40
Stejjer ta’ suċċess

Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

  • Upload
    others

  • View
    5

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Stejjer ta’ suċċess

Page 2: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Europe Direct huwa servizz li jgħinek issib tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea.

Numru tat-telefown waħdieni bla ħlas (*):

00 800 6 7 8 9 10 11(*) L-informazzjoni mogħtija hija b’xejn, kif ukoll it-telefonati ġeneralment huma b’xejn (għalkemm xi operaturi, kabini tat-telefown

jew lukandi jistgħu jitolbu ħlas).

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet. Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2014

ISBN 978-92-79-40408-5doi:10.2780/88820

© L-Unjoni Ewropea, 2014Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.

Page 3: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

1

2

3

4

6

5

7

8

Kwalifiki professjonali

Il-moviment ħieles tal-persuni u tal-ħaddiema

Il-moviment ħieles tas-servizzi

Il-moviment ħieles tal-merkanzija

Liċenzji tas-sewqan u r-reġistrazzjoni tal-vetturi

Diskriminazzjoni

It-tassazzjoni

Is-sigurtà soċjali u l-assistenza

Page 4: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,
Page 5: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

L-Irlanda ġġib ir-regoli għar-rikonoxximent tat-terapisti okkupazzjonali konformi mal-liġi tal-UE

Is-SOLVIT irċieva żewġ ilmenti, mingħand ċittadin Pollakk u ċittadin Ġermaniż, li kienu qed ifittxu li l-kwalifiki professjonali tagħhom bħala terapisti okkupazzjonali jiġu rrikonoxxuti fl-Irlanda. L-Awtorità Irlandiża rrekjediet li l-kulleġġ jew università li minnhom iggradwaw l-applikanti kienu approvati mill-Federazzjoni Dinjija tat-Terapisti Okkupazzjoni (WFOT) fil-mument tal-gradwazzjoni. Madankollu, tali rekwiżit addizzjonali għar-rikonoxximent tal-kwalifiki ma kienx konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE. L-uffiċċju tas-SOLVIT fl-Irlanda kkuntattja l-ministeru responsabbli, u pperswadieh biex jaċċetta t-talbiet għar-

rikonoxximent. Bis-saħħa tal-intervent tas-SOLVIT, ir-referenza għall-affiljazzjoni mal-WFOT, li kienet prekondizzjoni għar-rikonoxximent, tneħħiet minn fuq is-sit elettroniku tal-AOTI u mill-formoli tal-applikazzjoni.

Każ solvut f’5 xhur.

Għalliem Ċek jikseb ir-rikonoxximent tad-diploma tiegħu fil-Lussemburgu

Ċittadin Ċek ġietu l-opportunità li jaħdem fil-Lussemburgu bħala għalliem. Kiseb il-kwalifika meħtieġa fir-Repubblika Ċeka. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Lussemburgu rrifjutaw li jirrikonoxxu l-kwalifika tiegħu. Barra minn hekk, lanqas ma ħallewh jagħmel eżamijiet kompensatorji, jew jattendi taħriġ addizzjonali. Is-SOLVIT intervjena, u l-awtorità kompetenti infurmat lis-SOLVIT li l-każ kien se jiġi analizzat mill-ġdid. Jew id-diploma tiġi rrikon-oxxuta direttament, jew inkella, fil-każ ta’ rikonoxximent parzjali, l-applikant ikun mistieden li jgħaddi minn miżuri kompensatorji. Fl-aħħar, il-kwalifika tiegħu ġiet rikonoxxuta bis-sħiħ.

Każ solvut f’7 ġimgħat.

Is-SOLVIT jgħin lil tabib jikseb ir-rikonoxximent tal-kwalifika professjonali tiegħu fl-Italja

Ċittadin Taljan kellu titlu proviżjonali ta’ tabib maħruġ mill-Awtoritajiet ta’ Spanja, hu u jistenna li t-titlu definittiv jinħareġ

Kwal

ifiki

pro

fess

jona

li

5

1 Kwalifiki professjonali

Page 6: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Kwal

ifiki

pro

fess

jona

li

6

mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Meta l-klijent mar l-Italja u talab ir-rikonoxximent professjonali, il-Ministeru tas-Saħħa Taljan ma xtaqx jirrikonoxxi t-titlu proviżjonali Spanjol li kellu t-tabib, minkejja li kellu l-istess validità bħall-oriġinal. Wara l-intervent tas-SOLVIT, il-Ministeru tas-Saħħa Taljan aċċetta ċ-ċertifikat sostitut maħruġ mill-Awtorità ta’ Spanja, u ħariġlu ċertifikat ta’ rikonoxximent tal-kwalifika professjonali bħala tabib.

Każ solvut f’ġimagħtejn.

Diploma Ungeriża rikonoxxuta fi Franza

Ċittadina Franċiża b’diploma ta’ infirmiera mill-Ungeri-ja applikat għar-rikonoxximent tal-kwalifiki profess-jonali tagħha fi Franza, biex tkun tista’ tibda taħdem. Madankollu, l-awtorità kompetenti ma weġbitx fl-iskadenza ta’ tliet xhur stipulata mil-liġi tal-UE. Dan id-dewmien kien qed jipperikola ċ-ċansijiet li

taċċetta x-xogħol li kienet ġiet offruta. Bis-saħħa tal-intervent tas-SOLVIT, il-kumitat responsabbli għad-deċiżjoni eżamina il-fajl tagħha, u rrikonoxxa malajr u bis-sħiħ il-kwalifiki tagħha.

Każ solvut f’9 ġimgħat.

Is-SOLVIT jippermetti lil tabiba Estonjana taħdem fi Spanja

Tabiba Estonjana ma tħallietx taħdem fi Spanja għal għaxar xhur, minħabba dewmien fir-rikonoxximent tal-kwalifiki tagħha. Skont il-liġi tal-UE, iż-żmien massimu għal din il-proċedura huwa ta’ tliet xhur. Bl-għajnuna tas-SOLVIT, il-proċeduri tħaffew, u llum it-tabiba Estonjana tista’ taħdem fi Spanja.

Każ solvut f’4 ġimgħat.

Is-SOLVIT jgħin lil fiżjoterapist jipprattika fil-Portugall

Fiżjoterapist Awstrijak b’diploma Awstrijaka applika għar-rikonoxximent professjonali fil-Portugall. Għal iktar minn sena ma rċeviex risposta mingħand l-awtorità Portugiża. Meta ċempel lill-awtorità, qalulu li kellu jistenna sakemm jerġgħu jċemplulu. Billi kellu bosta opportunitajiet biex jaħdem il-Portugall kellu bżonn id-deċiżjoni mingħajr dewmien - mingħajrha ma setax jibda jaħdem. Bis-saħħa tal-intervent tas-SOLVIT fil-Portugall, kiseb ir-rikonoxximent fi żmien xahar, u seta’ jibda l-karriera professjonali tiegħu fil-Portugall.

Każ solvut f’5 ġimgħat.

Page 7: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Kwal

ifiki

pro

fess

jona

li

7

Is-SOLVIT jiggarantixxi li l-fiżjoterapisti Rumeni jistgħu jagħmlu eżamijiet fl-Italja

Ħames ċittadini Rumeni xtaqu li l-kwalifiki tagħhom ta’ fiżjoterapisti jiġu rrikonoxxuti fl-Italja. L-awtorità kompetenti tal-Italja vvalutat il-fajls tagħhom, u talbithom jagħżlu miżura kumpensatorja, jiġifieri jew perjodu ta’ taħriġ jew eżami. Minkejja li ċ-ċittadini infurmaw lill-awtorità bl-għażla tagħhom, il-Ministeru naqas milli jorganizza l-eżami, u b’hekk ġiegħel liċ-ċittadini jistennew. Bis-saħħa tal-inter-vent tas-SOLVIT, il-Ministeru qabel li jorganizza l-eżami. Il-ħames fiżjoterapisti għaddew, u l-kwalifiki tagħhom ġew irrikonoxxuti.

Każ solvut f’4 ġimgħat.

Is-SOLVIT jabolixxi t-test tal-lingwa għall-mastrudaxxi tal-UE fl-Iżvezja

Mastrudaxxa Pollakk li kien jaħdem fl-Iżvezja qalulu li, biex jieħu l-paga sħiħa bħala mastrudaxxa tas-sengħa, kellu jikseb ċertifikat ta’ profiċjenza Żvediż billi jagħti prova li kellu 10 000 siegħa es-perjenza jaħdem ta’ mastrudaxxa fl-Iżvezja, u billi jgħaddi minn test bil-miktub tal-Iżvediż. Is-SOLVIT għen lill-mastrudaxxa jġib iċ-ċertifikat tiegħu, u kkonvinċa lill-awtoritajiet ineħħu t-test tal-lingwa bil-miktub.

Każ solvut fi 12-il ġimgħa.

Page 8: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Kwal

ifiki

pro

fess

jona

li

8

Is-SOLVIT jgħin biex Bulgaru jistudja l-arkitettura fil-Ġermanja

Ċittadin Bulgaru xtaq jistudja l-arkitettura l-Ġermanja. Id-diploma Bulgara tiegħu mill-kulleġġ (biżżejjed biex jidħol fi kwalunkwe uni-versità tal-Bulgarija) wriet li kien segwa s-sillabu ġenerali.

Madankollu, billi kien studja xi suġġetti addizzjonali tal-arti, id-diploma kienet issemmi wkoll speċjalizzazzjoni fl-arti u fil-pittura. L-awtoritajiet Ġermaniżi ddikjaraw li din l-ispeċjalizzazzjoni kienet tillimita l-aċċess tiegħu għal ċerti universitajiet biss, li ma kinux jinkludu skejjel tal-arkitettura.

Bis-saħħa tas-SOLVIT, l-awtoritajiet Ġermaniżi reġa’ bdielhom

u rrikonoxxow li d-diploma tiegħu kienet valida biex jistudja l-arkitettura fil-Ġermanja.

