88
Parlament Ewropew 2014-2019 Dokument ta' sessjoni A8-0029/2019 25.1.2019 ***I RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal- Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id- Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (COM(2018)0185 – C8-0143/2018 – 2018/0090(COD)) Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur Rapporteur: Daniel Dalton RR\1175189MT.docx PE625.551v02-00 MT Magħquda fid-diversità MT

€¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Parlament Ewropew2014-2019

Dokument ta' sessjoni

A8-0029/2019

25.1.2019

***IRAPPORTdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur(COM(2018)0185 – C8-0143/2018 – 2018/0090(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Daniel Dalton

RR\1175189MT.docx PE625.551v02-00

MT Magħquda fid-diversità MT

Page 2: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

PR_COD_1amCom

Tifsira tas-simboli użati

* Proċedura ta' konsultazzjoni*** Proċedura ta' approvazzjoni

***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

Emendi għal abbozz ta' att

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

PE625.551v02-00 2/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 3: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW...........5

NOTA SPJEGATTIVA............................................................................................................64

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI...............................................................66

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI........67

RR\1175189MT.docx 3/63 PE625.551v02-00

MT

Page 4: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur(COM(2018)0185 – C8-0143/2018 – 2018/0090(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0185),

– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0143/2018),

– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Kunsill Federali Awstrijak u mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Settembru 20181,

– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0029/2019),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva1 ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66.

PE625.551v02-00 4/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 5: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(2) Leġiżlazzjoni għall-ħarsien tal-konsumatur jinħtieġ li tiġi applikata b'mod effettiv fl-Unjoni kollha. Madankollu, il-Kontroll tal-Idoneità komprensiv ta' direttivi dwar il-liġi tal-konsumatur u tal-kummerċjalizzazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fl-2016 u fl-2017 fil-qafas tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), ikkonkluda li l-effettività tal-leġiżlazzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni hija kompromessa minn nuqqas ta' sensibilizzazzjoni kemm fost il-kummerċjanti kif ukoll fost il-konsumaturi u limitat minn nuqqas ta' infurzar u ta' possibbiltajiet ta' rimedju għall-konsumatur.

(2) Il-leġiżlazzjoni għall-ħarsien tal-konsumatur jenħtieġ li tiġi applikata b'mod effettiv fl-Unjoni kollha. Madankollu, il-Kontroll tal-Idoneità komprensiv ta' direttivi dwar il-liġi tal-konsumatur u tal-kummerċjalizzazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fl-2016 u fl-2017 fil-qafas tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), ikkonkluda li l-effettività tal-leġiżlazzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni hija kompromessa minn nuqqas ta' sensibilizzazzjoni kemm fost il-kummerċjanti kif ukoll fost il-konsumaturi u mill-fatt li l-mezzi ta' rimedju eżistenti mhumiex utilizzati biżżejjed.

Emenda 2

Proposta għal direttivaPremessa 6

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6) Biex tiġi ffaċilitata aktar l-applikazzjoni konsistenti ta' penali, b'mod partikolari f'każijiet ta' ksur fl-Unjoni, każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni msemmija fir-Regolament (UE) 2017/2394, jinħtieġ li jiġu introdotti kriterji komuni mhux eżawrjenti għall-applikazzjoni ta' multi. Jinħtieġ li dawn il-kriterji jinkludu n-natura transfruntiera tal-ksur, jiġifieri jekk il-ksur kienx ta' dannu għall-konsumaturi fi Stati Membri oħra wkoll. Ku rimedju pprovdut mill-kummerċjant lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata, jinħtieġ li jitqies ukoll. Ksur ripetut mill-istess awtur juri tendenza li dan iwettaq tali ksur u għalhekk ikun indikazzjoni sinifikanti tal-gravità tal-aġir u, għaldaqstant, tal-ħtieġa li jiżdied il-livell tal-penali biex tinkiseb deterrenza effettiva. Il-kriterju ta'

(6) Biex tiġi ffaċilitata aktar l-applikazzjoni konsistenti ta' penali, b'mod partikolari f'każijiet ta' ksur fl-Unjoni, każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni kif definiti fir-Regolament (UE) 2017/2394, jenħtieġ li jiġu introdotti kriterji komuni mhux eżawrjenti għall-applikazzjoni ta' multi. Jenħtieġ li dawn il-kriterji jinkludu n-natura transfruntiera tal-ksur, jiġifieri jekk il-ksur kienx ta' dannu għall-konsumaturi fi Stati Membri oħra wkoll, meta din l-informazzjoni tkun disponibbli permezz tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/2394 dwar l-iskambju ta' informazzjoni. Jenħtieġ li jitqies ukoll kwalunkwe rimedju pprovdut mill-kummerċjant lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata, kif ukoll kemm il-kummerċjant ikun ikkoopera mal-awtoritajiet tal-Istati

RR\1175189MT.docx 5/63 PE625.551v02-00

MT

Page 6: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

benefiċċji finanzjarji miksuba, jew telf evitat minħabba l-ksur huwa partikolarment rilevanti fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi għal multi bħala penali u tiffissa l-ammenda massima bħala perċentwali tal-fatturat tal-kummerċjant u fejn il-ksur jikkonċerna biss wieħed jew xi wħud mis-swieq li fih il-kummerċjant ikun qed jopera.

Membri sabiex jinstab rimedju għall-konsegwenzi tal-ksur inkwistjoni u jittaffew l-effetti negattivi potenzjali tiegħu. Ksur ripetut min-naħa tal-istess awtur juri tendenza għat-twettiq ta' tali ksur u għalhekk ikun indikazzjoni sinifikanti tal-gravità tal-aġir u, għaldaqstant, tal-ħtieġa li jiżdied il-livell tal-penali biex tinkiseb deterrenza effettiva. Il-kriterju tal-benefiċċji finanzjarji miksuba, jew tat-telf evitat minħabba l-ksur, huwa partikolarment rilevanti fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi multi bħala penali u tiffissa l-ammenda massima bħala perċentwali tal-fatturat tal-kummerċjant u fejn il-ksur jikkonċerna biss wieħed jew xi wħud mis-swieq li l-kummerċjant ikun qed jopera fihom.

Emenda 3

Proposta għal direttivaPremessa 7

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(7) Barra minn hekk, kwalunkwe multi imposti bħala penali jinħtieġ li jieħdu kont tal-fatturat annwali u tal-profitti tal-kummerċjali illegali u kwalunkwe multi li ġew imposti fuq il-kummerċjant fi Stati Membri oħra għall-istess ksur, b'mod partikolari, fil-kuntest ta' ksur mifrux tal-liġi tal-konsumatur u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni li huma soġġetti għal investigazzjoni kkoordinata u l-infurzar f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2394.

(7) Barra minn hekk, kwalunkwe multa imposta bħala penali jenħtieġ li tieħu kont ta' kwalunkwe multa li tkun ġiet imposta fuq il-kummerċjant fi Stati Membri oħra għall-istess ksur, b'mod partikolari fil-kuntest ta' ksur mifrux u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni li huma soġġetti għal investigazzjoni kkoordinata u l-infurzar f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2394.

Emenda 4

Proposta għal direttivaPremessa 8

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(8) Dawn il-kriterji mhux eżawrjenti komuni għall-applikazzjoni ta' penali jistgħu ma jkunux rilevanti fid-deċiżjoni

(8) Dawn il-kriterji mhux eżawrjenti komuni għall-applikazzjoni ta' penali jistgħu ma jkunux rilevanti fid-deċiżjoni

PE625.551v02-00 6/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 7: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

dwar penali fir-rigward ta' kull każ ta' ksur, b'mod partikolari fir-rigward ta' ksur mhux serju. Jinħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll prinċipji ġenerali oħrajn tal-liġi applikabbli għall-impożizzjoni ta' penali, bħal pereżempju l-prinċipju ta' non bis in idem.

dwar penali fir-rigward ta' kull każ ta' ksur, b'mod partikolari fir-rigward ta' ksur mhux serju. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll prinċipji ġenerali oħrajn tal-liġi applikabbli għall-impożizzjoni ta' penali, bħal pereżempju l-prinċipju ta' non bis in idem u s-salvagwardji applikabbli dwar il-proċedura u l-protezzjoni tad-data previsti mil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda 5

Proposta għal direttivaPremessa 9

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(9) Biex ikun żgurat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fir-rigward ta' ksur mifrux tal-liġi tal-konsumatur u għal każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni li huma soġġetti għal investigazzjoni kkoordinata u l-infurzar f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2394, jinħtieġ li l-multi jiġu introdotti bħala element mandatorju ta' penali għal tali ksur. Biex jiġi żgurat effett dissważiv tal-multi, jinħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali tagħhom il-multa massima għal ksur bħal dan f'livell li huwa mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru kkonċernat.

(9) Biex ikun żgurat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fir-rigward ta' ksur mifrux u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni li huma soġġetti għal investigazzjoni kkoordinata u l-infurzar f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2394, jenħtieġ li jiġu introdotti multi bħala element mandatorju ta' penali għal tali ksur. Biex jiġi żgurat l-effett dissważiv tal-multi, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-ammont massimu tal-multa għal ksur bħal dan f'livell li jkun mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fis-sena finanzjarja preċedenti fl-Istat Membru kkonċernat, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

Emenda 6

Proposta għal direttivaPremessa 10

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10) Jekk bħala riżultat tal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2017/2394, awtorità kompetenti nazzjonali waħda fis-sens ta' dak ir-Regolament timponi multa fuq il-

(10) Jekk bħala riżultat tal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2017/2394, awtorità kompetenti nazzjonali waħda fis-sens ta' dak ir-Regolament timponi multa fuq il-

RR\1175189MT.docx 7/63 PE625.551v02-00

MT

Page 8: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

kummerċjant responsabbli mill-każ ta' ksur mifrux jew ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni, jinħtieġ li hija tkun tista' timponi multa ta' mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istati Membri kollha kkonċernati minn azzjoni ta' infurzar koordinata.

kummerċjant responsabbli mill-każ ta' ksur mifrux jew ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li hija tkun tista' timponi multa ta' massimu ta' EUR 10 000 000 jew mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fis-sena finanzjarja preċedenti fl-Istati Membri kollha kkonċernati, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

Emenda 7

Proposta għal direttivaPremessa 11

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(11) Jinħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux preklużi milli jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom multi ogħla bbażati fuq id-il-fatturat massimu għal każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni tal-liġi tal-konsumatur, kif definit fir-Regolament (UE) 2017/2394. Ir-rekwiżit li jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa f'livell ta' mhux inqas minn 4 % tal-fatturat tal-kummerċjant jinħtieġ li mza japplika għal kwalunkwe regoli addizzjonali tal-Istati Membri dwar il-ħlasijiet perjodiċi ta' penali, bħal multi ta' kuljum, għal nuqqas ta' konformità ma' kull deċiżjoni, ordni, miżura interim, impenn jew miżura oħra tal-kummerċjant bil-għan li jitwaqqaf il-ksur.

imħassar

Emenda 8

Proposta għal direttivaPremessa 12

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(12) Meta jiġi deċiż għal liema skop se jintuża d-dħul mill-multi, jinħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-objettiv aħħari tal-leġiżlazzjoni dwar il-konsumatur u l-infurzar tagħha, li hija l-protezzjoni tal-interess ġenerali tal-konsumaturi. Jinħtieġ

(12) Meta jiġi deċiż għal liema skop ikun se jintuża d-dħul mill-multi, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-objettiv aħħari tal-leġiżlazzjoni dwar il-konsumatur u l-infurzar tagħha, li hija l-protezzjoni tal-interess ġenerali tal-konsumaturi. Jenħtieġ

PE625.551v02-00 8/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 9: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

li l-Istati Membri għalhekk jikkunsidraw li jallokaw mill-inqas parti mid-dħul mill-multi għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumaturi fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, bħall-appoġġ tal-moviment tal-konsumaturi jew attivitajiet li għandhom l-għan li jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi.

li l-Istati Membri, għalhekk, jallokaw id-dħul mill-multi għal fond iddedikat biex jingħata rimedju f'każ ta' dannu kkawżat lill-konsumaturi jew għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumaturi, jew il-protezzjoni ta' interessi pubbliċi oħra fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, anki billi jallokawh għal attivitajiet organizzati direttament mill-Istat Membru – jew minn organizzazzjonijiet tal-konsumatur nazzjonali jew Ewropej – u li jkollhom l-għan li jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi.

Emenda 9

Proposta għal direttivaPremessa 15

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(15) Jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rimedji li huma disponibbli għal konsumaturi li jsofru dannu minn prattiki kummerċjali żleali biex jiġu eliminati l-effetti kollha ta' dawk il-prattiki żleali. Biex jintlaħaq dan l-għan, jinħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli rimedji kemm kuntrattwali kif ukoll mhux kuntrattwali. Bħala minimu, jinħtieġ li r-rimedji kuntrattwali pprovduti mill-Istati Membri jinkludu d-dritt li jintemm il-kuntratt. Jinħtieġ li r-rimedji mhux kuntrattwali previsti skont id-dritt nazzjonali, bħala minimu, jinkludu d-dritt għal kumpens għad-danni. L-Istati Membri ma jkunux preklużi milli jżommu jew jintroduċu drittijiet addizzjonali ta' rimedju għall-konsumaturi li jsofru minn prattiċi kummerċjali żleali biex jiġi żgurata t-tneħħija sħiħa tal-effetti ta' tali prattiki.

