60
Rapport Speċjali Bijodiversità agrikola: il-kontribuzzjoni mill-PAK ma waqqfitx it -tnaqqis MT 2020 13

SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

  • Upload
    others

  • View
    3

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

Rapport Speċjali Bijodiversità agrikola: il-kontribuzzjoni mill-PAK ma waqqfitx it-tnaqqis

MT 2020 13

Page 2: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

2

Werrej

Paragrafu

Sommarju eżekuttiv I-VIII

Introduzzjoni 01-13 It-tnaqqis fil-bijodiversità tal-art agrikola jirrappreżenta theddida kbira 01-08

L-azzjonijiet li ttieħdu mill-UE u fil-livell internazzjonali biex jitwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità 09-13

Ambitu u approċċ tal-awditjar 14-18

Osservazzjonijiet 19-73 Lakuni fit-tfassil tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità, kif ukoll fil-koordinazzjoni tagħha mal-PAK u l-monitoraġġ tagħha 19-37 L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità hija nieqsa mir-rigorożità f’dak li jirrigwarda l-Mira 3A, u l-indikaturi relatati juru dgħufijiet 20-27

L-ebda strateġija tal-UE għall-konservazzjoni tad-diversità ġenetika 28-30

Il-Kummissjoni tistma b’mod eċċessiv l-ammont li hija tonfoq fuq il-bijodiversità 31-37

Il-biċċa l-kbira mill-finanzjament tal-PAK ftit li xejn għandu impatt pożittiv fuq il-bijodiversità 38-60 Il-biċċa l-kbira mill-pagamenti diretti ma jikkontribwixxux għaż-żamma jew għat-tisħiħ tal-bijodiversità tal-art agrikola 39-40

L-iskema ta’ sanzjonijiet relatati mal-kundizzjonalità ma għandha l-ebda impatt ċar fuq il-bijodiversità tal-art agrikola 41-50

Il-potenzjal tal-ekoloġizzazzjoni biex titjieb il-bijodiversità mhuwiex żviluppat biżżejjed 51-60

Xi skemi ta’ żvilupp rurali għandhom il-potenzjal li jtejbu l-bijodiversità tal-art agrikola 61-73 Il-miżuri agroambjentali klimatiċi kif ukoll dawk ta’ Natura 2000 u tal-biedja organika għandhom l-akbar potenzjal f’dak li jirrigwarda ż-żamma jew it-tisħiħ tal-bijodiversità tal-art agrikola 62-64

Miżuri agroambjentali klimatiċi li jkunu inqas eżiġenti għandhom rati ogħla ta’ parteċipazzjoni 65-67

Page 3: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

3

Il-bdiewa li jaħdmu r-raba’ huma inqas probabbli li jimpenjaw lilhom infushom għal miżuri agroambjentali klimatiċi rilevanti għall-bijodiversità 68-69

L-iskemi bbażati fuq ir-riżultati għandhom effetti pożittivi, iżda huma rari 70

Ftit huma l-indikaturi tal-iżvilupp rurali li jiffukaw fuq ir-riżultati u ħafna minnhom ma ġewx aġġornati reċentement 71-73

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 74-82

Annessi Anness I – Xogħol prinċipali tal-awditjar fil-livell tal-Istati Membri

Anness II – Indikaturi tal-bijodiversità

Termini u abbrevjazzjonijiet

Risposti tal-Kummissjoni

Kronoloġija

Tim tal-awditjar

Page 4: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

4

Sommarju eżekuttiv I Fl-Ewropa, l-għadd u l-varjetà tal-ispeċijiet ta’ annimali preżenti fuq art agrikola – “bijodiversità tal-art agrikola” – naqsu matul ħafna snin. Mill-1990 ’il hawn, pereżempju, il-popolazzjonijiet tal-għasafar f’żoni agrikoli u tal-friefet tal-bwar naqsu b’aktar minn 30 %.

II Fl-2011, il-Kummissjoni adottat strateġija għall-bijodiversità, bil-għan li sal-2020 jitwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistemi, u biex sa fejn ikun possibbli dawn jiġu restawrati. B’mod partikolari, hija impenjat lilha nfisha li żżid il-kontribuzzjoni tal-agrikoltura u l-forestrija għaż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità. Dan wettqitu fil-kuntest ta’ impenn internazzjonali favur dan l-objettiv li jirriżulta mir-ratifika tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika, kemm mill-Istati Membri kollha kif ukoll mill-UE nfisha.

III Għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni ppjanat li tonfoq 8.1 % tal-baġit tal-UE (EUR 86 biljun) fuq il-bijodiversità; 77 % minn dan l-ammont (EUR 66 biljun) ġejjin mill-politika agrikola komuni (PAK). Ir-rwol tal-UE f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità agrikola huwa kruċjali minħabba li l-UE tistabbilixxi standards ambjentali permezz ta’ leġiżlazzjoni u tikkofinanzja l-biċċa l-kbira mill-infiq agrikolu tal-Istati Membri.

IV L-iskop ta’ dan l-awditu kien li jivvaluta l-kontribuzzjoni li saret mill-PAK għaż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità. Aħna eżaminajna l-isforzi tal-UE biex tikseb il-miri tal-bijodiversità li hija stabbiliet għall-2020, u nipprovdu rakkomandazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tħejjijiet leġiżlattivi attwali għall-PAK 2021-2027 u għall-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-bijodiversità wara l-2020.

V Aħna vvalutajna jekk l-UE kinitx fasslet l-istrateġija tagħha għall-bijodiversità u l-qafas legali tal-PAK għall-2014-2020 biex tiġi kkonservata aħjar il-bijodiversità. Aħna eżaminajna wkoll kif il-Kummissjoni mmonitorjat u evalwat il-progress li sar lejn il-mira tal-agrikoltura għall-2020 tal-istrateġija tagħha għall-bijodiversità. Fl-aħħar nett, aħna vvalutajna l-punt sa fejn l-azzjoni tal-UE u tal-Istati Membri kkontribwiet biex tinkiseb il-mira tal-agrikoltura għall-2020.

Page 5: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

5

VI Aħna sibna li l-formulazzjoni tal-mira tal-agrikoltura u l-azzjonijiet fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 jagħmluha diffiċli biex jitkejjel il-progress. Aħna sibna wkoll nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-politiki u l-istrateġiji tal-UE, b’riżultat minnhom ikun li dawn ma jindirizzawx it-tnaqqis fid-diversità ġenetika. Fl-aħħar nett, aħna sibna li s-segwiment imwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward tal-infiq taħt il-PAK għall-bijodiversità mhuwiex affidabbli.

VII Fejn magħruf, l-effett tal-pagamenti diretti taħt il-PAK – 70 % tan-nefqa tal-UE għall-agrikoltura – fuq il-bijodiversità tal-art agrikola huwa limitat. Xi rekwiżiti tal-pagament dirett, notevolment l-ekoloġizzazzjoni, kif ukoll il-kundizzjonalità, għandhom il-potenzjal li jtejbu l-bijodiversità, iżda l-Kummissjoni u l-Istati Membri taw preferenza lill-għażliet b’impatt baxx. L-istrumenti tal-iżvilupp rurali tal-UE għandhom potenzjal akbar mill-pagamenti diretti f’dak li jirrigwarda ż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità. Madankollu, l-Istati Membri relattivament rari jużaw miżuri ta’ żvilupp rurali b’impatt għoli bħal skemi bbażati fuq ir-riżultati u skemi “ferm ekoloġiċi”.

VIII Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

1. Ittejjeb il-koordinazzjoni u t-tfassil tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għal wara l-2020 – u għal dan il-għan, issegwi wkoll l-infiq b’mod aktar preċiż;

2. Issaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-pagamenti diretti għall-bijodiversità tal-art agrikola;

3. Iżżid il-kontribuzzjoni tal-iżvilupp rurali għall-bijodiversità tal-art agrikola; u

4. Tiżviluppa indikaturi affidabbli għall-valutazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità tal-art agrikola.

Page 6: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

6

Introduzzjoni

It-tnaqqis fil-bijodiversità tal-art agrikola jirrappreżenta theddida kbira

01 It-tnaqqis globali fil-bijodiversità huwa rikonoxxut b’mod ġenerali. Fl-2019, il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES) wissiet dwar il-fatt li t-tnaqqis qed iseħħ b’rati mingħajr preċedent fl-istorja tal-bniedem – madwar 1 000 000 speċi ta’ annimali u pjanti fid-dinja kollha huma attwalment mhedda li jiġu estinti1. F’Jannar 2020, il-Forum Ekonomiku Dinji kklassifika t-telfien tal-bijodiversità u l-kollass tal-ekosistemi bħala waħda mill-ħames theddidiet ewlenin li d-dinja qed tiffaċċja2, kemm mil-lat tal-probabbiltà kif ukoll minn dak tal-impatt.

02 Ir-rapport tal-2019 dwar l-Istat tal-Ambjent, maħruġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)3, sab li l-intensifikazzjoni agrikola għadha waħda mill-kawżi prinċipali tat-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistema fl-Ewropa. F’ħafna żoni tal-Ewropa, l-intensifikazzjoni ttrasformat il-pajsaġġi li preċedentement kienu varjati, li jikkonsistu f’ħafna għelieqi żgħar u ħabitats, f’terren uniformi u kontinwu maħdum b’makkinarju kbir u b’forza tax-xogħol imnaqqsa ħafna (ara l-Figura 1). Dan wassal għal tnaqqis fl-abbundanza u fid-diversità tal-veġetazzjoni naturali u, b’riżultat ta’ dan, fl-ispeċijiet tal-annimali4. Studju li twettaq mill-Ġermanja fl-2017 biex titkejjel il-bijomassa totali tal-insetti, permezz ta’ nases li jintużaw fi 63 żona ta’ protezzjoni tan-natura, bil-għan li tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-istat u x-xejra tal-ispeċijiet lokali, stima li fuq perjodu ta’ 27 sena t-tnaqqis staġjonali fil-bijomassa tal-insetti li jtiru kien ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 %5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata f’dan ir-rapport ġiet ikkontestata, studji oħra jappoġġaw il-konklużjoni dwar ix-xejra kumplessiva6.

1 L-IPBES: “Global assessment report on biodiversity and ecosystem services”, 2019. 2 Il-Forum Ekonomiku Dinji: “Global Risks Report”, 2020. 3 L-EEA: “The European environment – state and outlook 2020”, 2019. 4 L-IPBES: “Regional assessment report on biodiversity and ecosystem services for Europe

and Central Asia”, 2018. 5 Hallmann et al.: “More than 75 percent decline over 27 years in total flying insect biomass

in protected areas”, PLoS ONE 12, 2017. 6 Early, C.: “Insect armageddon – the devil is in the detail”, Ecologist, 3 ta’ Novembru 2017.

Page 7: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

7

Figura 1 – Tnaqqis fil-bijodiversità tal-art agrikola minħabba intensifikazzjoni fl-użu tal-art

Sors: il-QEA.

03 Il-popolazzjonijiet tal-għasafar f’żoni agrikoli huma meqjusa bħala indikatur tajjeb tal-bidliet fil-bijodiversità tal-art agrikola minħabba li l-għasafar għandhom rwol sinifikanti fil-katina alimentari u jinsabu f’ħafna ħabitats varjati. L-indiċi aggregat tal-popolazzjoni tal-għasafar, li ġie ppubblikat l-aktar reċentement, juri li mill-1990 ’il hawn kien hemm tnaqqis fl-ispeċijiet tal-għasafar; b’mod l-aktar partikolari, l-Indiċi tal-Għasafar f’Żoni Agrikoli (FBI) tal-UE juri tnaqqis ta’ 34 % fost id-39 speċi komuni fuq l-art agrikola. Fl-istess perjodu, l-Indiċi tal-Għasafar Forestali żdied b’0.1 % – li jindika li l-agrikoltura hija fattur ewlieni sinifikanti għat-telfien tal-bijodiversità (ara l-Figura 2).

Ħabitats seminaturali u agrikoltura estensiva – għadd kbir ta’ speċijiet u ħabitats ta’

bwar

Intensifikazzjoni tal-agrikoltura – tnaqqis gradwali tal-ispeċijiet u tal-ħabitats ta’ bwar

Agrikoltura intensiva –input għoli ta’

nutrijenti, tnaqqis sinifikanti fl-ispeċijiet u fil-ħabitats ta’ bwar

Page 8: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

8

Figura 2 – Għasafar f’żoni agrikoli u għasafar forestali komuni – Indiċi tal-popolazzjoni tal-għasafar fl-UE

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Eurostat (2020).

04 Bħall-għasafar, il-friefet huma preżenti f’għadd ta’ ħabitats u jirreaġixxu rapidament għall-bidliet fil-kundizzjonijiet ambjentali. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, li jakkumpanja r-rieżami ta’ nofs il-mandat dwar l-istrateġija għall-bijodiversità sal-2020, jiddikjara li l-friefet huma rappreżentattivi ta’ ħafna tipi oħra ta’ insetti7. L-Indiċi Ewropew għall-Friefet tal-Bwar l-aktar reċenti huwa mill-2017. Dan juri li l-għadd totali ta’ 17-il farfett tipiku naqas b’39 % mill-1990 ’il hawn, u jindika telfien konsiderevoli ta’ bijodiversità tal-bwar (ara l-Figura 3), għalkemm mill-2013 ’il hawn is-sitwazzjoni stabbilizzat. Kien hemm 14-il Stat Membru8 li kkontribwew għad-data l-aktar reċenti dwar il-monitoraġġ tal-friefet.

7 Il-Kummissjoni: id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – “EU assessment of

progress in implementing the EU biodiversity strategy to 2020 (2/3)”, SWD(2015) 187 final, li jakkumpanja r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – “Ir-Rieżami ta’ Nofs il-Mandat dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020”, COM(2015) 478 final, p. 20.

8 Il-Belġju, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.

0

10

20

30

40

50

60

70

80

90

100

1990 1992 1994 1996 1998 2000 2002 2004 2006 2008 2010 2012 2014 2016 2018

Indi

ċi ta

l-pop

olaz

zjon

i (19

90 =

100

)

Għasafar komuni tar-raba’ − 34 %

Għasafar forestali komuni + 0.1 %(34 speċi)

(39 speċi)

Page 9: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

9

Figura 3 – Indiċi Ewropew għall-Friefet tal-Bwar

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EEA (2019).

05 Natura 2000 hija network ta’ siti ewlenin ta’ tnissil u mistrieħ għall-ispeċijiet rari u mhedda, kif ukoll ċerti tipi ta’ ħabitats naturali rari fl-UE. Iċ-ċiklu ta’ rappurtar l-aktar reċenti għal Natura 2000 u d-Direttivi relatati dwar il-Ħabitats u l-Għasafar, li jkejlu s-sitwazzjoni ta’ speċijiet u ħabitats li kienu ta’ interess għall-UE matul il-perjodu 2013-2018, juru li s-sitwazzjoni kienet marret għall-agħar meta mqabbla ma’ dik tal-perjodu 2007-2012: il-proporzjon ta’ ħabitats bi stat ta’ konservazzjoni “mhux favorevoli” żdied minn 69 % għal 72 %9. Fl-2019, l-EEA rrappurtat10 li l-agrikoltura kienet bil-bosta s-sors prinċipali ta’ pressjoni fuq il-ħabitats ta’ bwar protetti minn Natura 2000 (ara l-Figura 4).

9 https://www.eea.europa.eu/themes/biodiversity/state-of-nature-in-the-eu/article-17-

national-summary-dashboards/conservation-status-and-trends.

10 L-EEA: “The European environment – state and outlook 2020”, 2019.

Indi

ċi t

al-p

opol

azzj

oni (

1990

= 1

00)

0102030405060708090

100

− 39 % (2017)

100908070605040302010

0

Page 10: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

10

Figura 4 – Pressjonijiet ewlenin fuq il-ħabitats ta’ bwar fiż-żoni ta’ Natura 2000

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EEA (2019).

06 Is-sitwazzjoni tal-bijodiversità fl-Ewropa tvarja, u għalhekk l-Istati Membri jiffaċċjaw sfidi differenti. Pereżempju, fil-Bulgarija u fir-Rumanija, li b’mod ġenerali għadhom jitqiesu li għandhom bijodiversità rikka (minħabba, fost affarijiet oħra, prattiki agrikoli mhux intensivi u aktar tradizzjonali kif ukoll irziezet iżgħar), xi studji kkonkludew li kien suffiċjenti li jinżamm l-istat tal-bijodiversità eżistenti11. Fi Stati Membri oħra, bħan-Netherlands u l-Ġermanja, fejn il-biedja intensiva hija ħafna aktar komuni, ix-xjenzati jqisu li hemm il-ħtieġa li tiġi stabbilita mill-ġdid il-bijodiversità f’żoni fejn l-ispeċijiet u l-ħabitats naturali rikki għebu matul dawn l-aħħar deċennji12.

