Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 1 minn 3
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014
L-EWWEL SENA IL-MALTI(Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 15-il minuta
Il-Karta tal-Għalliema
Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Fehim mis-Smigħ
Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u l-istudenti jiktbu isimhom, kunjomhom u l-klassi. Kull taqsima
għandha 5 marki.
L-Istruzzjonijiet għall-ewwel u t-tieni silta:
1
L-istudenti jintalbu jiftħu l-karta.
L-għalliema jaqraw l-ewwel silta u l-istudenti jisimgħu b’attenzjoni u ma jiktbu xejn waqt
il-qari.
2
Waqt li l-għalliema jaqraw għal darba l-eżerċizzji tal-ewwel silta, l-istudenti jistgħu jaħdmu
t-tweġibiet.
3
L-għalliema jaqraw għat-tieni darba s-silta.
L-għalliema jerġgħu jaqraw l-eżerċizzji u jagħtu ċans lill-istudenti jaħdmu t-tweġibiet kollha.
IL-LIVELLI
7 - 8
5 – 6 – 7 – 8
Paġna 2 minn 3 Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014
L-Ewwel Silta (5 marki)
IS-SAĦĦA
Is-saħħa jeħtieġ tieħu ħsiebha kuljum u mhux meta jibdew jinqalgħu l-problemi. Minn età żgħira
l-bniedem għandu jibda jitgħallem jieħu ħsieb saħħtu. Id-dieta, l-eżerċizzju u l-attitudni lejn il-ħajja
huma l-qofol ta’ kollox.
Jeżistu professjonisti li jirreklamaw dieti differenti. Fattur li ma tantx jissemma huwa l-ġid kbir li
jagħmel l-ilma lill-bniedem. Jekk il-ġisem ma jkollux biżżejjed ilma jbati, jimrad u jixjieħ qabel iż-
żmien. Aktar ma tiekol prodotti naturali u aktar ma tixrob ilma, aktar iżżomm ruħek f’saħħtek.
Bi prodotti naturali nifhmu dak li nieħdu mill-għelieqi, bħall-frott u l-ħaxix. Huwa importanti li
qabel ma nieklu dawn il-prodotti naħsluhom tajjeb għaliex jaf ikunu ġew imbexxa.
Is-sigriet l-ieħor għal saħħitna huwa l-eżerċizzju fiżiku. Sa mit-tfulija l-bniedem irid jidra jżomm
rutina ta’ eżerċizzju fiżiku biex jgħix ħajja twila u f’saħħtu.
Fl-aħħar nett, bniedem kuntent ikun aktar f’saħħtu minn bniedem negattiv. Meta bniedem ikollu
burdati tajbin, jiġġenera enerġija li tgħinu jżomm f’saħħtu kemm fiżikament, kif ukoll mentalment.
Taħriġ A. Qabbel il-frażijiet ta’ Kolonna A mal-frażijiet ta’ Kolonna B biex tgħaqqad is-
sentenzi.
A B
1 Is-saħħa jeħtieġ biżżejjed ilma, jimrad.
2 L-eżeċizzju jgħin lill-bniedem iżomm ruħu f’saħħtu.
3 Jekk il-ġisem ma jkollux rridu naħsluhom tajjeb.
4 Irid ikollna attitudni 1 tieħu ħsiebha kuljum.
5 Il-prodotti tar-raba’ tgħinek tħossok aħjar.
6 Burdata tajba pożittiva lejn il-ħajja.
Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 3 minn 3
It-Tieni Silta (5 marki)
MUR SODDHOM!
Darba kien hemm tifel li meta kien jitlagħlu kien jinfexx jgħid dak li jiġi f’ħalqu. Ġieli kien jgħid
kliem mhux xieraq lil missieru jew lil dawk ta’ madwaru.
Darba waħda missieru tah borża msiemer u qallu biex kull meta jitlef il-paċenzja jmur isammar
musmar fil-ħajt. Fl-ewwel ġurnata t-tifel sammar aktar minn tletin musmar fil-ħajt iżda bil-mod il-
mod beda jnaqqas in-numru ta’ msiemer għax beda jinduna li kien eħfef li jrażżan lilu nnifsu milli
jsammar dawk l-imsiemer kollha.