(15) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm rimedji disponibbli għall-konsumaturi li jsofru dannu minn prattiki kummerċjali żleali. Biex jintlaħaq dan l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu rimedji kemm kuntrattwali kif ukoll mhux kuntrattwali fil-liġi nazzjonali tagħhom. Jenħtieġ li r-rimedji kuntrattwali pprovduti mill-Istati Membri jinkludu d-dritt li jintemm il-kuntratt u rimedji oħra li jirriflettu l-gravità varjata tal-ħsara li tista' ssir, inkluż id-dritt għal tnaqqis fil-prezz jew kumpens għad-danni. Jenħtieġ li r-rimedji mhux kuntrattwali previsti mil-liġi nazzjonali jinkludu d-dritt għal kumpens għad-danni. L-Istati Membri ma jkunux preklużi milli jżommu jew jintroduċu drittijiet addizzjonali ta' rimedju għall-konsumaturi li jsofru minn prattiċi kummerċjali żleali biex tiġi żgurata t-tneħħija sħiħa tal-effetti ta' tali prattiki.

Emenda 10

Proposta għal direttivaPremessa 19

RR\1175189MT.docx 9/63 PE625.551v02-00

MT

Page 10: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(19) Jinħtieġ għandhom li jiġu pprovduti rekwiżiti ta' trasparenza speċifiċi għal swieq online fid-Direttiva 2011/83/UE li l-konsumaturi jiġu infurmati bl-użu ta' postijiet tas-suq online dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-offerti, jekk jidħlu f'kuntratt ma' negozjant jew mhux negozjat (bħal konsumatur ieħor), jekk tapplika l-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur u li l-kummerċjant huwa responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt u biex ikunu żgurati d-drittijiet tal-konsumatur meta dawn id-drittijiet japplikaw. Jinħtieġ li din l-informazzjoni tingħata b'mod ċar u komprensibbli u mhux biss permezz ta' referenza fit-Termini u Kundizzjonijiet standard jew dokument kuntrattwali simili. Jin ħtieġ li r-rekwiżiti ta' informazzjoni għal swieq online jkunu proporzjonati u jkunu meħtieġa joħolqu bilanċ bejn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività ta' swieq online. Jinħtieġ li s-swieq online ma jkollhomx bżonn jelenkaw drittijiet speċifiċi tal-konsumaturi meta jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-applikabbiltà jew in-nuqqas ta' applikabbiltà. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar ir-responsabbiltà għall-iżgurar tad-drittijiet tal-konsumaturi tiddependi fuq l-arranġamenti kuntrattwali bejn is-suq online u n-l-kummerċjanti rilevanti ta' terzi persuni. Suq online jistà jirreferi għall-operatur tas-suq terz bħala unikament responsabbli biex ikunu żgurati d-drittijiet tal-konsumatur jew jiġu deskritti r-responsabbiltajiet speċifiċi tiegħu meta huwa jassumi r-responsabbiltà għal ċerti aspetti tal-kuntratt, pereżempju, għall-kunsinna jew matul l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar. L-obbligu li tingħata informazzjoni dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tar-riżultati tat-tiftix huwa bla preġudizzju għal kwalunkwe sigrieti kummerċjali dwar l-algoritmi

(19) Jenħtieġ, għalhekk, li fid-Direttiva 2011/83/UE jiġu pprovduti rekwiżiti ta' trasparenza speċifiċi għas-swieq online biex il-konsumaturi li jużaw is-swieq online jiġu infurmati dwar il-parametri ewlenin – ippreżentati f'ordni ta' importanza relattiva – li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-offerti, jekk jidħlu f'kuntratt ma' negozjant jew mhux negozjat (bħal konsumatur ieħor), jekk tapplika l-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur u li l-kummerċjant huwa responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt u biex ikunu żgurati d-drittijiet tal-konsumatur meta dawn id-drittijiet japplikaw. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tingħata b'mod ċar u komprensibbli u mhux biss permezz ta' referenza fit-Termini u Kundizzjonijiet standard jew dokument kuntrattwali simili. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' informazzjoni għas-swieq online jkunu proporzjonati u jkunu meħtieġa joħolqu bilanċ bejn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tas-swieq online. Jenħtieġ li s-swieq online ma jkollhomx bżonn jelenkaw drittijiet speċifiċi tal-konsumaturi meta jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-applikabbiltà jew in-nuqqas ta' applikabbiltà. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar ir-responsabbiltà għall-iżgurar tad-drittijiet tal-konsumaturi tiddependi fuq l-arranġamenti kuntrattwali bejn is-suq online u l-kummerċjanti terzi rilevanti. Suq online jista' jirreferi għall-operatur tas-suq terz bħala unikament responsabbli biex ikunu żgurati d-drittijiet tal-konsumatur jew jiġu deskritti r-responsabbiltajiet speċifiċi tiegħu meta huwa jassumi r-responsabbiltà għal ċerti aspetti tal-kuntratt, pereżempju, għall-kunsinna jew matul l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar. L-obbligu li tingħata informazzjoni dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tar-riżultati tat-tiftix huwa bla preġudizzju għal kwalunkwe sigriet kummerċjali dwar l-algoritmi

PE625.551v02-00 10/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 11: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

sottostanti. Jinħtieġ li dan it-tagħrif jispjega l-parametri ta' inadempjenza prinċipali użati fis-suq iżda ma għandux għalfejn ikun ippreżentat b'mod personalizzat għal kull tiftixa individwali.

sottostanti f'konformità mad-Direttiva 2016/943. Jenħtieġ li dan it-tagħrif jispjega l-parametri ta' inadempjenza prinċipali użati fis-suq iżda ma għandux għalfejn ikun ippreżentat b'mod personalizzat għal kull tiftixa individwali.

Emenda 11

Proposta għal direttivaPremessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(19a) Ir-rekwiżiti ta' trasparenza għas-swieq online jeħtieġ li jkunu b'saħħithom biex jipproteġu lill-konsumatur anki wara li dan ikun marbut b'kuntratt mill-bogħod jew barra mill-post tan-negozju, jew bi kwalunkwe offerta korrispondenti, jekk, wara l-bejgħ, titqiegħed għad-dispożizzjoni informazzjoni essenzjali addizzjonali. Jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu protetti milli jixtru jew jużaw kontenut illegali, li jista' jkun ta' theddida għas-saħħa jew is-sikurezza tagħhom, u għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw kwalunkwe rimedju disponibbli, fosthom permezz ta' mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim previsti fid-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġu infurmati meta jkunu xtraw prodott jew servizz illegali, jew jekk l-offerta kienet qarrieqa. Is-swieq online mhux dejjem ikunu jafu meta offerta jew prodott ikunu illegali. Madankollu, meta jsiru jafu b'dan wara l-bejgħ, huma għandhom jinfurmaw mhux biss lill-kummerċjanti iżda anki lill-konsumaturi. Rekwiżit bħal dan ikun konformi mad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, għax japplika biss ladarba suq online ikun irċieva avviż, ikkonferma l-validità tiegħu u pproċeda bit-tneħħija tal-offerta, il-prodott jew is-servizz illegali.

RR\1175189MT.docx 11/63 PE625.551v02-00

MT

Page 12: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

_____________1a Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).1b Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

Emenda 12

Proposta għal direttivaPremessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(19b) Jenħtieġ li jiġi nnotat li s-siti web tat-tqabbil mhux bilfors jikklassifikaw u juru l-prodotti b'mod oġġettiv skont il-prezz u l-kwalità u li l-konsumaturi jaf ma jkunux konxji li l-operaturi tas-swieq online jaf jirċievu ħlas sabiex jagħtu prominenza mhux dovuta lil prodott jew servizz partikolari. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-korpi regolatorji nazzjonali jissorveljaw is-setturi fejn il-konsumaturi għandhom it-tendenza li jużaw siti ta' tqabbil u jwettqu riċerka biex jaċċertaw jekk il-mod ta' kif il-konsumaturi jifhmu l-klassifikazzjoni tas-suq huwiex preċiż. Jekk ikun hemm diskrepanzi, jenħtieġ li tittieħed azzjoni speċifika għas-settur.

Emenda 13

Proposta għal direttivaPremessa 20

PE625.551v02-00 12/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 13: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(20) Skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE45, swieq online jinħtieġ li ma jkunux obbligati jivverifikaw l-istatus legali ta' fornituri terzi. Minflok, jinħtieġ li s-suq online jirrikjedi lil fornituri terzi ta' prodotti fuq suq online biex jindikaw l-istatus tagħhom bħala kummerċjanti jew kummerċjanti għall-għanijiet tal-liġi tal-konsumatur u biex jipprovdu din l-informazzjoni online.

(20) Jenħtieġ li s-swieq online ikunu obbligati jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw li s-servizzi li jipprovdu ma jkunux soġġetti għal użu ħażin li jħalli lill-konsumaturi vulnerabbli. Jenħtieġ li jkun hemm livell adegwat ta' protezzjoni konsistenti man-natura tal-oġġetti jew servizzi mibjugħa u kwalunkwe evidenza reali ta' ħsara li tirriżulta mill-bejgħ. B'mod speċifiku, jenħtieġ li jissorveljaw kwalunkwe attività li tissuġġerixxi li kummerċjant ikun qed jagħti x'jifhem li mhuwiex kummerċjant sabiex jinfluwenza l-għażliet u l-aspettattivi tal-konsumaturi dwar il-kwalità tal-prodott jew is-servizz li jkunu qed jixtru.

__________________

45 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (id-"Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku") (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

Emenda 14

Proposta għal direttivaPremessa 21

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(21) Il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali spiss jiġu fornuti online taħt kuntratti fejn il-konsumatur ma jħallasx prezz iżda jipprovdi data personali lill-kummerċjant. Is-servizzi diġitali huma kkaratterizzati minn involviment kontinwu tal-kummerċjant tul iż-żmien tal-kuntratt li jippermetti lill-konsumatur li jagħmel użu tas-servizz, pereżempju, l-aċċess, l-ħolqien, l-ipproċessar, il-ħażna jew l-iskambju ta' data f'forma diġitali. Eżempji

(21) Il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali spiss jiġu fornuti online taħt kuntratti fejn il-konsumatur ma jħallasx prezz iżda jipprovdi data personali lill-kummerċjant. Is-servizzi diġitali huma kkaratterizzati minn involviment kontinwu tal-kummerċjant tul iż-żmien tal-kuntratt li jippermetti lill-konsumatur li jagħmel użu mis-servizz li jippermetti l-ħolqien, l-ipproċessar u l-ħżin ta' data f'forma diġitali, kif ukoll l-aċċess għaliha.

RR\1175189MT.docx 13/63 PE625.551v02-00

MT

Page 14: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

ta' servizzi diġitali huma l-kuntratti ta' abbonament għal pjattaformi ta' kontenut, b'mod partikolari l-cloud storage, il-posta web, il-midja soċjali u l-applikazzjonijiet tal-cloud. L-involviment kontinwu tal-fornitur tas-servizzi jiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dritt ta’ rtirar stipulat fid-Direttiva 2011/83/UE li effettivament jippermetti lill-konsumatur li jittestja s-servizz u jiddeċiedi, matul il-perjodu ta' 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt, jekk iżżommux jew le. B'kuntrast, kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli huma kkaratterizzati minn azzjoni waħda mill-kummerċjant biex jipprovdi lill-konsumatur b'biċċa jew biċċiet speċifiċi ta' kontenut diġitali, bħal fajls speċifiċi tal-mużika jew tal-vidjo. Din in-natura ta' darba tal-forniment ta' kontenut diġitali hija l-bażi tal-eċċezzjoni mid-dritt ta' rtirar skont l-Artikolu 16(m) tad-Direttiva 2011/83/UE, fejn il-konsumatur jitlef id-dritt ta' rtirar meta l-prestazzjoni tal-kuntratt ikun beda, bħal tniżżil jew streaming ta' kontenut speċifiku.

Eżempji ta' servizzi diġitali huma s-servizzi ta' kondiviżjoni ta' vidjo u awdjo u l-ospitar ta' fajls oħra, il-word processing jew il-logħob offruti fl-ambjent tal-cloud computing u l-midja soċjali. L-involviment kontinwu tal-fornitur tas-servizzi jiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dritt ta’ rtirar stipulat fid-Direttiva 2011/83/UE li effettivament jippermetti lill-konsumatur li jittestja s-servizz u jiddeċiedi, matul il-perjodu ta' 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt, jekk iżommux jew le. B'kuntrast, kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali huma kkaratterizzati minn azzjoni waħda mill-kummerċjant biex jipprovdi lill-konsumatur b'biċċa jew biċċiet speċifiċi ta' kontenut diġitali, bħal fajls speċifiċi tal-mużika jew tal-vidjo. Din in-natura ta' darba tal-forniment ta' kontenut diġitali hija l-bażi tal-eċċezzjoni mid-dritt ta' rtirar skont il-punt (m) tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/83/UE, fejn il-konsumatur jitlef id-dritt ta' rtirar meta l-prestazzjoni tal-kuntratt ikun beda, bħal tniżżil jew streaming ta' kontenut speċifiku.

