f’Malta
Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 2
It-tagħrif ipprovdut f’din il-gwida tfassal u ġie aġġornat f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-
korrispondenti nazzjonali tas-Sistema ta’ Informazzjoni Reċiproka dwar il-Protezzjoni
Soċjali (MISSOC). Aktar tagħrif dwar in-Netwerk MISSOC huwa disponibbli fuq:
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=815
Din il-gwida tagħti deskrizzjoni ġenerali tal-arranġamenti tas-sigurtà soċjali fil-pajjiżi
rispettivi. Aktar tagħrif jista' jinkiseb permezz ta' pubblikazzjonijiet oħra tal-MISSOC, li
huma kollha disponibbli fil-link imsemmija hawn fuq. Tista’ tikkuntattja wkoll lill-
awtoritajiet u lill-istituzzjonijiet kompetenti elenkati fl-Anness I ta’ din il-gwida.
La l-Kummissjoni Ewropea u lanqas kwalunkwe persuna li taġixxi f’isem il-
Kummissjoni ma jistgħu jinżammu responsabbli għall-użu li jista’ jsir mit-tagħrif li
jinsab f’din il-pubblikazzjoni.
© Unjoni Ewropea, 2012
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata sakemm is-sors jiġi rikonoxxut.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 3
Werrej
Kapitolu I: Introduzzjoni, organizzazzjoni u finanzjament ....................................... 4 Introduzzjoni .................................................................................................. 4 Organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali ............................................................... 5 Finanzjament ................................................................................................. 5
Kapitolu II: Il-kura tas-saħħa .............................................................................. 8 Meta tkun intitolat għall-kura tas-saħħa? ........................................................... 8 X’inhu kopert? ................................................................................................ 8 Kif jista’ jkollok aċċess għall-kura tas-saħħa? ..................................................... 9
Kapitolu III: Benefiċċji fi flus kontanti għall-mard .................................................10 Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji fi flus kontanti għall-mard? ..........................10 X’inhu kopert? ...............................................................................................10 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji fi flus kontanti għall-mard? .......................10
Kapitolu IV: Benefiċċji tal-maternità u tal-paternità ..............................................11 Benefiċċji tal-maternità u tal-paternità .............................................................11 X’inhu kopert? ...............................................................................................11 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-maternità u tal-paternità? ....................11
Kapitolu V: Benefiċċji marbutin mal-invalidità ......................................................12 Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji tal-invalidità? .............................................12 X’inhu kopert? ...............................................................................................12 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-invalidità? ..........................................12
Kapitolu VI: Pensjonijiet u benefiċċji tax-xjuħija ...................................................13 Meta tkun intitolat għall-benefiċċji tax-xjuħija? ..................................................13 X’inhu kopert? ...............................................................................................14 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tax-xjuħija? ............................................14
Kapitolu VII: Benefiċċji tas-superstiti ..................................................................15 Meta tkun intitolat għall-benefiċċji tas-superstiti?...............................................15 X’inhu kopert? ...............................................................................................15 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tas-superstiti? .........................................16
Kapitolu VIII: Benefiċċji marbutin ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u ma’ mard
marbut max-xogħol ..........................................................................................17 Meta tkun intitolat għall-benefiċċji? ..................................................................17 X’inhu kopert? ...............................................................................................17 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji? ............................................................17
Kapitolu IX: Benefiċċji marbutin mal-familja ........................................................19 Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji tal-familja? ................................................19 X’inhu kopert? ...............................................................................................19 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-familja? .............................................19
Kapitolu X: Il-qgħad ..........................................................................................20 Meta tkun intitolat għall-benefiċċji tal-qgħad?....................................................20 X’inhu kopert? ...............................................................................................20 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-qgħad? ..............................................20
Kapitolu XI: Riżorsi minimi .................................................................................21 Meta tkun intitolat għall-benefiċċji li jirrigwardaw ir-riżorsi minimi? ......................21 X’inhu kopert? ...............................................................................................21 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tar-riżorsi minimi? ...................................21
Kapitolu XII: Kura fit-tul ....................................................................................22 Meta tkun intitolat għall-kura fit-tul? ................................................................22 X’inhu kopert? ...............................................................................................22 Kif jista’ jkollok aċċess għall-kura fit-tul? ..........................................................24
Anness: Indirizzi u siti elettroniċi utli ...................................................................25
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 4
Kapitolu I: Introduzzjoni, organizzazzjoni u finanzjament
Introduzzjoni
L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318 tal-Liġijiet ta’ Malta) jipprovdi għal żewġ skemi
bażiċi. Skema waħda hija magħrufa bħala l-Iskema Kontributorja, u l-oħra bħala l-
Iskema Mhux Kontributorja. Fl-Iskema Kontributorja, il-ħtieġa bażika sabiex wieħed
ikun intitolat hija li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-kontribuzzjonijiet.