Każ solvut fi 13-il ġimgħa.

Is-SOLVIT jgħin lil inġinier Irlandiż jibda jaħdem fil-Polonja

Ċittadin Pollakk li kiseb il-kwalifiki tal-inġinerija tiegħu fl-Irlanda kien qed isibha bi tqila jikseb ir-rikonoxximent tagħhom fil-Polon-ja. L-awtoritajiet insistew li kellu jagħmel eżaminijiet addizjonali, minħabba differenzi bejn il-lawrji tal-inġinerija tal-Irlanda u tal-Polonja.

Dan ir-rekwiżit mhuwiex konformi tal-liġi tal-UE. Wara l-intervent tas-SOLVIT, l-awtoritajiet Pollakki qablu li jirrikonoxxu l-kwalifiki Irlandiżi mingħajr kundizzjonijiet oħra.

Każ solvut f’4 ġimgħat.

Page 9: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Kwal

ifiki

pro

fess

jona

li

9

Spiżjar Pollakk mir-Renju Unit jirnexxilu jibda jaħdem fi Spanja

Ċittadina Pollakka ggradwat fil-Farmaċewtika fl-2001. Fl-2005 ġarret lejn ir-Renju Unit, fejn ħadmet bħala spiżjara sal-2009.

Fl-2010 niżlet Spanja, u ppruvat iġġib ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tagħha. Kellha problemi bl-applikazzjoni u bid-do-kumenti li kienet ressqet: ma kinitx intitolata għar-rikonoxximent awtomatiku, iżda għad-drittijiet li kienet kisbet għaż-żmien li kienet ħadmet fir-Renju Unit.

Bis-saħħa tal-intervent tas-SOLVIT, l-awtorità relevanti Spanjola rrevediet il-fajl, u rrikonoxxiet il-kwalifiki professjonali tagħha. B’hekk setgħet taħdem ta’ spiżjara fi Spanja wkoll.

Każ solvut f’6 ġimgħat.

Lingwa mitgħallma darba, mitgħallma għal dejjem

Ċittadina Bulgara bi kwalifika ta’ infirmiera mill-Bulgarija (kura ġenerali) applikat għar-rikonoxximent tal-kwalifika tagħha mingħand in-Nursing and Midwifery Council (NMC) fir-Renju Unit. Wara l-valutazzjoni tat-taħriġ tagħha, l-NMC iddetermina li kellha tgħaddi minn miżura kompensatorja ta’ 6 xhur bħala perjodu ta’ adattament, iżda l-klijenta kellha diffikultà ssib kors xieraq għall-adattament meħtieġ. Kien hemm il-prekundizzjoni ta’ test tal-Ingliż tal-IELTS, minkejja li l-applikanta kienet diġà għaddiet minn test tal-lingwa Ingliża ieħor. Skont l-Artikolu 53 tad-Direttiva 2005/36/KE, “Persuni li jibbenefikaw mir-rikonoxximent ta’ kwalifiki pro-fessjonali għandu jkollhom għarfien tal-lingwi meħtieġa għall-prattika tal-professjoni fl-Istat Membru ospitanti”. Madankollu, l-evalwazzjoni tal-għarfien tal-lingwa mhijiex parti mill-proċedura

għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali. Bis-saħħa tal-inter-vent tal-uffiċċji tas-SOLVIT fil-Bulgarija u fir-Renju Unit, il-klijenta kisbet ir-rikonoxximent tal-evidenza tal-kors bl-Ingliż li kienet għamlet, u kellha l-opportunità tgħaddi mill-miżura kompensa-torja ddeterminata mill-NMC.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Xogħol ta’ qabla kullimkien fl-Ewropa

Ċittadina Bulgara applikat għar-rikonoxximent tal-kwalifika u l-esperjenza medika tagħha mill-awtoritajiet Spanjoli. Għalkemm l-applikazzjoni tagħha kienet akkumpanjata miċ-ċertifikat meħtieġ mingħand l-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini (l-Artiko-lu 11(d) tad-Direttiva 2005/36/KE), irċeviet talba biex tressaq di-ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla, u l-applikazzjoni tagħha kienet għar-rikonoxximent ta’ din il-professjoni u mhux għal dik ta’ infirmiera. Wara l-intervent tas-SOLVIT, il-Ministeru tas-Saħħa ta’ Spanja ddikjara li kien hemm sejħiet għal testijiet tal-ħiliet għal ċerti ċittadini tal-UE li kienu app-likaw għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tagħhom biex jeżerċitaw il-professjoni ta’ qabla fi Spanja. Il-klijenta rċeviet ittra speċjali mingħand l-awtorità kompetenti rigward ir-rikonoxximent effettiv tal-professjoni tagħha.

Każ solvut f’7 ġimgħat.

Għajnuna biex dentist Spanjol jipprattika fir-Renju Unit

Iġjenista dentali applikat lill-Awtoritajiet tar-Renju Unit għar-rikonoxximent tal-kwalifika professjonali tagħha miksuba fi Spanja. Il-General Dental Council talabha tressaq ċerti dokumenti, iżda billi

Page 10: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Kwal

ifiki

pro

fess

jona

li

10

nstab li dawn id-dokumenti ma kinux biżżejjed, talbuha timla kwist-jonarju twil. Fl-aħħar, l-applikazzjoni tagħha għar-rikonoxximent ġiet miċħuda mill-General Dental Council. Wara l-intervent tas-SOLVIT, l-applikazzjoni tal-iġjentista dentali ġiet ivvalutata mill-ġdid minn bord ta’ assessuri, wara t-tressiq ta’ iktar informazzjoni. Il-General Dental Council ikkonferma li l-applikazzjoni kienet inltaqgħet b’suċċess, u l-klijenta ġiet infurmata bir-riżultat.

Każ solvut fi 12-il ġimgħa.

Tobba tal-viżta minn Franza għal għajnejn l-Ispanjoli wkoll

Tabiba tal-vista Franċiża (opticien-lunetiere) applikat għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tagħha fi Spanja. L-awtoritajiet Spanjoli talbuha attestazzjoni tal-kompetenza tagħha bħala prova li kkwalifikata biżżejjed biex taħdem ta’ tabiba tal-viżta. L-uffiċjal ikkuntattja lill-awtoritajiet Franċiżi, iżda dawn wieġbu f’posta elettronika li ma setgħux jipprovdu d-dokument għaliex kienu joħorġu dan it-tip ta’ dokument biss għall-professjonijiet ta’ rikonoxximent awtomatiku; madankollu, ikkonfermaw fl-istess posta elettronika li kienet ikkwalifikata biex taħdem ta’ tabiba tal-viżta fi Franza.

Bis-saħħa tal-intervent tas-SOLVIT, dik il-posta elettronika tqieset bħala evidenza, u l-fajl ġie rrivedut sabiex jiġu rrikonoxxuti l-kwalifiki tagħha u jiġu vvalutati l-miżuri kompensatorji possibbli.

Każ solvut f’5 ġimgħat.

Is-SOLVIT jiftaħ il-bieb beraħ għall-fiżjoterapisti Rumeni fi Franza

Il-fiżjoterapisti kkwalifikati mir-Rumanija kienu mdorrija jistennew fit-tul ħafna biex iġibu r-rikonoxximent biex ikunu jistgħu jippratti-kaw fi Franza. Is-SOLVIT intervjena, u llum ir-rikonoxximent jinħareġ ħafna iktar malajr.

Każ solvut f’7 ġimgħat.

Page 11: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

11

2

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

al-p

ersu

ni u

tal

-ħad

diem

a

Il-moviment ħieles tal-persuni u tal-ħaddiema

Is-SOLVIT jippermetti lil konsulent Bulgaru jaħdem il-Lussemburgu

Ċittadin Bulgaru b’diploma Franċiża ġie offrut xogħol f’impriża tal-konsulenza fil-Lussemburgu. Il-kumpanija kienet ħadet ħsieb l-arranġamenti meħtieġa biex tikseb permess tax-xogħol għall-impjegat ġdid tagħha. Madankollu, il-proċedura kienet qiegħda ddum ħafna iktar mill-perjodu mistenni ta’ bejn xahar u tliet xhur, u dan id-dewmien kien qed jipperikola ċ-ċansijiet taċ-ċittadin Bulgaru biex jieħu l-post. Wara l-intervent tas-SOLVIT, l-applikant irċieva l-permess tax-xogħol u seta’ jibda l-karriera professjonali tiegħu fil-Lussemburgu.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Is-SOLVIT jippermetti lill-mara Brażiljana ta’ ċittadin Belġjan tivvjaġġja fl-Ewropea

Mara mill-Brażil li tgħix fir-Renju Unit (miżżewġa ċittadin Belġjan) kellha tivvjaġġja lejn Franza għal intervent mediku urġenti, iżda ma setgħetx toħroġ mill-pajjiż għax l-awtoritajiet tar-Renju Unit kienu qabżu l-iskadenza ta’ 6 xhur biex iġeddu l-permess tar-residenza tagħha skont il-liġi tal-UE. Is-SOLVIT ikkuntattjaw lill-Home Office tar-Renju Unit, u d-dokumenti nħarġu malajr.

Każ solvut f’4 ġimgħat.

Page 12: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

al-p

ersu

ni u

tal

-ħad

diem

a

12

Bl-għajnuna tas-SOLVIT, koppja għarajjes ma jitilfux qtugħ il-kejk

Koppja Brittanika miżżewġin uffiċjalment fir-Renju Unit stiednu lil sħabhom u lil qrabathom jingħaqdu magħhom fiċ-ċelebrazzjoni tat-tieġ tagħhom fil-Portugall. Missier l-għarusa, ċittadin mill-Iran li ilu 25 sena miżżewweġ ċittadina Brittanika u jgħix u jaħdem fir-Renju Unit, applika għal viża ta’ ġimagħtejn għall-Portugall. Ipprovda d-dokumenti kollha meħtieġa, iżda l-viża ġiet irrifjutata għal “kwistjonijiet marbutin mal-immigrazzjoni”. L-għarus ikkuntattja lis-SOLVIT, li ħadem mal-awtoritajiet relevanti biex tinħareġ viża għal missier l-għarusa qabel iċ-ċelebrazzjonijiet fil-Portugall. Kif stqarr bi gratitudni l-għarus, “Din l-aħbar tajba serrħitna moħħna tassew, u ninsab kuntent li issa t-tieġ tagħna se jkun żmien ta’ ferħ.”