Emenda 15

Proposta għal direttivaPremessa 22

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(22) Id-Direttiva 2011/83/UE diġà japplika għal kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli (jiġifieri l-provvista ta' kontenut diġitali online) irrispettivament minn jekk il-konsumatur iħallasx prezz fi flus jew jipprovdi data personali. B'kuntrast ma' dan, id-Direttiva 2011/83/UE tapplika biss għal kuntratti ta' servizz, inklużi l-kuntratti għal servizzi diġitali, li skonthom il-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz. Konsegwentement, din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti għal servizzi

(22) Id-Direttiva 2011/83/UE diġà tapplika għal kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali irrispettivament minn jekk il-konsumatur iħallasx prezz fi flus jew jipprovdi data personali. B'kuntrast ma' dan, id-Direttiva 2011/83/UE tapplika biss għal kuntratti ta' servizz, inklużi kuntratti għal servizzi diġitali, li skonthom il-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz. Konsegwentement, din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti għal servizzi diġitali fejn il-konsumatur jipprovdi data personali lill-kummerċjant mingħajr ma jħallas prezz. Minħabba x-

PE625.551v02-00 14/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 15: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

diġitali fejn il-konsumatur jipprovdi data personali lill-kummerċjant mingħajr ma jħallas prezz. Minħabba x-xebh ta' bejniethom u l-interkambjabbiltà ta' servizzi diġitali mħallsa u s-servizzi diġitali pprovdut bi skambju għal data personali, dawn jinħtieġ li jkunu suġġetti għall-istess regoli skont id-Direttiva 2011/83/UE.

xebh ta' bejniethom u l-interkambjabbiltà ta' servizzi diġitali mħallsa u s-servizzi diġitali pprovdut bi skambju għal data personali, dawn jenħtieġ li jkunu suġġetti għall-istess regoli skont id-Direttiva 2011/83/UE.

Emenda 16

Proposta għal direttivaPremessa 23

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(23) Jinħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE u d-[Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali], li tapplika għal kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali ta' servizzi diġitali skonthom il-konsumatur jipprovdi data personali lill-kummerċjant.

(23) Jenħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE u d-[Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali], li tapplika għal kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali skonthom il-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant.

Emenda 17

Proposta għal direttivaPremessa 24

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(24) Għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE jinħtieġ li jkun estiż biex ikopri wkoll il-kuntratti li fuq il-bażi tagħhom il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali. Bl-istess mod għal kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, jinħtieġ li d-Direttiva tapplika kull meta l-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u l-

(24) Għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li jkun estiż biex ikopri wkoll il-kuntratti li fuq il-bażi tagħhom il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali. Bl-istess mod għal kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali, jenħtieġ li d-Direttiva tapplika kull meta l-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mad-[Direttiva dwar il-

RR\1175189MT.docx 15/63 PE625.551v02-00

MT

Page 16: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

kummerċjant ma jipproċessax din id-data għal kwalunkwe skop ieħor. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali jinħtieġ li jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679.

Kontenut Diġitali], u l-kummerċjant ma jipproċessax din id-data għal kwalunkwe skop ieħor. Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali tapplika għal kwalunkwe data personali pproċessata b'rabta ma' kuntratti għall-provvista ta' kontenut jew servizzi diġitali.

Emenda 18

Proposta għal direttivaPremessa 25

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(25) Jekk il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali ma jkunux fornuti bi skambju ma' prezz, jinħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE ma tapplikax ukoll għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor data personali biss biex iżomm il-konformità tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali jew għall-iskop waħdieni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali. Sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu każijiet fejn ir-reġistrazzjoni tal-konsumatur tkun meħtieġa mil-liġijiet applikabbli għal skopijiet ta' sigurtà u ta' identifikazzjoni, jew każijiet fejn l-iżviluppatur ta' softwer b' sors miftuħ jiġbor biss data minn utenti biex jiżgura l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà ta' softwer b'sors miftuħ.

(25) Sabiex jiġi żgurat allinjament sħiħ mad-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali, jekk il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali ma jkunux fornuti bi skambju ma' prezz, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE ma tapplikax għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor data personali għall-iskop waħdieni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali li l-kummerċjant hu soġġett għalihom. Sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu każijiet fejn ir-reġistrazzjoni tal-konsumatur tkun meħtieġa mil-liġijiet applikabbli għal skopijiet ta' sigurtà u ta' identifikazzjoni.

Emenda 19

Proposta għal direttivaPremessa 26

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(26) Jinħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE ma tapplikax ukoll għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor biss il-metadata, bħall-indirizz IP, l-istorja tal-ibbrawżjar jew informazzjoni oħra pereżempju miġbura u trażmessa permezz tal-cookies, ħlief fejn dan jitqies bħala kuntratt skont is-sitwazzjoni nazzjonali. Jinħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax ukoll għal

(26) Jenħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE ma tapplikax lanqas għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor biss il-metadata, informazzjoni dwar it-tagħmir tal-konsumatur jew l-istorja tal-ibbrawżjar, ħlief jekk dan jitqies bħala kuntratt skont il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax lanqas għal sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur,

PE625.551v02-00 16/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 17: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur, mingħajr ma jkun ikkonkluda kuntratt mal-kummerċjant, ikun espost għal reklamar esklużivament biex jikseb aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali. Madankollu, jinħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 2011/83/UE għal sitwazzjonijiet bħal dawn jew inkella li jirregolaw sitwazzjonijiet bħal dawn li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva.

mingħajr ma jkun ikkonkluda kuntratt mal-kummerċjant, ikun espost għal reklamar esklużivament biex jikseb aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 2011/83/UE għal sitwazzjonijiet bħal dawn jew inkella li jirregolaw sitwazzjonijiet bħal dawn li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva.

Emenda 20

Proposta għal direttivaPremessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(32a) Jenħtieġ li l-kuntratti għal kunsinni individwali ta' enerġija mhux konnessa man-netwerk jiġu eżentati mid-dritt ta' rtirar. Inkella, minħabba ċ-ċaqliq fil-prezzijiet tas-suq, il-kummerċjant ikollu jġarrab riskju ta' rivendita inkalkulabbli.

Emenda 21

Proposta għal direttivaPremessa 33

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(33) Id-Direttiva 2011/83/UE tipprovdi regoli armonizzati b'mod sħiħ rigward id-dritt ta' rtirar minn kuntratti barra mill-post tan-negozju u mill-bogħod F'dan il-kuntest, żewġ obbligi konkreti ntwerew li jikkostitwixxu piżijiet sproporzjonati fuq il-kummerċjanti u għandhom jitħassru.

imħassar

Emenda 22

Proposta għal direttivaPremessa 34

RR\1175189MT.docx 17/63 PE625.551v02-00

MT

Page 18: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(34) L-ewwel wieħed huwa dwar id-dritt tal-konsumatur li jirtira minn kuntratti ta' bejgħ konklużi barra mill-post tan-negozju jew mill-bogħod anki wara li juża l-oġġetti lil hinn minn dak meħtieġ biex jistabbilixxi n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tagħhom. Skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2011/83/UE, il-konsumatur xorta jkun għadu jista' jirtira minn xiri online / barra mill-post tan-negozju anki jekk ikun uża l-oġġett aktar minn dak permess; madankollu, f'każ bħal dan, il-konsumatur jista' jinżamm responsabbli għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-oġġetti.

imħassar

Emenda 23

Proposta għal direttivaPremessa 35

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(35) L-obbligu li jiġi aċċettat ir-ritorn ta' oġġetti bħal dawn joħloq diffikultajiet għall-operaturi tas-suq li huma mitluba jivvalutaw il-"valur imnaqqas" tal-oġġetti rritornati u biex jerġgħu jbigħuhom bħala prodotti użati jew biex jarmuhom. Din tfixkel il-bilanċ bejn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-intrapriżi li d-Direttiva 2011/83/UE tfittex li tilħaq. Għalhekk jinħtieġ li jitħassar id-dritt għall-konsumaturi li jirritornaw l-oġġetti f'sitwazzjonijiet bħal dawn. L-Anness I tad-Direttiva 2011/83/UE "Informazzjoni li tikkonċerna l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar" jinħtieġ li wkoll jiġi aġġustat skont din l-emenda.

imħassar

Emenda 24

Proposta għal direttivaPremessa 36

PE625.551v02-00 18/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 19: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(36) It-tieni obbligu jikkonċerna l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/83/UE, li skontha l-kummerċjanti jistgħu jżomm r-rimborżsakemm ikunu rċevew l-oġġetti lura, jew sakemm il-konsumatur ikun ipprovda evidenza li bagħathom lura, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel. L-għażla tal-aħħar tista', f'xi ċirkustanzi, effettivament tobbliga lill-kummerċjanti biex jirrimborża lill-konsumaturi qabel ma jirċievi l-oġġetti ritornati lura qabel ma jkollu l-possibbiltà li jispezzjonahom. Din tfixkel il-bilanċ bejn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-intrapriżi li d-Direttiva 2011/83/UE tfittex li tilħaq. Għalhekk, l-obbligu għall-kummerċjanti biex jirrimborża lill-konsumatur fuq is-sempliċi bażi ta' prova li l-prodotti ġew mibgħuta lura lejn il-kummerċjant jinħtieġ li jitħassar. L-Anness I tad-Direttiva 2011/83/UE "Informazzjoni li tikkonċerna l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar" jinħtieġ li wkoll jiġi aġġustat skont din l-emenda.

imħassar

Emenda 25

Proposta għal direttivaPremessa 38

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(38) Meta wieħed iqis żviluppi teknoloġiċi, huwa meħtieġ li titneħħa r-referenza għal numru tal-faks mil-lista ta' mezzi ta' komunikazzjoni fl-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE minħabba li l-faks rarament jintuża u fil-biċċa l-kbira ntemm l-użu tiegħu. Barra minn hekk, jinħtieġ li l-kummerċjanti jkunu kapaċi jipprovdu, bħala alternattiva għal indirizz tal-posta elettronika, mezz ieħor ta' komunikazzjoni online ma' konsumaturi, pereżempju, formoli online u chats, sakemm dawk il-mezzi alternattiv

(38) Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, huwa meħtieġ li titneħħa r-referenza għal numru tal-faks mil-lista ta' mezzi ta' komunikazzjoni fl-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE minħabba li l-faks rarament jintuża u fil-biċċa l-kbira ntemm l-użu tiegħu. Minħabba l-varjetà ta' tipi ta' negozji involuti fil-kummerċ, jitqies li mhux bilfors jiġi obbligat l-użu tal-komunikazzjoni online f'kull każ min-negozjanti kollha. Madankollu, jekk in-negozjant juża l-komunikazzjoni online, il-konsumatur għandu jingħata d-dettalji

RR\1175189MT.docx 19/63 PE625.551v02-00

MT

Page 20: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

jippermettu lill-konsumatur li jżomm il-kontenut tal-komunikazzjoni fuq mezz li jservi għal żmien twil b'mod simili bħall-posta elettronika. L-Anness I tad-Direttiva "Informazzjoni li tikkonċerna l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar" jinħtieġ li wkoll jiġi aġġustat skont din l-emenda.

rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kummerċjanti jkunu jistgħu jagħżlu mezz ieħor ta' komunikazzjoni online mal-konsumaturi, pereżempju, formoli online u chats, sakemm dawk il-mezzi alternattivi jippermettu lill-konsumatur li jżomm il-kontenut tal-komunikazzjoni fuq mezz li jservi għal żmien twil b'mod simili bħall-posta elettronika. L-Anness I tad-Direttiva "Informazzjoni li tikkonċerna l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar" jenħtieġ li wkoll jiġi aġġustat f'dan is-sens.

Emenda 26

Proposta għal direttivaPremessa 40

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(40) Nru 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE li jipprojbixxi reklamar moħbi f'kontenut editorjali fil-midja jinħtieġ li jiġu aġġustat biex ikun ċar li l-istess projbizzjoni tapplika wkoll fejn kummerċjant jipprovdi informazzjoni lil konsumatur f'forma ta' riżultati ta' tiftix fi tweġiba għal mistoqsija ta' tfittxija online tal-konsumatur.

(40) Il-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE li jipprojbixxi reklamar moħbi f'kontenut editorjali fil-midja jenħtieġ li jiġi aġġustat biex ikun ċar li l-istess projbizzjoni tapplika wkoll meta kummerċjant jipprovdi informazzjoni lil konsumatur f'forma ta' riżultati li jintwerew bi prominenza li ma kienx ikollhom kieku ntwerew bħala parti mill-korp prinċipali tar-riżultati ta' tiftix bi tweġiba għal mistoqsija ta' tfittxija online tal-konsumatur. Jenħtieġ li tali pożizzjonament prominenti jiġi mmarkat b'mod ċar.

