fl-okażżjoni tal-Ġimgħa

Mqaddsa. Dan il-kunċert

ttella’ mill-Għaqda

mużikali tal-Immakulata

Kunċizzjoni taħt id-direz-

zjoni tal-Assistant Surmast

Anthony Carbonaro u kien

imżewwaq b’qari ta’ siltiet

mill-Enċiklika Redemp-

toris Mater tal-Papa San

Ġwanni Pawlu II. Fil-bidu

Kunċert ta’ mużika sagra

tal-kunċert, il-Gwardjan

ħa l-okażżjoni biex ifak-

kar lill-Arċisqof emeritus

Mons. Ġużeppi Mercieca

li kienet għadha kemm

tħabbret il-mewt tiegħu.

Page 4: San Franġiskofm.org.mt/downloads/san_frangisk/SFrangisk_Sokkors2016.pdfĦamruniż Ronnie Pisani tissimbolizza l-evanġelista San Ġwann, dak li fi sbiħ il-jum tal-Qawmien, kien l-ewwel

Computersetting: Fr. Charles Michael Grech ofm - [email protected]: Duraprint press.

Programm taċ-ċelebrazzjonijiet f’ġieħil-Madonna tas-Sokkors Perpetwu.

Kull nhar ta’ Erbgħa mit-30 ta’ Marzu sal-4 ta’ MejjuFis-6.00 pm Talba tan-Novena.

Fis-6.30 pm Quddiesa bl-omelija minn Dun Andrew Borg.

L-Erbgħa 11 ta’ Mejju: Jum il-FestaFis-6.00 am Quddiesa bis-salmi tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.

Fis-7.00 am Quddiesa mill- W.R. Kappillan, Dun Mario Mifsud.

Fit-8.15 am Talba tan-Novena.

Fit-8.30 am Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-E.T.Mons. Silvestru Magro

O.F.M , Isqof emeritus ta’ Benghazi fil-Libja.

Fis-6.00 pm Għasar kantat.

Fis-6.30 pm Pellegrinaġġ bix-xbieha devota tal-Madonna tas-Sokkors li jgħaddi

minn Triq il-Franġiskani għal Triq Lord Byron, Triq Adelaide Cini, Triq Ġużè Pace,

jieqaf fil-knisja parrokkjali u jkompli fi Triq il-Kappillan Mifsud għal Triq Ċensu

Buġeja u lura minn Triq Villambrosa għall-knisja, fejn issir Quddiesa.

Inħeġġu lid-devoti biex nimxu flimkien wara x-xbieha tal-Madonna u lin-nies tat-toroq minn fejn se jgħaddi l-pellegrinaġġ biex iżejnu t-twieqi u l-gallariji tagħhom. Infakkru li kull min jieħu sehem fin-Novena u fil-Pellegrinaġġ jista’ jikseb l-Indulġenza Plenarja bil-kundizzjoni-

jiet tas-soltu: Qrara, Tqarbina u Talba skont il-fehma tal-Papa.