Każ solvut f’ġimagħtejn.

Missier Daniż jerġa’ jingħaqad ma’ familtu fil-Ġermanja

Klijent Daniż xtaq jorganizza reunifikazzjoni tal-familja, ma’ martu u ibnu mit-Tajlandja, waqt li kien jgħix għal xi żmien fil-Ġermanja. Madankollu, it-talba għal permess tar-residenza ġiet miċħuda mill-awtoritajiet lokali tal-Ġermanja. Wara li l-fergħa tas-SOLVIT fil-Ġermanja kkuntattjat lill-awtorità relevanti fi Flensburg, il-każ tal-klijent ġie pproċessat fil-ħin, u l-mara tal-klijent irċeviet il-kard tar-residenza għal membru tal-familja skont id-Direttiva 2004/38/KE. Bis-saħħa tas-SOLVIT fil-Ġermanja, ġiet solvuta l-problema tal-mara li kellha l-viża se tiskadi, u setgħet tibqa’ l-Ġermanja legalment. B’hekk il-familja setgħet tistabbilixxi ruħha l-Ġermanja flimkien mat-tifel. Huma u jirringrazzjaw lis-SOLVIT, qalu li s-SOLVIT huwa għodda brillanti għas-soluzzjoni ta’ problemi, li jmissha tkun iktar magħrufa qalb in-nies.

Każ solvut fi 12-il ġimgħa.

Il-perjodi ta’ residenza ta’ qabel l-adeżjoni jgħoddu wkoll!

Ċittadin Bulgaru kien ilu iktar minn 5 snin jgħix legalment fil-Pajjiżi l-Baxxi, minn qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija fl-UE. Iċ-ċittadin kien applika għal residenza permanenti fil-Pajjiżi l-Baxxi, iżda l-awtori-tajiet lokali ma kinux konvinti li l-applikant kien jgħix diġà legal-ment fil-Pajjiżi l-Baxxi qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija fl-UE. B’xorti ħażina, lanqas dikjarazzjoni mill-forzi militari fejn kien irreġistra l-applikant ma ġiet irrikonoxxuta. L-intervent taċ-ċentri tas-SOLVIT tal-Bulgarija u tal-Olanda sabu soluzzjoni għall-każ, u l-applikant ingħata ċertifikat ta’ residenza permanenti.

Każ solvut fi 3 ġimgħat.

Page 13: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

al-p

ersu

ni u

tal

-ħad

diem

a

13

SOLVIT jgħin lil ċittadin Tuneżin jikseb permess tar-residenza fir-Renju Unit

Tuneżin li jgħix mal-mara Pollakka tiegħu fir-Renju Unit kellu jisten-na iktar mill-perjodu ta’ 6 xhur impost mil-liġi tal-UE biex jinħariġlu permess tar-residenza fir-Renju Unit. Il-permess tar-residenza ngħata ftit wara l-intervent tas-SOLVIT.

Każ solvut f’10 ġimgħat.

Bl-għajnuna tas-SOLVIT, ċittadini tal-UE jitbasktu fix-xemx ta’ Ċipru

Koppja Brittanika li tgħix legalment f’Ċipru applikaw għal status ta’ residenza permanenti. Kważi sena wara, l-awtoritajiet infurmaw lill-koppja li l-ewwel kellhom jiksbu permess ta’ residenza ta’ 3 xhur, biex jagħtu prova tal-kontinwità tas-soġġorn tagħhom. Is-SOLVIT innotifika lill-awtoritajiet li dan kien illegali skont il-liġi tal-UE, u

li l-koppja kienet intitolata għar-residenza permanenti billi kienu ilhom residenti legali f’Ċipru għal iktar minn ħames snin. Wara dan l-intervent, l-awtorità kompetenti ħarġet id-dokumenti meħtieġa lill-koppja li kienet ressqet l-ilment, u biddlet il-politika tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni għar-residenza permanenti.

Każ solvut f’10 ġimgħat.

Is-SOLVIT jippermetti li l-benefiċċji soċjali Sloveni jitħallsu f’kontijiet ta’ banek barranin

Ċittadin Ġermaniż ħadem fis-Slovenja għal perjodu ta’ sitt xhur. Kif mar lura l-Ġermanja, applika għal benefiċċju tat-tfal u għal benefiċċji tal-ġenituri għall-perjodu li fih kien ħadem fis-Slovenja. L-awtorità tas-Slovenja bagħtet ittra lill-applikant li fiha talbitu jiftaħ kont tal-bank fis-Slovenja biex ikun jista’ jirċievi l-pagament. L-awtorità spjegat li trasferiment lejn kont tal-bank Ġermaniż kien impossibbli minħabba raġunijiet tekniċi. Wara l-intervent tas-SOLVIT, l-awtorità Slovena ddeċidiet li taġġorna s-sistema ta’ informazzjoni tagħha sabiex tiffaċilita l-pagamenti transfruntieri fil-qasam tal-benefiċċji tal-familja.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Is-SOLVIT jgħin lil artist Awstrijak jirreġistra bħala resident fil-Lussemburgu

Artist Awstrijak xtaq jirreġistra bħala resident fil-Lussemburgu. Ipprovda d-dokumenti kollha meħtieġa lill-awtoritajiet lokali, iżda dawn irrifjutaw li jirreġistrawh mingħajr ma hu jipprovdi dikjarazz-joni ta’ appoġġ mingħand persuna residenti fil-Lussemburgu. Is-SOLVIT ġibed l-attenzjoni li dan ir-rekwiżit addizjonali ma jistax jiġi impost fuq ċittadin tal-UE. L-awtorità lokali rrevediet il-pożizzjoni

Page 14: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

al-p

ersu

ni u

tal

-ħad

diem

a

14

tagħha, u ħadet il-passi kollha meħtieġa biex tirreġistra liċ-ċittadin Awstrijak mingħajr dewmien.

Każ solvut f’ġimgħa.

SOLVIT jgħin lil pilota student Franċiż jirreġistra fil-Belġju

Ċittadin Franċiż li kien qed jistudja biex isir pilota fi skola tal-avjazzjoni Belġjana ma setax jirreġistra bħala student mal-awtoritajiet Belġjani għax l-iskola kienet privata u ma kinitx ir-rikonoxxuta mill-awtoritajiet reġjunali tal-Belġju (il-”Komunità Franċiża”). Madankollu, billi ċ-ċertifikati maħruġin mill-iskola kienu approvati mill-Ministeru tat-Trasport tal-Belġju, skont il-liġi

tal-UE, kwalunkwe persuna rreġistrata fiha għandu jkollha status ta’ student. Bis-saħħa tal-intervent tas-SOLVIT, l-awtoritajiet tal-Komunità Franċiża qablu li jirreġistraw lill-istudent.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Is-SOLVIT jagħmilha ta’ Santa Klaws: żjara tal-Milied id-Danimarka

Daniż li jgħix fir-Renju Unit mal-mara tiegħu minn barra mill-UE xtaq iżur lil familtu d-Danimarka għall-Milied, flimkien ma’ martu. Billi martu kienet għadha ma rċevietx permess tar-residenza fir-Renju Unit (proċess li jdum sa sitt xhur), qalulha li kellha bżonn viża tat-turisti biex tivvjaġġa sad-Danimarka. Minħabba ż-żmien ta’ proċessar meħtieġ, l-awtoritajiet ma setgħux joħorġulha viża qabel il-Milied. L-intervent tas-SOLVIT wassal biex l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni tad-Danimarka ħarġulha l-viża wara sitt ijiem, u l-koppja setgħet tiċċelebra l-Milied flimkien fid-Danimarka.

Każ solvut f’ġimgħa.

Problemi ta’ mara minn barra mill-UE miżżewġa Irlandiż biex tikseb viża għall-Polonja

Il-mara Ukranjana ta’ ċittadin Irlandiż kellha permess tar-residenza fl-Irlanda, u xtaqet tivvjaġġja lejn l-Ukraina ma’ binha Irlandiż, billi jgħaddu mill-Polonja. Kellha bżonn viża bħala d-detentriċi ta’ permess tar-residenza Irlandiża flok permess tar-residenza tal-UE; madankollu, l-awtoritajiet Pollakki talbuha għadd kbir ta’ doku-menti, għax ma kklassifikawhiex bħala passiġġiera li kienet qiegħda tivvjaġġja ma’ membru tal-familja mill-UE. Wara l-intervent tas-SOLVIT fil-Polonja, l-awtorità Pollakka ċċarat is-sitwazzjoni

Page 15: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

al-p

ersu

ni u

tal

-ħad

diem

a

15

mal-Ambaxxata, u infurmat lill-klijenta li kienet se tinħarġilha viża skont il-liġi tal-UE (Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/38/KE).

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Problemi ta’ mara minn barra mill-UE, miżżewġa Ungeriż u tgħix fl-Irlanda, biex tivvjaġġja lejn Malta

Mara minn barra mill-UE, miżżewġa ċittadin Ungeriż li jgħix u jaħdem fl-Irlanda, xtaqet tivvjaġġa lejn Malta għall-btajjel. L-Ambaxxata Maltija infurmathom li l-mara, għax mhix mill-UE, kellha tikseb viża biex tidħol f’Malta, minkejja li hu kellu permess tar-residenza tal-UE u l-passaport tiegħu ttimbrat. Wara l-intervent taċ-ċentru SOLVIT ta’ Malta, il-ministeru responsabbli ta’ Malta informa lill-klijenti li ma kellhomx bżonn il-viża. Filwaqt li l-Ambaxxata kienet diġà ttimbrat il-passaport tal-klijent, l-Ambaxxata rikonoxxiet li l-viża ma kinitx meħtieġa, u sabiex jevitaw li l-klijent isib diffikultajiet bit-timbru fil-fruntieri tal-Istati Membri, ħarġulha viża għad-dati tal-vjaġġ.