07 F’Marzu 2020, il-Kummissjoni ppubblikat rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-impatt tal-PAK fuq il-ħabitats, il-pajsaġġi u l-bijodiversità13. Skont l-evalwazzjoni, ma kienx possibbli li ssir valutazzjoni tal-impatt globali minħabba n-nuqqas ta’ data adatta dwar il-monitoraġġ. Hija kkonkludiet li l-Istati Membri ma kinux għamlu użu suffiċjenti mill-istrumenti tal-PAK li huma disponibbli biex jipproteġu l-karatteristiċi seminaturali, b’mod partikolari l-bwar, jew biex jiżguraw li l-ħabitats seminaturali kollha li jistgħu jiġu kkultivati għal finijiet agrikoli jkunu eliġibbli għal pagamenti diretti. Hija sabet ukoll li l-Istati Membri setgħu użaw firxa usa’ ta’ miżuri tal-PAK biex jappoġġaw il-koeżistenza tal-agrikoltura mal-bijodiversità. Barra minn hekk, it-tfassil u l-finanzjament ta’ miżuri

11 Sutcliffe et al.: “Harnessing the biodiversity value of central and eastern European

farmland”, Diversity and Distributions, 21, 2015.

12 Erisman et al.: “Agriculture and biodiversity: a better balance benefits both”, AIMS Agriculture and Food, 1(2), 2016; BfN: “Agriculture Report: Biological diversity in agricultural landscapes”, 2017.

13 Alliance Environnement: “Evaluation of the impact of the CAP on habitats, landscapes, biodiversity”, Novembru 2019.

Sal-2020, jiġu mmassimizzati ż-żoni agrikoli fil-bwar, fir-raba’ li jinħadem u fl-għelejjel permanenti li huma koperti minn miżuri relatati mal-bijodiversità taħt il-PAK, bil-għan li:• tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-bijodiversità • isir titjib li jista’ jitkejjel

• fl-istat ta’ konservazzjoni tal-speċijiet u tal-ħabitats li jiddependu fuq, jew li huma affettwati mill-agrikoltura• fil-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema bi tqabbil max-Xenarju bażi EU2010, u b’hekk isir kontribut għat-tisħiħ tal-

ġestjoni sostenibbli

Azzjoni 8: Titjib tal-pagamenti diretti għall-prodotti pubbliċi ambjentali fil-PAK tal-UE

Azzjoni 9: Indirizzar aħjar tal-Iżvilupp Rurali għall-konservazzjoni tal-bijodiversità

Azzjoni 10: Konservazzjoni tad-diversità ġenetika tal-agrikoltura tal-Ewropa

Page 11: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

11

agroambjentali klimatiċi (AECMs), li jipprovdu appoġġ lill-irziezet li jipprattikaw il-kultivazzjoni intensiva tal-għelejjel, ma kinux suffiċjentement attraenti biex iwasslu għall-bidliet fil-ġestjoni meħtieġa biex titjieb il-prestazzjoni tal-bijodiversità.

08 L-influwenza tal-PAK fuq is-sitwazzjoni tal-bijodiversità tal-art agrikola mhijiex magħrufa għall-UE kollha kemm hi. Madankollu, studju li ġie ppubblikat fl-201914 dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċekja pprovda evidenza li l-agrikoltura intensifikat b’mod konsiderevoli wara li l-pajjiż issieħeb fl-UE fl-2004, u li l-popolazzjonijiet tal-għasafar f’żoni agrikoli naqsu minn dik l-istess sena. L-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa Daniżi sabet, sadanittant, li t-tnaqqis qawwi fil-popolazzjonijiet tal-insetti deskritt f’żewġ studji Ġermaniżi mill-2017 (ara l-paragrafu 02) u mill-201915 kien fil-biċċa l-kbira marbut mill-qrib mal-irtirar tas-serħan obbligatorju tal-art mir-regoli tal-PAK fl-200916. Il-Komunità Ekonomika Ewropea introduċiet is-serħan tal-art fl-1988 bil-għan li tgħin biex jitnaqqsu l-eċċessi kbar u għaljin li jiġu prodotti fl-Ewropa taħt is-sistema ta’ prezzijiet garantiti tal-PAK u biex jitwasslu benefiċċji ambjentali. Il-bdiewa kienu meħtieġa jħallu proporzjon mill-art tagħhom barra mill-produzzjoni intensiva.

L-azzjonijiet li ttieħdu mill-UE u fil-livell internazzjonali biex jitwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità

09 Kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri ffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB) fl-1992 u fl-1993. Il-Kunsill Ewropew (il-Kunsill) approva l-KDB fl-199317. Fl-2010, il-partijiet kollha għall-KDB, inklużi l-UE u l-Istati Membri tagħha, ħadu l-impenn li jirrispettaw il-miri tal-bijodiversità ta’ “Aichi”, li jistabbilixxu l-qafas globali għal azzjoni prijoritarja dwar il-bijodiversità għall-perjodu sal-2020. Il-mekkaniżmu prinċipali ta’ koordinazzjoni fl-UE huwa l-Grupp ta’ Ħidma dwar Kwistjonijiet Ambjentali Internazzjonali (Bijodiversità) tal-Kunsill. L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u s-17-il għan tagħha (SDGs), li ġew adottati min-NU fl-2015, ipprovdew ukoll momentum ġdid għall-bijodiversità. Il-miri prinċipali ta’ “Aichi” u l-SDGs rilevanti għall-bijodiversità tal-art agrikola jidhru fil-Figura 5.

14 Reif et al.: “Collapse of farmland bird populations in an Eastern European country following

its EU accession”, Conservation Letters, 2019. 15 Seibold et al.: “Arthropod decline in grasslands and forests is associated with drivers at

landscape level”, Nature, 2019.

16 Deter, A.: “Insektenrückgang: Dänischer Bauernverband sieht Zusammenhang mit EU-Agrarpolitik“, TopAgrar Premium, 2019.

17 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (93/626/KEE).

Page 12: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

12

Figura 5 – Miri prinċipali ta’ Aichi għall-2020 u SDGs għall-2030 li huma rilevanti għall-agrikoltura

Sors: il-QEA, ibbażat fuq pubblikazzjonijiet tan-NU.

10 Biex tissodisfa l-impenji tagħha skont il-KDB, fl-1998 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar Strateġija Ewropea għall-Bijodiversità. Fl-2001, hija pproduċiet l-ewwel pjan ta’ azzjoni tagħha, li aġġornat fl-2006, u li mbagħad ġie sostitwit fl-2011 bi strateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-perjodu sal-2020. Il-Kunsill (fl-2011)18 u l-Parlament Ewropew (fl-2012)19 approvaw l-istrateġija, li fiha sitt miri. Il-Mira 3 tiffoka fuq iż-żieda tal-kontribuzzjoni tal-agrikoltura u tal-forestrija għaż-żamma u għat-titjib tal-bijodiversità. Il-Mira 3A, il-mira tal-agrikoltura, tinkludi impenn ġenerali, tliet azzjonijiet u ħames sottoazzjonijiet (ara l-Figura 6).

18 Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 – Konklużjonijiet adottati mill-Kunsill (Ambjent)

fil-21 ta’ Ġunju 2011 (ST11978/11). 19 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ April 2012 dwar l-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-

kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (2011/2307(INI)).

46 % Agrikoltura17 %

Oħrajn

13 % Proċessi naturali

9 % Speċijiet aljeni u

problematiċi 9 % Pressjoni

urbana, kostruzzjoni

6 % Forestrija

Page 13: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

13

Figura 6 – Mira 3A tal-agrikoltura tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 u azzjonijiet relatati

Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.

11 Fil-Kummissjoni, id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DĠ ENV) għandu r-responsabbiltà kumplessiva li jipproponi u jimplimenta l-leġiżlazzjoni u l-politiki ambjentali. Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI) jittratta l-leġiżlazzjoni u l-politiki agrikoli. L-Istati Membri huma meħtieġa jiżviluppaw u jissorveljaw l-isforzi biex tintlaħaq il-mira.

12 Billi l-istrateġija attwali għall-bijodiversità se tiskadi din is-sena, fil-Patt Ekoloġiku Ewropew tagħha, il-Kummissjoni ħabbret li kienet qed tipprevedi li toħroġ strateġija ġdida għall-perjodu sal-2030. L-istrateġija l-ġdida ġiet ippubblikata f’Mejju 2020. Hija tiddeskrivi l-prinċipji ġenerali u tistabbilixxi l-kuntest għall-Konferenza tal-Partijiet tal-KDB (COP15). Biex l-istrateġija l-ġdida tingħata għamla prattika, il-Kummissjoni biħsiebha toħroġ azzjonijiet u miżuri ta’ segwitu fl-2021.

Mira ta’ Aichi 7Sal -2020, jenħtieġ li ż-żoni agrikoli, ta l-akkwakultura u tal-forestrija jiġu mmaniġġjati b’mod sostenibbli, filwaqt l i tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-bijodiversità.

Mira ta’ Aichi 13

Sal -2020, jenħtieġ li tinżamm id-diversità ġenetika tal-pjanti kkultivati, kif ukoll ta l-annimali tal-i rziezet u ta ’ dawk iddomestikati u ta’ qraba selvaġġi, inklużi speċijiet oħra li għandhom valur soċjoekonomiku u kulturali, u jenħtieġ l i jiġu żviluppati u implimentati strateġiji biex tiġi mminimizzata l -erożjoni ġenetika u ssalvagwardjata d-diversità ġenetika tagħhom.

Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 15Jiġi mħares, i rrestawrat u promoss l-użu sostenibbli ta’ ekosistemi terrestri, jiġu mmaniġġjati b’mod sostenibbli l-foresti, tiġi miġġielda d-deżertifikazzjoni, u ti twaqqaf u ti treġġa’ lura d-degradazzjoni ta l -art u ji twaqqaf it-telfien ta l-bijodiversità.

Page 14: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

14

Figura 7 – Ftehimiet internazzjonali u azzjonijiet tal-UE dwar il-bijodiversità

Sors: il-QEA.

13 L-UE tistabbilixxi standards ambjentali u agrikoli permezz tal-leġiżlazzjoni tal-UE u billi tappoġġa finanzjarjament lis-settur agrikolu. Għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni tirrapporta li allokat 8.1 % tal-baġit tal-UE (EUR 86 biljun) għall-bijodiversità. Fid-Dikjarazzjoni dwar l-estimi tal-baġit għall-2020 tagħha, il-Kummissjoni ssemmi li l-finanzjament tal-bijodiversità mill-politika agrikola komuni (PAK) se jkun ta’ EUR 66 biljun (77 % tan-nefqa fuq il-bijodiversità) matul il-perjodu 2014-2020 kollu kemm hu.

Implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar l-Għasafar u

dik dwar il-Ħabitats

Żamma u restawr tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom

Żieda fil-kontribut tal-forestrija għaż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità

Għajnuna fil-ġlieda kontra l-ispeċijiet aljeni invażivi

Objettiv li attwalment jinsab fit-triq it-tajba biex jintlaħaq

Sar xi progress iżda b’rata insuffiċjenti

Ma sar l-ebda progress sinifikanti lejn il-mira

Mira 1 Mira 2 Mira 3A Mira 3B Mira 4 Mira 5 Mira 6

Page 15: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

15

Ambitu u approċċ tal-awditjar 14 L-iskop ta’ dan l-awditu kien li jivvaluta r-rwol tal-PAK f’dak li jirrigwarda ż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità skont il-Mira 3A tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020. Aħna għażilna dan is-suġġett minħabba r-rata għolja ta’ telfien tal-bijodiversità fl-Ewropa, ir-rwol ewlieni tal-agrikoltura f’dan it-telfien, is-sehem kbir tal-PAK mill-baġit tal-UE u l-valutazzjonijiet negattivi reċenti tal-mod kif l-istrateġija, u b’mod partikolari l-mira tal-agrikoltura, ġew implimentati fl-UE. Dan ir-rapport speċjali jikkomplementa r-rapport speċjali tagħna dwar Natura 200020.

15 L-għan tagħna kien li nipprovdu rakkomandazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tħejjijiet leġiżlattivi attwali għall-PAK 2021-2027, l-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-bijodiversità sal-2030, kif ukoll id-diskussjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-COP15. Il-kontenut tal-istrateġija l-ġdida ma kienx parti mill-awditu, u lanqas il-punt sa fejn l-UE kienet għamlet progress lejn l-impenji internazzjonali tagħha dwar il-bijodiversità. Id-dakkara wkoll mhumiex koperti mill-awditu, billi aħna se noħorġu rapport separat dwar dan is-suġġett. Il-kontribuzzjoni annwali diretta stmata tal-insetti dakkara għall-agrikoltura Ewropea hija ta’ EUR 15-il biljun21.

16 L-awditu kopra t-tfassil, l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet li ttieħdu mill-UE biex jitwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità fuq l-art agrikola fl-UE. Aħna ffukajna fuq dawk il-komponenti tal-istrateġiji tal-UE u dawk nazzjonali għall-bijodiversità li huma rilevanti għall-agrikoltura, kif ukoll fuq l-implimentazzjoni tagħhom permezz ta’ diversi strumenti, notevolment il-PAK. Aħna analizzajna prinċipalment il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (2014-2020), għalkemm għal skopijiet komparattivi eżaminajna wkoll it-tfassil, l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ strumenti analogi tal-PAK mill-perjodu preċedenti (2007-2013). Fl-aħħar nett, aħna ħadna kont tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu ta’ wara l-2020.

20 Ara r-Rapport Speċjali Nru 1/2017 tal-QEA: “Jenħtieġ li jsiru aktar sforzi biex il-potenzjal sħiħ

tan-netwerk Natura 2000 jiġi implimentat”.

21 Potts et al, “Status and trends of European pollinators. Key findings of the STEP project”, l-14 ta’ Jannar 2015.

Page 16: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

16

17 Il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar kienet: “Il-PAK kienet ikkontribwiet b’mod pożittiv għaż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità?” Sabiex inwieġbu din il-mistoqsija, aħna vvalutajna:

o jekk l-UE kinitx fasslet l-istrateġija tagħha għall-bijodiversità u l-qafas legali tal-PAK għall-perjodu 2014-2020 biex tiġi kkonservata aħjar il-bijodiversità, u kif il-Kummissjoni mmonitorjat u evalwat il-progress li sar lejn il-mira tal-agrikoltura tal-istrateġija tagħha għall-bijodiversità sal-2020;

o jekk il-pagamenti diretti kienx kellhom impatt pożittiv dimostrabbli matul il-perjodu tal-PAK 2014-2020; u

o jekk l-azzjoni ta’ żvilupp rurali tal-PAK fil-perjodu 2014-2020, notevolment permezz tal-AECMs, kinitx iffukata fuq il-bijodiversità.

18 Aħna ġbarna evidenza għall-awditjar permezz ta’:

o rieżami ta’ data u dokumenti, inklużi dokumenti xjentifiċi, strateġiċi, leġiżlattivi, ta’ politika u ta’ gwida relatati mal-bijodiversità tal-art agrikola fl-UE u f’kampjun ta’ Stati Membri u reġjuni;

o intervisti ma’ membri tal-persunal ta’ ħames direttorati ġenerali tal-Kummissjoni (Agrikoltura u Żvilupp Rurali, Ambjent, Eurostat, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Riċerka u Innovazzjoni) u tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kif ukoll ma’ rappreżentanti ta’ NGOs (BirdLife Europe, COPA-COGECA, IEEP Brussell, Eurogroup for Animals) u ta’ awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, organizzazzjonijiet tal-bdiewa u entitajiet oħra;

o żjarat lil ħames Stati Membri bi profili differenti f’dak li jirrigwarda l-bijodiversità, l-agrikoltura u l-pajsaġġ (Ċipru, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Polonja u r-Rumanija);

o żjarat fl-azjendi agrikoli u diskussjonijiet ma’ 78 bidwi f’14-il Stat Membru (ara l-Anness I);

o stħarriġ tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali ta’ disa’ Stati Membri/reġjuni oħra (għad-dettalji ara l-Anness I).

Barra minn hekk, f’Ottubru 2019, aħna organizzajna panel ta’ diskussjoni dwar il-bijodiversità tal-art agrikola flimkien ma’ esperti xjentifiċi, politiċi u amministrattivi f’dan il-qasam. Il-Panel għenna nivverifikaw u niżviluppaw is-sejbiet tal-awditjar tagħna. Il-membri tal-persunal mid-DĠ AGRI u d-DĠ ENV attendew għal din id-diskussjoni bħala osservaturi.

Page 17: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

17

Osservazzjonijiet

Lakuni fit-tfassil tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità, kif ukoll fil-koordinazzjoni tagħha mal-PAK u l-monitoraġġ tagħha

19 Aħna eżaminajna jekk il-mira tal-agrikoltura għall-2020 fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità hijiex speċifika, tistax titkejjel u tinkiseb, u hijiex rilevanti u marbuta mal-ħin, kif ukoll jekk l-azzjoni tal-UE hijiex konsistenti ma’ din il-mira. Iċċekkjajna wkoll jekk il-leġiżlazzjoni tal-PAK għall-perjodu 2014-2020 hijiex allinjata mal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 u mal-inizjattivi nazzjonali, u jekk is-segwiment imwettaq mill-Kummissjoni jagħtix informazzjoni affidabbli dwar l-infiq tal-UE fuq il-bijodiversità.