Emenda 27

Proposta għal direttivaPremessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(40a) Il-konsumaturi qegħdin jistrieħu dejjem aktar fuq ir-reċensjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-konsumaturi meta jieħdu deċiżjonijiet rigward xiri. Għalhekk, jenħtieġ li jitqies bħala prattika kummerċjali żleali li l-konsumaturi jiġu żgwidati billi jiġi ddikjarat li reċensjoni

PE625.551v02-00 20/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 21: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

tkun veritiera meta ma jkunux ittieħdu miżuri raġonevoli u proporzjonati biex jiġi żgurat li dik ir-reċensjoni tirrifletti l-esperjenzi reali tal-konsumaturi. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, mezzi tekniċi biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-persuna li tagħmel ir-reċensjoni u tintalab informazzjoni biex jiġi vverifikat li l-konsumatur ikun fil-fatt uża l-prodott, filwaqt li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni ċara dwar kif jiġu pproċessati r-reċensjonijiet, pereżempju jekk jintwerewx ir-reċensjonijiet kollha – kemm pożittivi kif ukoll negattivi – jew jekk dawn ir-reċensjonijiet ikunux ġew sponsorjati jew influwenzati minn relazzjoni kuntrattwali ma' kummerċjant.

Emenda 28

Proposta għal direttivaPremessa 40b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(40b) Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE jiġi aġġornat biex jinkludi reklami jew rakkomandazzjonijiet li jagħtu l-impressjoni falza li ħbieb jew konoxxenzi jkunu xtraw, użaw jew irrakkomandaw prodott, servizz jew kontenut diġitali.

Emenda 29

Proposta għal direttivaPremessa 41

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(41) L-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jiggarantixxi l-libertà tal-intrapriża skont il-liġi tal-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali. Madankollu, il-kummerċjalizzazzjoni madwar l-Istati Membri ta' prodotti bħala identiċi meta

(41) Il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott bi preżentazzjoni identika jew apparentement identika għal prodott kummerċjalizzat bl-istess marka iżda li jippreżenta differenzi fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi, u meta din id-distinzjoni ma tkunx immarkata b'mod

RR\1175189MT.docx 21/63 PE625.551v02-00

MT

Page 22: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

fir-realtà jkunu differenti ħafna f'termini ta' kompożizzjoni jew karatteristiċi li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi u jwasslu biex dawn jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f'sitwazzjoni oħra.

ċar u komprensiv sabiex tkun viżibbli immedjatament għall-konsumatur, hija prattika qarrieqa. Jenħtieġ li din il-prattika titqies bħala żleali u għalhekk tiżdied mal-lista ta' prattiki kummerċjali qarrieqa li jitqiesu bħala żleali fiċ-ċirkustanzi kollha skont l-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE. Madankollu, kummerċjant jista' jadatta prodotti tal-istess marka għal swieq ġeografiċi differenti minħabba fatturi leġittimi, pereżempju l-użu ta' ingredjenti lokali, l-obbligi tal-liġi nazzjonali, l-objettivi tar-riformulazzjoni jew il-preferenzi dimostrabbli tal-konsumaturi, dment li tali preferenzi jkunu koperti minn evidenza sodisfaċenti. Tali evidenza tista' tirriżulta minn provi tal-konsumatur bl-użu ta' ttestjar jew tidwiq ta' prodotti fl-għama u metodi oħra biex tiġi ddeterminata preferenza ċara fl-għażla tal-konsumaturi. F'każijiet meta prodotti jkunu materjalment differenti fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi tagħhom, filwaqt li tinħoloq l-impressjoni – bid-dehra, id-deskrizzjoni jew ir-rappreżentazzjoni viżwali tagħhom – li dawn il-prodotti jkunu identiċi għal prodotti oħra kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li din id-differenza tkun immarkata b'mod ċar u li jinftiehem sabiex tkun viżibbli immedjatament għall-konsumatur. Madankollu, partikolarment fil-każ ta' prodotti kummerċjalizzati għall-użu minn trabi jew tfal żgħar, bħall-ikel tat-trabi, huwa mifhum li d-differenzi reġjonali jew il-preferenzi fit-togħma x'aktarx ma jimmanifestawx ruħhom b'mod daqshekk ċar u, għal din ir-raġuni, kummerċjant ma jistax ikun fdat meta jikkummerċjalizza prodotti li jkollhom kompożizzjoni jew karatteristiċi materjalment differenti.

Emenda 30

Proposta għal direttivaPremessa 42

PE625.551v02-00 22/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 23: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(42) Din il-prattika tista' għalhekk tkun ikkwalifikata bħala li tmur kontra d-Direttiva 2005/29/KE, ibbażata fuq valutazzjoni każ b'każ ta' elementi rilevanti. Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-liġi eżistenti tal-konsumaturi fl-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-ikel, ingħatat gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli attwali tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' kwalità doppja tal-prodotti alimentari fl-Avviż tal-Kummissjoni tas-26.9.2017 fuq l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-ikel u l-protezzjoni tal-konsumatur għal kwistjonijiet tal-Kwalità Doppja tal-prodotti – Il-każ speċifiku tal-ikel"46. F'dan il-kuntest, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni bħalissa qed jiżviluppa approċċ komuni tal-ittestjar komparattiv tal-prodotti tal-ikel.

imħassar

__________________46 COM(2017) 6532.

Emenda 31

Proposta għal direttivaPremessa 43

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(43) Madankollu, l-esperjenza wriet li jista' ma jkunx ċar għall-konsumaturi, kummerċjanti u awtoritajiet nazzjonali kompetenti liema prattiki kummerċjali jjistgħu tmorru kontra d-Direttiva 2005/29/KE fin-nuqqas ta' dispożizzjoni espliċita. Għalhekk, jinħtieġ li d-Direttiva 2005/29/KE tiġi emendata biex tiġi żgurata ċertezza legali kemm għall-kummerċjanti kif ukoll għall-awtoritajiet tal-infurzar billi tipprovdi b'mod espliċitu t-tqegħid fis-suq ta' prodott bħala identiċi mal-istess prodott impoġġi fis-suq f'diversi Stati Membri oħra, meta dawn il-prodotti jkunu

imħassar

RR\1175189MT.docx 23/63 PE625.551v02-00

MT

Page 24: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

differenti b'mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi. Jinħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw u jindirizzaw fuq bażi ta' każ b'każ prattiki bħal dawn skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha, jinħtieġ li l-awtorità kompetenti tqis jekk tali differenza tkunx faċilment identifikabbli mill-konsumaturi, dritt ta' kummerċjant li jadatta għal prodotti tal-istess marka fi swieq ġeografiċi differenti minħabba fatturi leġittimi, bħad-disponibbiltà jew l-istaġunalità tal-materja prima, preferenzi definiti ta' klijenti jew strateġiji volontarji bil-għan li jitjieb l-aċċess għal ikel tajjeb għas-saħħa u nutrittiv, kif ukoll id-dritt tal-kummerċjanti li joffru prodotti tal-istess marka f'pakketti ta' piż jew volum differenti fi swieq ġeografiċi differenti.

Emenda 32

Proposta għal direttivaPremessa 44

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(44) Filwaqt li bejgħ barra mill-post tan-negozju huwa mezz tal-bejgħ leġittimu u stabbilit sew, bħal bejgħ fi stabbiliment kummerċjali tal-kummerċjant u bħall-bejgħ mill-bogħod, xi prattiki ta' kummerċjalizzazzjoni partikolarment aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta' żjarat fid-dar tal-konsumatur mingħajr il-kunsens minn qabel tal-konsumatur jew waqt eskursjonijiet kummerċjali jista' jpoġġi lill-konsumaturi taħt pressjoni biex jixtri prodotti li kieku ma kienx jixtri / jew xiri bi prezzijiet eċċessivi li spiss jinvolvu ħlas immedjat. Prattiki bħal dawn spiss ikunu mmirati lejn anzjani jew konsumaturi vulnerabbli oħra. Xi Stati Membri jqisu li dawn il-prattiċi mhumiex mixtieqa u jemmnu li huwa meħtieġ li ċerti forom u aspetti ta' bejgħ barra l-post tan-negozju jiġu ristretti fis-sens tad-Direttiva 2011/83/UE, bħal

(44) Filwaqt li bejgħ barra mill-post tan-negozju huwa mezz tal-bejgħ leġittimu u stabbilit sew, xi prattiki ta' kummerċjalizzazzjoni partikolarment aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta' solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa fid-dar tal-konsumatur mingħajr il-kunsens minn qabel tal-konsumatur jew waqt eskursjonijiet kummerċjali jista' jpoġġi lill-konsumaturi taħt pressjoni biex jixtri prodotti li kieku ma kienx jixtri u/jew jixtri bi prezzijiet eċċessivi, li spiss jinvolvi ħlas immedjat. Prattiki bħal dawn spiss ikunu mmirati lejn anzjani jew konsumaturi vulnerabbli oħra. B'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u biex jiġi ffaċilitat l-infurzar, jenħtieġ li għalhekk jiġi ċċarat li d-Direttiva 2005/29/KE hija mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-

PE625.551v02-00 24/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 25: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

kummerċjalizzazzjoni aggressiva u qarrieqa jew il-bejgħ ta' prodott fil-kuntest ta' żjarat mhux mitluba fid-dar tal-konsumatur jew eskursjonijiet kummerċjali minħabba raġunijiet ta' ordni pubbliku jew ta' rispett tal-ħajja privata tal-konsumaturi kif protetti mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. B'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u biex jiġi ffaċilitat l-infurzar, jinħtieġ li għalhekk jiġi ċċarat li d-Direttiva 2005/29/KE hija mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jagħmlu arranġamenti mingħajr il-ħtieġa għal valutazzjoni każ b'każ ta' prattika speċifika, biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta' żjarat mhux mitluba minn negozjant fid-dar privata tagħhom biex joffru jew ibiegħu prodotti jew f'rabta ma' eskursjonijiet kummerċjali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbigħu prodotti lil konsumaturi fejn arranġamenti bħal dawn huma ġġustifikati minħabba raġunijiet ta' ordni pubbliku jew għall-protezzjoni tal-ħajja privata. Jinħtieġ li tali dispożizzjonijiet ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji. Jinħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa li jinnotifikaw kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali adottati f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni biex din tkun tista' tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-partijiet interessati kollha u tissorvelja n-natura proporzjonata u l-legalità ta' dawn il-miżuri.

interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta' prattiki speċifiċi assoċjati ma' solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa minn negozjant fid-dar privata tagħhom biex joffri jew ibigħ prodotti jew b'rabta ma' eskursjonijiet kummerċjali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lil konsumaturi fejn dispożizzjonijiet bħal dawn ikunu proporzjonati, nondiskriminatorji u ġustifikati minn raġunijiet ta' interess pubbliku prevalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jinnotifikaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali adottata f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni biex din tkun tista' tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati kollha u tissorvelja l-prattiki soġġetti għal dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali kif ukoll il-proporzjonalità u l-legalità tagħhom.

Emenda 33

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)Direttiva 2005/29/KEArtikolu 2 – paragrafu 1 – punti la, lb u lc (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(-1) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1,

RR\1175189MT.docx 25/63 PE625.551v02-00

MT

Page 26: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

(la) "suq online" tfisser fornitur ta' servizz li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti online ma' kummerċjanti u konsumaturi fuq l-interfaċċa tas-suq online;

(lb) "servizz ta' tqabbil" tfisser servizz li joffri tqabbil ta' offerti differenti ta' oġġetti jew servizzi magħmula mill-kummerċjanti lill-konsumaturi abbażi ta' kriterji, inklużi l-prezz, il-karatteristiċi jew ir-reċensjonijiet, jew li jidentifika kummerċjanti rilevanti ta' prodotti, servizzi jew kontenut diġitali għall-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn dawk il-kummerċjanti u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn dawk it-tranżazzjonijiet jiġu konklużi fl-aħħar mill-aħħar;

(lc) "interfaċċa online" tfisser interfaċċa online kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/302.

Emenda 34

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aDirettiva 2005/29/KEArtikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta' kummerċjalizzazzjoni jew ħrattiki taħ bejgħ qarrieqa jew aggressivi fil-kuntest ta' żjarat mhux mitluba minn operatur tas-suq lil konsumatur fid-dar, jew fir-rigward ta' eskursjonijiet kummerċjali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati

Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta' kummerċjalizzazzjoni jew prattiki ta' bejgħ qarrieqa jew aggressivi speċifiċi li jkunu identifikati bħala aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta' solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa minn operatur tas-suq lil konsumatur fid-dar, jew fir-rigward ta' eskursjonijiet kummerċjali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ

PE625.551v02-00 26/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 27: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

minħabba raġunijiet ta' ordni pubbliku jew għall-protezzjoni tal-ħajja privata.

prodotti lill-konsumaturi, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu proporzjonati, nondiskriminatorji u ġustifikati minn raġunijiet ta' interess pubbliku prevalenti.

Emenda 35Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2Direttiva 2005/29/KEArtikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(2) Jiżdied il-punt (c) li ġej jiddaħħal fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 6:

imħassar

(c) Kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta' prodott bħala identiċi mal-istess prodott impoġġi fis-suq f'diversi Stati Membri oħra, meta dawn il-prodotti jkunu differenti b'mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi; ’

Emenda 36

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)Direttiva 2005/29/KEArtikolu 7 – paragrafu 4 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(3a) Fl-Artikolu 7(4), jiżdied il-punt li ġej:

"(ea) għal prodotti jew servizzi offruti fi swieq online, informazzjoni dwar jekk il-parti terza li toffri tali oġġetti jew servizzi hijiex kummerċjant jew le."