Każ solvut f’ġimgħa.

Permezz tas-SOLVIT, tarbija żżomm l-istess kunjom fi Spanja u fl-Italja

Ċittadin Spanjol miżżewweġ ċittadina Taljana kien qed jipprova jirreġistra t-tarbija tiegħu fl-Italja bl-istess isem li kellha fid-dokumenti Spanjoli tagħha. Il-kunsill lokali ċaħad id-dritt li jiġu inklużi fil-passaport Taljan tat-tarbija l-kunjomiijiet tal-missier u tal-omm, kif inhi l-prattika fi Spanja. L-uffiċċju tas-SOLVIT fl-Italja spjega lill-kunsill lokali li l-liġi Taljana tiggarantixxi dan id-dritt fuq talba tal-ġenituri.

Każ solvut fi 12-il ġimgħa.

Page 16: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,
Page 17: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

17

3

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

as-s

ervi

zzi

Il-moviment ħieles tas-servizzi

Is-SOLVIT jiżgura trattament indaqs għall-kumpaniji tar-rafting fis-Slovenja

Kumpaniji tar-rafting fl-Ungerija u fis-Slovakkja lmentaw li aċċess orħos, tul is-sena kollha, għal xmara partikulari fis-Slovenja, kien irriżervat għall-kumpaniji mis-Slovenja. Il-kumpaniji barranin mhux biss kellhom iħallsu iktar, izda kellhom ukoll l-inkonvenjent li jixtru l-biljetti. Bis-saħħa tas-SOLVIT, ir-regoli diskriminatorji nbidlu, u llum il-kumpaniji barranin jistgħu joperaw fuq ix-xmajjar tas-Slovenja bl-istess kundizzjonijiet bħall-kumpaniji lokali. Billi dan implika bidla fir-regoli, is-soluzzjoni ta’ dan il-każ damet iktar mill-medja tas-SOLVIT.

Każ solvut f’10 xhur.

Is-SOLVIT jgħin lil kumpanija Portugiża fi Franza

Aġenzija tal-impjieg temporanju fil-Portugall qabbdet lill-ħaddiema tagħha jipprovdu servizzi temporanji fis-settur tal-kostruzzjoni fi Franza. Ħaddiem minnhom kien ċittadin mill-Angola li kien ilu jgħix il-Portugall 16-il sena, kellu kuntratt mal-kumpanija Portugiża, u kellu permess tar-residenza Portuġiż validu għal 5 snin. L-ispetturi Franċiżi obbligaw liċ-ċittadin Angolan jieqaf jaħdem, minħabba dubji rigward il-permess tar-residenza Portugiż tiegħu. Dan ħoloq problema serja għall-kumpanija, li kienet qiegħda titlef ammont kbir ta’ flus kuljum minħabba li l-impjegat Angolan ma kienx jitħalla jaqdi d-dmirijiet tiegħu. Wara għadd ta’ kjarifiki, is-SOLVIT irnexx-ielu jikkonvinċi lill-awtoritajiet Franċiżi li l-impjegat Angolan tal-kumpanija Portugiża għandu jitħalla jkompli x-xogħol temporanja tiegħu fi Franza.

Każ solvut f’ġimagħtejn.

Is-SOLVIT jgħin lil kumpanija tal-Liechtenstein tipprovdi servizzi tat-trasport madwar l-Italja

Kumpanija mil-Liechtenstein ingħatat kuntratt biex tittrasporta flus madwar l-Italja. Il-kumpanija hija stabbilita legalment fil-Liech-tenstein, u l-persuni responsabbli għandhom permess Ewropew tal-armi tan-nar skont il-liġi tal-UE. Madankollu, l-awtoritajiet Taljani qalu lill-kumpanija li dan is-servizz ma jistax jiġi awtoriz-zat għaliex il-kumpanija tinsab barra mill-Unjoni Ewropea. Wara

Page 18: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

as-s

ervi

zzi

18

l-intervent tas-SOLVIT, il-Ministeru tal-Affarijiet Interni tal-Italja għaraf li l-Liechtenstein huwa parti miż-Żona Ekonomika Ewropea, u li għaldaqstant il-kumpanija għandha tiġi ttrattata daqslikieku hija kumpanija tal-UE. Fid-dawl tal-urġenza ta’ dan il-każ, il-ministeru ħareġ l-awtorizzazzjoni fi żmien ġimgħa.

Każ solvut f’ġimagħtejn.

Is-SOLVIT jippermetti lil turisti jikru jottijiet Ġermaniżi fl-Italja

Impriża Ġermaniża kriet erba’ jottijiet b’bandiera Ġermaniża lil turisti fl-Italja. Sid in-negozju rċieva multa talli ma kienx irreġistra l-jottijiet kummerċjali mal-awtoritajiet portwali lokali skont regola-menti Taljani riċenti. Ħames xhur wara, wara bosta sforzi biex jikseb

ir-reġistrazzjoni, sid in-negozju qalulu li r-reġistrazzjoni tkun possib-bli biss jekk in-negozju jkun stabbilit fl-Italja. Is-SOLVIT intervjena biex jiċċara li din il-kundizzjoni mhijiex konformi mal-liġi tal-UE, u li l-awtoritajiet għandhom jaċċettaw ir-reġistrazzjoni fil-Kamra tal-Kummerċ Ġermaniża. L-erba’ jottijiet ġew irreġistrati u l-liċenzji tal-kiri (charter) inħarġu.

Każ solvut f’9 ġimgħat.

Page 19: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

19

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

al-m

erka

nzija

Il-moviment ħieles tal-merkanzija4

Is-SOLVIT jippermetti l-bejgħ ta’ tagħmir mobbli għat-tindif tal-pixxini fi Franza

Manifattur Żvediż ta’ pompi tat-tindif mobbli għal pixxini pubbliċi nċaħadlu l-aċċess għas-suq Franċiż. Minkejja li l-magni tiegħu jikkonformaw ma’ standard Ewropew — max. 12V AC meta jkun hemm nies fil-pixxina —, ir-regoli Franċiżi jgħidu li l-vultaġġ mas-simu japplika irrispettivament jekk hemmx għawwiema fl-ilma jew le. Is-SOLVIT sab li r-regoli Franċiżi kienu jkopru biss prodotti mhux mobbli. Billi l-magni tal-kumpanija huma mobbli u ma għandhomx jintużaw meta jkun hemm nies fil-pixxina, il-manifattur ingħata l-approvazzjoni biex ibigħhom fi Franza.

Każ solvut fi 15-il ġimgħa.

L-injam Ungeriż jilqa’ kisja preżervattiv tal-injam Awstrijak

Kumpanija Awstrijaka ma tħallietx tikkummerċjalizza l-preżervattiv tal-injam fl-Ungerija għax ma kellha l-ebda rappreżentant f’dan il-pajjiż, u l-awtoritajiet lokali insistew li dan kien rekwiżit. Is-SOLVIT spjega lill-awtoritajiet li kulma hemm bżonn huwa uffiċċju fl-Unjoni Ewropea, u l-importazzjonijiet tħallew jidħlu.

Każ solvut f’jumejn.

Page 20: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

al-m

erka

nzija

20

Is-SOLVIT ineħħi x-xkiel tekniku għall-kummerċ fil-Polonja

Manifattur Ċek ta’ prodotti tal-kostruzzjoni mhux armonizzati, ikkummerċjalizzati legalment fir-Repubblika Ċeka u esportati lejn 60 pajjiż differenti, sab problemi fis-suq Pollakk. Skont liġi relevanti Pollakka, il-prodotti kollha tal-kostruzzjoni li jintużaw fil-Polonja, ikunux armonizzati fuq il-livell tal-UE jew le, għandhom juru jew tikketta tal-KE jew tikketta Pollakka, l-hekk imsejħa “marka B”. F’dan il-qasam ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni dwar ir-rikon-oxximent reċiproku. L-obbligu ġenerali li ċerti prodotti jiġu adattati għar-regolamenti tekniċi tal-Polonja ilu joħloq xkiel tekniku għall-kummerċ, u dan imur kontra r-regoli tal-UE.

Il-problema tal-kumpanija ma setgħetx tiġi solvuta fl-iskadenza tas-SOLVIT, għaliex kienet tirrikjedi emenda għal-liġi Pollakka inkwistjoni. Madankollu, is-suġġerimenti mis-SOLVIT tqiesu mill-awtorità kompetenti meta ġiet emendata l-liġi, u l-liġi l-ġdida ġiet ippubblikata fid-29 ta’ Ġunju 2010. Id-dispożizzjonijiet relevanti ilhom vinkolanti mit-30 ta’ Diċembru 2010.

Każ solvut f’31 xahar.

Is-SOLVIT jgħin lil kumpanija Żvediża ssaħħan id-djar Daniżi

Fid-Danimarka, is-sidien tad-djar jistgħu jiksbu sussidju ta’ 20 000 kronor Daniż mill-gvern jekk jibdlu s-sistema qadima ta’ tisħin bil-pitrolju ma’ sistema ta’ pompa tas-sħana. Madankollu, il-klijenti ta’ kumpanija Żvediża li kienet qiegħda tinstalla dawn il-pompi fid-Danimarka ma kinux qed jirċievu s-sussidju, għax kien jingħata biss lil kumpaniji bbażati fid-Danimarka, b’numru tar-reġistrazzjoni

Daniż (“CVR-number”). Wara intervent tas-SOLVIT, l-awtoritajiet Daniżi ħabbru li s-sistemi installati minn impriżi mingħajr CVR-number Daniż huma eleġibbli wkoll għas-sussidju.