L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità hija nieqsa mir-rigorożità f’dak li jirrigwarda l-Mira 3A, u l-indikaturi relatati juru dgħufijiet

20 Kif jidher fil-Figura 6, l-istrateġija tal-UE tikkonsisti f’miri u azzjonijiet. Hija ġiet stabbilita għal perjodu ta’ 10 snin, filwaqt li l-baġit tal-UE u l-qafas tal-politika agrikola jsegwu ċiklu tal-politika ta’ 7 snin. Skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-2011 li takkumpanja l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 tal-Kummissjoni, il-mira “indikattiva” tal-agrikoltura (3A) tkun teħtieġ li tiġi kkonkretizzata f’termini konkreti fit-tfassil tar-riforma tal-PAK, biex tintlaħaq il-mira tal-bijodiversità sal-202022. Il-prestazzjoni tal-miżuri tal-PAK għall-perjodu 2014-2020 titkejjel b’rabta ma’ tliet objettivi, inkluż il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, b’enfasi fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, il-bijodiversità, il-ħamrija u l-ilma23.

21 Fir-rieżami ta’ nofs il-mandat tagħha tal-2015 dwar l-istrateġija għall-bijodiversità sal-2020, il-Kummissjoni rrappurtat li ma kien sar l-ebda progress sinifikanti, speċjalment lejn il-Mira 3 dwar l-agrikoltura (il-Mira 3A) u l-forestrija (il-Mira 3B), u li kienu meħtieġa “iżjed sforzi” biex id-dati ta’ skadenza jiġu rrispettati (ara l-Figura 8). Sejbiet xjentifiċi reċenti24 jikkonfermaw ukoll li, kif irrapportat fil-paragrafi 03 sa 05,

22 Il-Kummissjoni: “Impact Assessment Accompanying the Communication—Our Life

Insurance, Our Natural Capital: an EU Biodiversity Strategy to 2020”, SEC(2011) 540 final. 23 L-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-

monitoraġġ tal-politika agrikola komuni. 24 Ara eż. Langhout, W.: “The EU Biodiversity Strategy to 2020. Progress report 2011-2018”,

2019; Simoncini et al.: “Constraints and opportunities for mainstreaming biodiversity and ecosystem services in the EU’s Common Agricultural Policy: Insights from the IPBES

Page 18: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

18

mill-2015 ’il hawn, ma kien sar l-ebda titjib ġenerali li jista’ jitkejjel lejn il-Mira 3, u li din mhux se tintlaħaq sal-2020.

Figura 8 – Valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tas-sitt miri tal-istrateġija għall-bijodiversità

Sors: ECA, ibbażat fuq data tal-2015 li ġiet ipprovduta mill-Kummissjoni.

assessment for Europe and Central Asia”, Land Use Policy, il-Volum 88, 2019; l-EEA: “The European Environment – state and outlook 2020”, 2019.

1979

1992

1993

1998

2001

2010

2015

2020

Ratifikazzjoni tal-KDB: Ftehim ambjentali multilaterali (196 parti)

L-Aġenda 2030 tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli, inkluż l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 15 – Il-Ħajja fuq l-Art

COP15 tal-KDB: Żvilupp ta’ qafas għal wara l-2020 (previst)

Ftehimiet internazzjonali

2011

Direttiva dwar l-Għasafar: Il-protezzjoni tal-500 speċi ta’ għasafar selvaġġi kollha li jinsabu fin-natura tat-territorju fl-Unjoni Ewropea

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea għall-Bijodiversità: Il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jiġu antiċipati, evitati u miġġielda, minn ras il-għajn, il-kawżi li jwasslu għal tnaqqis jew telfien sinifikanti fid-diversità bijoloġika

Pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar il-bijodiversità: Mira: jitwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità fl-UE sal-2010 u tittieħed azzjoni biex jiġu restawrati l-ħabitats u l-ekosistemi naturali

Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020: Mira: jitwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema fl-UE sal-2020, u jiġu restawrati sa fejn dan huwa fattibbli, filwaqt li tiżdied il-kontribuzzjoni tal-UE biex jiġi evitat telfien globali tal-bijodiversità

Direttiva dwar il-Ħabitats: Il-konservazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ speċijiet ta’ annimali u pjanti kif ukoll ta’ tipi ta’ ħabitats li huma rari, mhedda jew endemiċiRiforma MacSharry tal-PAK, li tintroduċi skemi agroambjentali obbligatorji

Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030

Azzjonijiet tal-UE

Pjan Strateġiku tal-KDB għall-Bijodiversità 2011-2020, inklużi l-Miri tal-Bijodiversità ta’ Aichi

Page 19: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

19

22 Fl-2018, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti leġiżlattivi tagħha dwar il-PAK għall-perjodu ta’ wara l-2020. Wieħed mid-disa’ objettivi speċifiċi huwa li l-PAK tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-bijodiversità, issaħħaħ is-servizzi tal-ekosistema u tippreserva l-ħabitats u l-pajsaġġi25. L-iskeda għall-istrateġija l-ġdida għall-bijodiversità sal-2030 li kienet stabbilita fiż-żmien meta sar l-awditu (deskrizzjoni ġenerali fl-2020, segwita minn pjan ta’ azzjoni fl-2021) għamlitha diffiċli biex l-istrateġija l-ġdida tittieħed inkunsiderazzjoni meta jitfasslu l-miżuri tal-PAK li jkopru l-UE. Madankollu, din se tkun disponibbli għall-Istati Membri biex ikunu jistgħu jagħmlu użu minnha meta jkunu qed jiżviluppaw il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom fl-2021.

23 Il-mira tal-agrikoltura (3A) tal-istrateġija sal-2020 hija maqsuma f’oqsma ta’ azzjoni distinti u għandha data ta’ skadenza ċara; għaldaqstant, aħna nqisu li din hija speċifika u marbuta mal-ħin. Madankollu, hija tippreżenta xi dgħufijiet f’termini ta’ kemm tista’ tinkiseb u ta’ rilevanza, u mhijiex fiha nfisha kkwantifikata, u dan jillimita l-lok li jitkejjel kemm din qed tinkiseb tajjeb. Minflok, l-istrateġija tistipula li l-mira tal-agrikoltura trid tikkontribwixxi wkoll għall-Miri 1 u 2, li fil-fatt għandhom valuri fil-mira. Il-Mira 1 hija relatata maż-żoni ta’ Natura 2000, u tista’ titkejjel. Hija tiddikjara li, sal-2020, il-valutazzjonijiet tal-ispeċijiet u tal-ħabitats li huma protetti mid-dritt tal-UE dwar in-natura, li juru stat imtejjeb ta’ konservazzjoni jew stat sigur jew imtejjeb, jenħtieġ li jiżdiedu għal 100 % għall-ħabitats u għal 50 % għall-ispeċijiet. Il-Mira 2 tinkludi l-għan li jiġu restawrati “mill-inqas 15 % tal-ekosistemi ddegradati”. L-istrateġija ma tindikax b’mod ċar il-mod kif għandu jitkejjel l-ilħuq tal-objettiv ta’ 15 % jew il-kontribut tal-agrikoltura għal dan il-għan. Fir-rieżami ta’ nofs il-mandat dwar l-istrateġija sal-2020, il-Kummissjoni ddikjarat li l-mira tar-restawr għall-korpi tal-ilma kienet “probabbilment” intlaħqet (18 % ġew restawrati), iżda ma tatx perċentwal għal xi ekosistemi oħra.

24 Fl-2005, il-Kummissjoni bdiet tistabbilixxi “Indikaturi Simplifikati tal-Bijodiversità Ewropea” (SEBIs), biex jiġi vvalutat il-progress li sar lejn il-miri tal-bijodiversità tal-UE. L-indikaturi SEBIs l-aktar rilevanti għall-mira tal-agrikoltura u/jew għall-bijodiversità tal-art agrikola huma elenkati fl-Anness II. Il-Kummissjoni aġġornat b’mod regolari ħamsa minn dawn l-indikaturi, iżda tmienja minnhom ilhom sitt snin jew saħansitra aktar ma jiġu aġġornati. Pereżempju, id-data l-aktar reċenti disponibbli għad-“diversità ġenetika tal-annimali” tirrifletti s-sitwazzjoni fl-2005 u tkopri ħames Stati Membri biss, filwaqt li

25 L-Artikolu 6(1)(f) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li

jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), COM/2018/392 final.

Page 20: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

20

l-indikatur taż-“żona ta’ valur naturali għoli” juri s-sitwazzjoni fl-2006. Minħabba dawn il-lakuni fid-data mhuwiex possibbli li jiġi segwit il-progress li sar għall-indikaturi SEBIs kollha kemm huma. Tliet indikaturi li jiġu aġġornati regolarment juru jew xejra mhux favorevoli (għasafar tar-raba’, ħabitats ta’ bwar) jew inkella qegħdin jistabbilizzaw (friefet). It-tnejn l-oħra ma jistgħux jintużaw għall-monitoraġġ tax-xejriet. Fl-ewwel każ (speċijiet ta’ interess Ewropew), ir-riżultati ġew imfixkla minn bidla fil-metodoloġija, u fil-każ l-ieħor (il-bilanċ tan-nitroġenu) id-data l-aktar reċenti hija mill-2015.

25 L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità jinsabu fi ħdan l-indikaturi agroambjentali u l-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni (CMEF). Bħala eżempju, il-Kummissjoni tuża l-indikaturi tal-biedja u tal-erja agrikola b’“valur naturali għoli” (HNV) għall-kejl tal-bijodiversità tal-art agrikola fl-UE fl-ambitu tal-PAK 2014-2020 (ara l-Anness II). Minbarra l-konservazzjoni tal-bijodiversità permezz ta’ agrikoltura b’intensità baxxa, il-biedja b’valur naturali għoli għandha l-għan li tipprovdi benefiċċji soċjali u ambjentali, bħall-ħżin tal-karbonju, l-ilma nadif, il-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti, it-tisħiħ tad-diversità ġenetika u l-protezzjoni tal-valuri kulturali. Kif jidher fl-Anness II, it-tliet settijiet ta’ indikaturi kollha jinkludu l-kunċett ta’ valur naturali għoli.

26 Il-Kummissjoni introduċiet tliet indikaturi relatati mal-valur naturali għoli fis-CMEF għall-2007-2013. Fil-perjodu 2014-2020, hija żammet indikatur tal-biedja b’valur naturali għoli, li jintuża biex juri kemm il-kuntest kif ukoll l-impatt. Mill-2017, skont stħarriġ tal-Kummissjoni, sitt Stati Membri (iċ-Ċekja, il-Greċja, Franza, il-Latvja, Malta u r-Rumanija), kif ukoll 24 reġjun ieħor tal-UE fil-Belġju, Spanja, l-Italja u l-Portugall, la kienu identifikaw biedja b’valur naturali għoli u lanqas kienu bdew xi monitoraġġ regolari. Ir-rapporti l-aktar reċenti dwar il-progress fl-iżvilupp rurali, li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri u r-reġjuni (Ġunju 2019) ikkonfermaw is-sitwazzjoni: żewġ terzi biss tar-rapporti fihom informazzjoni kkwantifikata dwar l-art agrikola b’valur naturali għoli. Ċerti awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, bħal dawk ta’ Ċipru jew tal-Ġermanja, fasslu l-mezzi proprji tagħhom biex jiġbru data b’valur naturali għoli. Il-valuri tal-indikatur tal-valur naturali għoli mhumiex komparabbli bejn l-Istati Membri, iżda jirriflettu d-definizzjoni tal-Istat Membru. Il-Kummissjoni ma inkludietx l-indikatur tal-valur naturali għoli għall-qafas tal-PAK ta’ wara l-2020.

27 Il-valutazzjoni tal-impatt26, li twettqet qabel il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni għall-PAK 2014-2020, irrikonoxxiet l-importanza li t-tħassib dwar il-bijodiversità jiġi inkorporat fis-settur agrikolu biex b’hekk tintlaħaq il-mira tal-agrikoltura tal-istrateġija għall-bijodiversità. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni

26 Il-Kummissjoni: “Common Agricultural Policy towards 2020”, SEC(2011) 1153.

Page 21: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

21

tiddikjara li hija kienet qed tistenna li l-komponent ta’ “ekoloġizzazzjoni” tal-pagamenti diretti taħt il-PAK jagħti kontribut kbir għall-istrateġija (ara l-paragrafi 51 sa 60). Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw prinċipalment l-azzjonijiet agrikoli fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità permezz ta’ pagamenti diretti (l-Azzjoni 8) u ta’ programmi tal-iżvilupp rurali (l-Azzjoni 9) (ara l-Figura 9).

Figura 9 – Strumenti tal-PAK u r-rabta tagħhom mal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020

Sors: il-QEA.

L-ebda strateġija tal-UE għall-konservazzjoni tad-diversità ġenetika

28 L-Azzjoni 10 tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 kienet tirrikjedi li l-Kummissjoni tħeġġeġ l-użu tal-AECMs għall-konservazzjoni tad-diversità ġenetika u biex jiġi analizzat l-iżvilupp ta’ strateġija relatata (ara l-Figura 10).

Figura 10 – Azzjoni 10 tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020

Sors: il-QEA.

Azzjoni 9Azzjoni 10

Azzjoni 8A

Azzjoni 8B

• Implimentat permezz ta’ Programmi tal-Iżvilupp Rurali

• Volontarju, ikkumpensat• L-ogħla benefiċċji potenzjali għall-bijodiversità

• Implimentata permezz ta’ pagamenti diretti

• Obbligatorja bl-appoġġ finanzjarju (xi bdiewa huma eżentati)

• Tiswir tal-linja bażi• Ikkontrollata permezz tar-Rekwiżiti

Statutorji ta’ Ġestjoni u l-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajba

Żvilupp ruraliQasam ta’ Prijorità 4A

Ekoloġizzazzjoni

Kundizzjonalità

Bene

fiċċj

i kum

ulat

tivip

oten

zjali

għal

l-bijo

dive

rsità

Strumenti tal-PAK BijodiversitàMira 3A

Azzjoni 10: Konservazzjoni tad-diversità ġenetika tal-agrikoltura tal-Ewropa

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jħeġġu t-teħid ta’ miżuri agroambjentali li jappoġġaw id-diversità ġenetika fl-agrikoltura u jesploraw l-ambitu għall-iżvilupp ta’ strateġija għall-konservazzjoni tad-diversità ġenetika

Page 22: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

22

29 L-uniformità dejjem akbar tas-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel u d-dieta limitata tagħna kkontribwew mhux biss għat-tnaqqis fil-bijodiversità iżda wkoll għal konsegwenzi oħra mhux mixtieqa27. Ammont inqas ta’ riżorsi ġenetiċi jfisser inqas reżiljenza naturali għall-pesti, għall-mard u għal bidliet ambjentali severi28.

30 Il-Kummissjoni kompliet tappoġġa l-isforzi nazzjonali biex jitreġġa’ lura t-telfien tad-diversità ġenetika permezz ta’ miżuri agroambjentali klimatiċi (AECMs) u proġetti ta’ riċerka. Stati Membri bħall-Polonja, id-Danimarka u l-Estonja żviluppaw strateġiji jew programmi nazzjonali dwar id-diversità ġenetika tal-annimali jew tal-pjanti. Studju mill-2016, li ġie kkuntrattat mill-Kummissjoni, kien jirrakkomanda li l-UE tiżviluppa strateġija komprensiva, f’konformità mal-istrateġija tagħha għall-bijodiversità, lejn il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità ġenetika29. L-istudju identifika li l-intensifikazzjoni agrikola, li tiffoka fuq razez li jipproduċu ħafna u fuq mudelli ġodda ta’ ġestjoni tal-art (bi tnaqqis qawwi fir-ragħa), hija l-fattur ewlieni għat-telfien li jwassal biex kważi 50 % tar-razez tal-bhejjem Ewropej kollha jsiru estinti jew jassumu stat ta’ speċijiet fil-periklu jew stat kritiku. Tmienja minn disa’ awtoritajiet li stħarriġna kienu favur strateġija għall-konservazzjoni tad-diversità ġenetika.

Il-Kummissjoni tistma b’mod eċċessiv l-ammont li hija tonfoq fuq il-bijodiversità

31 Il-Kummissjoni ssegwi kull sena l-ammonti li hija tkun ibbaġitjat għall-bijodiversità, iżda ma għandha l-ebda mira f’dan ir-rigward. Hija tippubblika ċ-ċifri relatati mal-finanzjament tal-bijodiversità fir-rapporti tagħha lill-KDB u, kull sena, fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-UE. Fl-2019 u fl-2020, l-UE ppjanat li tonfoq madwar 8 % tal-baġit totali tagħha fuq il-bijodiversità (madwar EUR 13.5 biljun fis-sena). Minn dan l-ammont, is-sehem tal-PAK huwa ta’ EUR 10.3 biljun fis-sena. Il-Kummissjoni tapplika koeffiċjenti ta’ 0 %, 40 % u 100 %, li huma adattati mill-“indikaturi ta’ Rio” tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). Il-kriterji tal-Kummissjoni għal dawn il-koeffiċjenti huma inqas konservattivi minn dawk tal-OECD (ara t-Tabella 1).

27 L-FAO: “The Second Report on the State of the World’s Plant Genetic Resources for Food

and Agriculture”, 2010; l-FAO: “The State of the World’s Biodiversity for Food and Agriculture”, 2019.

28 L-EEA: “The European environment – state and outlook 2020”, 2019. 29 Il-Kummissjoni, “Preparatory action on EU plant and animal genetic resources”, Rapport

Finali, 2016.