Fl-Iskema Mhux Kontributorja, il-ħtieġa bażika hija li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet
tat-test tal-mezzi tal-persuna. L-Iskema Mhux Kontributorja, oriġinarjament
intenzjonata li tilħaq il-ħtiġijiet tal-persuni li qed jgħixu taħt il-livell ta’ ‘f’riskju ta’
faqar’, evolviet matul is-snin fi skema komprensiva b’numru ta’ dispożizzjonijiet li
huma konnessi flimkien b’tali mod li tip wieħed ta’ benefiċċju jissumplimenta ieħor.
Dawn il-benefiċċji huma mmirati prinċipalment għall-għoti ta’ għajnuna soċjali u
medika (din tal-aħħar, kemm fi flus kif ukoll mhux fi flus) lil kapijiet tal-familja li ma
jkollhomx xogħol u, jew ikunu qegħdin ifittxu impjieg jew ma jkunux jistgħu jaħdmu
minħabba f’xi marda speċifika, sakemm ir-riżorsi finanzjarji tal-familja tagħhom ikunu
jaqgħu taħt ċertu livell. Dawk li jbatu minn ċerti mardiet kroniċi jistgħu jingħataw
għotja għall-għajnuna medika bla ħlas ukoll, ikunu xi jkunu r-riżorsi finanzjarji tal-
familja. Kull min jikkwalifika għal għajnuna soċjali jitħallas ukoll allowance tal-kera
jekk il-kap tal-familja jkun qed iħallas il-kera għall-post tar-residenza tiegħu, u jkun
intitolat ukoll għal allowance supplimentari.
L-Iskema Kontributorja jista’ jingħad li tipprovdi għan-naħa l-oħra tal-munita. Din l-
iskema ta’ ħlasijiet regolari (pay as you go) hija universali billi tkopri prattikament il-
livelli kollha tas-soċjetà tagħna. L-iskema kontributorja f’Malta hija sistema fejn
persuna impjegata, persuna li taħdem għaliha nnifisha (persuna li tinsab okkupata f’xi
attività ekonomika li permezz tagħha l-qligħ annwali jaqbeż €1,005, jekk waħedha jew
€1,470, jekk miżżewġa, fis-sena) jew persuna li timpjega lilha nnifisha (persuna li
tkun għadha ma laħqitx l-età ta’ ħamsa u sittin sena, li mhix persuna impjegata jew li
taħdem għaliha nnifisha, u li d-dħul tagħha ma jiġix minn attività ekonomika, iżda
minn għejun oħra bħal kera, dividendi, eċċ), tħallas kontribuzzjoni fil-ġimgħa kif
stabbilit fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
Il-persuni impjegati li jaħdmu għal rashom jew li huma qiegħda, kollha jistgħu jkunu
assigurati. Din hija preċiżament ir-raġuni għala l-iskema tipprovdi għall-ħlas ta’
klassijiet u kategoriji differenti ta’ kontribuzzjonijiet, kif se nispjegaw ’il quddiem.
Barra minn hekk, skont ċerti kondizzjonijiet, l-iskema tirrikonoxxi n-nuqqas ta’ ħlas
(kreditu) ta’ kontribuzzjonijiet matul perjodu ta’ kontinġenza speċifika, u tipprovdi
għall-kreditu minflok il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet.