Każ solvut fi 3 ġimgħat.

Is-SOLVIT jgħin biex tinġieb sal-Belġju l-fażola ħadra mit-Tanżanija

Skont il-liġi tal-UE, ċerta merkanzija minn pajjiżi speċifiċi tista’ tiġi importata fl-UE b’tariffi iktar baxxi mis-soltu. Kumpanija Belġjana kienet ilha iktar minn għoxrin sena timporta l-fażola ħadra mit-Tanżanija b’tariffa baxxa (u tgħaddiha mill-ajruport ta’ Amsterdam),

Page 21: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

al-m

erka

nzija

21

mingħajr l-ebda problema ta’ burokrazija. Iżda fl-2004, meta l-kumpanija għaddiet ċerta kwantità ta’ fażola mill-ajruport ta’ Brussell, id-dogana Belġjana stqarret li ma tistax tkun ċerta li l-merkanzija toriġina mit-Tanżanija, u dan kien prerekwiżit għat-tariffa iktar baxxa.

Wara l-intervent tas-SOLVIT, il-Ministeru tal-Finanzi tal-Belġju ord-na minnufih lid-dogana li tirrevedi d-deċiżjoni tagħha, u l-fażola ntgħatat it-tariffa baxxa.

Każ solvut f’24 ġimgħa.

Is-SOLVIT jippermetti lil kumpanija Taljana ta’ ġestjoni tal-miżbliet tkompli topera fil-Polonja

Skont regola ġdida fil-Polonja, kumpanija Taljana li topera erba’ miżbliet kellha tapplika għal awtorizzazzjoni biex tissokta l-attiv-itajiet tagħha f’miżbla minnhom. L-awtoritajiet irrifjutaw li jagħtu l-awtorizzazzjoni, u qalu li l-miżbla ma kinitx tilħaq l-istandards ambjentali xierqa, anki jekk l-operat tal-kumpanija diġà kien ġie approvat mill-ministeru tal-ambjent tal-Polonja. Bis-saħħa ta’ azzjoni mis-SOLVIT, il-kumpanija ngħatat l-awtorizzazzjoni li kellha bżonn.

Każ solvut f’9 ġimgħat.

Page 22: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

al-m

erka

nzija

22

Is-SOLVIT jgħin lix-xerrejja ta’ magni agrikoli importati jiksbu finanzjament tal-UE fil-Litwanja

Il-fondi reġjonali fl-UE jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw ix-xiri ta’ makkinarju agrikolu. Fl-2009, il-Litwanja daħħlet regola ġdida li skontha tali finanzjament jingħata biss għax-xiri ta’ makkinarju ġdid (ċjoè makkinarju li qatt ma jkun ġie rreġistrat imkien, irrispettiva-ment intużax jew le). Din ir-regola ġdida kellha l-effett li xxekkel l-aċċess għall-finanzjament għall-kumpaniji li jimportaw u jikru tali makkinarju. Bis-saħħa tal-intervent tas-SOLVIT, din ir-regola ġdida tħassret.

Każ solvut f’24 ġimgħa.

Is-SOLVIT jgħin lil avukat mil-Liechtenstein jirreġistra privattiva Ewropea fl-Irlanda

Avukat tal-privattivi bbażat fil-Liechtenstein inċaħadlu l-permess biex jirreġistra privattiva Ewropea mill-Uffiċċju tal-Privattivi tal-Irlanda, għax l-indirizz tiegħu tal-Liechtenstein jinsab barra mill-UE. Id-deċiżjoni kienet ħażina - għalkemm il-Liechtenstein mhuwiex pajjiż tal-UE, huwa membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (EEA) u parti mis-sistema Ewropea tal-privattivi. Is-SOLVIT intervjena, u l-Uffiċċju tal-Privattivi tal-Irlanda rreġistra l-privattiva. Wara dan, il-leġiżlazzjoni Irlandiża ġiet aġġornata wkoll.

Każ solvut fi 3 ġimgħat.

Page 23: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

al-m

erka

nzija

23

Is-SOLVIT jirrilaxxa friskaturi Rumeni għall-bejgħ fis-suq Slovakk

Kumpanija Ċeka li tiddistribwixxi l-prodotti tal-kostruzzjoni fis-Slo-vakkja, fosthom friskaturi mir-Rumanija, importat dawn il-prodotti fir-Repubblika Ċeka u ssottomettewhom għal testijiet minn korp Ċek awtorizzat. Madankollu, l-awtoritajiet Slovakki ordnaw li l-prodotti jitneħħew mis-suq sakemm il-kumpanija ma tressaqx ċertifikat tal-konformità maħruġ mill-prodottur Rumen. Is-SOLVIT ikkonvinċa lill-awtoritajiet li ċ-ċertifikat tal-konformità Ċek ikun biżżejjed biex il-friskaturi jkunu jistgħu jinbigħu fis-Slovakkja. Il-prodotti ġew ir-rilaxxati għall-bejgħ minnufih.

Każ solvut f’ġimgħa.

Is-SOLVIT “iwieżen” lil kumpanija tar-Renju Unit fi Franza

Kumpanija Brittanika li timmanifattura l-imwieżen medikali xtaqet tespandi fis-suq ta’ Franza. Il-kumpanija diġà kienet qed tikkummerċjalizza l-prodott tagħha fir-Renju Unit u f’għadd ta’ pajjiżi oħra tal-UE, u għaldaqstant kienet konformi mar-regoli tal-UE. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi rrifjutaw li jaċċettaw il-prodott fis-suq ta’ Franza, u talbu testijiet addizzjonali. Għal iktar min sena, il-kumpanija ppruvat tikseb l-approvazzjoni tal-prodott tagħha, u fl-aħħar irrikorriet għas-SOLVIT għall-għajnuna. Il-kumpanija u s-SOLVIT ħadmu mill-qrib biex jikkummerċjalizzaw il-prodott fi Franza b’suċċess fi żmien ftit ġimgħat. Skont il-kump-anija, is-SOLVIT għenhom jevitaw telf konsiderevoli.

Każ solvut fi 11-il ġimgħa.

Page 24: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Il-m

ovim

ent

ħiel

es t

al-m

erka

nzija

24

Is-SOLVIT jgħin biex tingħata laqgħa żebgħa Awstrijaka lid-djar Pollakki

Produttur Awstrijak ta’ żebgħa u verniċ kien qed iħabbat wiċċu ma’ diffikultajiet biex jikkummerċjalizza l-prodotti tiegħu fil-Polonja. L-awtoritajiet Pollakki saħqu li isem id-distributur Pollakk kellu jidher fuq it-tikketta, flimkien ma’ isem il-manifattur. Is-SOLVIT

indikalhom li, skont ir-regoli tal-UE, isem wieħed biss huwa meħtieġ fuq it-tikketta, jiġifieri isem il-manifattur, l-importatur jew id-dis-tributur. L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li l-produttur ma kienx obbligat li jindika d-dettalji ta’ kuntatt tad-distributur Pollakk fuq l-ippakkjar tiegħu.

Każ solvut fi 17-il ġimgħa.

Is-SOLVIT jgħin lil impriża Daniża tikseb dejta disponibbli fil-Pajjiżi l-Baxxi

Impriża Daniża tal-konsulenza nċaħditilha l-awtorizzazzjoni biex tuża mikrodejta mill-aġenzija tal-istatistika tal-Pajjiżi l-Baxxi (CBS). Id-dejta kienet essenzjali għall-impriża sabiex tkun tista’ toffri servizzi ta’ konsulenza fil-Pajjiżi l-Baxxi. L-impriża kienet awtoriz-zata li tuża l-mikrodejta mill-aġenzija tal-istatistika tad-Danimarka, Statistics Denmark (DS). Skont il-Kumitat Ċentrali tal-Istatistiċi fil-Pajjiżi l-Baxxi, universitajiet barranin biss setgħet tingħatalhom l-awtorizzazzjoni li jaħdmu b’mikrodejta mis-CBS, filwaqt li l-or-ganizzazzjonijiet privati Olandiżi setgħu jiksbu aċċess ukoll. Wara li ċ-ċentru tas-SOLVIT tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonsulta mas-CBS, dawn fetħu l-aċċess għall-mikrodejta għall-istituzzjonijiet barranin. Ir-rekwiżiti għall-istituzzjonijiet barranin illum huma simili għall-kriterji għall-istituzzjonijiet Olandiżi; dan isolvi l-problema mhux biss għall-impriża Daniża, iżda għal impriżi barranin oħra wkoll.

Każ solvut f’5 ġimgħat.

Page 25: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Dis

krim

inaz

zjon

i

25

Is-SOLVIT jiżgura tariffi mhux diskriminatorji għad-dħul f’monasteri Rumeni

Ċittadin Franċiż ilmenta dwar tariffi tad-dħul diskriminatorji għat-turisti li jżuru monasteri Rumeni. Il-prezz tal-biljett għal min mhux Rumen kien darbtejn il-prezz imħallas miċ-ċittadini Rumeni. Billi din il-politika kienet kontra l-prinċipji tal-UE, iċ-ċentru tas-SOLVIT fir-Rumanija kkonvinċa lill-awtoritajiet tal-knisja li jistabbilixxu tariffa mhux diskriminatorji għad-dħul fil-monasteri.

Każ solvut f’9 ġimgħat.

Id-drittijiet ta’ Żvediż fl-Awstrija li jipparteċipa f’kampjunat sportiv

Żvediż li jgħix fl-Awstrija ma tħalliex jilgħab l-isport favorit tiegħu, il-curling. Ir-regoli tal-Federazzjoni Awstrijaka tal-Curling kienu jistipulaw li l-plejers mhux Awstrijaċi setgħu jipparteċipaw fil-kamp-junat Awstrijak biss jekk ikunu ilhom l-aħħar 18-il xahar jgħixu fl-Awstrija. Barra minn hekk, plejer wieħed biss mhux Awstrijak kien permess f’kull tim. Is-SOLVIT ġibed l-attenzjoni li dawn ir-regoli kienu diskriminatorji, u pperswada lill-federazzjoni tneħħi l-kwota għall-barranin mir-regolamenti tagħha.