Emenda 37

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)Direttiva 2005/29/KEArtikolu 7 – paragrafi 5a u 5b (ġodda)

RR\1175189MT.docx 27/63 PE625.551v02-00

MT

Page 28: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(3b) Fl-Artikolu 7, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"5a. Meta suq online jew servizz ta' tqabbil jipprovdi aċċess għar-reċensjoni ta' prodott min-naħa tal-konsumaturi, l-informazzjoni li ġejja għandha titqies bħala materjali:

(a) deskrizzjoni tal-proċessi użati biex jintalbu u jiġu ppreżentati r-reċensjonijiet tal-konsumaturi u jekk tiġix ivverifikata l-awtentiċità ta' dawk ir-reċensjonijiet; u

(b) jekk isiru tali verifiki, deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-verifika.

5b. Meta l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jfittxu prodotti abbażi ta' tfittxija fl-għamla ta' keyword, frażi jew input ieħor, is-swieq online u s-servizzi ta' tqabbil għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-parametri ewlenin, ippreżentati f'ordni ta' importanza relattiva, li tiddetermina l-klassifikazzjoni tal-offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tat-tfittxija tiegħu."

Emenda 38

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2005/29/KEArtikolu 11a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

1. Minbarra r-rekwiżit biex jiżguraw mezzi adegwati u effettivi biex jinfurzaw il-konformità f'Artikolu 11, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali jkunu disponibbli wkoll għal konsumaturi li jkunu ġarrbu danni minħabba prattiki kummerċjali żleali biex jiġu eliminati l-effetti ta' dawk il-prattiċi kummerċjali żleali f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali għall-konsumaturi li jsofru danni minħabba prattiki kummerċjali żleali, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

PE625.551v02-00 28/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 29: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Emenda 39

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2005/29/KEArtikolu 11 a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

2. Rimedji kuntrattwali għandhom jinkludu, bħala minimu, il-possibbiltà għall-konsumatur li jittermina unilateralment il-kuntratt.

2. Ir-rimedji kuntrattwali għandhom jinkludu l-possibbiltà, għall-konsumatur, li jittermina unilateralment il-kuntratt. Għandhom ikunu previsti wkoll rimedji kuntrattwali addizzjonali li jirriflettu n-natura u l-gravità tan-nonkonformità, inkluż id-dritt għal tnaqqis fil-prezz jew id-dritt li jingħata kumpens għad-danni. Dawk ir-rimedji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni li tirregola l-applikazzjoni tar-rimedji.

Emenda 40

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2005/29/KEArtikolu 11a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. Rimedji mhux kuntrattwali għandhom jinkludu, bħala minimu, il-possibbiltà ta' kumpens għad-danni mġarrba mill-konsumatur.

3. Ir-rimedji mhux kuntrattwali għandhom jinkludu l-possibbiltà ta' kumpens għad-danni mġarrba mill-konsumatur.

Emenda 41

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5Direttiva 2005/29/KEArtikolu 13 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(b) in-numru ta' konsumaturi affettwati, inklużi dawk fi Stat(i) Membru(i);

(b) l-għadd ta' konsumaturi li jkunu sofrew danni fl-Istat Membru kkonċernat u fi Stati Membri oħra, meta tali informazzjoni tkun disponibbli

RR\1175189MT.docx 29/63 PE625.551v02-00

MT

Page 30: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 2017/2394;

Emenda 42

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5Direttiva 2005/29/KEArtikolu 13 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(c) kullazzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju tad-danni mġarrba mill-konsumaturi;

(c) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju għad-danni mġarrba mill-konsumaturi, inklużi azzjonijiet meħuda mill-kummerċjant biex jirrapporta l-ksur jew jikkoopera mal-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti;

Emenda 43

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5Direttiva 2005/29/KEArtikolu 13 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(d) fejn xieraq, il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(d) in-natura intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

Emenda 44

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5Direttiva 2005/29/KEArtikolu 13 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(fa) jekk il-kummerċjant isostnix li rrispetta l-kodiċijiet ta' kondotta jew il-kwalifiki rilevanti;

Emenda 45

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

PE625.551v02-00 30/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 31: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Direttiva 2005/29/KEArtikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

2a. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw is-setgħat stabbiliti f'dan l-Artikolu b'mod proporzjonat, effiċjenti u effikaċi skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż f'konformità mal-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, is-salvagwardji proċedurali applikabbli u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, partikolarment ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u l-liġi nazzjonali.

_____________________1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda 46

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5Direttiva 2005/29/KEArtikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. Jekk il-piena tkun multa, il-fatturat annwali tal-kummerċjant li wettaq il-ksur u l-profitti netti kif ukoll kwalunkwe multi imposti għall-istess ksur jew għal ksur ieħor ta' din id-Direttiva fi Stati Membri oħra għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fid-determinazzjoni tal-ammont tiegħu.

3. Kwalunkwe multa imposta għall-istess ksur jew għal ksur ieħor ta' din id-Direttiva fi Stati Membri oħra għandha tiġi kkunsidrata wkoll fid-determinazzjoni tal-livell tal-penali.

RR\1175189MT.docx 31/63 PE625.551v02-00

MT

Page 32: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Emenda 47

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5Direttiva 2005/29/KEArtikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li penali għal każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni fis-sens tar-Regolament (UE) 2017/2934 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali għal każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni imposti b'riżultat ta' azzjoni koordinata varata skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2017/2394 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun ta' EUR 10 000 000 jew tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fis-sena finanzjarja preċedenti fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

Emenda 48

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5Direttiva 2005/29/KEArtikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

5. Jekk jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni ta' dħul minn multi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-interess ġenerali tal-konsumaturi.

5. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul mill-multi biex itejbu l-protezzjoni tal-interess ġenerali tal-konsumaturi, inkluż bil-ħolqien ta' fond iddedikat biex jingħata rimedju f'każijiet ta' dannu mġarrab mill-konsumaturi u, meta applikabbli, f'każ ta' kwalunkwe dannu ieħor li jkun irriżulta mill-ksur, bħal dannu għall-interessi ambjentali jew dannu għal interessi pubbliċi protetti oħra.

Emenda 49

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

PE625.551v02-00 32/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 33: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Direttiva 2005/29/KEArtikolu 13 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

6a. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jistabbilixxu sistema komprensiva ta' infurzar pubbliku sabiex jinfurzaw il-penali previsti minn din id-Direttiva.

Emenda 50

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt -6 (ġdid)Direttiva 2005/29/KEAnness I – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(-6) Fl-Anness I, jiddaħħal il-punt li ġej:

"6a. Fejn il-kummerċjant juri roħs fil-prezz mingħajr ma jindika l-prezz ta' riferiment li abbażi tiegħu jkun qed jitħabbar ir-roħs fil-prezz u mingħajr ma jkun jista' jagħti prova tal-korrettezza ta' dak il-prezz ta' referenza fi żmien 30 jum qabel l-avviż."

Emenda 51

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6Direttiva 2005/29/KEAnness I – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

11. L-użu ta' kontenut editorjali fil-mijdja jew l-għoti ta' informazzjoni għal mistoqsija ta' tfittxija online tal-konsumatur, biex jiġi promoss prodott fejn huwa jkun ħallas għall-promozzjoni tiegħu mingħajr ma jagħmel dan ċar fil-kontenut jew permezz ta' immaġini u ħsejjes identifikabbli b'mod ċar mill-konsumatur (reklamar; Spazju tar-reklamar bi ħlas jew

11. Fejn il-kummerċjant juża kontenut editorjali fil-midja jew jagħti informazzjoni b'risposta għat-tfittxija online tal-konsumatur, biex jippromwovi prodott li huwa jkun ħallas direttament jew indirettament għall-promozzjoni jew għall-pożizzjoni prominenti tiegħu billi jiġu injorati r-riżultati prinċipali tat-tfittxija mingħajr ma jagħmel dan ċar

RR\1175189MT.docx 33/63 PE625.551v02-00

MT

Page 34: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

inklużjoni mħallsa). Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/13/UE48.

f'forma konċiża, faċli u li tinftiehem fil-kontenut jew permezz ta' immaġini u ħsejjes identifikabbli b'mod ċar mill-konsumatur (reklamar; Spazju tar-reklamar bi ħlas jew inklużjoni mħallsa). Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/13/UE48.

__________________ __________________48 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

48 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

Emenda 52

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)Direttiva 2005/29/KEAnness I – punt 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6a) Fl-Anness I, jiddaħħal il-punt li ġej:

"13a. Fejn il-kummerċjant isostni jew jagħti l-impressjoni – bid-dehra, id-deskrizzjoni jew ir-rappreżentazzjoni viżiva tiegħu – li oġġett ikun identiku jew apparentement identiku għal prodott ieħor kummerċjalizzat fi Stat Membru ieħor meta ma jkunx, sakemm dawk l-oġġetti ma jkunux differenti minħabba preferenzi reġjonali ċari u dimostrabbli, l-użu ta' ingredjenti lokali jew l-obbligi tal-liġi nazzjonali, dment li din id-distinzjoni tkun ċara u mmarkata b'mod komprensiv sabiex tkun immedjatament viżibbli għall-konsumatur."

Emenda 53

Proposta għal direttiva

PE625.551v02-00 34/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 35: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)Direttiva 2005/29/KEAnness I – punt 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6b) Fl-Anness I, jiddaħħal il-punt li ġej:

"23a. Fejn il-kummerċjant juża tekniki differenti li jippermettu x-xiri ta' biljetti għal avveniment fuq skala kbira, inkluż permezz ta' softwer awtomatizzat, bl-għan li l-biljetti jerġgħu jinbiegħu għal aktar mill-valur nominali tagħhom."

Emenda 54

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6c (ġdid)Direttiva 2005/29/KEAnness I – punt 23b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6c) Fl-Anness I, jiddaħħal il-punt li ġej:

"23b. Fejn il-kummerċjant isostni jew jagħti l-impressjoni li reċensjoni ta' prodott tkun mibgħuta minn konsumatur li fil-fatt ikun uża l-prodott mingħajr ma jieħu passi raġonevoli u proporzjonati biex jiżgura li dik ir-reċensjoni tirrifletti l-esperjenzi reali tal-konsumaturi."

Emenda 55

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6d (ġdid)Direttiva 2005/29/KEAnness I – punt 23c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6d) Fl-Anness I, jiddaħħal il-punt li ġej:

'23c. Fejn il-kummerċjant jagħti l-impressjoni falza li konsumaturi oħra jkunu xtraw, użaw jew irrakkomandaw

RR\1175189MT.docx 35/63 PE625.551v02-00

MT

Page 36: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

prodott, servizz jew kontenut diġitali speċifiku abbażi ta' parametri mhux relatati inklużi l-preferenzi għad-ditta u l-pożizzjoni ġeografika."

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi qegħdin jistrieħu dejjem aktar fuq ir-reċensjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-konsumaturi meta jieħdu deċiżjoni rigward xiri. Għaldaqstant, l-Anness I għandu jiġi emendat biex tiddaħħal din il-prattika qarrieqa.

Emenda 56

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 –punt dDirettiva 2011/83/UEArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(16) "kuntratt għall-forniment ta' kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli" tfisser kuntratt li permezz tiegħu n-negozjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni speċifika tal-kontenut diġitali lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta' dan. Dan jinkludi wkoll kuntratti li fihom il-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-fini li jipprovdi kontenut diġitali, jew għall-kummerċjant li jikkonforma mar-rekwiżiti legali li huwa suġġett għalihom l-kummerċjant u l-kummerċjant ma jipproċessax din id-data għal kwalunkwe skop ieħor;

(16) "kuntratt għall-forniment ta' kontenut diġitali" tfisser kuntratt li permezz tiegħu n-negozjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni kontenut diġitali lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz. Dan jinkludi wkoll kuntratti li fihom il-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-forniment tal-kontenut diġitali f'konformità mad-[Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali], jew għall-kummerċjant li jikkonforma mar-rekwiżiti legali li huwa suġġett għalihom l-kummerċjant u l-kummerċjant ma jipproċessax din id-data għal kwalunkwe skop ieħor;

Emenda 57

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 –punt dDirettiva 2011/83/UEArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17

PE625.551v02-00 36/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 37: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(17) "servizz diġitali" tfisser (a) servizz li permezz tiegħu l-konsumatur ikun jista' joħloq, jipproċessa jew jaħżen, jew jaċċessa data f'forma diġitali; jew (b) servizz li jippermetti l-kondiviżjoni ta' data jew kwalunkwe interazzjoni oħra f'format diġitali mtella' jew maħluqa mill-konsumatur u utenti oħra ta' dak is-servizz, inkluż vidjo u awdjo u l-ospitar ta' fajls oħra, word processing jew il-logħob offrut fl-ambjent tal-cloud computing u l-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali.

(17) "servizz diġitali" tfisser (a) servizz li jippermetti lill-konsumatur joħloq, jipproċessa jew jaħżen, jew jaċċessa data f'forma diġitali; jew (b) servizz li jippermetti l-kondiviżjoni ta' data f'forma diġitali – jew kwalunkwe interazzjoni magħha – imtellgħa jew maħluqa mill-konsumatur jew minn utenti oħra ta' dak is-servizz.