Il-benefiċċji, pensjonijiet u allowances kollha li jridu jitħallsu taħt l-iskema
kontributorja huma konformi mal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u huma suġġetti għal
kontribuzzjonijiet differenti, jiddependi mit-tip ta’ benefiċċju mitub. Hemm żewġ
klassijiet ta’ kontribuzzjonijiet: il-kontribuzzjoni tal-Ewwel Klassi li titħallas fir-rigward
ta’ persuni impjegati, u l-kontribuzzjoni tat-Tieni Klassi li titħallas minn persuni li
jaħdmu għal rashom.
B’mod ġenerali, il-kontribuzzjonijiet jitħallsu mill-persuni kollha bejn l-età ta’ 16-il
sena u l-età meta jirtiraw li tistà tkun kull età bejn dik ta’ 61 sena (60 fil-każ tan-nisa)
u l-età ta’ 65 sena. Din tiddependi kompletament mid-data li fiha l-persuna tagħżel li
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 5
tieqaf mill-impjieg jew tieqaf taħdem għal rasha fis-sens tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali
u titlob pensjoni fir-rigward tal-irtirar.
Organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali
Il-kontribuzzjoni obbligatorja tkopri r-riskji tal-età kbira, il-mewt, l-invalidità, il-
korriment industrijali u mard marbut max-xogħol, u pensjonijiet u benefiċċji
supplimentari. Tkopri wkoll l-allowance tat-tfal, l-assistenza soċjali u s-servizzi taħt l-
Iskema tas-Saħħa. Kull persuna li għalqet sittax-il sena, iżda għadha ma laħqitx l-
irtirar, għandha tkun assigurata taħt dan l-Att jew bħala persuna impjegata jew bħala
persuna li taħdem għal rasha, jew bħala persuna li timpjega lilha nnifisha jekk mhijiex
eżentata kif stipulat fid-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 6, u Artikolu 12 (1) tal-Att dwar is-
Sigurtà Soċjali (Kap 318)1. Il-benefiċċji kollha fi flus huma amministrati mill-Head
Office fil-Belt Valletta, mill-Back Office fil-gżira t’Għawdex u mill-24 uffiċċju distrettwali
(22 f’Malta u tnejn f’Għawdex).
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, Djalogu u l-Familja għandu numru ta’ responsabbiltajiet
relevanti. Huwa jagħmel superviżjoni tal-benefiċċji mħallsa mid-Dipartiment tas-
Sigurtà Soċjali. Huwa wkoll responsabbli biex attivament jippromwovi, jiffaċilita u
jikkontribwixxi għall-iżvilupp dejjem għaddej ta’ soċjetà inklussiva permezz tal-għoti
ta’ servizzi ta’ kwalità personalizzati u billi attivament jinkoraġġixxi u jassisti individwi,
familji u assoċjazzjonijiet komunitarji biex jipparteċipaw fil-ġlieda kontra l-esklużjoni
soċjali u biex jassiguraw opportunitajiet ugwali għal kulħadd, b’enfasi speċjali fuq l-
iktar membri vulnerabbli tas-soċjetà. Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-
Komunità huwa responsabbli biex jipprovdi servizzi tal-kura tas-saħħa u l-moniteraġġ
u l-mekkaniżmi ta’ kontroll meħtieġa, u biex attivament jippromwovi u jikkontribwixxi
għall-benesseri tal-anzjani u l-kura komunitarja.
Finanzjament
Is-sistema tal-benefiċċji tal-welfare u l-kura tas-saħħa pubblika huma ffinanzjati
permezz ta’ tassazzjoni u kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni nazzjonali minn min
iħaddem, impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom. Huma joperaw fuq il-prinċipju ta’
ffinanzjar tad-dħul kurrenti.