Każ solvut fi 18-il ġimgħa.

5 Diskriminazzjoni

Page 26: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Dis

krim

inaz

zjon

i

26

Is-SOLVIT ineħħi t-tariffi żejda għal bastiment Norveġiż f’port tar-Renju Unit

Bastiment Norveġiż li jġorr il-fertilizzant min-Norveġja lejn l-Irlanda ta’ Fuq ġie impost tariffa ogħla minn bastimenti minn pajjiżi oħra tal-UE. Billi n-Norveġja hija parti miż-Żona Ekonomika Ewropea, il-bastimenti tagħha għandhom jiġu ttrattati daqslikieku huma minn pajjiż tal-UE. Is-SOLVIT irnexxielu jikkonvinċi lill-awtoritajiet tal-port jibdlu bix-xieraq it-tariffi tagħhom.

Każ solvut f’14-il ġimgħa.

Is-SOLVIT iwaqqaf id-diskrimazzjoni kontra ċittadini Bulgari li jaħdmu barra

Koppja Bulgara li kienu jgħixu u jaħdmu barra minn pajjiżhom ma tħallewx jirreġistraw binthom f’kindergarden Bulgaru għax ma kinux koperti mis-sigurtà soċjali Bulgara. Wara li l-SOLVIT spjega

lill-awtoritajiet Bulgari li, skont il-liġi tal-UE, ma setgħux jippenaliz-zaw liċ-ċittadini tagħhom stess talli jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jaħdmu f’pajjiżi oħra tal-UE, fl-aħħar il-koppja setgħet tirreġistra lil binthom.

Każ solvut f’6 ġimgħat.

Trattament indaqs għar-Rumeni barra minn pajjiżhom

Ċittadin Rumen li jgħix fil-Bulgarija kellu jħallas id-doppju tat-tariffa amministrattiva normali għas-servizzi tal-Uffiċċju Statali Rumen għall-Invenzjonijiet u l-Marki Kummerċjali. Ir-raġuni kienet li ma kienx jgħix fir-Rumanija iżda fi Stat ieħor. Wara li ressaq ilment, ma rċeviex risposta għall-ilmenti tiegħu fi żmien raġonevoli. Wara l-intervent tal-uffiċċju tas-SOLVIT fir-Rumanija, it-tariffa żejda ġiet rimborżata.

Każ solvut fi 3 ġimgħat.

Page 27: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

27

Is-SOLVIT jgħin lil trejler jimporta fil-Bulgarija

Ċittadin Olandiż ma tħalliex jimporta trejler fil-Bulgarija. Billi t-trejlers eħfef minn 750 kg m’hemmx bżonn li jirreġistraw fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-importatur ma kellux dokument ta’ reġistrazzjoni — għaldaqstant, l-awtoritajiet Bulgari rrifjutaw li jirreġistraw it-trejler fil-Bulgarija. Is-SOLVIT għen lill-importatur jgħaddi mit-test tal-konformità tal-vetturi fil-Bulgarija, u b’hekk seta’ jirreġistra t-trejler.

Każ solvut fi 13-il ġimgħa.

Dawl aħdar għal karozza Estonjana fil-Finlandja Ċittadin Estonjan li kien ilu sentejn u nofs jgħix u jaħdem fil-Finlandja kera karozza minn kumpanija Estonjana tal-kiri għall-użu personali fil-Finlandja. Id-dwana Finlandiża ssekwestrat il-karozza Estonjana, u qalet li skont il-liġi Finlandiża tat-tassazzjoni, il-karozza setgħet tiġi rrilaxxata biss wara l-ħlas ta’ ċerti taxxi ta’ reġistrazzjoni tal-vettura, anki jekk parti kbira minnhom kienet diġà tħallset fl-Estonja. Wara l-intervent tal-uffiċċju tas-SOLVIT fil-Finlandja, ġie stabbilit li t-taxxa Finlandiża tar-reġistrazzjoni tal-vetturi setgħet titqies bħala xkiel għal-libertà tal-forniment transfruntier tas-servizzi għall-kumpaniji tal-kiri tal-Istati Membri tal-UE. L-awtoritajiet tat-tassazzjoni reġgħu eżaminaw il-każ, u fis ħarġu t-taxxa x-xierqa.

Każ solvut f’10 ġimgħat.

Sewwieq tat-trakkijiet Spanjol jirnexxilu jibdel id-dokumenti Belġjani tiegħu għal dokumenti SpanjoliĊittadin Spanjol li kien jgħix fil-Belġju xtaq jaħdem fi Spanja bħala trasportatur professjonali. Biex jagħmel dan, kellu bżonn jibdel iċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali u l-liċenzja tas-sewqan tiegħu, li kienu nħarġu mill-Belġju. Sab bosta diffikultajiet mal-awtoritajiet Spanjoli, u dam iktar minn 8 xhur jipprova jsib soluzz-joni, filwaqt li kien bla xogħol u kellu bżonn id-dokumenti b’mod urġenti biex ikun jista’ jsib xogħol. Wara l-intervent tas-SOLVIT, irċieva d-dokumenti meħtieġa.

Każ solvut f’ġimagħtejn.

Liċe

nzji

tas-

sew

qan

u r-

reġi

stra

zzjo

ni t

al-v

ettu

ri

6 Liċenzji tas-sewqan u r-reġistrazzjoni tal-vetturi

Page 28: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Liċe

nzji

tas-

sew

qan

u r-

reġi

stra

zzjo

ni t

al-v

ettu

ri

28

Sewwieq tat-trakkijiet Belġjan jirċievi liċenzja tas-sewqan bla limiti fi Spanja

Meta sewwieq tat-trakkijiet Belġjan li jgħix fi Spanja bidlulu l-liċenzja tas-sewqan Belġjana tiegħu f’liċenzja Spanjola, baqa’ mistagħġeb għax bil-liċenzja l-ġdida, għall-ewwel sena, ma setax isuq iktar minn 50 km ‘il bogħod mill-punt tat-tluq. Wara l-intervent tas-SOLVIT, l-awtoritajiet Spanjoli sabu li kien hemm żball fil-fajl tas-sewwieq Belġjan, u neħħew ir-restrizzjoni mil-liċenzja tiegħu.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Il-Bulgarija tadatta liġi biex tiżgura r-rikonoxximent tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE

Ċittadin Bulgaru kiseb il-liċenzja tas-sewqan tiegħu fil-Bulgarija, u filwaqt li kien qed jistudja fil-Ġermanja, biddilha ma’ liċenzja Ġermaniża, billi l-Bulgarija dak iż-żmien ma kienx Stat Membru tal-UE. Meta l-persuna rritorna f’pajjiżu, il-pulizija fil-Bulgarija rrifjutaw li jirrikonoxxu l-liċenzja tas-sewqan valida tiegħu, u b’hekk ma seta’ jsuq l-ebda vettura. L-uffiċċju tas-SOLVIT fil-Bulgarija kkuntattja lill-awtoritajiet kompetenti biex isolvi l-kwistjoni. F’Ġunju 2007, leġiżlazzjoni ġdida dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan maħruġin minn Stati Membri daħlet fis-seħħ fil-Bulgarija.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Page 29: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

29

Is-SOLVIT jgħin lil kumpanija Franċiża ġġib rimborż tal-VAT mill-Ġermanja

Kumpanija Franċiża talbet rimborż tal-VAT mingħand l-awtoritajiet Ġermaniżi fi Frar 2008. Billi ma rċeviet l-ebda risposta għal għaxar xhur, il-kumpanija rrikorriet għall-għajnuna tas-SOLVIT. Bis-saħħa tal-intervent tas-SOLVIT, il-proċedura tħaffet u l-kumpanija sa fl-aħħar irċeviet l-ammont li kienet talbet.

Każ solvut f’6 ġimgħat.

Is-SOLVIT jgħin lil klabb tal-futbol Portugiż jikseb rimborż tal-VAT

Klabb tal-futbol Portugiż xtara plejer minn klabb Rumen għal EUR 2 500 000 (inklużi EUR 475 000 bħala VAT). Il-klabb Portugiż

ħallas id-19 % VAT rikjesta lill-awtoritajiet Rumeni. Wara, fi Frar 2009, ressaq talba għal rimborż tal-VAT lill-aw-

toritajiet Rumeni tat-taxxa. Wara 8 xhur mingħajr tweġiba, irrikora għall-għajnuna tas-SOLVIT. Wara l-intervent tas-SOLVIT, l-awtoritajiet Rumeni ħallsu

l-VAT lura lill-klabb.

Każ solvut f’4 ġimgħat.

Is-SOLVIT jgħin lil kumpanija Awstrijaka tirċievi rimborż tal-VAT fil-Lussemburgu

Kumpanija Awstrijaka applikat għal rimborż tal-VAT fil-Lussem-burgu. Il-kumpanija stenniet iktar minn sena sakemm irrikorriet għall-għajnuna tas-SOLVIT, billi l-awtorità kompetenti ma kinitx innotifikat lill-kumpanija dwar id-deċiżjoni tagħha li tapprova jew tirrifjuta l-applikazzjonijiet għar-rimborż, u lanqas ma talbet in-formazzjoni addizzjonali. L-awtorità kompetenti marret kontra d-Direttiva 2008/9/KE, għax ma rrispettatx il-perjodu massimu ta’ 4 xhur biex tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li tapprova jew tir-rifjuta l-applikazzjonijiet għar-rimborż. Fid-dawl tal-ammont ta’

It-t

assa

zzjo

ni

It-tassazzjoni7

Page 30: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

It-t

assa

zzjo

ni

30

flus ikkonċernati (madwar EUR 140 000), il-kumpanija kienet qed titfaċċa problemi serji. Bis-saħħa tal-intervent tal-uffiċċju tas-SOLVIT fil-Lussemburgu, l-awtorità stabbiliet soluzzjoni infor-matika ġdida, u b’hekk setgħet tiġġestixxi l-applikazzjonijiet kif xieraq. L-applikazzjonijiet pendenti għal rifużjoni ta’ iktar minn EUR 15 000 ġew trattati bħala prijorità, u wara xahrejn, ir-rimborż tal-VAT tħallas lill-kumpanija.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Is-SOLVIT iħaffef ir-rimborż tat-taxxa fl-Iberja

Grupp kummerċjali importanti ħafna fil-Portugall ressaq app-likazzjoni għar-rimborż tal-VAT imħallsa fi Spanja. L-awtoritajiet fiskali ta’ Spanja kienu qabżu l-iskadenza ta’ 6 xhur għall-ġestjoni tal-proċeduri ta’ rimborż. Wara l-intervent tal-uffiċċju tas-SOLVIT fi Spanja, l-Aġenzija tat-Taxxa ta’ Spanja aċċellerat il-proċeduri tagħha, u l-applikant irċieva notifika dwar l-approvazzjoni tar-rimborż tal-VAT. Ir-rimborż seħħ ftit wara.

