Is-Sagramenti tal-Is-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Bidu tal-Ħajja
NisranijaNisranija
Unit Unit 33: Il-Kalendarju: Il-KalendarjuLezzjoni Lezzjoni 55
Permezz tal-Magħmudija aħna nirċievu l-Ispirtu s-Santu u l-maħfra tad-dnubiet.
L-iktar ħaġa importanti li tintuża fil-Magħmudija hija l-ilma. L-ilma jintuża biex jaħsel u jnaddaf.L-ilma wkoll jagħti, iżomm u jkabbar il-ħajja.
Qabel ma t-tarbija titgħammed il-ġenituri u l-parrini jistqarru li jemmnu f’Alla u li jiċħdu lix-xitan u d-dnub. Dan jagħmluh f’isem it-tarbija.
Imbagħad waqt li jferra’ l-ilma fuq ras it-tarbija is-saċerdot jgħid:
Jiena ngħammdek fl-Isem tal-
Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.
Dak li l-ilma jagħmel fuq il-ġisem tagħna, l-Ispirtu s-Santu fil-Magħmudija jagħmlu fir-ruħ tagħna. L-Ispirtu s-Santu jnaddafna mid-dnub tan-nisel.Huwa jagħtina ħajja ġdida bħala ulied Alla.
Wara l-Magħmudija hemm sagrament ieħor li bih l-Ispirtu s-Santu jerġa’ jiġi fina. Dan huwa s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
Fil-Griżma tal-Isqof l-Ispirtu s-Santu jagħtina qawwa speċjali biex nikbru f’qalbna u f’ruħna u nsiru nixbhu aktar lil Ġesù.
Fil-Griżma tal-Isqof jintużaw iż-żejt u l-balzmu.
Iż-żejt fl-antik kien jintuża bħala mediċina biex bih jidilku l-ġrieħi.
Iż-żejt tal-Griżma jfisser li l-Ispirtu s-Santu jagħti s-saħħa lir-ruħ tagħna.
Il-balzmu jsir minn taħlita ta’ ħwawar u ħxejjex u jfuħ ħafna.
Il-balzmu jfisser li l-Ispirtu s-Santu jgħinna nxerrdu l-ferħ u l-paċi ta’ Ġesù kull fejn inkunu bħal fwieħa ta’ ħajja tajba.
It-tberik taż-żejt u l-balzmu jsir mill-Isqof nhar Ħamis ix-Xirka filgħodu.
Waqt il-Griżma, l-Isqof isejħilna b’isimna u jgħidilna:
Ħu s-siġill tad-don tal-Ispirtu s-Santu.
L-Ispirtu s-Santu jimmarkana għal dejjem li aħna sirna ta’ Ġesù u bħal Ġesù.
Sagrament ieħor li nirċievu matul ħajjitna huwa l-Ewkaristija.L-Ewkaristija hija l-ikla ta’ Ġesù li niċċelebraw waqt il-Quddiesa.
Ġesù waqqaf dan is-Sagrament fl-Aħħar Ċena.
Waqt il-quddiesa, il-ħobż u l-inbid li ntellgħu fuq l-artal isiru l-ġisem u d-demm ta’ Ġesù.
ĠesĠesùù jistedinna sabiex nieħdu sehem jistedinna sabiex nieħdu sehem mill-ikla tiegħu billi nirċevuh ġewwa mill-ikla tiegħu billi nirċevuh ġewwa fina.fina.
Dan isir waqt li aħna nitilgħu għat-tqarbin.
Is-saċerdot jurina l-ostja mqaddsa u jgħidilna:
Il-Ġisem ta’ Kristu!
Ġesu’ jiġi fina biex jagħtina l-ferħ, il-paċi u l-imħabba tiegħu.
“Min jiekol ġismi hu wkoll jgħix bija.”
Tmiem
Paul Rapa