Page 23: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

23

Tabella 1 – Kategoriji tal-OECD u koeffiċjenti tal-UE għall-bijodiversità

Sors: il-QEA, ibbażat fuq Study on biodiversity financing and tracking biodiversity-related expenditures in the EU budget, il-Kummissjoni, 2017; u d-Dikjarazzjoni tal-estimi għall-2020, il-Kummissjoni, 2019.

32 Il-Figura 11 turi kif il-Kummissjoni tapplika dawn il-koeffiċjenti għall-infiq taħt il-PAK. Il-Kummissjoni la ssegwi l-infiq u lanqas ma tikkumpensa għalih minn skemi li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-bijodiversità tal-art agrikola.

L-OECD L-UE

Kategorija AttivitajietKoeffiċjent ta’

finanzjament tal-bijodiversità

Kriterji użati

2

Nefqa għal attivitajiet li għalihom il-

bijodiversità hija l-objettiv prinċipali

(primarju).

100 %

L-appoġġ jipprovdikontribuzzjoni

sinifikanti għall-objettivi relatati mal-

bijodiversità.

1

Nefqa għal attivitajiet li għalihom il-

bijodiversità hija objettiv sinifikanti, iżda

mhux dak prinċipali.

40 %

L-appoġġ jipprovdikontribuzzjoni

moderata għall-bijodiversità.

0 Nefqa li mhix immirata lejn il-bijodiversità. 0 %

Il-kontribuzzjoni tal-appoġġ hija insinifikanti.

Page 24: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

24

Figura 11 – Stampa ġenerali tal-metodu użat mill-Kummissjoni biex tikkalkula l-finanzjament għall-bijodiversità mill-PAK

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni.

33 Il-Kummissjoni tapplika koeffiċjent ta’ 100 %, f’konformità mal-approċċ tal-OECD, għan-nefqa għall-iżvilupp rurali fuq ir-“Restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità” (Qasam ta’ Prijorità 4A), li huwa speċifikament immirat lejn il-bijodiversità. Hija tapplika wkoll koeffiċjent ta’ 100 % għan-nefqa fuq it-“Titjib tal-ġestjoni tal-ilma” (4B) u l-“Prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u t-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija” (4C). Billi l-bijodiversità mhijiex l-objettiv prinċipali ta’ dawn iż-żewġ oqsma ta’ prijorità, huma ma jissodisfawx il-kriterji għall-koeffiċjent ta’ 100 %.

34 Il-Kummissjoni tapplika koeffiċjent ta’ 40 % għall-pagamenti kollha ta’ ekoloġizzazzjoni, għalkemm l-impatt pożittiv tagħhom fuq il-bijodiversità tal-art agrikola ma jistax jintwera b’mod ċar (ara l-paragrafi 51 sa 60). Barra minn hekk, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni mhumiex eżiġenti u, fil-biċċa l-kbira, jirriflettu prattika agrikola normali. Fir-Rapport Speċjali Nru 21/2017:“Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva” tagħna, aħna stmajna li l-bdiewa kienu ħolqu l-elementi ekoloġiċi fuq madwar 3.5 % biss tar-raba’ li jinħadem, jiġifieri mhux aktar minn 2 % tal-art agrikola kollha tal-UE. Barra minn hekk, rekwiżiti ġodda ta’ ekoloġizzazzjoni relatati ma’ bwar permanenti kienu rriżultaw f’bidla fil-prattiki agrikoli għal 1.5 % biss tal-art agrikola tal-UE.

Element Koeffiċjent tal-UE għall-

bijodiversità

Kontribuzzjoni prevista għall-bijodiversità fl-

2019

Pagamenti diretti

Żvilupp rurali

40 %

€5.9 bi l jun minn €43.2 bi l jun (jiġi fieri ≈ 14 %)

40 %

Ekoloġizzazzjoni (30 % ta l -pagamenti diretti)

Kundizzjonalità (7 % ta l -pagamenti diretti) 40 %

100 %Qasam ta’ Prijorità 4 (Restawr,

Preservazzjoni u Tisħiħ tal-Ekosistemi; bl-esklużjoni tal-ammonti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali)

Qasam ta’ Pri jorità 5E (Konservazzjoni u ġbir tal-

karbonju)

Oħrajn 0 %

€4.4 bi l jun minn €14.7 bi l jun (jiġi fieri ≈ 30 %)

I l -perċentwal li jifdal mill-pagamenti diretti huwa ta’ 63 % 0 %

Page 25: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

25

35 L-impatt tal-element tal-kundizzjonalità, li huwa sistema ta’ sanzjonijiet, fuq il-bijodiversità tal-art agrikola joħloq xi diffikultajiet u huwa diskuss aktar fid-dettal fil-paragrafi 41 sa 50. Biex titqies il-kontribuzzjoni li saret mill-kundizzjonalità, il-Kummissjoni tapplika koeffiċjent ta’ 40 % għal 10 % tal-komponenti l-oħra tal-pagamenti diretti (madwar 70 % tal-pagamenti diretti; ara l-Figura 14). Dan ma jiġix applikat għall-iskemi ta’ żvilupp rurali bħalma huwa l-finanzjament għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew speċifiċi, li mhuwiex aktar ta’ benefiċċju għall-bijodiversità tal-art agrikola mill-iskema ta’ pagament bażiku. Il-koeffiċjenti tal-kundizzjonalità jistgħu, b’mod ġenerali, jiddikjaraw b’mod eċċessiv il-kontribuzzjoni tal-kundizzjonalità.

36 Ċipru, l-Irlanda u l-Ġermanja qiesu li l-metodoloġija tal-Kummissjoni ma kinitx preċiża. Għaldaqstant, meta żviluppaw is-sistemi proprji tagħhom għas-segwiment tal-bijodiversità, l-Irlanda u l-Ġermanja ma użawx din il-metodoloġija. Kull pajjiż wettaq eżerċizzju wieħed ta’ segwiment, ibbażat fuq evidenza xjentifika. Fir-Rieżami tan-Nefqa Nazzjonali għall-Bijodiversità tagħha, l-Irlanda użat sitt koeffiċjenti (0 %, 5 %, 25 %, 50 %, 75 % u 100 %).

37 Aħna nqisu li l-ammont ikkwantifikat mill-Kummissjoni, ta’ madwar EUR 10 biljun, li rriżulta mill-użu ta’ tliet koeffiċjenti biss (0 %, 40 % u 100 %), mhuwiex kompletament robust jew affidabbli. Is-sejbiet tagħna huma konformi ma’ dawk ta’ studji indipendenti li twettqu fl-201530 u fl-201731.

Il-biċċa l-kbira mill-finanzjament tal-PAK ftit li xejn għandu impatt pożittiv fuq il-bijodiversità

38 Aħna eżaminajna jekk, fil-perjodu 2014-2020, il-pagamenti diretti, inkluża l-ekoloġizzazzjoni, kif ukoll il-kundizzjonalità, kienx kellhom impatt pożittiv u li jista’ jitkejjel fuq il-bijodiversità, kif meħtieġ mill-Azzjoni 8 tal-istrateġija tal-UE. L-Azzjoni 8 hija maqsuma f’żewġ sottoazzjonijiet (ara l-Figura 12).

30 Medarova-Bergstrom et al.: “Tracking Biodiversity Expenditure in the EU Budget, Final

Report for the Commission”, 2014. 31 Ernst&Young: “Study on biodiversity financing and tracking biodiversity-related

expenditures in the EU budget”, 2017.

Page 26: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

26

Figura 12 – Azzjoni 8 tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 u s-sottoazzjonijiet tagħha

Sors: il-QEA.

Il-biċċa l-kbira mill-pagamenti diretti ma jikkontribwixxux għaż-żamma jew għat-tisħiħ tal-bijodiversità tal-art agrikola

39 Il-pagamenti diretti, li jammontaw għal aktar minn EUR 40 biljun, kienu jirrappreżentaw aktar minn 70 % tan-nefqa agrikola kollha tal-UE fl-2019 (ara l-Figura 13). L-iskemi ta’ għajnuna diretta jinkludu l-iskema ta’ pagament bażiku32, li abbażi tagħha l-bdiewa jattivaw id-drittijiet għall-pagament b’mod proporzjonat għall-art eliġibbli li huma jkunu ddikjaraw, l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja33, li fiha jsiru wkoll pagamenti skont l-erja eliġibbli ddikjarata mill-bdiewa, kif ukoll l-arranġamenti ta’ “ekoloġizzazzjoni” (ara l-paragrafi 51 sa 60)

32 Ara r-Rapport Speċjali Nru 10/2018 tal-QEA:“Skema ta’ Pagament Bażiku għall-bdiewa –

qed topera tajjeb, iżda għandha impatt limitat fuq is-simplifikazzjoni, l-immirar u l-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna”.

33 Ara r-Rapport Speċjali Nru 16/2012 tal-QEA:“L-effettività tal-Iskema ta’ Pagament Uniku skont l-Erja bħala sistema transizzjonali li tappoġġa lill-bdiewa fl-Istati Membri ġodda”.

Azzjoni 8: Titjib tal-pagamenti diretti għall-prodotti pubbliċi ambjentali fil-PAK tal-UE

8a) Il-Kummissjoni se tipproponi li l-pagamenti diretti tal-PAK jippremjaw it-twassil ta’ prodotti pubbliċi ambjentali li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità

8b) Il-Kummissjoni se tipproponi li ttejjeb u tissimplifika l-istandards tal-KAAT dwar il-kundizzjonalità u se tqis l-inklużjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kundizzjonalità [...]

Page 27: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

27

Figura 13 – Baġit agrikolu tal-UE – pagamenti (2019)

Sors: Baġit tal-UE għall-2019.

40 Skont l-awtoritajiet tal-Istati Membri li ltqajna magħhom, il-biċċa l-kbira mill-iskemi ta’ pagament dirett fl-UE ma għandhomx impatt dirett u li jista’ jitkejjel fuq il-bijodiversità tal-art agrikola. Skont ix-xjenzjati, l-appoġġ akkoppjat volontarju jista’ jkollu impatt negattiv. Dan il-mekkaniżmu jorbot madwar 10 % tal-baġit tal-UE allokat għal pagamenti diretti mal-produzzjoni ta’ għelejjel jew mat-trobbija ta’ annimali speċifiċi (ara l-Figura 14). Għalhekk, dan jagħti inċentiv biex jinżammu (jew jiżdiedu) il-livelli tal-attività appoġġata34.

34 Brady et al.: “Impacts of Direct Payments – Lessons for CAP post‐2020 from a quantitative

analysis”, 2017.

Żvilupp rurali 23 %

Pagamenti diretti 72 %

Oħrajn 1 %Intervent fis-suq 4 %

Page 28: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

  28 

 

Figura 14 – Pagamenti diretti (2018) 

 Sors: il‐QEA, ibbażat fuq id‐dokument tal‐Kummissjoni: Annual activity report 2018 – Agriculture and Rural Development, Ġunju 2019. 

L‐iskema ta’ sanzjonijiet relatati mal‐kundizzjonalità ma għandha l‐ebda impatt ċar fuq il‐bijodiversità tal‐art agrikola 

41 Meta l‐aġenziji tal‐pagamenti jsibu li bidwi li jirċievi sussidji tal‐PAK ma jissodisfax ir‐rekwiżiti bażiċi statutorji ta’ ġestjoni (SMRs) u l‐istandards tal‐kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT), b’mod ġenerali, jenħtieġ li huma jnaqqsu l‐pagament li jingħata lill‐bidwi b’bejn 1 % u 5 %. Madankollu, ir‐rekwiżiti u l‐istandards ma japplikawx għall‐bdiewa kollha tal‐UE, bħal dawk li jipparteċipaw fl‐Iskema għall‐Bdiewa Żgħar. L‐SMRs ġejjin mill‐applikazzjoni ta’ artikoli rilevanti tal‐leġiżlazzjoni (eż. dawk li jirrigwardaw Natura 2000, il‐prodotti għall‐protezzjoni tal‐pjanti u n‐nitrati), u għalhekk jirreplikaw ir‐regoli eżistenti. Il‐leġiżlazzjoni li fuqha huma bbażati l‐SMRs tapplika b’mod indipendenti mill‐mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità. Hija tapplika għall‐bdiewa kollha fl‐UE kemm jekk jitolbu sussidji tal‐PAK kif ukoll jekk le. Il‐bdiewa li jonqsu milli jissodisfaw l‐obbligi tagħhom jistgħu wkoll jiġu ppenalizzati skont il‐liġi nazzjonali. Xi drabi t‐tieni penali tista’ taqbeż l‐ewwel waħda. 

42 Il‐qafas leġiżlattiv jagħti lill‐Istati Membri livell għoli ta’ flessibbiltà biex jiddefinixxu l‐kontenut tal‐istandards tal‐KAAT. L‐għażliet tal‐Istati Membri dwar l‐

Skema ta’ PagamentBażiku

28%

Skema ta’ Pagament UnikuSkont iż‐Żona

Appoġġakkoppjat volontarju

10%

42%10%

4 %6 %

Oħrajn

Pagamenti ridistributtivi

Ekoloġizzazzjoni

Page 29: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

29

42 Il-qafas leġiżlattiv jagħti lill-Istati Membri livell għoli ta’ flessibbiltà biex jiddefinixxu l-kontenut tal-istandards tal-KAAT. L-għażliet tal-Istati Membri dwar l-ambizzjoni ambjentali, id-definizzjoni tal-irziezet suġġetti għall-istandard tal-KAAT, il-mod kif l-irziezet huma mistennija li japplikaw l-istandard, kif ukoll il-mod kif l-awtoritajiet nazzjonali jiċċekkjaw il-konformità u b’hekk jiddeterminaw il-valur standard għall-bijodiversità. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, l-aġenziji tal-pagamenti jiċċekkjaw bejn 1 % u 2 % tal-irziezet li huma suġġetti għal standard speċifiku tal-KAAT, u jimponu penali għal madwar 1 % ta’ dawk li jkunu ġew iċċekkjati. Pereżempju, għal erbgħa mill-ħames Stati Membri li żorna, l-aġenziji tal-pagamenti identifikaw madwar 1 000 000 bidwi bħala li huma suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Istandard tal-KAAT 4 (għata minima tal-ħamrija). Huma spezzjonaw madwar 16 000 razzett u applikaw penali għal 270 pagament ta’ sussidju. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet fejn applikaw penali, huma naqqsu l-pagament b’1 %.

43 F’awditu preċedenti35, aħna osservajna varjazzjonijiet sinifikanti bejn l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ penali għall-ksur. Aħna sibna li r-rati ta’ ksur għal bosta rekwiżiti u standards kienu inqas minn 1 %. L-SMRs ikkonċernati kienu relatati mal-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi u l-ħabitats naturali, filwaqt li l-istandards tal-KAAT kienu l-KAAT 6 dwar il-materja organika tal-ħamrija u l-KAAT 7 dwar iż-żamma tal-istruttura tal-ħamrija u ż-żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ. Dawn kollha għandhom potenzjal għoli, teoretikament, li jikkontribwixxu għall-bijodiversità tal-art agrikola (ara l-Figura 15).

35 Rapport Speċjali Nru 26/2016 tal-QEA: “Iż-żieda fl-effettività tal-kundizzjonalità u l-ksib ta’

simplifikazzjoni għadhom diffikultużi”.

Page 30: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

30

Figura 15 – Il-potenzjal tal-kundizzjonalità fit-titjib tal-bijodiversità

Sors: il-QEA.

44 Permezz tal-Azzjoni 8b tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità, il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li ttejjeb u tissimplifika l-istandards tal-KAAT relatati mal-bijodiversità. Hija biddlet l-istruttura tal-kundizzjonalità fl-2015. Ċerti standards tal-KAAT saru parti mir-regoli ta’ eliġibbiltà, filwaqt li oħrajn inbidlu (ara l-Figura 16).

Page 31: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

31

Figura 16 – Standards tal-KAAT qabel u wara l-2015

Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.

45 Bir-riforma tal-PAK tal-2013, ir-rekwiżit relatat maż-żamma tal-bwar permanenti u l-istandard tal-KAAT dwar in-newba tal-għelejjel ġew ittrasferiti mill-kundizzjonalità għall-ekoloġizzazzjoni. Dan ifisser li huwa kien japplika għal inqas bdiewa. In-newba tal-għelejjel ġiet sostitwita mid-diversifikazzjoni tal-għelejjel (li għandha inqas valur għall-bijodiversità – ara l-paragrafu 54). L-aggregazzjoni ta’ ċerti standards ma biddlitx is-sustanza tagħhom: il-ħolqien ta’ standard ġdid dwar il-materja organika tal-ħamrija ma tejjibx l-iskema, minħabba li l-protezzjoni ta’ materja organika tal-ħamrija kienet diġà tagħmel parti mill-qafas legali meta nbdiet il-kundizzjonalità fl-2005.

46 Fl-2014, il-Kummissjoni aċċettat rakkomandazzjoni li għamilna fir-Rapport Speċjali Nru 4/2014:“Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali” tagħna, biex tinkludi d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma fl-ambitu tal-kundizzjonalità fuq dawn il-linji. Id-direttiva għadha mhijiex parti mill-kundizzjonalità, għalkemm tassew tidher fil-proposti tal-Kummissjoni għall-PAK ta’ wara l-2020.