Każ solvut f’ġimgħa.

Moda Portugiża fl-Italja

Assoċjazzjoni Portugiża tal-industrija tal-moda talbet lill-awtori-tajiet fiskali Taljani r-rimborż tal-VAT imħallsa fl-Italja b’rabta ma’ għadd ta’ fieri tal-moda fl-Italja, li ttellgħu bejn l-2006 u l-2008. Meta applikat għar-rimborż, l-assoċjazzjoni Portugiża bagħtet il-fatturi oriġinali lill-awtoritajiet Taljani tat-taxxa, kif kien rikjest. Madankollu, ir-rimborż tal-VAT ġie miċħud. Il-problema tal-applikant kienet li ma setgħetx tirċievi lura l-fatturi oriġinali mibgħuta l-Italja, li kienu tal-ikbar importanza għall-proċeduri

tal-kontabbiltà tal-assoċjazzjoni. Wara l-intervent tal-uffiċċju tas-SOLVIT fl-Italja, l-awtorità kompetenti tal-Italja bagħtet il-fatturi oriġinali lura lill-applikant.

Każ solvut f’6 ġimgħat.

Is-SOLVIT jgħin lil ċittadina Slovena tikklejmja t-taxxa li kienet dovuta lilha fi Spanja

Ċittadina Slovena għamlet żmien tgħix u taħdem fi Spanja, fejn ħallset it-taxxi fuq id-dħul f’kontijiet tat-tfaddil (fil-banek). Bagħtet talba għal rimborż ta’ EUR 207.86 lill-awtorità tat-taxxa relevanti ta’ Spanja, iżda ma rċeviet xejn. Dan kien kontra d-Direttiva 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax, li ma tippermettix it-tassazzjoni doppja. Wara l-inter-vent tal-uffiċċju tas-SOLVIT fi Spanja, l-awtorità tat-taxxa Spanjola ħallset lura lill-klijent l-ammont miżmum mill-banek.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Page 31: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

31

Pensjonanta Ġermaniża tgħaddi minn eżaminazzjonijiet mediċi fi Spanja

Ġermaniża li tgħix Spanja nċaħdilha r-rimborż għal eżaminazzjonijiet mediċi, għax id-dokumenti tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Ġermanja ġew irrifjutati mill-awtoritajiet Spanjoli. Wara l-intervent tas-SOLVIT, il-mara ġiet infurmata bid-dokumenti li kellha bżonn, u rnexxielha tikseb ir-rikonoxximent tal-assigurazzjoni tas-saħħa tagħha.

Każ solvut f’4 ġimgħat.

Tariffa mhux ġustifikata imposta fuq ċittadina Taljana fi Franza tiġi kkanċellata

Ċittadina Taljana qattgħet xahrejn taħdem fl-EuroDisney ta’ Franza. Kellha bżonn assistenza medika urġenti, u kellha operazzjoni fi sptar pubbliku. Wara dan, talbuha tħallas EUR 12 494.46 għall-assistenza li rċeviet, minkejja l-fatt li din l-ispiża kellha tiġi koperta mill-assig-urazzjoni. Bis-saħħa tal-intervent tas-SOLVIT, l-iżball ġie kkoreġut, u l-fattura ntbagħtet lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Każ solvut f’5 ġimgħat.

Is-s

igur

tà s

oċja

li u

l-as

sist

enza

Is-sigurtà soċjali u l-assistenza8

Page 32: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Is-s

igur

tà s

oċja

li u

l-as

sist

enza

32

Ċittadin Bulgaru ngħatawlu d-drittijiet sħaħ tal-pensjoni fil-Greċja

Ċittadin Bulgaru li kien ħadem kemm fil-Bulgarija kif ukoll fil-Greċja nċaħditlu parti mid-drittijiet tiegħu għall-pensjoni mill-awtoritajiet Griegi. Is-SOLVIT ikkjarifika l-kwistjoni mal-awtoritajiet tal-pensjoni fiż-żewġ pajjiżi, u b’hekk il-Bulgaru seta’ jirċievi l-pensjoni tiegħu mill-istituzzjoni Griega bis-sħiħ.

Każ solvut f’6 ġimgħat.

Is-SOLVIT jgħin lil persuna Ungeriża ssib xogħol fil-Belġju

Wara li welldet żewġt itfal fil-Belġju waqt li kienet fuq il-benefiċċju tal-qgħad (billi kienet ħadmet fil-Belġju), mara Unġeriża sabet li ma kinitx għadha eliġibbli għall-benefiċċji billi l-permess tax-xogħol tagħha kien skadielha, u b’hekk ma setgħetx tissodisfa r-rekwiżit li tfittex ix-xogħol b’mod attiv. Is-SOLVIT sabu soluzzjoni mal-awtori-tajiet Belġjani, u mingħajr wisq dewmien, il-mara ġiet irrikonoxxuta bħala persuna li kienet qiegħda tfittex ix-xogħol b’mod attiv.

Każ solvut f’9 ġimgħat.

Page 33: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Is-s

igur

tà s

oċja

li u

l-as

sist

enza

33

Is-SOLVIT jgħin lil pazjenta Brittanika tirċievi l-kura tas-saħħa fil-Bulgarija

Ċittadina Brittanika residenti fil-Bulgarija ntalbet tħallas għal konsultazzjoni bi żball, minkejja li kienet ippreżentat id-dokumen-tazzjoni (“S1”) li tintitolaha għall-kura tas-saħħa b’xejn fejn issir il-konsultazzjoni. Fil-fatt, il-persuni assigurati fil-Bulgarija mhumiex obbligati li jħallsu għal tali konsultazzjoni, u għalhekk, l-istess trat-tament għandu jingħata lil ċittadin Brittaniku residenti fil-Bulgarija. It-tabib tagħha rrifjuta li jaċċetta l-karti tagħha, u stqarr li ma kien irċieva l-ebda tagħrif jew gwida fir-rigward tat-trattment ta’ pazjenti minn pajjiżi oħra tal-UE.

Wara intervent tas-SOLVIT, l-awtoritajiet Bulgari bagħtu ittra lill-pazjent li tikkonferma d-drittijiet tagħha (li t-tabib aċċetta), u pprovdiet persuna ta’ kuntatt f’każ li jinqalgħu aktar problemi.

Każ solvut f’16-il ġimgħa.

Is-SOLVIT jgħin lil ċittadin Belġjan issirlu kirurġija speċjali fi Franza

Ċittadin Belġjan kellu bżonn assistenza medika biex jikkura ftuq. Kiseb il-permess mingħand l-assigurazzjoni tas-saħħa fil-Belġju biex issirlu kirurġija fi klinika speċjalizzata fi Franza, iżda sar jaf wara li, anki jekk l-assigurazzjoni tas-saħħa Franċiża tirrimborża ħafna spejjeż tal-isptar, il-kirurġija nfisha ma kinitx irrimborżata. L-assigurazzjoni tas-saħħa Franċiża kienet tal-fehma li l-ispejjeż tal-kirurġija ma kellhomx jiġu rrimborżati, minkejja li l-isptar li ikkonferma li, b’mod ġenerali, tali spejjeż jiġu rimborżati fi Franża, u l-leġiżlazzjoni tal-UE tiddikjara biċ-ċar li “Persuna assigura-ta li tkun awtorizzata mill-istituzzjoni kompetenti biex tmur fi Stat Membru ieħor bil-għan li tirċievi t-trattament xieraq għall-kondizzjoni tagħha, għandha tirċievi l-benefiċċji mogħtija in natura, f’isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni li tapplika, bħallikieku kienet assigurata taħt din il-leġiżlazzjoni.” Wara li l-uffiċċju tas-SOLVIT fi Franza kkuntattja bosta drabi lill-assigurazzjoni tas-saħħa Franċiża u lill-isptar, irriżulta li l-każ tal-klijent ġie ttrattat b’mod skorrett, u li kienet applikazzjoni ħażina tal-liġi tal-UE. Biex issolvi s-sitwazzjoni, intbagħtet formola ta’ tariffa emendata lill-assigurazzjoni tas-saħħa Belġjana, u ċ-ċittadin irċieva r-rimborż għall-ispejjeż tal-kirurġija.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Page 34: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Is-s

igur

tà s

oċja

li u

l-as

sist

enza

34

Is-SOLVIT jgħin lil ċittadina Slovena tikklejmja l-benefiċċju tal-liv tal-maternità fi Franza

Ċittadina Slovena li kienet fuq liv tal-maternità kienet qiegħda taħdem għal rasha fi Franza. Applikat għall-benefiċċji tal-maternità mal-istituzzjoni relevanti Slovena għad-drittijiet tas-sigurtà soċjali, is-CESVDP. Is-CESVDP bagħtet il-formola E104 lill-istituzzjoni Franċiża relevanti għall-konferma. L-awtorità relevanti Franċiża ma rrispondietx, u saret applikazzjoni ħażina tal-liġi tal-UE. Wara l-intervent tas-SOLVIT, l-entità li saret ilment dwarha mliet il-formola E104 kif kien ġie rikjest mill-awtoritajiet Sloveni. B’hekk l-awtori-tajiet Sloveni setgħu jqisu l-perjodi ta’ xogħol maħdumin fi Franza biex jikkalkulaw id-dritt tal-omm għall-benefiċċji tal-maternità.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Ċittadina Irlandiża tikseb formola-e fl-Italja

Ċittadina Irlandiża kienet ħadmet f’Ruma bħala għalliema. Kif irritornat lura l-Irlanda, bagħtet talba lill-awtorità Irlandiża għal benefiċċji soċjali. L-awtorità Irlandiża talbet informazzjoni dwar l-impjieg tagħha fl-Italja sabiex tipproċessa t-talba tagħha, u talbet li tingħata l-formola-e relevanti mill-awtorità Taljana għadd ta’ drabi, għal sentejn sħaħ, mingħajr suċċess. Wara l-intervent taċ-ċentru Taljan tas-SOLVIT, il-formola-e nħarġet mingħajr dewmien, u t-talba tal-klijenta għall-benefiċċji soċjali setgħet tiġi pproċessata.