Fl-aħħar irnexxielu jżomm kalm u ma jsammarx aktar imsiemer. Mar jgħid b’dan lil missieru. Dan
qallu li issa jrid jibda jaqla’ musmar kull ġurnata li ma jitlifx sabru. Meta qalagħhom kollha reġa’
mar għand missieru. Missieru wrieh il-ħajt mimli toqob. Qallu li dan il-ħajt issa qatt ma kien se
jerġa’ jiġi kif kien qabel. Qallu wkoll li meta jweġġa’ lil xi ħadd bi kliemu, anke jekk wara jiskuża
ruħu, xorta jħalli tebgħa kerha li diffiċli titħassar għalkollox.
Taħriġ B. Imla l-vojt skont dak li smajt fis-silta.
1. It-tifel meta kien jitlagħlu kien jgħid ________________________ baxx.
2. Missieru tah borża ______________________ għal meta jitlef il-paċenzja.
3. It-tifel induna li aħjar ________________________ lilu nnifsu.
4. Missieru qallu biex l-imsiemer li kien sammar ________________________ wieħed wieħed.
5. Meta ____________________ lil xi ħadd bi kliemek tagħmel tebgħa li mhux lakemm titħassar.
TMIEM IL-KARTA
Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 1 minn 1
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014
L-EWWEL SENA IL-MALTI(Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 15-il minuta
L-isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-klassi: _______________
Il-Karta tal-Istudenti
L-Ewwel Silta. IS-SAĦĦA
Taħriġ A. Qabbel il-frażijiet ta’ Kolonna A mal-frażijiet ta’ Kolonna B biex tgħaqqad
is-sentenzi. (5 marki)
A B
1 Is-saħħa jeħtieġ biżżejjed ilma, jimrad.
2 L-eżeċizzju jgħin lill-bniedem iżomm ruħu f’saħħtu.
3 Jekk il-ġisem ma jkollux rridu naħsluhom tajjeb.
4 Irid ikollna attitudni 1 tieħu ħsiebha kuljum.
5 Il-prodotti tar-raba’ tgħinek tħossok aħjar.
6 Burdata tajba pożittiva lejn il-ħajja.
It-Tieni Silta. MUR SODDHOM!
Taħriġ B. Imla l-vojt skont dak li smajt fis-silta. (5 marki)
1. It-tifel meta kien jitlagħlu kien jgħid ________________________ baxx.
2. Missieru tah borża ______________________ għal meta jitlef il-paċenzja.
3. It-tifel induna li aħjar ________________________ lilu nnifsu.
4. Missieru qallu biex l-imsiemer li kien sammar ________________________ wieħed wieħed.
5. Meta ____________________ lil xi ħadd bi kliemek tagħmel tebgħa li mhux lakemm titħassar.
TMIEM IL-KARTA
IL-LIVELLI
7 - 8
5 – 6 – 7 – 8
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 1 minn 12
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014
L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn
L-isem u l-kunjom: ________________________________ Il-klassi: _______________
Għall-istudent/a:
1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni jgħinuk tikseb
riżultat aħjar.
Għall-għalliema:
Il-M
AR
KI
It-Taħdit 10
Is-Smigħ 10
Il-Qari u l-Kitba 80
IT-TOTAL 100
Kummenti:
______________________________________________________________________________

Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014
IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI
Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha.