Żamma ta’ Bwar Permanenti1 Proporzjon ta’ Bwar Permanenti

Newba tal-għelejjel2 Diversifikazzjoni tal-għelejjel, EFAs 7

Qabel l-2015Kundizzjonalità

Wara l-2015

Eliġibbiltà Kundizzjonalità

Biċċiet art ta’ lqugħ3 Biċċiet art ta’ lqugħ7

Żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ4

Għelieqi mtarrġa4

Tqaċċit tas-siġar taż-żebbuġ4

Għata minima tal-ħamrija3

Ġestjoni tal-art3

Projbizzjoni fuq il-ħruq tal-qasbija5

Tisqija bl-ilma3

Żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ, għelieqi mtarrġa u siġar taż-żebbuġ7

Għata minima tal-ħamrija

Ġestjoni tal-art

Materja organika tal-ħamrija

Tisqija bl-ilma

Livell minimu ta’ żamma (5 rekwiżiti)1

Livell minimu ta’ żamma fuq art agrikola

Użu xieraq tal-makkinarju6

1 Tkompliet (b’modifiki) barra mill-kundizzjonalità2 Twaqqfet u ġiet sostitwita barra mill-kundizzjonalità3 Tkompliet4 Ingħaqdet u tkompliet taħt i l-kundizzjonalità5 Tkompliet (b’modifiki) taħt i l-kundizzjonalità6 Twaqqfet7 Ċerti elementi l i ġew deżinjati bħala EFAs mill-Istati Membri u karatteristiċi protetti mill-kundizzjonalità huma kompatibbli

Page 32: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

32

47 Il-komponent tal-SMR tal-kundizzjonalità (ara l-paragrafu 41) ma pprovdiex obbligu addizzjonali lill-bdiewa biex iżommu u jsaħħu l-bijodiversità tal-art agrikola. Madankollu, l-inklużjoni fi ħdan il-kundizzjonalità fil-fatt tipprovdi sistema ta’ spezzjoni regolari għal dawn ir-rekwiżiti u tagħmel lill-bdiewa konxji mill-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati.

48 Fil-qafas tal-kundizzjonalità, l-istandards tal-KAAT 1 u 4 sa 7 għandhom l-akbar potenzjal f’termini tal-mira tal-agrikoltura tal-istrateġija għall-bijodiversità (ara l-Figura 15). Mill-Istati Membri li żorna, wieħed biss seta’ juri impatt konkret, madankollu: l-awtoritajiet Ġermaniżi rrappurtaw li l-projbizzjonijiet tal-ħsad taħt l-istandard tal-KAAT 4 kienu ta’ benefiċċju għall-għasafar li jbejtu, u li l-prattiki kontra l-erożjoni taħt l-istandard tal-KAAT 5 kienu ppromwovew ukoll il-bijodiversità. L-istandard tal-KAAT 7 ppermetta li jiġu protetti madwar żewġ miljun karatteristika separata tal-pajsaġġ fil-Ġermanja, inkluż 1 000 000 sies tal-ħaxix u 150 000 art mistagħdra. Dan huwa siewi fid-dawl tat-tnaqqis fuq terminu twil fl-ammont ta’ ringieli ta’ sġajriet fl-Ewropa matul is-seklu li għadda (ara l-Kaxxa 1).

Kaxxa 1

Il-qerda ta’ sisien tal-ħaxix fis-seklu 20

Wara t-tieni gwerra dinjija, il-gvernijiet nazzjonali ħeġġew it-tneħħija tas-sisien tal-ħaxix biex tiżdied l-awtosuffiċjenza alimentari u biex ikun jista’ jintuża makkinarju li ma setax jiġi mmanuvrat f’għelieqi żgħar. Id-disponibbiltà ta’ inċentivi finanzjarji rriżultat fil-qerda estensiva tas-sisien tal-ħaxix36. Pereżempju:

- fi Franza, kważi 70 % tas-sisien tal-ħaxix inqerdu bejn l-1945 u l-1983; - fil-Belġju, sa 75 % tas-sisien tal-ħaxix inqerdu f’ċerti reġjuni matul is-

seklu 20; - fin-Netherlands, fil-perjodu mill-1960 sa l-1994, iċ-ċifra kienet minn 30 %

sa 50 %; - fl-Italja, sa 90 % tas-sisien tal-ħaxix fir-reġjun tal-Po għebu; - ir-reġjuni Irlandiżi neħħew minn 15 % sa 30 % tas-sisien tal-ħaxix

tagħhom.

36 Philippe et al.: “Soixante années de remembrement: Essai de bilan critique de

l’aménagement foncier en France”, 2009; Pointereau et al.: La haie en France et en Europe: “Evolution ou régression, au travers des pratiques agricoles”, 2006; Hickie et al.: Irish Hedgerows: Networks for Nature, 2004; Bazin et al.: La mise en place de nos bocages en Europe et leur déclin, 1994.

Page 33: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

33

49 Is-CMEF jinkludi biss żewġ indikaturi tal-output għall-kundizzjonalità37: “Għadd ta’ ettari li huma suġġetti għall-kundizzjonalità” u “Sehem tal-pagamenti taħt il-PAK li huma suġġetti għall-kundizzjonalità”. Skont l-EEA, is-sehem tal-erja agrikola utilizzata li hija koperta mid-diversi skemi jipprovdi indikazzjoni kemm tal-ilħuq kif ukoll tal-potenzjal teoretiku biex titjieb il-bijodiversità, iżda mhux tal-effettività38. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikatur tar-riżultati jew tal-impatti, li jista’ jkejjel l-effetti speċifiċi tal-kundizzjonalità fuq il-bijodiversità tal-art agrikola. Fl-awditu li wettaqna fl-2016 dwar il-kundizzjonalità39, aħna kkonkludejna wkoll li l-informazzjoni disponibbli ma kinitx tippermetti li l-Kummissjoni tivvaluta b’mod adegwat l-effettività tal-kundizzjonalità.

50 L-ebda wieħed mill-Istati Membri li żorna, bl-eċċezzjoni tal-Ġermanja (ara l-paragrafu 48), ma pprovda informazzjoni konkreta dwar l-impatt tal-kundizzjonalità fuq il-bijodiversità tal-art agrikola. Studji40 dwar l-effettività tal-azzjoni għall-promozzjoni tal-bijodiversità tal-art agrikola la kienu sabu effetti pożittivi u lanqas effetti negattivi mill-kundizzjonalità. Xi esperti kkritikaw kemm in-nuqqas ta’ ambizzjoni tal-iskema tal-kundizzjonalità kif ukoll l-inadegwatezza tagħha biex tippromwovi l-bijodiversità tal-art agrikola41.

Il-potenzjal tal-ekoloġizzazzjoni biex titjieb il-bijodiversità mhuwiex żviluppat biżżejjed

51 L-ekoloġizzazzjoni tinkludi tliet prattiki agrikoli li għandhom l-għan li jkunu ta’ benefiċċju għall-ambjent u l-klima (ara l-Figura 17).

37 Il-Kummissjoni: “Technical Handbook on the Monitoring and Evaluation Framework of the

Common Agricultural Policy 2014-2020”, 2015. 38 L-EEA: “The European environment – state and outlook 2020”, 2019. 39 Rapport Speċjali Nru 26/2016 tal-QEA: “Iż-żieda fl-effettività tal-kundizzjonalità u l-ksib ta’

simplifikazzjoni għadhom diffikultużi”. 40 Hodge et al.: “The alignment of agricultural and nature conservation policies in the

European Union”, Conservation Biology, 29(4), 2015; Hauck et al.: “Shades of greening: Reviewing the impact of the new EU agricultural policy on ecosystem services”, Change and Adaptation in Socio-Ecological Systems, 1, 2014.

41 Brunk et al.: “Common Agricultural Policy: Cross Compliance and the Effects on Biodiversity”, 2009.

Page 34: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

34

Figura 17 – Arkitettura ta’ ekoloġizzazzjoni

Sors: il-QEA.

52 Ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni ma japplikawx għal azjendi agrikoli fl-iskema għall-bdiewa żgħar jew għal irziezet li jitqiesu li huma “ekoloġiċi b’definizzjoni”, bħall-azjendi organiċi jew azjendi agrikoli b’aktar minn 75 % ta’ bwar permanenti. Fl-2015, mill-inqas obbligu wieħed ta’ ekoloġizzazzjoni kien japplika għal 24 % tal-azjendi agrikoli tal-UE, li kienu jirrappreżentaw 73 % tal-art agrikola kollha tal-UE42. L-għan tal-ekoloġizzazzjoni huwa li l-bdiewa jiġu ppremjati għan-newba tal-għelejjel u l-protezzjoni ta’ mergħat permanenti, kif ukoll għall-kopertura veġetali, is-serħan ekoloġiku tal-art u ż-żoni ta’ Natura 2000, kif meħtieġ bl-Azzjoni 8a tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità. Il-Kummissjoni inkludiet dawn l-elementi kollha fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2010 “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020”43. Madankollu, dawn mhux kollha kienu jagħmlu parti mill-valutazzjoni tal-impatt jew mill-proposta tal-2011 għall-PAK 2014-202044, li ddgħajfu aktar minħabba n-negozjati sussegwenti (ara l-Figura 18).

42 Rapport Speċjali Nru 21/2017 tal-QEA: “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ

għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”. 43 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-

futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali”, KUMM(2010) 672 final. 44 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-

pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, COM(2011) 625/3 final.

Bdiewa b’aktar minn 10 ettari ta’ raba’ li jinħadem iridu jikkultivaw mill-inqas 2 għelejjel. Bdiewa b’irziezet li jkollhom aktar minn 30 ettaru ta’ raba’ li jinħadem iridu jintroduċu mill-inqas 3 għelejjel.

L-Istati Membri jridu jimmonitorjaw is-sehem ta’ bwar permanenti fl-erja agrikola totali koperta mill-pagamenti diretti tal-PAK biex jiżguraw li dan ma jinżilx għal aktar minn 5% taħt livell ta’ referenza. Il-konverżjoni u l-ħrit ta’ bwar permanenti li jkunu ambjentalment sensittivi huma pprojbiti.

Bdiewa b’aktar minn 15-il ettaru ta’ raba’ li jinħadem iridu jiddedikaw l-ekwivalenti ta’ 5 % ta’ dik l-art għal erjas b’fokus ekoloġiku. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tippermetti li l-bdiewa jissodisfaw l-obbligu permezz ta’ 19-il tip ta’ EFAs, inklużi l-art mistrieħa, l-għelejjel tat-titwiq, l-għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ.

Għalla diversifikazzjoni

Bwar permanenti Erjas b’fokus ekoloġiku

EKOLOĠIZZAZZJONI

Page 35: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

  35 

 

Figura 18 – Ekoloġizzazzjoni: mill‐ewwel ħsibijiet sat‐test finali 

 Sors: il‐QEA. 

53 F’rapport speċjali li ppubblikajna fl‐201745, aħna kkonkludejna li l‐ekoloġizzazzjoni ftit li xejn kellha effett li jista’ jitkejjel: hija wasslet għal bidliet fil‐prattiki agrikoli għal madwar 5 % biss tal‐art agrikola kollha tal‐UE, l‐għarfien dwar is‐sitwazzjoni bażi huwa frammentarju u l‐mod kif l‐ekoloġizzazzjoni hija mistennija li tikkontribwixxi għall‐miri tal‐bijodiversità tal‐UE mhuwiex ċar. Il‐Kummissjoni kkonfermat fl‐201846, filwaqt li kkwotat l‐evalwazzjoni tal‐ekoloġizzazzjoni proprja tagħha mill‐201747, li l‐implimentazzjoni tal‐ekoloġizzazzjoni mill‐Istati Membri u l‐bdiewa tista’ titjieb biex l‐objettivi tagħha jitwasslu aħjar. Dokumenti xjentifiċi waslu għal konklużjonijiet simili48. 

                                                       45  Rapport Speċjali Nru 21/2017 tal‐QEA: “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ 

għall‐introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”. 46  Il‐Kummissjoni: “Implimentazzjoni tal‐Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni u l‐

ewwel riżultati dwar ir‐rendiment tal‐Politika Agrikola Komuni”, COM(2018) 790 final, 2018. 47  Il‐Kummissjoni: “Evaluation study of the payment for agricultural practices beneficial for 

the climate and the environment”, 2017. 48  Ekroos et al.: “Weak effects of farming practices corresponding to agricultural greening 

measures on farmland bird diversity in boreal landscapes”, Landscape Ecol 34, 2019, pp. 389‐402; Pe'er et al.: “Adding Some Green to the Greening”, Conservation Letters, 2017, pp. 517‐530. 

Diversifikazzjoni tal‐għelejjel

Żamma ta’ bwar permanenti

Erjas b’fokus ekoloġiku

Kopertura veġetali

Għalla prinċipali <70 %, 2 għelejjel 

prinċipali <95 % tar‐raba’ li jinħadem u tal‐

ortikultura fil‐beraħ

Applikabbli fil‐livell tal‐irziezet għall‐bwar permanenti kollha ħlief għal marġni ta’ 5 %

Mingħajr produzzjoni:

5 % tar‐raba’ li jinħadem u l‐

għelejjel permanenti

Fuq 70 % tar‐raba’ li jinħadem, l‐

ortikultura fil‐beraħ u l‐għelejjel permanenti

Għalla prinċipali <70 %, 2 għelejjel 

prinċipali <95 % tar‐raba’ li jinħadem >3 ha

Applikabbli fil‐livell tal‐irziezet għall‐bwar permanenti kollha ħlief għal marġni ta’ 5 %

Mingħajr produzzjoni:

7 % tar‐raba’ li jinħadem u l‐

għelejjel permanenti

Għalla prinċipali <75% tar‐raba’ li jinħadem >10 ha, 2 għelejjel 

prinċipali <95 % tar‐raba’ li jinħadem >30 ha

Applikabbli fil‐livell tal‐irziezet għall‐bwar permanenti ambjentalment sensittivi biss

Bi produzzjoni  u mingħajrha: 5 % tar‐raba’ li jinħadem u l‐għelejjel permanenti

Tisħiħ Effett newtrali Dgħajfien

Valutazzjoni tal‐impatt Proposta  leġiżlattiva Leġiżlazzjoni adottata

Page 36: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

36

54 Id-diversifikazzjoni tal-għelejjel rarament twassal għal bidla fil-prattiki tal-ġestjoni tal-art49. Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni50 kkonkluda li din hija l-miżura ta’ ekoloġizzazzjoni bl-inqas benefiċċji ambjentali.

55 Iż-żamma u l-protezzjoni ta’ bwar permanenti huma importanti għall-bijodiversità tal-art agrikola anki jekk l-iskop prinċipali huwa t-tneħħija tal-karbonju. Studji wrew51 li l-livelli ta’ diversità tal-pjanti huma ħafna ogħla fejn il-bwar jiġu kkultivati b’mod mhux intensiv, eż. il-ħaxix jinqata’ darba fis-sena biss jew jintuża għar-ragħa b’mod aktar moderat.

Stampa 1 – Trobbija mhux intensiva tal-ifrat fuq bwar permanenti fl-Irlanda

Sors: il-QEA.

56 L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-ħrit ta’ bwar permanenti, li huwa ta’ detriment għall-bijodiversità. Fil-Polonja, il-bdiewa jistgħu, fil-prinċipju, jikkonvertu

49 Rapport Speċjali Nru 21/2017 tal-QEA: “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ

għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”, il-Figura 5. 50 Il-Kummissjoni: id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – “Executive Summary

of the Evaluation of the Regulation (EU) No 1307/2013”, SWD(2018) 479 final.

51 Plantureux et al.: “Biodiversity in intensive grasslands: Effect of management, improvement and challenges”, Agronomy Research 3(2), 2005; Marriott et al.: “Long-term impacts of extensification of grassland management on biodiversity and productivity in upland areas. A review”, Agronomie, 24(8), 2004.

Page 37: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

37

dawn il-bwar f’raba’ li jinħadem, dment li ma jkunx hemm ksur tal-limitu massimu kumplessiv ta’ 5 % stabbilit għall-pajjiż (ara l-Figura 17). Fil-Ġermanja u fl-Irlanda, il-bdiewa jeħtieġu awtorizzazzjoni amministrattiva qabel ma jkunu jistgħu jaħartu, u jridu jiżirgħu mill-ġdid erja ekwivalenti bil-ħaxix, jekk iridu jissodisfaw ir-rekwiżit relatat mal-bwar permanenti. Għalkemm studji jindikaw li l-bwar li jkunu għadhom kif inżergħu għandhom valur aktar baxx f’dak li jirrigwarda l-ambjent u l-bijodiversità52, din il-prattika hija komuni: minn 44 bidwi li kellhom bwar u li intervistajna, 17 kienu ħartu u żergħu mill-ġdid parti mill-bwar tagħhom mill-2015 ’il hawn.

57 Il-bdiewa ma għandhomx il-permess jaħartu art li tkun ġiet deżinjata bħala ambjentalment sensittiva għall-konservazzjoni ta’ erjas ta’ bijodiversità sinifikanti jew għaż-żamma tal-benefiċċji tas-sekwestru tal-karbonju. Fl-Istati Membri, din il-kategorija tirrappreżenta biss parti żgħira mill-bwar permanenti kollha, prinċipalment dawk li jinsabu fiż-żoni ta’ Natura 2000. Fl-2016, l-erja ta’ bwar permanenti suġġetti għall-miżuri ta’ ekoloġizzazzjoni kienet ta’ 47.7 miljun ettaru, b’7.7 miljun ettaru ta’ bwar permanenti ambjentalment sensittivi li jinsabu fiż-żoni ta’ Natura 2000. Id-data tal-Kummissjoni mill-2018 uriet li erba’ Stati Membri/reġjuni biss (il-Belġju-Flanders, iċ-Ċekja, il-Latvja u l-Lussemburgu) kellhom bwar permanenti deżinjati bħala ambjentalment sensittivi f’żoni li mhumiex ta’ Natura 2000: erja totali ta’ inqas minn 0.3 miljun ettaru.