Il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni nazzjonali
Għal kull persuna li titqies li hija f’impjieg assigurabbli, għandhom jitħallsu tliet
kontribuzzjonijiet differenti: waħda mill-persuna impjegata, waħda minn min
jimpjegaha u waħda mill-Istat. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Att, kull meta persuna
tkun impjegata f’Malta fuq kuntratt ta’ servizz, hija titqies li tkun f’impjieg assigurabbli
– għalhekk tkun dovuta kontribuzzjoni tal-ewwel klassi. Ir-rata għall-kontribuzzjonijiet
mill-impjegat u minn min iħaddem hija ekwivalenti għal 10% tas-salarju bażiku,
suġġetta għal kontribuzzjoni minima ta’ €6.62 fil-ġimgħa u għal kontribuzzjoni
massima ta’ €33.50 għal dawk il-persuni li twieldu fi jew qabel il-31 ta’ Diċembru 1961
u €37.85 għal dawk li twieldu fl-1 ta' Jannar 1962 jew wara. Persuni ta’ ’l fuq minn 18-
il sena li jaħdmu part-time u li l-paga fil-ġimgħa tagħhom hija iktar baxxa mill-paga
1 Persuna li timpjega lilha nnifisha tfisser persuna li taħdem għal rasha li twettaq kwalunkwe attività li
minnha taqla’ iktar minn €1,005 fis-sena. Persuna li taħdem għal rasha hija persuna li għadha ma għalqitx il-65 sena, hija ordinarjament residenti f’Malta u mhijiex persuna impjegata jew li tokkupa lilha nnifisha.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 6
minima, jistgħu jagħżlu li jħallsu 10% mill-paga bażika tagħhom fil-ġimgħa minflok il-
kontribuzzjoni b’rata fissa ta’ €15.35.
Il-kontribuzzjoni tal-istat hija ugwali għal kull parti mħallsa minn min iħaddem u mill-
impjegat rispettivament. Persuni ta’ taħt it-18-il sena jħallsu “kontribuzzjoni ta’
żagħżugħ” ta’ €6.62 jekk il-paga bażika tagħhom ma taqbiżx il-paga minima. Fejn il-
paga bażika taqbeż il-paga minima, ir-rata pagabbli fil-preżent hija ta’ 10% tas-salarju
bażiku tagħhom. Hemm rati speċjali ta’ kontribuzzjoni għall-istudenti.
Il-persuni impjegati bejn l-età ta’ 16-il sena u 65 sena jħallsu kontribuzzjonijiet.
Persuni ta’ iktar minn 65 sena mhumiex responsabbli għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni anki
jekk ikunu impjegati. Il-persuni bejn l-età ta’ rtirar (61 għall-irġiel, 60 għan-nisa) u l-
età ta' 65 sena li jibqgħu jaħdmu, għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà
Soċjali irrispettivament mill-qligħ tagħhom.
Kontribuzzjonijiet tat-Tieni Klassi huma mħallsa minn persuni ta’ bejn is-16 u l-65
sena li jaħdmu għal rashom. Persuni, li la huma impjegati u lanqas ‘jaħdmu bi qligħ’
jitqiesu wkoll bħala persuni li jaħdmu għal rashom u għalhekk huma responsabbli
għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni tat-Tieni Klassi. Il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin huma
eżentati bil-liġi mill-ħlas ta’ kontribuzzjoni tat-Tieni Klassi:
persuni li qegħdin jirċievu edukazzjoni jew taħriġ fuq bażi full-time;
persuni miżżewġin li ma jaħdmux bi qligħ;
persuni li jirċievu pensjoni tar-romol, tal-invalidità jew tal-irtirar jew persuni li
jirċievu pensjoni ta’ ġenitur;
persuni li jirċievu għajnuna soċjali mhux kontributorja jew pensjoni mhux
kontributorja.
Persuni li ma jaħdmux bi qligħ u li l-mezzi totali tagħhom ma jaqbżux €1,005 fis-sena
fil-każ ta’ persuni weħidhom u €1,470 fis-sena fil-każ ta’ rġiel miżżewġin, kif ukoll
persuni li jaħdmu għal rashom u ‘li jaħdmu bi qligħ’ li l-qligħ tagħhom ma jaqbiżx
€910 fis-sena jistgħu japplikaw għal ċertifikat ta’ eżenzjoni mill-ħlas ta’
kontribuzzjonijiet.