Il-Pjazza tar-Raħal
Ir-raħal tagħna għandu l-pjazza fil-qalba tiegħu,
pjazza li hi ċ-ċentru ta’ kull attività. Hi l-għaxqa
tar-residenti kollha u l-ebda post ieħor fir-raħal
ma jisboqha. (par.1)
L-ewwel ħaġa li tiddistingwi l-pjazza tagħna hi
l-forma tagħha, għax mhix tonda bħall-oħrajn
iżda tawwalija bil-bini fuq tlett iġnub u l-knisja
fil-faċċata. Jingħad li l-pjazza saret hekk biex
tidher ħafna akbar milli hi u hekk in-nies
iħossuhom aktar mistrieħa. Kif jgħidu, ħadd mhu
ċert, isma’ bilfors u emmen jekk trid. (par.2)
Il-pjazza tasal għaliha minn kull rokna tar-raħal,
bit-toroq jiffurmaw salib ta’ Sant’Andrija u
jiltaqgħu f’nofs il-pjazza fejn hemm monument b’salib fil-quċċata, xogħol tal-arti
fil-ġebla Maltija. Ma tistax titkellem dwarha u tħalli barra l-ġmiel ta’ knisja li tkompli
ssebbaħha. Knisja ċkejkna tabilħaqq iżda b’faċċata mill-isbaħ, b’żewġ kampnari twal li
jippuntaw dritt lejn is-sema. Fuq il-bieb maġġuri statwa sabiħa tal-irħam tal-Qalb ta’ Ġesù li
tisraq ix-xena. Il-pjazza hi mimlija ħajja. L-ewwel nett serbut ta’ residenti, qishom nemel sejjer
passiġġata, jaqsam il-pjazza kull filgħodu u kull filgħaxija biex imur il-knisja. (par.3)
Fi tmiem il-ġimgħa l-attività tilħaq il-qofol tagħha. Kważi kull nhar ta’ Sibt ikun hemm xi attività.
Nhar ta’ Ħadd, imbagħad, il-folla tiżdied minħabba l-obbligu tas-smigħ tal-quddies. Il-ferħ tal-
aħħar tas-sena jibqa’ għaddej sfrenat fit-twelid ta’ sena ġdida. Dan il-ferħ jibqa’ jkaxkar sal-festa
tal-Epifanija, meta kulħadd, b’mod speċjali t-tfal, ikunu għadhom jistennew xi rigal. (par.4)
Il-pjazza tar-raħal tagħna tiżżejjen għal kull okkażjoni. Fi Frar, fil-Karnival, il-pjazza timtela
bil-maskaruni tal-kartapesta kull kulur tal-qawsalla. Imbagħad jibda r-Randan, bis-sawm u
l-penitenza. Fid-Duluri u fl-Għid il-Kbir isiru purċissjonijiet b’devozzjoni kbira. Il-festa titulari
ssir fl-aqwa tas-sajf. F’Settembru ngawdu l-festa tal-Vitorja. Il-Milied hu l-qofol tas-sena għax
fil-pjazza ssir ir-reċta tal-Milied, il-purċissjoni bil-Bambin, kant ta’ innijiet tal-Milied u l-festin
għat-tfal tar-raħal. (par.5)
Il-banda tar-raħal tagħti sehemha bid-daqq ta’ marċi brijużi jew funebri skont
l-okkażjoni. Il-banda tagħti wkoll kunċerti ta’ mużika sagra jew klassika. Isiru fieri, tombli, lejliet
Maltin, sfilati tal-moda, wirjiet ta’ talenti, kant, żfin u għana spirtu pront. Min jaf fiha kemm
jingħadu sigrieti, kemm isir seksik, kemm jiltaqgħu ħbieb li jkunu tilfu l-kuntatt ma’ xulxin.
Insomma, nistgħu ngħidu li l-pjazza hi l-qalb li tagħti l-ħajja lir-raħal kollu! (par.6)
Addattata minn Flimkien, Marzu, 2009
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 3 minn 12
Taqsima A. Il-Fehim mill-Qari (15-il marka)
Wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek skont is-silta li qrajt.
1. Fejn issibha l-pjazza tar-raħal?
________________________________________________________________________ (marka)
2. X’għandha speċjali l-pjazza tar-raħal imsemmija fis-silta?
______________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (marka)
3. Iddeskrivi fi kliemek il-faċċata tal-knisja.
_______________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (marka)
4. Għal min qed jirreferi l-Pronom Mehmuż ha f’ ‘‘ssebbaħha” f’paragrafu 3?
_______________________________________________________________________ (marka)
5. Semmi żewġ raġunijiet għaliex din il-pjazza dejjem tkun mimlija bin-nies.
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________ (2 marki)
6. Il-kelma tabilħaqq f’paragrafu 3 tfisser:
tar-raħal tal-imgħoddi tassew (marka)
7. Ikteb sentenza bl-idjoma tisraq ix-xena (par. 3) biex turi xi tfisser.
______________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (marka)
Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014
8. Xi jfisser il-qawl isma’ bilfors u emmen jekk trid f’paragrafu 2?
________________________________________________________________________ (marka)
9. Għal min qed jirreferi l-aġġettiv tawwalija f’paragrafu 2?
________________________________________________________________________ (marka)
10. Sib kelma minn paragrafu 6 li tirreferi għal meta n-nies tar-raħal joqogħdu jgħidu fuq
xulxin.