58 Il-potenzjal tal-erjas b’fokus ekoloġiku (EFA) biex iwasslu benefiċċji għall-bijodiversità jiddependi mit-tipi ta’ EFA implimentati u mill-mod kif il-bdiewa jimmaniġġjawhom. Skont l-informazzjoni l-aktar reċenti li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni (2017), l-għażliet ippreferuti mill-bdiewa Ġermaniżi, Pollakki u Rumeni huma fil-biċċa l-kbira dawk li bosta studji xjentifiċi identifikaw53 bħala li huma l-inqas ta’ benefiċċju għall-bijodiversità tal-art agrikola, b’mod notevoli ż-żrigħ ta’ għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu u għelejjel tat-titwiq. Is-sitwazzjoni fl-Irlanda hija anomala, fis-sens li aktar minn 95 % tal-bdiewa huma eżentati mill-ekoloġizzazzjoni minħabba l-abbundanza naturali tal-bwar. Madwar 60 % tal-bdiewa Ċiprijotti għażlu li jissodisfaw l-obbligi tal-EFA tagħhom permezz tal-għażla tal-art mistrieħa, li hija favorevoli għall-bijodiversità; madankollu, iċ-ċifra għall-UE kollha hija inqas minn 20 % (ara l-Figura 19). Fl-2017, is-sehem ta’ raba’ li jinħadem fl-EFAs kien ivarja minn 0.2 % għal 20 % bejn l-

52 BfN: “Agriculture Report 2017: Biological diversity in agricultural landscapes”, 2017;

Plantureux et al.: “Biodiversity in intensive grasslands: Effect of management, improvement and challenges”, Agronomy Research 3(2), 2005.

53 Nilsson et al.: “A suboptimal array of options erodes the value of CAP ecological focus areas”, Land Use Policy 85, 2019; Ekroos et al.: “Weak effects of farming practices corresponding to agricultural greening measures on farmland bird diversity in boreal landscapes”, Landscape Ecol 34, 2019.

Page 38: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

38

Istati Membri, filwaqt li l-proporzjon bejn ir-raba’ li jinħadem u l-erja agrikola totali wkoll kien ivarja b’mod sinifikanti (ara l-eżempji fil-paragrafi 68 u 69).

Figura 19 – Diversi EFAs bħala sehem (%) ta’ raba’ li jinħadem, 2017

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni.

59 Is-CMEF54 jinkludi 22 indikatur tal-outputs u tar-riżultati relatati mal-ekoloġizzazzjoni. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikatur tal-impatti li permezz tiegħu tkun tista’ tkejjel l-effetti tal-ekoloġizzazzjoni fuq il-bijodiversità tal-art agrikola.

60 L-istħarriġ tagħna jikkorrobora s-sejbiet ta’ hawn fuq. Terz tal-awtoritajiet li wieġbu ħassew li l-ebda wieħed mill-istrumenti ta’ ekoloġizzazzjoni attwali ma kien tejjeb il-bijodiversità tal-art agrikola. Madwar nofs l-awtoritajiet iddikjaraw li r-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni jeħtieġ li jissaħħu fil-PAK ta’ wara l-2020, bħala parti mill-enfasi akbar fuq il-bijodiversità permezz ta’ “kundizzjonalità msaħħa”. Dan l-arranġament, intenzjonat biex jissostitwixxi l-ekoloġizzazzjoni u l-kundizzjonalità, jenħtieġ li jinkludi għadd ta’ SMRs u 10 standards tal-KAAT – tlieta aktar minn dawk li hemm fil-PAK attwali. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll strument ġdid magħruf bħala “ekoskemi”. L-Istati Membri se jkollhom l-obbligu li jfasslu u joffru “ekoskema” waħda jew aktar li tkopri prattiki agrikoli bħall-ġestjoni msaħħa tal-mergħat permanenti u tal-pajsaġġi, il-

54 Il-Kummissjoni: “Technical Handbook on the Monitoring and Evaluation Framework of the

Common Agricultural Policy 2014-2020”, 2015.

L-inqas ta’ benefiċċju għall-bijodiversitàta l -art agrikola

Biċċiet art ta’ lqugħ Art mistrieħa Karatteristiċi tal-pajsaġġ

Għelejjel li jiffissaw in-nitroġenuGħelejjel tat-titwiq, jew kopertura veġetali

Oħrajn (żoni afforestati, agroforestrija, imsajġar b’newbaqasira, meded fi truf il-foresti u għelieqi mtarrġa)

Page 39: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

39

ġestjoni tan-nutrijenti, il-pakketti ta’ miżuri dwar l-ikel u t-tibjit għal speċijiet li jdakkru, u l-biedja organika.

Xi skemi ta’ żvilupp rurali għandhom il-potenzjal li jtejbu l-bijodiversità tal-art agrikola

61 Aħna eżaminajna jekk l-azzjoni ta’ żvilupp rurali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, speċjalment l-użu tagħhom tal-miżuri agroambjentali klimatiċi, issa tiffukax aktar fuq il-konservazzjoni tal-bijodiversità, kif meħtieġ mill-Azzjoni 9 tal-istrateġija tal-UE (ara l-Figura 6), u jekk l-impatt tagħha huwiex immonitorjat b’mod adegwat. L-Azzjoni 9 hija maqsuma f’żewġ sottoazzjonijiet (ara l-Figura 20).

Figura 20 – Azzjoni 9 tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 u s-sottoazzjonijiet tagħha

Sors: il-QEA.

Il-miżuri agroambjentali klimatiċi kif ukoll dawk ta’ Natura 2000 u tal-biedja organika għandhom l-akbar potenzjal f’dak li jirrigwarda ż-żamma jew it-tisħiħ tal-bijodiversità tal-art agrikola

62 Jenħtieġ li l programmi tal-iżvilupp rurali (RDPs), li l-Istati Membri u r-reġjuni żviluppaw għall-PAK 2014-2020, ikun fihom miżuri biex jilqgħu għall-isfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali li ġew identifikati għaż-żona ġeografika li huma jkopru, inklużi l-isfidi għall-bijodiversità (ara l-Figura 21). Sa issa, l-UE pprovdiet madwar EUR 100 biljun f’finanzjament għall-iżvilupp rurali għall-perjodu 2014-2020, filwaqt li EUR 61 biljun oħra ġejjin mill-Istati Membri.

Azzjoni 9: Indirizzar aħjar tal-Iżvilupp Rurali għall-konservazzjoni tal-bijodiversità

9a) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jintegraw miri kkwantifikati għall-bijodiversità fl-istrateġiji u fil-programmi għall-Iżvilupp Rurali [...]

9b) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jistabbilixxu mekkaniżmi biex jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn il-bdiewa u l-operaturi tal-forestrija u biex ikun hemm kontinwità fil-karatteristiċi tal-pajsaġġ, protezzjoni tar-riżorsi ġenetiċi u mekkaniżmi oħra ta’ kooperazzjoni li jipproteġu l-bijodiversità.

Page 40: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

40

Figura 21 – Żvilupp rurali u bijodiversità

Sors: il-QEA.

63 L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri li żorna qiesu li, mill-miżuri inklużi fil-programmi tal-iżvilupp rurali, l-AECMs, segwiti mill-miżuri tal-biedja organika u dawk ta’ Natura 2000, joffru l-akbar potenzjal f’dak li jirrigwarda l-kontribut għall-mira tal-agrikoltura tal-istrateġija għall-bijodiversità (ara l-Kaxxa 2). Ir-riċerka xjentifika disponibbli tikkorrobora din il-fehma55.

55 Ara pereżempju d-dokument CEEweb for Biodiversity: “Rural Development Programmes

Performance in Central and Eastern Europe: Lessons learnt and policy recommendations”, 2013.

ti s tabbilixxi

Regolament dwar l -Iżvilupp Rurali (UE) Nru 1305/2013

Pri jori tà 4: Restawr, Preservazzjoni u Tisħiħ ta l-Ekosistemi

Qasam ta’ Pri jorità 4A: Restawr, Preservazzjoni u Tisħiħ ta l-Bijodiversità

L-RDPs jinkludu l -ħtiġijiet relatati mal-bi jodiversità fi Stat Membru/reġjun

Agroambjentali klimatiċi, biedja organika u Natura 2000

Azzjonijiet li jikkonċernaw ir-raba’ li jinħadem, il-bwarpermanenti u l-għelejjel permanenti

Impl imentazzjoni ta’ proġetti favorevoli għall-bijodiversità

sottodiviżi fi

konkretizzati minn

l i jiddefinixxu

l i jinkludu

speċifikamentimplimentati

minn

Page 41: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

41

Kaxxa 2

Miżuri ta’ żvilupp rurali li jikkontribwixxu l-aktar għall-bijodiversità

Il-bdiewa li jidħlu għal AECM b’mod volontarju jimpenjaw lilhom infushom, għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin, għal prattiki agrikoli li jirrispettaw l-ambjent u li jmorru lil hinn mill-obbligi legali rilevanti.

Il-miżura tal-biedja organika tipprovdi appoġġ għal kull ettaru għall-bdiewa li jibdlu għal prattiki u metodi agrikoli organiċi jew li jżommuhom.

Il-miżura ta’ Natura 2000 tipprovdi pagamenti ta’ kumpens annwali għal kull ettaru lill-bdiewa għall-ispejjeż addizzjonali li jġarrbu u għall-introjtu li jitilfu minħabba l-iżvantaġġi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats.

64 L-awtoritajiet li stħarriġna kkonfermaw il-potenzjal u l-utilità ta’ dawn il-miżuri ta’ żvilupp rurali għall-konservazzjoni tal-bijodiversità, billi dawn jikkontribwixxu għall-mira tal-agrikoltura tal-istrateġija u jippermettu li jsir ftit progress fir-rigward tal-isfidi ewlenin li l-bijodiversità qed tiffaċċja.

Miżuri agroambjentali klimatiċi li jkunu inqas eżiġenti għandhom rati ogħla ta’ parteċipazzjoni

65 Miżuri “ftit ekoloġiċi” jinkludu aktar bdiewa f’żona usa’, u jagħmlu domandi relattivament modesti f’termini ta’ prattiki agrikoli, kif ukoll jinvolvu inqas ħlas. Miżuri “ferm ekoloġiċi” jiffukaw fuq kwistjonijiet relatati mal-ambjent u mal-bijodiversità speċifiċi għas-sit, u għalhekk huma mmirati lejn ammont inqas ta’ azjendi agrikoli, kif ukoll jirrikjedu aktar sforz mill-bdiewa u jinvolvu ħlas akbar għas-servizzi pprovduti.

66 Ix-xjenzati u l-NGOs iqisu li l-iskemi “ferm ekoloġiċi” jwasslu għal bijodiversità akbar mill-miżuri li huma “ftit ekoloġiċi”56. Madankollu, aħna sibna li AECMs inqas ekoloġiċi li huma sempliċi iżda effettivi, bħat-tnaqqis fl-intensità tar-ragħa, il-limitazzjoni tal-input ta’ fertilizzanti jew erbiċidi kimiċi u projbizzjoni fuq il-ħsad matul il-perjodi tat-tibjit, ma jirrikjedux ħafna ħin u sforz mill-bdiewa, iżda għandhom ukoll il-potenzjal li jtejbu l-bijodiversità. Aħna sibna eżempji tajbin kemm ta’ miżuri “ftit

56 Lakner et al.: “A CAP-Reform Model to strengthen Nature Conservation – Impacts for Farms

and for the Public Budget in Germany”, Journal of the Austrian Society of Agricultural Economics, Diċembru 2018; Goetz et al.: “New Perspectives on Agri-environmental Policies: A Multidisciplinary and Transatlantic Approach”, 2009.

Page 42: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

42

ekoloġiċi” kif ukoll ta’ miżuri “ferm ekoloġiċi” li għandhom impatt għoli fuq il-bijodiversità f’termini ta’ speċijiet u ħabitats fl-Istati Membri kollha li awditjajna (ara l-eżempji mir-Rumanija u minn Ċipru fil-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Eżempji ta’ miżuri agroambjentali klimatiċi li huma “ftit ekoloġiċi” u “ferm ekoloġiċi”

Miżuri “ftit ekoloġiċi”

Fir-Rumanija, il-miżuri “ftit ekoloġiċi” huma mmirati lejn il-bijodiversità permezz ta’, pereżempju, prattiki agrikoli mhux intensivi jew tradizzjonali fuq il-bwar: il-fertilizzanti u l-pestiċidi kimiċi huma pprojbiti u r-ragħa huwa limitat għal massimu ta’ unità waħda ta’ bhejjem għal kull ettaru. F’Ċipru, miżura waħda tirrikjedi dokumentazzjoni speċifika, tipprojbixxi l-użu ta’ pestiċidi kimiċi u fertilizzanti, u titlob it-tneħħija mekkanika tal-ħaxix ħażin fuq għelejjel deżinjati.

Miżuri “ferm ekoloġiċi”

Ir-Rumanija toffri miżuri li jipproteġu speċijiet deżinjati ta’ għasafar u friefet. Ċipru għandu żewġ miżuri li huma speċifikament immirati lejn l-erjas agrikoli b’valur naturali għoli. Waħda minnhom tindirizza ż-żamma u t-tiswija ta’ ħitan tal-ġebel niexef, filwaqt li l-oħra tkopri għadd ta’ prattiki ambjentali f’erjas b’valur naturali għoli, bħall-arrikiment attiv tal-ħamrija għal għelejjel perenni jew projbizzjoni fuq ir-ragħa matul l-istaġun prinċipali tal-fjur.

67 Ir-rati ta’ parteċipazzjoni tal-bdiewa kienu aktar baxxi għal AECMs “ferm ekoloġiċi” milli għal dawk “ftit ekoloġiċi”: aħna nistmaw li f’Ċipru, fil-Ġermanja (Rhineland-Pfalz) u fir-Rumanija, mhux aktar minn madwar 15-20 % tal-AECMs kollha huma “ferm ekoloġiċi”. Appoġġati minn evidenza xjentifika57, l-awtoritajiet taw prinċipalment l-ispjegazzjoni li ġejja:

o F’erjas agrikoli ferm intensivi u li jrendu profitt, il-kumpens sħiħ għal miżuri “ferm ekoloġiċi” jkun irid ikun tant għoli li l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiffinanzjaw għadd suffiċjenti ta’ miżuri u azzjonijiet oħra.

o Is-sistema attwali għall-kalkolu ta’ pagamenti ta’ kumpens fuq il-bażi tal-“introjtu mitluf/l-ispejjeż imġarrba”, speċjalment f’erjas agrikoli mhux intensivi, tipprevjeni

57 Barnes et al.: “Alternative payment approaches for noneconomic farming systems

delivering environmental public goods”, 2011; Berkhout et al.: “Targeted payments for services delivered by farmers”, 2018.

Page 43: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

43

lill-Istati Membri milli jħallsu lill-bdiewa l-ispejjeż reali tagħhom f’każijiet fejn l-ammont tal-introjtu li jkun intilef ma jkunx wisq; dan huwa minħabba l-fatt li l-kalkolu jħalli barra l-ispejjeż tat-transazzjoni, jissottovaluta l-kwalità tal-eżiti u huwa bbażat fuq il-medja tal-ispiża mġarrba minn diversi bdiewa.

Il-bdiewa li jaħdmu r-raba’ huma inqas probabbli li jimpenjaw lilhom infushom għal miżuri agroambjentali klimatiċi rilevanti għall-bijodiversità

68 Ix-xjenzati jirrikonoxxu li l-intensifikazzjoni tas-sistemi tat-tkabbir tal-għelejjel wasslet għal tnaqqis fil-bijodiversità fuq l-art agrikola li tinħadem fl-UE58. Barra minn hekk, studji li twettqu fl-Ewropa kollha sabu li t-tnaqqis tal-ispeċijiet fil-bwar huwa partikolarment assoċjat ma’ prattiki agrikoli fuq raba’ li jinħadem fil-viċinat59. Aħna sibna li fl-Irlanda u fil-Ġermanja (Rhineland-Pfalz), l-AECHMs favur il-bijodiversità li jikkonċernaw il-bwar permanenti jaqbżu lil dawk li jikkonċernaw ir-raba’ li jinħadem, kemm fl-għadd ta’ applikazzjonijiet kif ukoll fl-għadd ta’ ettari. L-istess jgħodd għar-Rumanija, għalkemm ir-raba’ li jinħadem jirrappreżenta madwar żewġ terzi tal-erja agrikola tal-pajjiż. Fil-Ġermanja (Rhineland-Pfalz – 60 % tar-raba’ li jinħadem), il-kampjun tagħna wera li, fejn il-bdiewa tabilħaqq jidħlu għal miżura li tikkonċerna r-raba’ li jinħadem, huma għandhom it-tendenza li jillimitaw l-applikazzjoni tagħha għal irqajja’ art mhux produttivi aktar milli għal dawk li huma akbar, aktar produttivi u li jiġu kkultivati b’mod aktar intensiv.