Emenda 58

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 –punt dDirettiva 2011/83/UEArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(18) "kuntratt ta' servizz" tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta' bejgħ li fuq il-bażi tiegħu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta' dan. Dan jinkludi wkoll kuntratti li fihom il-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-fini ta' forniment tas-servizz diġitali, jew għall-kummerċjant li jikkonformaw mar-rekwiżiti legali li huwa suġġett għalihom il-kummerċjant u n-l-kummerċjant ma jipproċessax din id-data għal kwalunkwe skop ieħor;

(18) "kuntratt ta' servizz" tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta' bejgħ li abbażi tiegħu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz. Dan jinkludi wkoll kuntratti li fihom il-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-forniment tas-servizz diġitali f'konformità mad-[Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali], jew għall-kummerċjant li jikkonformaw mar-rekwiżiti legali li huwa suġġett għalihom il-kummerċjant u n-l-kummerċjant ma jipproċessax din id-data għal kwalunkwe skop ieħor;

Emenda 59

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

RR\1175189MT.docx 37/63 PE625.551v02-00

MT

Page 38: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Direttiva 2011/83/UEArtikolu 3 – paragrafu 3 – punt k

Test fis-seħħ Emenda

(1a) Fl-Artikolu 3(3), il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(k) ta' servizzi tat-trasport ta' passeġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19 u 22;

"(k) ta' servizzi tat-trasport ta' passiġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19, 21 u 22;"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32011L0083&qid=1537797342987&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-koerenza loġika tat-test, kif ukoll peress li hija marbuta direttament ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda 60

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2Direttiva 2011/83/UEArtikolu 5 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(h) fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut diġitali bil-hardware u s-software, li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment.

(h) fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut u s-servizzi diġitali ma' hardware jew software differenti minn dawk li kontenut jew servizzi diġitali tal-istess tip jintużaw magħhom normalment.

Emenda 61

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3Direttiva 2011/83/UEArtikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(c) l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit u n-numru tat-telefown, l-indirizz tal-posta elettronika jew mezzi oħra ta' komunikazzjoni online li

(c) l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit u n-numru tat-telefown, l-indirizz tal-posta elettronika u mezzi oħra ta' komunikazzjoni online –

PE625.551v02-00 38/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 39: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

jiggarantixxu li l-konsumatur jista' jżomm korrispondenza mal-kummerċjant fuq mezz durabbli, biex il-konsumatur ikun jista' jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b'mod effikaċi miegħu. Fejn applikabbli, il-kummerċjant għandu jagħti wkoll l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu jkun qed jaġixxi.

jekk disponibbli – li jiggarantixxu li l-konsumatur jista' jżomm rekord tal-kuntatt mal-kummerċjant u jżomm kopji ta' kwalunkwe korrispondenza bil-miktub mal-kummerċjant fuq mezz durabbli, biex il-konsumatur ikun jista' jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b'mod effikaċi miegħu. Meta applikabbli, il-kummerċjant għandu jagħti wkoll l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li jkun qed jaġixxi f'ismu.

Emenda 62

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3Direttiva 2011/83/UEArtikolu 6 – paragrafu 1 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(s) fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut diġitali bil-hardware u s-software, li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment.

(s) fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut u s-servizzi diġitali ma' hardware jew software differenti minn dawk li kontenut jew servizzi diġitali tal-istess tip jintużaw magħhom normalment.

Emenda 63

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2011/83/UEArtikolu 6a – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, fuq suq online, is-suq online għandu barra minn hekk jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

Qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, fuq suq online, is-suq online għandu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29/KE, jipprovdi wkoll l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u li jinftiehem:

RR\1175189MT.docx 39/63 PE625.551v02-00

MT

Page 40: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Emenda 64

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2011/83/UEArtikolu 6a – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat ta' mistoqsija ta' tfittxija tiegħu fuq suq online;

imħassar

Emenda 65

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2011/83/UEArtikolu 6a – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(da) jekk ikunux intużaw algoritmi jew proċessi deċiżjonali awtomatizzati – u kif intużaw – biex jiġu ppreżentati l-offerti jew jiġu ddeterminati l-prezzijiet, inklużi tekniki ta' pprezzar personalizzat.

Emenda 66

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2011/83/UEArtikolu 6a – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(db) il-bażi tal-kalkolu għal kwalunkwe tnaqqis fil-prezz tal-prodott jew is-servizz muri fir-riżultati tat-tfittxija fis-suq online;

Ġustifikazzjoni

Il-prezzijiet imraħħsa offruti fis-swieq online għall-ivvjaġġjar – pereżempju – sikwit ma jkunux jeżistu għad-dati speċifiċi li jkun qed ifittex il-konsumatur. Għalhekk, fir-riżultati tat-tfittxija tas-swieq online għandha tingħata informazzjoni preċiża dwar it-tnaqqis fil-prezzijiet.

PE625.551v02-00 40/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 41: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Emenda 67

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2011/83/UEArtikolu 6a – paragrafu 1 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(dc) il-klassifikazzjoni uffiċjali, il-kategorizzazzjoni jew il-grad ta' kwalità ta' prodott, jekk applikabbli.

Ġustifikazzjoni

F'xi setturi jeżistu skemi ta' klassifikazzjoni uffiċjali (pereżempju s-sistema tal-istilel għal-lukandi fis-settur tal-ivvjaġġar). Is-swieq online għandhom jindikaw il-klassifikazzjoni uffiċjali ta' prodott jew servizz, jekk applikabbli.

Emenda 68

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2011/83/UEArtikolu 6a – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali fil-liġi nazzjonali tagħhom.

Emenda 69

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2011/83/UEArtikolu 6a – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Wara li l-konsumatur jintrabat b'kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, f'suq online, u meta l-offerta għall-oġġett jew servizz li jkun inbiegħ tkun inħarġet notifikata dwarha u tkun tneħħiet mis-suq online għar-raġuni li kienet illegali, is-suq online għandu

RR\1175189MT.docx 41/63 PE625.551v02-00

MT

Page 42: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

jipprovdi fil-pront l-informazzjoni li ġejja lill-konsumatur b'mod ċar u li jinftiehem:

(a) li l-prodott jew is-servizz mibjugħ jew l-offerta tiegħu kienu illegali – jew apparentement illegali – u tneħħew;

(b) l-identità tal-kummerċjant li jkun poġġa l-offerta li tkun tneħħiet;

(c) ir-raġuni għala l-offerta tneħħiet.

Ġustifikazzjoni

Is-swieq online li jindunaw li offerta, prodott jew servizz partikolari fuq il-pjattaforma tagħhom ikunu illegali, għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-possibbiltà ta' illegalità fl-offerta, il-prodott jew is-servizz li jkunu xtraw. Obbligu bħal dan, permezz ta' trasparenza akbar, joffri protezzjoni aħjar lill-konsumaturi.

Emenda 70

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)Direttiva 2011/83/UEArtikolu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(4a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 6b

Rekwiżiti ta' monitoraġġ għall-operaturi tas-swieq online

L-operaturi tas-swieq online għandhom ikunu obbligati jieħdu miżuri raġonevoli biex jiżguraw li s-servizzi li jipprovdu ma jkunux soġġetti għal użu ħażin li jħalli lill-konsumaturi vulnerabbli. Għandu jkun hemm livell adegwat ta' protezzjoni konsistenti man-natura tal-oġġetti jew is-servizzi mibjugħa u kwalunkwe prova attwali ta' dannu li jirriżulta mill-bejgħ. B'mod speċifiku, l-operaturi għandhom jissorveljaw kwalunkwe attività li tissuġġerixxi li kummerċjant jgħid li mhuwiex kummerċjant sabiex jinfluwenza l-għażliet u l-aspettattivi tal-konsumaturi dwar il-kwalità tal-prodott jew tas-servizz li jkunu qed jixtru."

PE625.551v02-00 42/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 43: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Emenda 71

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt -5 (ġdid)Direttiva 2011/83/UEArtikolu 7 – paragrafu 1

Test fis-seħħ Emenda

(-5) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. Fir-rigward ta' kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, il-kummerċjant għandu jagħti l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) lill-konsumatur fuq karta jew jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil. Dik l-informazzjoni għandha tkun leġġibbli u ppreżentata b'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.

"1. Fir-rigward ta' kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, il-kummerċjant għandu jagħti l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) lill-konsumatur fuq mezz li jservi għal żmien twil. Dik l-informazzjoni għandha tkun leġġibbli u ppreżentata b'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem."

(http://www.at4am.ep.parl.union.eu/at4am/ameditor.html?documentID=23770&locale=en#stv!lCnt=1&langISO0=en&crCnt=1&crID0=96674)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għaliex hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli. Fl-era diġitali m'hemmx bżonn jiġi stipulat li l-informazzjoni kollha trid tingħata awtomatikament fuq karta.

Emenda 72

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt -5a (ġdid)Direttiva 2011/83/UEArtikolu 7 – paragrafu 2

Test fis-seħħ Emenda

(-5a) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur b'kopja tal-kuntratt iffirmat jew il-konferma tal-kuntratt fuq karta jew, jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, inkluża, jekk ikun il-każ, il-konferma tal-kunsens magħmul espressament u minn qablel u tal-avviż ta' riċeviment tal-konsumatur skont il-

"2. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur b'kopja tal-kuntratt iffirmat fuq mezz li jservi għal żmien twil, inkluża, jekk ikun il-każ, il-konferma tal-kunsens magħmul espressament u minn qabel u tal-avviż ta' riċeviment tal-konsumatur skont il-punt (m) tal-Artikolu 16."

RR\1175189MT.docx 43/63 PE625.551v02-00

MT

Page 44: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

punt (m) tal-Artikolu 16.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32011L0083&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għaliex hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli. Fl-era diġitali m'hemmx bżonn jiġi stipulat li l-informazzjoni kollha trid tingħata awtomatikament fuq karta.

Emenda 73

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aDirettiva 2011/83/UEArtikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

imħassar

"3. Sakemm il-kummerċjant ma jkunx offra li jiġbor il-oġġetti hu stess, fir-rigward ta' kuntratti ta' bejgħ, il-kummerċjant jista' jżomm ir-rimborż sakemm ikun irċieva l-oġġetti lura."

Emenda 74

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2011/83/UEArtikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

5. Fir-rigward ta' kwalunkwe kontenut diġitali sal-punt li dan ma jikkostitwixxix data personali, li ttella' jew inħoloq mill-konsumatur fl-użu ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi u jista' jeżerċita d-drittijiet previsti skont [id-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali].

5. Fir-rigward ta' kwalunkwe kontenut diġitali – sakemm dan ma jikkostitwixxix data personali – ipprovdut jew maħluq mill-konsumatur fl-użu ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi u jista' jeżerċita d-drittijiet previsti skont [id-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali].

PE625.551v02-00 44/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 45: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Emenda 75

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt 1Direttiva 2011/83/UEArtikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1) Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

imħassar

"Wara li l-kuntratt jiġi tterminat, il-konsumatur għandu jibqa' lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jqiegħedhom għad-dispożizzjoni ta' terzi persuni."

Emenda 76

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt 1a (ġdid)Direttiva 2011/83/UEArtikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1a) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"2a. Wara t-terminazzjoni tal-kuntratt, il-konsumatur ma għandux juża l-kontenut jew is-servizz diġitali jew iqegħidhom għad-dispożizzjoni ta' terzi persuni."

(Ara l-emenda relatata mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2011/83/UE.)

Emenda 77

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt 1a (ġdid)Direttiva 2011/83/UEArtikolu 16 – paragrafu 1 – punt b

Test fis-seħħ Emenda

(1a) Fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b) il-forniment ta' oġġetti jew servizzi li l-prezz tagħhom jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq finanzjarju li ma

"(b) il-forniment ta' oġġetti, servizzi jew enerġija mhux konnessa man-netwerk li l-prezz tagħhom jiddependi fuq

RR\1175189MT.docx 45/63 PE625.551v02-00

MT

Page 46: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

jistax ikun ikkontrollat mill-kummerċjant u li jistgħu jseħħu waqt il-perjodu ta' reċess;

varjazzjonijiet fis-suq finanzjarju, tal-materja prima jew tal-enerġija u li ma jistgħux ikunu kkontrollati mill-kummerċjant u li jistgħu jseħħu waqt il-perjodu ta' reċess;"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32011L0083&qid=1537955310239&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għaliex hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

Emenda 78

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt 1b (ġdid)Direttiva 2011/83/UEArtikolu 16 – paragrafu 1 – punt h

Test fis-seħħ Emenda

(1b) Fil-paragrafu 1, il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(h) kuntratti li għalihom il-konsumatur speċifikament talab żjara mill-kummerċjant għall-iskop li jagħmel tiswija jew manutenzjoni urġenti. Jekk fl-okkażjoni ta' din iż-żjara, il-kummerċjant jipprovdi servizzi flimkien ma' dawk speċifikatament mitluba mill-konsumatur jew oġġetti minbarra parts ta' sostituzzjoni użati bi ħtieġa fit-twettiq tal-manutenzjoni jew fit-tiswijiet, id-dritt ta' reċess għandu japplika għal dawk is-servizzi jew oġġetti addizzjonali;

"(h) kuntratti li għalihom il-konsumatur ikun speċifikament talab żjara mill-kummerċjant bl-iskop li jagħmel tiswija jew manutenzjoni urġenti jew iwettaq servizzi oħra urġenti bi preavviż qasir. Jekk, fl-okkażjoni ta' din iż-żjara, il-kummerċjant jipprovdi servizzi flimkien ma' dawk speċifikament mitluba mill-konsumatur jew oġġetti minbarra parts ta' sostituzzjoni użati bi ħtieġa fit-twettiq tal-manutenzjoni jew fit-tiswijiet, id-dritt ta' reċess għandu japplika għal dawk is-servizzi jew oġġetti addizzjonali;"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32011L0083&qid=1537446850688&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa fid-dawl tal-loġika interna tat-test u għaliex hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.