________________________________________________________________________ (marka)
11. F’liema staġun issir il-purċissjoni bil-Bambin?
________________________________________________________________________ (marka)
12. Għal xiex iservu l-pjazez fl-irħula u l-ibliet tagħna?
________________________________________________________________________ (marka)
13. Ikteb din is-sentenza minn paragrafu 1 mod ieħor, fi kliemek, mingħajr ma tbiddel it-tifsira
tagħha:
Il-pjazza hi l-għaxqa tar-residenti kollha u l-ebda post ieħor fir-raħal ma jisboqha.
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________ (2 marki)
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 5 minn 12
Taqsima B. Il-Grammatika u l-Morfoloġija (10 marki)
L-Istruzzjoni It-Tweġiba Marka
1. Sib il-Mamma u l-Għerq tal-Verb
b’linja taħtu:
Tasal għaliha minn kull kantuniera.
Mamma Għerq
__________ __________ 2 marki
2. Imla l-vojt b’Verb fil-Perfett:
Il-folla tiżdied minħabba
l-attivitajiet.
Il-persuni _________________
minħabba l-attivitajiet.
marka
3. Imla l-vojt b’Verb fit-Temp Futur:
Il-banda tar-raħal tagħti sehemha
bid-daqq ta’ marċi brijużi.
Il-banda tar-raħal __________________
sehemha bid-daqq ta’ marċi brijużi.
marka
4.
Oħroġ Nom mill-kelma b’linja
taħtha:
Imbagħad jibda r-Randan, bis-sawm
u l-penitenza.
Nibdew insumu fil- ________________
tar-Randan.
marka
5. Imla l-vojt b’Verb fl-Imperfett
skont l-Għerq fil-parentesi.
Ħadd ma (k-l-m) __________________
dwar il-pjazza bla ma jsemmi ġmielha. marka
6. Imla l-vojt b’Partiċella magħquda
mal-artiklu.
_____________ pjazza, in-nies tinġema’
biex isseksek. marka
7. Agħti l-Femminil u l-Maskil tan-
Nom b’linja taħtu:
It-tfal tagħna.
Femminil Maskil
_______________ _______________
2 marki
8. Agħti l-Imperattiv Singular tal-
Verb b’linja taħtu ta’ din is-
sentenza.
L-attivitajiet jibqgħu sal-Epifanija.
______________ għall-attivitajiet tal-
Epifanija.
marka
Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014
Taqsima Ċ. Il-Letteratura (30 marka)
Ċ i. Il-Poeżija (Nadriet 1 ta’ Tarċisju Zarb) (10 marki)
1. Din hija silta mill-poeżija Il-Bikja tal-Buskett ta’ Oliver Friggieri. (3 marki)
Dil-bikja smajt ġo qalbi
kif dħalt ’il ġewwa nett,
u ntlift fil-ħdura siekta
tal-ġenna tal-Buskett.
a. X’tip ta’ rima nsibu f’din is-silta? ______________________________________________
b. Strofa b’erba’ versi bħall-istrofa t’hawn fuq tissejjaħ ______________________________
ċ. Il-kelma ġenna turina li l-Buskett hu post _______________________________________
2. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq il-poeżiji li studjajt din is-sena. (4 marki)
a. Semmi frotta Maltija li jfaħħar il-poeta f’Tifħira lil Malta.
___________________________________________________________________________

b. Ma’ min jiltaqa’ San Franġisk fil-poeżija San Franġisk u l-Gamiem?
___________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________
ċ. Xi twissija jagħtina l-poeta fil-poeżija Il-Ħolma t’Alla?
___________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________
d. Minn xiex xtaq jitbiegħed il-poeta fil-poeżija L-Għasfur?