Każ solvut f’ġimagħtejn.

Is-SOLVIT jiżgura li jiġu rrispettati d-drittijiet għall-pensjoni minn pajjiżi differenti

Ungeriż li kien ħadem fir-Rumanija għal għoxrin sena, u mbagħad ħadem fl-Ungerija għal 18-il sena, applika mal-awtoritajiet Ungeriżi għall-pensjoni tiegħu. Bdew billi talbu lill-awtoritajiet Rumeni jik-kalkulaw il-parti Rumena tal-pensjoni, iżda minkejja tfakkira wara l-oħra, ma rċevewx risposta għal iktar minn sena.

Bis-saħħa tal-intervent taċ-ċentru Rumen tas-SOLVIT, l-awtorità

Page 35: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Is-s

igur

tà s

oċja

li u

l-as

sist

enza

35

Rumena tal-pensjonijiet illum ħadet deċiżjoni dwar il-parti Rumena tal-pensjoni, u sa fl-aħħar, l-Ungeriż jista’ jgawdi l-irtirar tiegħu.

Każ solvut f’9 ijiem.

Is-SOLVIT jgħin lil familja Slovakka tikseb benefiċċji tat-tfal fl-Iżlanda

Slovakk li jgħix u jaħdem fl-Iżlanda applika għall-benefiċċju tat-tfal Iżlandiż għaż-żewġt itfal tiegħu. L-applikazzjoni tiegħu baqgħet ma ntweġbitx, u intant telaq mill-Iżlanda u mar lura s-Slovakkja, fejn mill-ġdid applika għall-benefiċċju tat-tfal. L-awtoritajiet Slovakki

rrifjutaw li jħallsuh għall-perjodu li fih kien qed jaħdem fl-Iżlanda. Is-SOLVIT skopra li l-awtoritajiet tal-Iżlanda ma kinux ħadu azz-joni billi kien hemm dokumenti neqsin fil-fajl tiegħu. Fuq it-talba tas-SOLVIT, l-applikant ipprovda d-dokumenti, u ftit wara rċieva l-pagamenti tal-benefiċċji mill-Iżlanda.

Każ solvut fi 12-il ġimgħa.

Is-SOLVIT jgħin lil pensjonant Portugiż

Ċittadin Portugiż li għamel ħafna snin jaħdem f’port fil-Pajjiżi l-Baxxi applika għall-pensjoni. Meta kkuntattja lis-SOLVIT, kien ilu 9 xhur li waqaf jirċievi l-pensjoni Olandiża tiegħu, u ma rnexxilu jġib l-ebda tip ta’ informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Olandiżi. Din il-problema kienet qed tikkaġunalu inkonvenjenzi enormi, billi l-pensjoni tax-xjuħija kienet l-uniku dħul tiegħu. Wara l-intervent tas-SOLVIT, il-ħlasijiet b’lura ġew akkreditati fil-kont tal-bank Portugiż tal-applikant u wara dan segwew il-pagamenti ta’ kull xahar.

Każ solvut f’ġimagħtejn.

Is-SOLVIT jgħin lil ċittadin Pollakk jirċievi l-arretrati mhux imħallsa tal-benefiċċji tal-qgħad

Ċittadina Pollakka kienet ilha seba’ snin taħdem fir-Renju Unit, sakemm ġarret lejn Ċipru mar-raġel (ċittadin Ċiprijott) u t-tarbija tagħhom. Qabel ma telqet mir-Renju Unit, kienet irreġistrat għall-benefiċċju tal-qgħad. Kif waslet Ċipru, irreġistrat mal-Ministeru tax-Xogħol u tal-Assigurazzjoni Soċjali, u bdiet taħdem f’Ċipru. Il-klijenta tħallset biss għall-ewwel tliet ġimgħat tal-qgħad tagħha fir-Renju Unit, iżda kienet intitolata li tirċievi aktar pagamenti tal-benefiċċju tal-qgħad, u l-arretrati ġew imħallsa wara l-intervent tas-SOLVIT.

Każ solvut f’ġimagħtejn.

Page 36: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Is-s

igur

tà s

oċja

li u

l-as

sist

enza

36

Is-SOLVIT joffri liċ-ċittadini Franċiżi rtirar rilassat fil-Polonja

Franċiż li jgħix fil-Polonja, li kien ħadem kemm fi Franza kif ukoll fil-Polonja, talab lill-awtoritajiet Franċiżi jgħoddu ż-żmien li kien għamel jaħdem fi Franza fil-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu fil-Polonja.

Billi dam xhur twal ma jirċievi tweġiba, is-SOLVIT intervjena biex iħaffef il-proċess. Illum, is-sinjur Franċiż qed igawdi l-irtirar tiegħu fil-Polonja.

Każ solvut f’6 ġimgħat.

Is-SOLVIT jgħin lil studenta Awstrijaka bil-ħlas tat-trattament fi sptar fil-Pajjiżi l-Baxxi

Studenta Awstrijaka kellha bżonn operazzjoni filwaqt li kienet tis-tudja fil-Pajjiżi l-Baxxi. Skont ir-regoli tal-UE, waqt li tirċievi l-kura meħtieġa, din il-persuna kellha tiġi ttrattata fil-Pajjiżi l-Baxxi l-istess bħall-persuni assigurati fil-Pajjiżi l-Baxxi. Billi l-persuni as-sigurati fil-Pajjiżi l-Baxxi ma jkollhomx iħallsu f’sitwazzjoni simili għaliex il-fattura titħallas direttament mill-assigurazzjoni tas-saħħa, l-istess trattament għandu jiġu applikat lil din l-istudenta Awstrijaka. L-intervent tas-SOLVIT iċċara s-sitwazzjoni, u l-istudenta ma kellhiex tħallas, billi l-fattura tagħha ġiet koperta mill-korp tal-assigurazzjoni relevanti.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Page 37: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

Is-s

igur

tà s

oċja

li u

l-as

sist

enza

37

Is-SOLVIT jgħin lil ċittadina Estonjana tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad

Ċittadina Estonjana kienet ħadmet għal sentejn f’Ċipru, u kienet tħallas l-assigurazzjoni. Wara li spiċċa l-kuntratt tal-impjieg tagħha, marret lura l-Estonja. Qabel ma telqet, kienet ressqet il-formo-la E301 lill-awtorità kompetenti f’Ċipru, li min-naħa tagħha suppost kellha timlieha u tibgħatha lill-Fond Estonjan tal-Assigurazzjoni tal-Qgħad, iżda dan ma għamlitux u għaddew 4 xhur. Minħabba n-nuqqas tal-formola E301 meħtieġa, il-klijent ma setax jirċievi l-benefiċċji tal-qgħad fl-Estonja. Wara l-intervent tas-SOLVIT, il-formola E301 nħarġet mis-Servizzi tas-Sigurtà Soċjali ta’ Ċipru u tressqet lill-Fond Estonjan tal-Assigurazzjoni tal-Qgħad, li mbagħad ħa deċiżjoni relevanti rigward il-ħlas tal-benefiċċji tal-qgħad lill-klijent.

Każ solvut f’6 ġimgħat.

Tpinġija: Ian Baker

Page 38: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,
Page 39: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

KIF GĦANDEK TAGĦMEL BIEX TIKSEB IL-PUBBLIKAZZJONIJIET TAL-UE

Pubblikazzjonijiet bla ħlas:

• kopja waħda: permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu);

• iżjed minn kopja waħda jew posters/mapep: mir-rappreżentanzi tal-Unjoni Ewropea (http://ec.europa.eu/represent_mt.htm), mid-delegazzjonijiet f’pajjiżi li mhumiex fl-UE (http://eeas.europa.eu/delegations/index_mt.htm), billi tikkuntattja s-servizz Europe Direct (http://europa.eu/europedirect/index_mt.htm) jew ċempel 00 800 6 7 8 9 10 11 (numru tat-telefown bla ħlas minn kullimkien fl-UE) (*).

(*) L-informazzjoni mogħtija hija b’xejn, kif ukoll it-telefonati ġeneralment huma b’xejn (għalkemm xi operaturi, kabini tat-telefown jew lukandi jistgħu jitolbu ħlas).

Pubblikazzjonijiet bi ħlas:• permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu).

Abbonamenti bi ħlas:

• mingħand l-aġenti tal-bejgħ tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm).

Page 40: Stejjer ta’ suċċessec.europa.eu/solvit/promo/_docs/publications/solvit... · 2018-12-18 · ploma speċjali tal-infirmiera. Madankollu, il-klijenta kellha diploma bħala qabla,

KM-02-14-967-M

T-N

ISBN 978-92-79-40408-5doi:10.2780/88820