69 Aktar minn 70 % tal-art agrikola Ċiprijotta tista’ tinħadem. Fl-2018, għalkemm Ċipru offra erba’ AECHMs favur il-bijodiversità għall-bdiewa li jaħdmu r-raba’, dawn kienu jirrappreżentaw biss 7 % tal-AECMs li ġew implimentati f’dik is-sena. Madwar 85 % tal-applikazzjonijiet kollha kienu għal għelejjel permanenti, bħall-ġewż, is-siġar tal-frott u s-siġar tal-ħarrub.

58 Boatman et al.: “The Environmental Impact of Arable Crop Production in the European

Union: Practical Options for Improvement”, Novembru 1999; Ahnström et al.: “Farmers' Interest in Nature and Its Relation to Biodiversity in Arable Fields”, International Journal of Ecology, 2013.

59 Ekroos et al.: “Optimizing agri-environment schemes for biodiversity, ecosystem services or both?” Biological Conservation, 172, 2014; Seibold et al.: “Arthropod decline in grasslands and forests is associated with drivers at landscape level”, Nature, 2019.

Page 44: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

44

L-iskemi bbażati fuq ir-riżultati għandhom effetti pożittivi, iżda huma rari

70 Mill-AECMs rilevanti għall-bijodiversità li eżaminajna fl-Istati Membri fil-kampjun tagħna għall-perjodu 2014-2020, tnejn biss kienu bbażati fuq ir-riżultati. B’mod ġenerali, sehem baxx ta’ skemi bbażati fuq ir-riżultati huwa komuni wkoll60. Taħt l-44 AECM l-oħra użati mill-Istati Membri fil-kampjun tagħna, il-bdiewa kienu tħallsu talli impenjaw lilhom infushom għal (jew qagħdu lura minn) ċerti attivitajiet, iżda mhux għar-riżultati miksuba minnhom. L-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali li ltqajna magħhom qiesu li l-iskemi ta’ żvilupp rurali bbażati fuq ir-riżultati jistgħu jkunu ta’ benefiċċju akbar għall-bijodiversità. Huma enfasizzaw li, għalkemm it-tfassil u l-iżvilupp ta’ skemi bħal dawn jirrikjedu aktar sforz, huma jistgħu jiġġeneraw data ta’ monitoraġġ li tkun aħjar. Eżempju wieħed huwa t-tfassil u l-użu ta’ sistema ta’ punteġġi li turi kemm jistgħu jinstabu speċijiet ta’ pjanti differenti f’roqgħa art partikolari. L-iskemi bbażati fuq ir-riżultati (ara l-eżempji fil-Kaxxa 4) jagħtu libertà akbar lill-bdiewa biex jiddeċiedu l-mod kif jimmaniġġjaw l-art tagħhom, u għalhekk aktar sjieda tar-riżultati tagħhom61.

60 Russi et al.: “Result-based agri-environment measures: Market-based instruments,

incentives or rewards?” Land Use Policy, 54, 2016; Herzon et al.: “Time to look for evidence: Results-based approach to biodiversity conservation on farmland in Europe”, Land Use Policy, 71, 2018.

61 Ibid.

Page 45: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

45

Kaxxa 4

AECM ibbażata fuq ir-riżultati

Fl-Irlanda, il-programm Burren jiffoka fuq il-konservazzjoni tal-pajsaġġ agrikolu uniku f’żona speċifika. Huwa ilu jagħmel parti mill-RDP Irlandiż mill-2016. L-iskema, li hija mmexxija minn ambjentalisti, toffri pagamenti kemm għall-azzjonijiet kif ukoll għar-riżultati. Konsulenti jgħinu lill-bdiewa biex ifasslu pjan ta’ attivitajiet sabiex iżommu jew iżidu l-istat ta’ konservazzjoni ta’ rqajja’ agrikoli. Ir-riżultati jiġu vvalutati kull sena. Jekk jirċievu punteġġ li jkun baxx wisq, ma jsir l-ebda pagament. Punteġġi ogħla jirriżultaw f’pagamenti ogħla. Il-prestazzjoni kumplessiva tal-bijodiversità tal-erjas/tal-irqajja’ art li huma koperti mill-iskema tjiebet gradwalment kull sena mill-bidu tagħha.

Il-pajsaġġ ta’ Burren fl-Irlanda Sors: il-QEA.

Fil-Ġermanja (Rhineland-Pfalz), l-awtoritajiet reġjonali jistabbilixxu programm speċifiku ta’ protezzjoni tan-natura għall-mergħat permanenti. Dan jirrikjedi li l-bdiewa parteċipanti jgħoddu u jiddokumentaw l-ispeċijiet ta’ pjanti preżenti fuq l-art tagħhom. Ma jsir l-ebda pagament jekk l-għadd ta’ speċijiet ta’ pjanti fuq roqgħa art ikun inqas minn ċertu soll.

Ftit huma l-indikaturi tal-iżvilupp rurali li jiffukaw fuq ir-riżultati u ħafna minnhom ma ġewx aġġornati reċentement

71 Ir-regoli tal-PAK62 jirrikjedu li l-Istati Membri jivvalutaw “sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġaw ir-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-bijodiversità inkluż f’żoni ta’ Natura 2000, żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi u l-biedja HNV, u l-istat tal-pajsaġġ Ewropew”. Fis-CMEF hemm biss indikatur wieħed tar-riżultati/tal-miri stabbilit biex jgħinhom jagħmlu dan: “perċentwal ta’ art agrikola li

62 L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 808/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-

Regolament (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

Page 46: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

46

taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġaw il-bijodiversità u/jew il-pajsaġġi”. L-ebda indikatur tal-impatti tas-CMEF ma jkejjel l-effett tal-politika ta’ żvilupp rurali fuq il-bijodiversità tal-art agrikola. Għall-PAK ta’ wara l-2020, il-Kummissjoni pproponiet tliet indikaturi tar-riżultati u tal-impatti għall-valutazzjoni tal-bijodiversità tal-art agrikola. Madankollu, kif iddikjarajna f’opinjoni reċenti63, jenħtieġ li dawn l-elementi jiġu ppreżentati bħala parti minn qafas koerenti (ara l-Figura 22).

Figura 22 – Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti relatati mal-bijodiversità tal-art agrikola għall-PAK ta’ wara l-2020

Sors: il-QEA, ibbażat fuq COM(2018) 392 final.

63 L-Opinjoni Nru 7/2018 tal-QEA rigward il-proposti tal-Kummissjoni għal regolamenti relatati

mal-Politika Agrikola Komuni għall-perjodu wara l-2020.

X’biħsiebha tkejjel il-Kummissjoni

Kif il-Kummissjoni qed tipproponi li tkejjel dan

Kummenti li saru fl-Opinjoni Nru 7/2018 tal-QEA

Indikaturi tar-riżultatiR.27 Preservazzjoni tal-ħabitats u ta l-ispeċijiet

Sehem ta ’ art agrikola li taqa’ taħt impenji ta ’ ġestjoni li jappoġġaw il-konservazzjoni jew i r-restawr tal-bijodiversità

Aħna ni rrikonoxxu l i r-riżultati relatati mal-bi jodiversità huma diffiċli biex ji tkejlu u l i l-bidliet immedjati spiss mhumiex evidenti. Madankollu, jekk R.27, R.28 u R.29 għandhom ji tqiesu bħala indikaturi tar-riżultati, jeħtieġ li jkun hemm evidenza xjentifika li tappoġġa r-ri żul tati mistennija tal-miżuri meħuda. Barra minn hekk, minkejja d-differenzi spiss sinifikanti fi l -kontribut tal-impenji għa ll-bijodiversità, kull ettaru jgħodd b’mod indaqs għall-indikaturi. Id-divrenzjar bejn dawn l -ettari skont i l-kontribut tagħhom għall-objettiv, abbażi ta’ evidenza xjenti fika, tkun tagħmel dawn l-indikaturi aktar s inifikattivi.

Għal l-Indikatur R.28, mhuwiex ċar għalfejn ti tkejjel l-erja assoluta minflok is-sehem, bħaż-żewġ indikaturi l -oħra.

R.28 Appoġġ ta ’ Natura 2000 Erja fi s-siti ta ’ Natura 2000 b’impenji għall-protezzjoni, i ż-żamma u r-restawr

R.29 Preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ

Sehem ta ’ art agrikola li taqa’ taħt impenji għa ll-ġestjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż ringieli ta ’ sġajriet

Indikaturi tal-impattiI .18 Żieda fil-popolazzjonijiet ta l -għasafar f’żoni agrikoli

Indiċi tal-Għasafar f’Żoni Agrikoli

Fi l -fehma tagħna, jenħtieġ li jkun hemm qafas koerenti tal-kejl tal-prestazzjoni biex jgħaqqad l -objettivi, l -interventi u l -indikaturi. L-Anness II tal-opinjoni tagħna għandu l-għan li jippreżenta tali qafas għad-disa’ objettivi speċifiċi proposti għall-PAK ta ’ wara l-2020.

I l -mod propost għall-kejl ta l-Indikatur I.20, is-sehem tal-erja agrikola utilizzata li hija koperta b’karatteristiċi tal-pajsaġġ, huwa indikatur tal-output u ma jkejjilx l-impatti.

I .19 Ti tjib tal-protezzjoni tal-bi jodiversità

I l -perċentwal ta ’ speċijiet u ħabi tats ta ’ interess Komunitarju marbuta mal-agrikoltura b’xejriet stabbli jew pożi ttivi

I .20 Ti tjib fil-provvediment tas -servizzi tal-ekosistema

Sehem ta ’ erja agrikola utilizzata l i hija koperta b’karatteristiċi ta l -pajsaġġ

Page 47: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

47

72 L-Istati Membri għandhom il-libertà li jiżviluppaw aktar indikaturi li permezz tagħhom huma jkunu jistgħu jkejlu l-impatt tal-RDPs tagħhom fuq il-bijodiversità. L-ebda wieħed mill-ħames Stati Membri li żorna ma kien żviluppa indikaturi tar-riżultati jew tal-impatti addizzjonali biex juri l-bidliet li jistgħu jitkejlu fil-bijodiversità tal-art agrikola.

73 Minbarra s-CMEF, fl-2006, il-Kummissjoni żviluppat sett ta’ 28 indikatur agroambjentali biex issegwi l-integrazzjoni tat-tħassib ambjentali fil-PAK64. Għal ċerti indikaturi, id-data l-aktar reċenti mill-Eurostat ilha mill-inqas 10 snin (ara l-Figura 23), u għal żewġ indikaturi (“art agrikola HNV” u “diversità ġenetika”), il-Kummissjoni qatt ma ppubblikat xi data.

Figura 23 – Indikaturi agroambjentali li ilhom ma jiġu aġġornati mill-2010 jew qabel

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni.

64 Il-Kummissjoni: “Żvilupp ta’ indikaturi agroambjentali għall-monitoraġġ tal-integrazzjoni tat-

tħassib ambjentali fil-politika agrikola komuni”, KUMM/2006/0508 finali, 2006.

Indikaturi agroambjentali

Bidla fl-użu tal-art

(2000-2006)

Kwalità tal-ħamrija (2006)

Riskju ta’ abbandun

tal-art (2006-2008)

Prattiki ta’ ħdim tar-

raba’ (2010)

Għata tal-ħamrija (2010)

Pajsaġġ –stat u

diversità (1996-2005)

Page 48: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

48

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 74 Aħna eżaminajna l-kontribuzzjoni tal-PAK għaż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità, kif ukoll jekk huwiex probabbli li tintlaħaq il-mira tal-agrikoltura (3A) tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità. Il-mira tistipula li jrid ikun hemm titjib li jista’ jitkejjel fil-bijodiversità. B’mod ġenerali, aħna sibna li dan ma kienx il-każ: la l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u lanqas l-awditu tagħna ma żvelaw li sar xi titjib bħal dan. Fil-fatt, id-data disponibbli dwar il-bijodiversità tal-art agrikola fl-UE turi b’mod mhux ambigwu tnaqqis f’dawn l-aħħar deċennji.

75 Il-mira tal-agrikoltura u l-azzjonijiet fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità ma jistgħux jitkejlu, u dan jagħmilha diffiċli biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni. Il-Kummissjoni ma kinitx żgurat li t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-parti agrikola tal-istrateġija għall-bijodiversità sal-2020 kienu kkoordinati b’mod sodisfaċenti mal-impenji internazzjonali f’dan il-qasam. Id-diversità ġenetika fl-għelejjel tal-irziezet u fl-annimali qed tkompli tonqos fl-UE (il-paragrafi 20 sa 30).

76 Is-segwiment imwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward tal-infiq taħt il-PAK li huwa ta’ benefiċċju għall-bijodiversità mhuwiex affidabbli minħabba dgħufijiet metodoloġiċi: xi koeffiċjenti ġew stabbiliti f’livelli ogħla minn dawk issuġġeriti mill-metodoloġija tal-OECD, u l-arranġamenti ta’ segwiment jinkludu ċerti tipi ta’ nfiq mingħajr prova ċara li huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità (il-paragrafi 31 sa 37).

Page 49: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

49

Rakkomandazzjoni 1 – Isir titjib fil-koordinazzjoni u fit-tfassil tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għal wara l-2020 u l-infiq jiġi segwit b’mod aktar preċiż

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

(a) taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tiddefinixxi azzjonijiet konkreti u li jistgħu jitkejlu, li għandhom jiġu implimentati sa data partikolari, għall-kapitolu dwar l-agrikoltura tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għal wara l-2020 u dwar l-azzjonijiet sussegwenti relatati;

(b) tivvaluta l-aħjar mod ta’ kif tikkoordina u toħloq sinerġiji bejn il-komponenti agrikoli tal-istrateġiji għall-bijodiversità tal-Istati Membri u l-kapitolu dwar l-agrikoltura tal-istrateġija tal-bijodiversità tal-UE għal wara l-2020, u tagħti lid-diversità ġenetika post prominenti kemm fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità wara l-2020 kif ukoll f’azzjonijiet sussegwenti;

(c) tirrevedi s-segwiment li hija twettaq fir-rigward tal-baġit għall-bijodiversità biex tallinjah mal-bidliet leġiżlattivi l-ġodda, bl-appoġġ ta’ evidenza xjentifika, u tallinjah mill-qrib mal-approċċ tal-OECD.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2023

77 Il-pagamenti diretti taħt il-PAK jirrappreżentaw madwar 70 % tan-nefqa agrikola tal-UE. Madankollu, l-impatt fuq il-bijodiversità tar-rekwiżiti assoċjati mal-pagamenti diretti, inkluża l-ekoloġizzazzjoni, kif ukoll mal-kundizzjonalità, huwa jew negattiv (pereżempju għal xi skemi tal-appoġġ akkoppjat volontarju), jew inkella huwa limitat jew mhux magħruf. Il-Kummissjoni ma tejbitx il-valur tal-kundizzjonalità għall-promozzjoni tal-bijodiversità mill-2011 ’il hawn, u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma għadha mhijiex parti mill-iskema. Ċerti standards tal-kundizzjonalità jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-bijodiversità, iżda la l-Kummissjoni u lanqas l-Istati Membri ma kejlu l-impatt tagħhom, u dawn jipprovdu inċentivi dgħajfa. Ma hemm l-ebda penali għall-istandard tal-kundizzjonalità li tikkorrispondi għall-SMRs u l-KAAT li huma rilevanti għall-bijodiversità, u l-penali għall-ksur li jkun instab huma baxxi (il-paragrafi 39 sa 50).

78 Il-Kummissjoni fasslet l-iskema ta’ ekoloġizzazzjoni biex tissodisfa, fost affarijiet oħra, l-impenn li hija ħadet taħt l-istrateġija għall-bijodiversità biex tippremja lill-bdiewa li japplikaw miżuri ambjentali li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità. Madankollu, il-bijodiversità ftit li xejn tibbenefika mill-ekoloġizzazzjoni. Id-diversifikazzjoni tal-għelejjel rarament twassal għal bidliet favorevoli fil-prattiki agrikoli. Il-benefiċċji tal-

Page 50: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

50

bwar permanenti jiddependu mill-prattiki agrikoli, li l-Istati Membri ma jsegwux. Erjas b’fokus ekoloġiku jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-bijodiversità, iżda l-Istati Membri u l-bdiewa tipikament huma favur għażliet b’impatt baxx, bħalma huma l-għelejjel tat-titwiq jew l-għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu. L-iskema ta’ ekoloġizzazzjoni wasslet għal ftit bidliet fil-prattiki tal-biedja (il-paragrafi 51 sa 60).