PE625.551v02-00 46/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 47: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Emenda 79

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt 3Direttiva 2011/83/UEArtikolu 16 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(3) jiżdied il-punt li ġej: imħassar

"(n) il-provvista ta' oġġetti li l-konsumatur ikun ittratta, li jaqgħu matul il-perjodu ta' rtirar, għajr dak li huwa meħtieġ biex jiġu stabbiliti n-natura, l-karatteristiċi u l-funzjonament tal-oġġetti."

Emenda 80

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10Direttiva 2011/83/UEArtikolu 24 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(b) in-numru ta' konsumaturi affettwati, inklużi dawk fi Stat(i) Membru(i);

(b) l-għadd ta' konsumaturi li jkunu sofrew danni fl-Istat Membru kkonċernat u fi Stati Membri oħra, meta tali informazzjoni tkun disponibbli f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 2017/2394;

Emenda 81

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10Direttiva 2011/83/UEArtikolu 24 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(c) kullazzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju tad-danni mġarrba mill-konsumaturi;

(c) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju għad-danni mġarrba mill-konsumaturi, inklużi azzjonijiet meħuda mill-kummerċjant biex jirrapporta l-ksur jew jikkoopera mal-qrati jew l-awtoritajiet

RR\1175189MT.docx 47/63 PE625.551v02-00

MT

Page 48: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

amministrattivi kompetenti;

Emenda 82

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10Direttiva 2011/83/UEArtikolu 24 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(d) fejn xieraq, il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(d) in-natura intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

Emenda 83

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10Direttiva 2011/83/UEArtikolu 24 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(fa) jekk il-kummerċjant isostnix li rrispetta l-kodiċijiet ta' kondotta jew il-kwalifiki rilevanti;

Emenda 84

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10Direttiva 2011/83/UEArtikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

2a. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw is-setgħat stabbiliti f'dan l-Artikolu b'mod proporzjonat, effiċjenti u effikaċi skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż f'konformità mal-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, is-salvagwardji proċedurali applikabbli u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, partikolarment ir-Regolament (UE) 2016/679, u l-liġi nazzjonali.

PE625.551v02-00 48/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 49: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Emenda 85

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10Direttiva 2011/83/UEArtikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. Jekk il-piena tkun multa, il-fatturat annwali tal-kummerċjant li wettaq il-ksur u l-profitti netti kif ukoll kwalunkwe multi imposti għall-istess ksur jew għal ksur ieħor ta' din id-Direttiva fi Stati Membri oħra għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fid-determinazzjoni tal-ammont tiegħu.

3. Kwalunkwe multa imposta għall-istess ksur jew għal ksur ieħor ta' din id-Direttiva fi Stati Membri oħra għandha tiġi kkunsidrata wkoll fid-determinazzjoni tal-livell tal-penali.

Emenda 86

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10Direttiva 2011/83/UEArtikolu 24 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li penali għal każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni fis-sens tar-Regolament (UE) 2017/2934 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali għal każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni imposti b'riżultat ta' azzjoni koordinata varata skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2017/2394 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun ta' EUR 10 000 000 jew tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fis-sena finanzjarja preċedenti fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

Emenda 87

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10Direttiva 2011/83/UEArtikolu 24 – paragrafu 5

RR\1175189MT.docx 49/63 PE625.551v02-00

MT

Page 50: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

5. Jekk jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni ta' dħul minn multi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-interess ġenerali tal-konsumaturi.

5. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul mill-multi biex itejbu l-protezzjoni tal-interess ġenerali tal-konsumaturi, inkluż bil-ħolqien ta' fond iddedikat biex jingħata rimedju f'każijiet ta' dannu mġarrab mill-konsumaturi u, meta applikabbli, f'każ ta' kwalunkwe dannu ieħor li jkun irriżulta mill-ksur, bħal dannu għall-interessi ambjentali jew dannu għal interessi pubbliċi protetti oħra.

Emenda 88

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10Direttiva 2011/83/UEArtikolu 24 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

6a. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jistabbilixxu sistema komprensiva ta' infurzar pubbliku sabiex jinfurzaw il-penali previsti minn din id-Direttiva.

Emenda 89

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11 – punt 1 – punt aDirettiva 2011/83/UEAnness I – punt A

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) it-tielet paragrafu tal-punt A taħt "Dritt ta' rtirar" huwa sostitwit b'dan li ġej:

imħassar

"Biex teżerċita d-dritt ta' rtirar, trid tinfurmana [2] bid-deċiżjoni tiegħek ta' rtirai mill-kuntratt minn dan il-kuntratt permezz ta' dikjarazzjoni espliċita (pereż. ittra mibgħuta bil-posta jew posta elettronika). Tista' tuża l-formola

PE625.551v02-00 50/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 51: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

standard ta' rtirar mehmuża iżda mhijiex obbligatorja. [3]"

Emenda 90

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11 – punt 1 – punt cDirettiva 2011/83/UEAnness I – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(c) Il-punt 4 taħt "Struzzjonijiet għall-mili" huwa sostitwit b'dan li ġej:

imħassar

"[4.] Għall-kuntratti ta' bejgħ li fihom ma offrejtx li tiġbor il-oġġetti f'każ ta' rtirar, daħħal dan li ġej: "Ir-rimborż jista' jkun sospiż sakemm nirċievu l-oġġetti lura."."

Emenda 91

Proposta għal direttivaArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11 – punt 1 – punt dDirettiva 2011/83/UEAnness I – punt 5 – subpunt c

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(d) Subpunt (c) tal-punt 5 taħt "Struzzjonijiet għall-mili" hija mħassra.

imħassar

Emenda 92

Proposta għal direttivaArtikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 93/13/KEEArtikolu 8b – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(b) in-numru ta' konsumaturi affettwati, inklużi dawk fi Stat(i) Membru(i);

(b) l-għadd ta' konsumaturi li jkunu sofrew danni fl-Istat Membru kkonċernat u fi Stati Membri oħra, meta tali informazzjoni tkun disponibbli f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 2017/2394;

(Ir-referenza fl-intestatura relatata ma' att emendat (Artikolu 8b – paragrafu 2 – punt b)

RR\1175189MT.docx 51/63 PE625.551v02-00

MT

Page 52: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

tikkorrispondi għall-Artikolu 8b – paragrafu 2 – punt c tal-proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hi kkawżata minn numerazzjoni żbaljata fil-verżjoni Ingliża tal-proposta tal-

Kummissjoni.)

Emenda 93

Proposta għal direttivaArtikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 93/13/KEEArtikolu 8b – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(c) kullazzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju tad-danni mġarrba mill-konsumaturi;

(c) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju għad-danni mġarrba mill-konsumaturi, inklużi azzjonijiet meħuda mill-kummerċjant biex jirrapporta l-ksur jew jikkoopera mal-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti;

(Ir-referenza fl-intestatura relatata ma' att emendat (Artikolu 8b – paragrafu 2 – punt c) tikkorrispondi għall-Artikolu 8b – paragrafu 2 – punt d tal-proposta tal-Kummissjoni. Din id-

diskrepanza hi kkawżata minn numerazzjoni żbaljata fil-verżjoni Ingliża tal-proposta tal-Kummissjoni.)

Emenda 94

Proposta għal direttivaArtikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 93/13/KEEArtikolu 8b – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(d) fejn xieraq, il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(d) in-natura intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(Ir-referenza fl-intestatura relatata ma' att emendat (Artikolu 8b – paragrafu 2 – punt d) tikkorrispondi għall-Artikolu 8b – paragrafu 2 – punt e tal-proposta tal-Kummissjoni. Din id-

diskrepanza hi kkawżata minn numerazzjoni żbaljata fil-verżjoni Ingliża tal-proposta tal-Kummissjoni.)

Emenda 95

Proposta għal direttivaArtikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 93/13/KEEArtikolu 8b – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

PE625.551v02-00 52/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 53: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(fa) jekk il-kummerċjant isostnix li rrispetta l-kodiċijiet ta' kondotta jew il-kwalifiki rilevanti;

Emenda 96

Proposta għal direttivaArtikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 93/13/KEEArtikolu 8b – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

2a. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw is-setgħat stabbiliti f'dan l-Artikolu b'mod proporzjonat, effiċjenti u effikaċi skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż f'konformità mal-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, is-salvagwardji proċedurali applikabbli u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, partikolarment ir-Regolament (UE) 2016/679, u l-liġi nazzjonali.

Emenda 97

Proposta għal direttivaArtikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 93/13/KEEArtikolu 8b – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. Jekk il-piena tkun multa, il-fatturat annwali tal-kummerċjant li wettaq il-ksur u l-profitti netti kif ukoll kwalunkwe multi imposti għall-istess ksur jew għal ksur ieħor ta' din id-Direttiva fi Stati Membri oħra għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fid-determinazzjoni tal-ammont tiegħu.

3. Kwalunkwe multa imposta għall-istess ksur jew għal ksur ieħor ta' din id-Direttiva fi Stati Membri oħra għandha tiġi kkunsidrata wkoll fid-determinazzjoni tal-livell tal-penali.

RR\1175189MT.docx 53/63 PE625.551v02-00

MT

Page 54: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Emenda 98

Proposta għal direttivaArtikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 93/13/KEEArtikolu 8b – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li penali għal każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni fis-sens tar-Regolament (UE) 2017/2934 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali għal każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni imposti b'riżultat ta' azzjoni koordinata varata skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2017/2394 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun ta' EUR 10 000 000 jew tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fis-sena finanzjarja preċedenti fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

Emenda 99

Proposta għal direttivaArtikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 93/13/KEEArtikolu 8b – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

5. Jekk jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni ta' dħul minn multi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-interess ġenerali tal-konsumaturi.

5. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul mill-multi biex itejbu l-protezzjoni tal-interess ġenerali tal-konsumaturi, inkluż bil-ħolqien ta' fond iddedikat biex jingħata rimedju f'każijiet ta' dannu mġarrab mill-konsumaturi u, meta applikabbli, f'każ ta' kwalunkwe dannu ieħor li jkun irriżulta mill-ksur, bħal dannu għall-interessi ambjentali jew dannu għal interessi pubbliċi protetti oħra.

Emenda 100

Proposta għal direttivaArtikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

PE625.551v02-00 54/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 55: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Direttiva 93/13/KEEArtikolu 8b – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

6a. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jistabbilixxu sistema komprensiva ta' infurzar pubbliku sabiex jinfurzaw il-penali previsti minn din id-Direttiva.

Emenda 101

Proposta għal direttivaArtikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 98/6/KEArtikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(b) in-numru ta' konsumaturi affettwati, inklużi dawk fi Stat(i) Membru(i);

(b) l-għadd ta' konsumaturi li jkunu sofrew danni fl-Istat Membru kkonċernat u fi Stati Membri oħra, meta tali informazzjoni tkun disponibbli f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 2017/2394;

(Ir-referenza fl-intestatura relatata ma' att emendat (Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b) tikkorrispondi għall-Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt j tal-proposta tal-Kummissjoni. Din id-

diskrepanza hi kkawżata minn numerazzjoni żbaljata fil-verżjoni Ingliża tal-proposta tal-Kummissjoni.)

Emenda 102

Proposta għal direttivaArtikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 98/6/KEArtikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(c) kullazzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju tad-danni mġarrba mill-konsumaturi;

(c) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju għad-danni mġarrba mill-konsumaturi, inklużi azzjonijiet meħuda mill-kummerċjant biex jirrapporta l-ksur jew jikkoopera mal-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti;

RR\1175189MT.docx 55/63 PE625.551v02-00

MT

Page 56: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

(Ir-referenza fl-intestatura relatata ma' att emendat (Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c) tikkorrispondi għall-Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt k tal-proposta tal-Kummissjoni. Din id-

diskrepanza hi kkawżata minn numerazzjoni żbaljata fil-verżjoni Ingliża tal-proposta tal-Kummissjoni.)

Emenda 103

Proposta għal direttivaArtikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 98/6/KEArtikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(d) fejn xieraq, il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(d) in-natura intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(Ir-referenza fl-intestatura relatata ma' att emendat (Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d) tikkorrispondi għall-Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt l tal-proposta tal-Kummissjoni. Din id-

diskrepanza hi kkawżata minn numerazzjoni żbaljata fil-verżjoni Ingliża tal-proposta tal-Kummissjoni.)

Emenda 104

Proposta għal direttivaArtikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 98/6/KEArtikolu 8 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(fa) jekk il-kummerċjant isostnix li rrispetta l-kodiċijiet ta' kondotta jew il-kwalifiki rilevanti;

Emenda 105

Proposta għal direttivaArtikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 98/6/KEArtikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

2a. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw is-setgħat stabbiliti f'dan l-Artikolu b'mod proporzjonat, effiċjenti u effikaċi skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż f'konformità mal-prinċipji tal-Karta tad-

PE625.551v02-00 56/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 57: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, is-salvagwardji proċedurali applikabbli u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, partikolarment ir-Regolament (UE) 2016/679, u l-liġi nazzjonali.