___________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 7 minn 12
3. Aqta’ linja taħt WAĦDA mill-poeżiji t’hawn taħt u ikteb dwar x’taħseb li jrid jgħidilna/
tgħidilna l-poeta/poetessa fil-poeżija. (3 marki)
distanza – Tarċisju Zarb, Il-Ħerża – Marjanu Vella, Tristis Est Anima Mea – Rużar
Briffa, Dik Mewġa! – Anastasju Cuschieri, Xmara Ħamra, Bruka Xiħa – Victor Fenech,
Raħal Twelidi – Karmenu Vassallo, Il-Kebbies Tal-Fanali – Anton Buttigieg,
Xita – Mary Meylak.
F’din il-poeżija ______________________________________________________________
___________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________
Ċ ii. In-Novelli (Arja Friska 1)
Agħżel ŻEWĠ novelli u wieġeb il-mistoqsijiet fuqhom. (10 marki)
1. Is-Siġar li Jżommu Id f’Id ta’ Lina Brockdorff
Għid fil-qosor x’ġara wara li n-nanna sabet il-pittura taż-żewġ siġriet.
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
http://malti.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2013/10/sigar_S1.pdf
Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014
2. Id-Dar tal-Ħares ta’ Charles Flores
Irrakkonta xi skoprew Ġierku u l-klikka tiegħu meta żaru d-dar tal-ħares.
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
_
3. Miċu ta’ Joe Friggieri
“Mrs Grech ħarbilha l-qattus, tela’ hemm fuq, u ma jistax jinżel. Isimgħu x’jibki.”
Irrakkonta kif Miċu reġa’ lura għand sidtu.
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
4. Tifla Teqred Ġganta ta’ Manwel Magri
Għid fil-qosor kif it-tifla rnexxielha taħrab u tmur lura d-dar.
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
http://malti.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2013/10/hares_S1.pdfhttp://malti.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2013/10/micu_S1.pdfhttp://malti.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2013/10/gganta_S1.pdf
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 9 minn 12
Ċ iii. Ir-Rumanz (Zito Zandarell ta’ Carmel G. Cauchi) (10 marki)
A. Kompli dawn is-sentenzi dwar x’ġara lil Zito wara li ħatfuh. (5 marki)
1. Hekk kif indunat li Zito mhux id-dar, is-Sinjura _________________________________ .
2. Kif sar jaf li Zito ma marx id-dar, is-Sur Debono telaq ___________________________ .
3. Meta Stefan irritorna mill-iskola ____________________________________________ .
4. Zito qalilhom li kien ______________________________________________________ .
5. Is-Sur Vassallo u s-Sur Debono marru jfittxu lil Zito ____________________________.
B. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet dwar ir-rakkont kollu. (5 marki)
1. Kif spiċċa Malta Zito Zandarell?
___________________________________________________________________________
2. Għaliex Zito qabeż minn fuq il-bejt?
___________________________________________________________________________
3. X’għamillu Zito lil Hector meta dan beda jiġġieled miegħu?
___________________________________________________________________________
4. X’ried Rocky Rospo mingħand il-familja Debono?
___________________________________________________________________________
5. Xi ġralu Zito wara li ħarab mill-mitħna ta’ Sidor?
___________________________________________________________________________
Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014
Taqsima D. Il-Kitba (25 marka)
Di. Il-Kitba Funzjonali (5 marki)
Ikteb djalogu ta’ madwar 40 kelma bejn raġel anzjan u żagħżugħ fuq il-pjazza tar-raħal
tagħhom.
Ix-xiħ:
Iż-żagħżugħ:
Dii. Il-Komponiment (20 marka)
Agħżel titlu li jolqtok u ikteb komponiment ta’ madwar 150 kelma dwaru fuq il-linji pprovduti.
1. Dakinhar li kont se mmut bil-biża’
2. Li kelli noħloq raħal jien
3. In-nies xi jħobbu l-aktar, is-sajf jew ix-xitwa? Għaliex?
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 11 minn 12

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014

malti_f1_lev7to8_2014_smigh_ghalliemmalti_f1_lev7to8_2014_smigh_studentmalti_f1_lev7to8_2014_kitba