Rakkomandazzjoni 2 – Tissaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-pagamenti diretti għall-bijodiversità tal-art agrikola

Billi l-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li ssaħħaħ il-pagamenti diretti tal-PAK għal beni pubbliċi ambjentali, b’mod partikolari l-bijodiversità, meta tkun qed tivvaluta l-ippjanar strateġiku tal-PAK imwettaq mill-Istati Membri għall-perjodu ta’ wara l-2020, jenħtieġ li issa hija tiżgura li s-sett ta’ strumenti tal-PAK kollha li jaġixxu flimkien, u li jinkludu b’mod speċifiku l-iskemi ta’ pagament dirett, il-“kundizzjonalità msaħħa” u l-ekoskemi l-ġodda, ikunu aktar ambizzjużi u jwasslu aktar għall-bijodiversità meta mqabbla mal-istrumenti disponibbli fil-perjodu 2014-2020.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2023

79 L-istrumenti tal-iżvilupp rurali tal-UE għandhom potenzjal akbar mill-pagamenti diretti f’dak li jirrigwarda ż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità. L-aktar adatti huma l-miżuri agroambjentali klimatiċi, segwiti mill-biedja organika u l-pagamenti taħt Natura 2000 (il-paragrafi 62 sa 64).

80 L-Istati Membri joffru lill-bdiewa l-possibbiltà li jagħżlu bejn diversi AECM. L-iskemi “ftit ekoloġiċi” huma aktar komuni, aktar aċċessibbli u aktar popolari fost il-bdiewa, iżda huma inqas ta’ benefiċċju għall-bijodiversità. L-iskemi “ferm ekoloġiċi” huma inqas frekwenti, u inqas popolari, u huma aktar iffukati u aktar eżiġenti, iżda jwasslu għal benefiċċji ambjentali akbar. L-iskemi għall-bwar permanenti huma aktar komuni, u l-adozzjoni tagħhom hija ogħla, mill-iskemi għall-preservazzjoni tal-bijodiversità fuq ir-raba’ li jinħadem. L-iskemi bbażati fuq l-azzjonijiet huma wkoll aktar komuni, għalkemm inqas effettivi, mill-iskemi li jippremjaw lill-bdiewa għall-ksib ta’ riżultati (il-paragrafi 65 sa 70).

Page 51: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

51

Rakkomandazzjoni 3 – Tiżdied il-kontribuzzjoni tal-iżvilupp rurali għall-bijodiversità tal-art agrikola

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

(a) tqis li torbot aktar mill-qrib il-livell ta’ kofinanzjament għal miżuri differenti mal-valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-bijodiversità;

(b) meta tkun qed tapprova l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK imwettqa mill-Istati Membri, tiżgura li, kull fejn ikun meħtieġ, huma jinkludu interventi u impenji ta’ żvilupp rurali li jkunu ambizzjużi u favorevoli għall-bijodiversità li jindirizzaw il-kwistjonijiet u l-ħtiġijiet relatati mal-bijodiversità li jkunu l-aktar rilevanti, u li l-Istati Membri jagħmlu dawn l-iskemi attraenti kemm għall-irziezet tar-raba’ li jinħadem kif ukoll għal dawk tal-bwar.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2023

81 Aħna sibna li ma hemmx indikaturi affidabbli għall-kejl tar-riżultati u tal-impatti tal-iskemi ta’ pagament dirett u tal-programmi tal-iżvilupp rurali f’dak li jirrigwarda l-bijodiversità. L-uniku indikatur obbligatorju tal-iżvilupp rurali tas-CMEF għall-kejl tal-livell tal-bijodiversità tal-art agrikola huwa indikatur tal-output. Il-ftit indikaturi agroambjentali disponibbli għas-segwiment tal-integrazzjoni tat-tħassib ambjentali fil-PAK mhux dejjem ikunu aġġornati (il-paragrafi 71 sa 73).

82 L-istudju ppubblikat reċentement, li ġie kkuntrattat mill-Kummissjoni biex jappoġġa l-evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq il-ħabitats, il-pajsaġġi u l-bijodiversità, jikkonferma s-sejbiet tagħna. Hija tikkonkludi li, minħabba nuqqas ta’ data, mhuwiex possibbli li jiġi stmat l-impatt nett ikkombinat tal-istrumenti u l-miżuri tal-PAK fuq il-bijodiversità. B’mod ġenerali, madankollu, ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-bijodiversità jindikaw b’mod qawwi li l-PAK ma kinitx suffiċjenti biex jiġu miġġielda l-pressjonijiet tal-agrikoltura fuq il-bijodiversità, kemm f’ħabitats seminaturali jew inkella fuq art agrikola maħduma b’mod aktar intensiv.

Page 52: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

52

Rakkomandazzjoni 4 – Jintwera l-impatt tal-miżuri tal-PAK fuq il-bijodiversità tal-art agrikola

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi affidabbli tal-bijodiversità tal-art agrikola li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu vvalutati kemm l-impatti pożittivi kif ukoll dawk negattivi tal-istrumenti tal-PAK, li mbagħad jippermettu li hija tistabbilixxi l-linja bażi għall-PAK irriformata u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ skemi ta’ pagament u strumenti aktar effettivi għall-PAK ta’ wara l-2020, bħal “kundizzjonalità msaħħa”, ekoskemi u miżuri ta’ żvilupp rurali.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2022

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Nikolaos Milionis, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Mejju 2020.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner Lehne Il-President

Page 53: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

53

Annessi

Anness I – Xogħol prinċipali tal-awditjar fil-livell tal-Istati Membri

L-Istati Membri koperti Bażi għall-għażla Xogħol tal-awditjar

Żjarat fl-Istati Membri

Ċipru, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Polonja u r-Rumanija

Karatteristiċi: • kważi 30 % tal-infiq

kollu ddikjarat taħt il-FAEŻR;

• firxa wiesgħa ta’ prattiki agrikoli;

• ishma differenti ta’ art agrikola taħt biedja intensiva.

• Intervisti ma’ awtoritajiet u NGOs;

• Żjarat f’irziezet, inklużi intervisti strutturati ma’ 21 bidwi dwar prattiki agrikoli.

Stħarriġ

Fil-livell nazzjonali: il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, l-Italja u l-Portugall Fil-livell reġjonali: Flanders (il-Belġju), Wallonia (il-Belġju), il-Campania (l-Italja), u l-Lombardija (l-Italja)

L-istat tan-natura u tal-bijodiversità tal-art agrikola, l-isforzi li saru favur il-bijodiversità, il-karatteristiċi ġeografiċi u l-prattiki tal-biedja.

• Għad-9 kwestjonarji li ntbagħtu lill-awtoritajiet agrikoli u ambjentali, kemm dawk nazzjonali kif ukoll reġjonali, ir-rata ta’ rispons kienet ta’ 100 %;

• Il-kwestjonarju kopra l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità, il-PAK, kif ukoll il-monitoraġġ u l-finanzjament tal-bijodiversità tal-art agrikola.

Awditu tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni 2019

Iċ-Ċekja, il-Ġermanja, id-Danimarka, Spanja, Franza, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit

Kampjunar statistiku. Intervisti strutturati ma’ 57 bidwi dwar prattiki agrikoli.

Sors: il-QEA.

Page 54: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

54

Anness II – Indikaturi tal-bijodiversità

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni.

001A Abbundanza u distribuzzjoni ta’ speċijiet

Ewropej magħżula (Għasafar)

001B Abbundanza u distribuzzjoni ta’ speċijiet

Ewropej magħżula (Friefet)

002 Indiċi tal-Lista l-Ħamra għall-Ispeċijiet Ewropej

SEBI (Indikaturi Simplifikati tal-

Bijodiversità Ewropea)

003 Speċijiet ta’ interess Ewropew

004 Kopertura tal-ekosistema

AEI (Indikaturi agroambjentali)

1. Impenji agroambjentali

2. Żoni agrikoli taħt Natura 2000

CMEF (Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni)

C.34 Żoni ta’ Natura 2000

9. Bidla fl-użu tal-art

005 Ħabitats ta’ interess Ewropew

006 Diversità ġenetika tal-bhejjem

019 Agrikoltura: bilanċ ta’ nitroġenu

020A Erja taħt prattiki li għandhom il-potenzjal li

jappoġġaw il-bijodiversità: HNV

020B Erja taħt prattiki li għandhom il-potenzjal li jappoġġaw il-bijodiversità:

biedja organika

4. Erja taħt biedja organika

5. Konsum ta’ fertilizzant minerali

6. Konsum ta’ pestiċidi

12. Intensifikazzjoni/ estensifikazzjoni

14. Riskju ta’ abbandun tal-art

15. Bilanċ gross ta’ nitroġenu

22. Diversità ġenetika

20. Astrazzjoni tal-ilma

16. Riskju ta’ tniġġis mill-fosforu

23. Art agrikola b’Valur Naturali Għoli

Aġġornati regolarment

Id-data l-aktar reċenti dwar l-2014 jew qabelMa hemm l-ebda data disponibbli jew id-data tikkonċerna l-2010 jew snin preċedentiTrikkib

C.19 Erja agrikola taħt biedja organika

C.21 Unitajiet ta’ bhejjem

C.31 Kopertura tal-art

C.33 Intensità tal-biedja

C.35 u I.08 Indiċi tal-Għasafar f’Żoni Agrikoli

(FBI)

25. Xejriet fil-popolazzjoni tal-għasafar f’żoni agrikoli

C.36 L-istat ta’ konservazzjoni tal-ħabitats

agrikoli (bwar)

C.37 u I.09 Biedja HNV

C.41 u I.12 Materja organika tal-ħamrija

f’raba’ li jinħademR.07 u T.9 Sehem ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratt ta’ ġestjoni li jappoġġa l-bijodiversità u/jew

il-pajsaġġi

R.11 (PI) Diversità tal-għelejjel

R.12 (PI) Sehem ta’ bwar fl-erja agrikola totali

utilizzata

R.13 (PI) Sehem ta’ erja b’fokus ekoloġiku (EFA)

f’raba’ li jinħadem

**

**

**

**

***

**

009 Skorriment tat-tagħbija kritika għan-

nitroġenu

**

016 Kwalità tal-ilma ħelu *

***

***

025 Finanzjar tal-ġestjoni tal-bijodiversità *

**

**

*********

**

10.1 Xejriet tat-tkabbir tal-għelejjel

******

**

******

21. Erożjoni tal-ħamrija

******

**

***

***

**

*

**

Sitwazzjoni fid-19 ta’ Frar 2020.

Kull * tfisser li Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni indika li l-indikatur huwa rilevanti għall-bijodiversità jew għall-Mira 3A. B’kollox, aħna kkonsultajna tliet Direttorati Ġenerali.

******

**

**

**

C.39 u I.10 Astrazzjoni tal-ilma fl-agrikoltura *

C.40 u I.11 Kwalità tal-ilma *

*

***

***

**

**

R.14 (PI) Sehem ta’ erja taħt prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni

**

Nota: il-graff ma tinkludix l-indikaturi tal-output tas-CMEF.

Għall-Indikaturi C.21, C.39/I.10, R.11, jista’ jkun hemm dataaktar reċenti disponibbli, iżda din għadha ma ġietx aġġornata fil-portal agroalimentari.

Page 55: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

55

Termini u abbrevjazzjonijiet AECM: Miżura agroambjentali klimatika. Kwalunkwe wieħed minn sett ta’ prattiki fakultattivi li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ambjentali tas-soltu u li permezz tagħhom il-bdiewa jkunu intitolati għal pagament mill-baġit tal-UE.

Bur permanenti: Art agrikola li fuqha l-ħaxix jew għelejjel oħra ta’ foraġġ erbaċew jitkabbru għal aktar minn ħames snin konsekuttivi.

CMEF: Qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Ir-regoli u l-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-politika agrikola komuni.

DĠ AGRI: Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

DĠ ENV: Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Ambjent.

EEA: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

EFA: Erja b’fokus ekoloġiku. Erja ta’ art li fuqha l-bdiewa japplikaw prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent.

FAO: Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU.

FBI: Indiċi tal-għasafar f’żoni agrikoli. Indikatur tal-bidliet fl-għadd ta’ għasafar u ta’ speċijiet fuq art agrikola matul iż-żmien.

HNV: Valur naturali għoli. Il-karatteristika ta’ biedja mhux intensiva li tirrifletti l-benefiċċji tagħha għall-fawna selvaġġa u l-ambjent naturali.

IPBES: Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi. Korp internazzjonali miftuħ għall-pajjiżi kollha tan-NU li, b’rispons għal talbiet minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, jivvaluta l-istat tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema li jipprovdi.

JRC: Ċentru Konġunt tar-Riċerka. Is-servizz tal-Kummissjoni għax-xjenza u l-għarfien, li jipprovdi pariri xjentifiċi u appoġġ għall-politika tal-UE.

KAAT: Kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istat li fih il-bdiewa jridu jżommu l-art agrikola kollha, speċjalment art li attwalment ma tintużax għall-produzzjoni, sabiex jirċievu ċerti pagamenti taħt il-PAK. Din tinkludi kwistjonijiet bħall-ġestjoni tal-ilma u tal-ħamrija.

Page 56: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

56

KDB: Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika. Trattat multilaterali dwar il-konservazzjoni tal-bijodiversità, l-użu sostenibbli tal-komponenti tagħha, u l-qsim ġust u ekwu ta’ benefiċċji li jirriżultaw mill-użu ta’ riżorsi ġenetiċi.

OECD: Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.

PAK: Politika agrikola komuni. Il-politika unika u unifikata tal-UE dwar l-agrikoltura, li tinkludi sussidji u firxa ta’ miżuri oħra maħsuba biex jiggarantixxu s-sigurtà alimentari, jiżguraw standard tal-għajxien ġust għall-bdiewa tal-UE, jippromwovu l-iżvilupp rurali u jipproteġu l-ambjent.

RDP: Programm tal-iżvilupp rurali. Sett ta’ objettivi u azzjonijiet pluriennali nazzjonali jew reġjonali, approvati mill-Kummissjoni, għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE.

SEBI: Indikaturi Simplifikati tal-Bijodiversità Ewropea. Inizjattiva tal-UE biex jiġi żviluppat sett uniku u komprensiv ta’ data għall-valutazzjoni u r-rappurtar dwar il-progress li sar lejn il-miri u l-impenji tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 u ta’ ftehimiet internazzjonali oħra.

SMR: Rekwiżit statutorju ta’ ġestjoni. Regola tal-UE jew nazzjonali dwar il-ġestjoni tal-art agrikola biex jiġu ssalvagwardjati s-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll il-benessri tal-annimali u l-ambjent.

Page 57: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

Risposti tal-Kummissjoni

https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=53892

Kronoloġija

https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=53892

Page 58: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

Tim tal-awditjar Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla I tal-Awditjar, li hija mmexxija minn Nikolaos Milionis, Membru tal-QEA. Dan l-awditu tmexxa minn Viorel Ștefan, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Roxana Banica, Kap tal-Kabinett u Olivier Prigent, Attaché tal-Kabinett; Robert Markus, Maniġer Prinċipali; Jan Huth, Kap tal-Kompitu; Liia Laanes, Deputat Kap tal-Kompitu; Maciej Szymura, Ramona Bortnowschi, Ioan Alexandru Ilie, Michail Konstantopoulos u Anna Zalega, Awdituri. Marika Meisenzahl pprovdiet appoġġ grafiku. Thomas Everett ipprovda appoġġ lingwistiku.

Page 59: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

COPYRIGHT

© L-Unjoni Ewropea, 2020.

Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

Figura 5: © In-Nazzjonijiet Uniti: Għar-riproduzzjoni tal-ikoni jekk jogħġbok ikkonsulta https://www.un.org/sustainabledevelopment/wp-content/uploads/2019/01/SDG_Guidelines_AUG_2019_Final.pdf

Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.

Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.

Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.

ISBN: 978‐92‐847‐4753‐5 ISSN: 1977‐5741 doi: 10.2865/89709 QJ‐AB‐20‐012‐MT‐NISBN: 978‐92‐847‐4729‐0 ISSN: 1977‐5741 doi: 10.2865/220922 QJ‐AB‐20‐012‐MT‐Q

Page 60: SR 13/2020: Biodiversity on farmland: CAP contribution has not …€¦ · ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 % 5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata

Fl-Ewropa, l-għadd u l-varjetà tal-ispeċijiet ta’ annimali preżenti fuq art agrikola – “bijodiversità tal-art agrikola” – qed jonqsu b’mod konsiderevoli. Madankollu, l-UE impenjat lilha nfisha li sal-2020 twaqqaf it-telfien tal-bijodiversità. Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni ppjanat li talloka EUR 66 biljun mill-politika agrikola komuni bejn l-2014 u l-2020.

Aħna vvalutajna jekk il-politika agrikola tal-UE kinitx għenet biex tinżamm u tissaħħaħ il-bijodiversità tal-art agrikola. Aħna sibna li l-formulazzjoni tal-miri tal-agrikoltura fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità tagħmilha diffiċli biex jitkejjel il-progress; il-mod kif il-Kummissjoni ssegwi n-nefqa għall-bijodiversità fil-baġit tal-UE mhuwiex affidabbli; l-impatt tal-pagamenti diretti taħt il-PAK huwa limitat jew inkella mhuwiex magħruf; u l-Kummissjoni u l-Istati Membri taw preferenza lil miżuri ta’ żvilupp rurali b’impatt aktar baxx.

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni ttejjeb it-tfassil tal-istrateġija tagħha li jmiss għall-bijodiversità, issaħħaħ il-kontribuzzjoni li tingħata għall-bijodiversità permezz ta’ pagamenti diretti u azzjoni ta’ żvilupp rurali, issegwi n-nefqa relatata mal-bijodiversità b’mod aktar preċiż u tiżviluppa indikaturi affidabbli li jkunu adatti għall-monitoraġġ tal-progress fil-bijodiversità tal-art agrikola.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.