Emenda 106

Proposta għal direttivaArtikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 98/6/KEArtikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. Jekk il-piena tkun multa, il-fatturat annwali tal-kummerċjant li wettaq il-ksur u l-profitti netti kif ukoll kwalunkwe multi imposti għall-istess ksur jew għal ksur ieħor ta' din id-Direttiva fi Stati Membri oħra għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fid-determinazzjoni tal-ammont tiegħu.

3. Kwalunkwe multa imposta għall-istess ksur jew għal ksur ieħor ta' din id-Direttiva fi Stati Membri oħra għandha tiġi kkunsidrata wkoll fid-determinazzjoni tal-livell tal-penali.

Emenda 107

Proposta għal direttivaArtikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 98/6/KEArtikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li penali għal każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni fis-sens tar-Regolament (UE) 2017/2934 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali għal każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni imposti b'riżultat ta' azzjoni koordinata varata skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2017/2394 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun ta' EUR 10 000 000 jew tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fis-sena finanzjarja preċedenti fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

RR\1175189MT.docx 57/63 PE625.551v02-00

MT

Page 58: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Emenda 108

Proposta għal direttivaArtikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 98/6/KEArtikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

5. Jekk jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni ta' dħul minn multi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-interess ġenerali tal-konsumaturi.

5. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul mill-multi biex itejbu l-protezzjoni tal-interess ġenerali tal-konsumaturi, inkluż bil-ħolqien ta' fond iddedikat biex jingħata rimedju f'każijiet ta' dannu mġarrab mill-konsumaturi u, meta applikabbli, f'każ ta' kwalunkwe dannu ieħor li jkun irriżulta mill-ksur, bħal dannu għall-interessi ambjentali jew dannu għal interessi pubbliċi protetti oħra.

Emenda 109

Proposta għal direttivaArtikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1Direttiva 98/6/KEArtikolu 8 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

6a. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jistabbilixxu sistema komprensiva ta' infurzar pubbliku sabiex jinfurzaw il-penali previsti minn din id-Direttiva.

Emenda 110

Proposta għal direttivaArtikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Artikolu 4a

Applikazzjoni "Drittijiet tal-Konsumatur Ewropew"

1. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni

PE625.551v02-00 58/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 59: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

għandha tiżviluppa applikazzjoni mobbli biex isservi bħala punt ta' aċċess għaċ-ċittadini li jkunu qed ifittxu informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi u għall-konsumaturi li jkunu qed ifittxu soluzzjoni barra mill-qrati għat-tilwim kif previst mir-Regolament (UE) Nru 524/2013 u appoġġ fl-ilmenti permezz tan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi.

2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-funzjonijiet li ġejjin:

(a) tipprovdi mudell ta' formola elettronika għall-ilmenti li tkun tista' timtela mill-konsumatur;

(b) tissottometti l-formola tal-ilmenti kompluta lill-pjattaforma ta' soluzzjoni online għat-tilwim (ODR) stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 jew liċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi kompetenti, abbażi tal-partijiet involuti;

(c) tipprovdi informazzjoni preċiża, aġġornata, ċara, sempliċi u faċilment aċċessibbli dwar id-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati max-xiri ta' oġġetti u servizzi.

RR\1175189MT.docx 59/63 PE625.551v02-00

MT

Page 60: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteur jemmen li – f'ħafna oqsma – il-proposta tal-Kummissjoni tikkostitwixxi bażi tajba u tintroduċi riformi sodisfaċenti wara l-eżitu tal-eżerċizzju REFIT.

L-abbozz ta' rapport, għalhekk, ma jipproponix ħafna bidliet sinifikanti li jmorru 'l bogħod mill-approċċ inizjali tal-Kummissjoni, apparti waħda mill-kwistjonijiet l-aktar kontenzjużi: il-bidliet fid-dritt ta' rtirar.

Ir-rapporteur jifhem u japprezza l-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn id-drittijiet mogħtija lill-konsumaturi u dak li mbagħad huwa mistenni min-negozji. Fil-każ tad-dritt ta' rtirar, jeżistu eżempji ta' kif id-dritt eżistenti ġie abbużat minn minoranza ta' konsumaturi. Dan jista' jippreżenta sfida għan-negozji ż-żgħar u r-rapporteur lest jilqa' kwalunkwe mitigazzjoni alternattiva li tista' tiddaħħal f'dan ir-rigward.

Madankollu, il-proposta li saret mill-Kummissjoni tibgħat messaġġ negattiv lill-konsumaturi u, fil-fehma tar-rapporteur, timmina t-tkabbir fil-kummerċ elettroniku. Kif aħna mexjin 'il quddiem bl-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, ir-rapporteur jemmen li jeħtieġ niżguraw ukoll li l-pedamenti leġiżlattivi li japplikaw band'oħra jappoġġaw liċ-ċittadini u lin-negozji huma u jaqilbu għall-kummerċ online. F'dan il-qasam, b'mod partikolari, il-bejgħ ta' oġġetti online huwa faċilitat mill-kapaċità tal-konsumaturi li jeżerċitaw id-dritt ta' irtirar b'mod sempliċi u faċli. Kwalunkwe tibdil fir-rwoli jaf igerrex ix-xiri mill-bejgħ online, u r-rapporteur jemmen li dan ikun agħar għall-partijiet kollha.

Fir-rigward tal-penali, ir-rapporteur jipproponi għadd ta' emendi għal raġunijiet ta' ċarezza. B'mod partikolari, ir-rapporteur jipproponi li fl-artikoli tiġi riflessa b'mod aktar ċar il-pożizzjoni espressa fil-premessi dwar meta tista' tiġi imposta multa bbażata fuq il-fatturat. Fl-artikoli rilevanti dan mhuwiex marbut b'mod ċar mal-okkażjonijiet meta kien hemm azzjoni li rnexxiet skont ir-Regolament CPC u, għalhekk, issa sar espliċitu.

Ir-rapporteur jipproponi wkoll li jiġi żviluppat il-ħsieb tal-Kummissjoni dwar kif għandu jiġi żgurat li l-penali jintużaw għall-promozzjoni tal-interessi tal-konsumaturi. Fil-fehma tar-rapporteur, sikwit jagħti l-każ li l-penali jkunu marġinalment biss – jekk mhux xejn – għall-benefiċċju tal-persuni li jkunu sofrew dannu. Eżempju attwali hu dak tas-sidien tal-karozzi Volkswagen affettwati, li jaf ma jaraw l-ebda differenza sew jekk xi gvern nazzjonali jimponi multa u sew jekk le. Barra minn hekk, id-dannu mġarrab mill-ambjent mhux bilfors jiġi rimedjat direttament bis-saħħa tal-multa. Għaldaqstant, ir-rapporteur jipproponi li d-dħul mill-multi jintrabat b'mod aktar ċar ma' azzjoni konkreta biex jingħata appoġġ lill-konsumaturi affettwati.

Ir-rapporteur jipproponi xi kjarifiki ġodda dwar id-dispożizzjonijiet relatati ma' żjarat u eskursjonijiet kummerċjali mhux mixtieqa, biex il-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jintroduċu restrizzjonijiet ikollhom qafas aħjar. Għandu jkun ċar li din mhijiex diskussjoni dwar it-tajjeb jew il-ħażin tal-bejgħ bieb bieb innifsu, iżda aktar hija dispożizzjoni immirata biex jiġu indirizzati l-każijiet ta' prattiki aggressivi jew qarrieqa li jistgħu jseħħu.

Rigward il-kwalità dupliċi tal-prodotti, ir-rapporteur ħa nota bir-reqqa tal-eżitu preliminari tar-rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-kwalità dupliċi tal-prodotti fil-Kumitat IMCO. Hemmhekk ġie nnutat li xi wħud mill-proposti tal-Kummissjoni setgħu jittejbu; madankollu r-rapport ma jagħmel l-ebda rakkomandazzjoni konkreta dwar it-titjib innifsu. Ir-rapporteur iqis li t-test jista' jittejjeb permezz ta' referenza aktar qawwija għall-metodoloġiji mifruxa mal-

PE625.551v02-00 60/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 61: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

Ewropa kollha, u din il-bidla hija introdotta fil-premessi.

Rigward l-obbligi tat-trasparenza għas-swieq online, ir-rapporteur idaħħal żewġ kjarifiki.

L-ewwel waħda għandha x'taqsam mar-reklami li jidhru fir-riżultati tat-tfittxijiet. Ir-rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni li dan għandu jiġi ċċarat; madankollu hemm okkażjonijiet fejn il-fatt li jkunu "saru ħlasijiet" ikun wieħed mill-kriterji għall-klassifika tar-riżultati tat-tiftix. F'dawn il-każijiet, il-ħlas mhuwiex il-parametru dominanti u għalhekk ma jidhirx li hu xieraq li dawn jiġu trattati bl-istess mod bħar-reklami mħallsa. Fil-każ ta' reklam, il-ħlas jiżgura li għal ċerti keywords ir-reklam jidher fuq il-paġna irrispettivament mill-mod li bih jaħdem l-algoritmu tas-suq online. Il-proposta tar-rapporteur għandha l-għan li taqbad dan l-eżempju tal-aħħar, u hu jifhem li dan hu l-għan tal-Kummissjoni wkoll.

It-tieni kjarifika li ddaħħlet tirrigwarda s-sommarju li s-suq online għandu jagħti tal-parametri prinċipali li jiggwidaw il-klassifikazzjoni tiegħu fir-riżultati tat-tfittxijiet. Hawnhekk ir-rapporteur jemmen li l-qosor huwa virtù. L-informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi għandha tkun faċli biex tinftiehem u għandha tapplika għal dak li jkunu qed jaraw fuq l-iskrin. Mhuwiex wisq ta' benefiċċju li l-konsumatur jiġi ppreżentat b'deskrizzjoni ta' tnax-il paġna dwar kif jista' jkun li taħdem magna tat-tiftix, partikolarment jekk ikun qed jipprova jħallas u jagħlaq malajr. Bl-istess mod, il-konsumaturi tipikament għandhom l-għażla li jirriformulaw ir-riżultati tat-tiftix kif ikunu jixtiequ huma permezz ta' filtri u għodod ta' riklassifikazzjoni fuq is-sit. Għalhekk, ir-rapporteur jaħseb li jkun biżżejjed li s-swieq online jelenkaw dawk il-parametri prinċipali u li m'hemmx bżonn ta' deskrizzjoni dettaljata.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur daħħal proposta relatata mal-funzjonament tal-pjattaforma għal soluzzjoni online għat-tilwim (ODR) u l-ħidma taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi. Ir-rapporteur jemmen li l-viżibbiltà u l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumaturi jistgħu jingħataw appoġġ bl-introduzzjoni ta' applikazzjoni mobbli. L-app isservi żewġ għanijiet: (a) tkun punt ta' riferiment faċli għall-konsumaturi li jkunu qed ifittxu li jifhmu u japplikaw id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi; u (b) isservi bħala t-tieni punt ta' aċċess għas-servizzi ta' soluzzjoni tat-tilwim u ta' assistenza offruti mill-pjattaforma ODR u miċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi. L-app ma tkun twettaq l-ebda funzjoni tat-tip back-end aktar milli tidderieġi l-ilmenti lill-entità xierqa; madankollu, tali sistemi u servizzi mhumiex magħrufa sew. Għalhekk, dan is-servizz ta' "sinjali u direzzjoni" jkollu valur miżjud għal ħafna konsumaturi.

RR\1175189MT.docx 61/63 PE625.551v02-00

MT

Page 62: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu Infurzar u modernizzazzjoni aħjar tar-regoli tal-UE dwar il-ħarsien tal-konsumatur

Referenzi COM(2018)0185 – C8-0143/2018 – 2018/0090(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE 11.4.2018

Kumitat responsabbli       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO2.5.2018

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON2.5.2018

ENVI2.5.2018

JURI2.5.2018

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija       Data tad-deċiżjoni

ECON31.5.2018

ENVI16.5.2018

JURI23.4.2018

Rapporteurs       Data tal-ħatra

Daniel Dalton16.5.2018

Eżami fil-kumitat 11.7.2018 3.9.2018 10.10.2018 21.11.2018

Data tal-adozzjoni 22.1.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

3711

Membri preżenti għall-votazzjoni finali John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Morten Løkkegaard, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Biljana Borzan, Edward Czesak, Martin Schirdewan, Adam Szejnfeld, Josef Weidenholzer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Borrelli

Data tat-tressiq 28.1.2019

PE625.551v02-00 62/63 RR\1175189MT.docx

MT

Page 63: €¦  · Web viewdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

37 +ALDE Dita Charanzová, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

ECR Edward Czesak, Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt

EFDD Marco Zullo

ENF Mylène Troszczynski

GUE/NGL Dennis de Jong, Martin Schirdewan

NI David Borrelli

PPE Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Eva Maydell, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu

S&D Biljana Borzan, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE Pascal Durand, Igor Šoltes

1 -ENF John Stuart Agnew

1 0EFDD Robert Jarosław Iwaszkiewicz

Tifsira tas-simboli użati:+ : favur- : kontra0 : astensjoni

RR\1175189MT.docx 63/63 PE625.551v02-00

MT