L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jistabbilixxi wkoll illi fil-każ ta’ ċerti kontinġenzi, l-obbligu
li wieħed iħallas kontribuzzjoni jitneħħa, u sabiex jiġi żgurat li dan il-perjodu ta’
nuqqas ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet ma jirriżultax f’distakk fir-rekord tal-
kontribuzzjonijiet tal-persuna assigurata, tingħata kontribuzzjoni akkreditata. Għall-
finijiet ta’ kondizzjonijiet tal-kontribuzzjoni dawn il-krediti huma validi daqslikieku
kienu kontribuzzjonijiet imħallsin. Il-kontinġenzi li ġejjin jinvolvu l-għoti ta’ krediti:
li tidħol għall-assigurazzjoni għall-ewwel darba (jiġifieri krediti ta’ qabel id-dħul sa
massimu ta’ 104 ġimgħat ta’ kontribuzzjoni, skont id-data tal-ewwel dħul fl-
iskema);
armla sakemm ma tkunx taħdem bi qligħ;
wieħed li kien membru tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jew tal-Forzi Armati ta’ Malta li
jirtira mis-servizz b’pensjoni sħiħa mill-Gvern;
persuni li jsiefru biex jagħmlu xogħol volontarju;
persuna illi matul kwalunkwe ġimgħa kalendarja tkun intitolata għall-benefiċċju
għall-mard, jew benefiċċju għall-korriment, jew benefiċċju fir-rigward ta’
disimpjieg, jew pensjoni fir-rigward ta’ invalidità għal dik il-ġimgħa kollha (mit-
Tnejn sal-Ġimgħa).
Persuna impjegata li tkun eżawriet il-benefiċċju tagħha (jiġifieri użat in-numru ta’
ġranet ta’ benefiċċju disponibbli kollha), xorta tkun intitolata għal dawn il-
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 7
kontribuzzjonijiet akkreditati sakemm hu/hi tkun għadha mhix kapaċi taħdem jew
tkun għadha mingħajr impjieg (skont il-benefiċċju mitlub). L-istess japplika għal
persuna li taħdem għal rasha iżda biss fil-każ tal-benefiċċju għall-mard. F’każ li
persuna li taħdem għal rasha tapplika għall-benefiċċju tal-qgħad, huwa/hija jista’/tista’
jkun/tkun intitolat/a għal kreditu biss.
Jingħataw ukoll krediti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali lil ġenituri li twieldu fi
jew wara l-1 ta’ Jannar 1962 għat-trobbija tat-tfal. Massimu ta’ sentejn ta’
kontribuzzjonijiet għal kull tifel/tifla jistgħu jkunu akkreditati f’dan il-każ. Dan il-
perjodu jista’ wkoll jiġi estiż għal erba’ snin jekk it-tifel/tifla qed ibati/tbati minn
diżabilità serja. Il-perjodu għal krediti applikabbli jista’ jinqasam bejn iż-żewġ ġenituri
iżda m’għandu f’ebda każ jaqbeż total ta’ sentejn jew 4 snin, skont liema huwa
applikabbli f’dak il-każ, bejn iż-żewġ ġenituri. Il-kondizzjonijiet bażiċi għall-
intitolament, li japplikaw ukoll għall-ġenituri addottivi, huma li l-ġenituri għandhom:
ikollhom il-kura u l-kustodja legali ta’ tifel/tifla li jkollu/jkollha età ta’ inqas minn 6
snin (jew 10 snin fil-każ ta’ tifel/tifla li jbati/tbati minn diżabilità serja); u
minn dak iż-żmien ’l hawn ikunu rritornaw għal attivitajiet bi qligħ għal numru
minimu ta’ snin ekwivalenti għall-perjodu akkreditat.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 8
Kapitolu II: Il-kura tas-saħħa
Meta tkun intitolat għall-kura tas-saħħa?
Il-persuni li jgħixu f’Malta u li huma koperti mil-leġiżlazzjoni Maltija dwar is-sigurtà
soċjali huma intitolati li jirċievu servizzi pubbliċi għall-kura tas-saħħa skont il-jeddijiet
li jiġu ddeterminati minn żmien għal żmien mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-
Kura fil-Komunità.
X’inhu kopert?
Il-kura tas-saħħa fis-servizzi pubbliċi hija ġeneralment bla ħlas fil-punt tal-użu.
Għall-kura tas-saħħa fl-emerġenza li teħtieġ dħul fl-isptarijiet pubbliċi bħall-kura in-
patient, servizzi ta’ kura ta’ matul il-jum, servizzi dijanjostiċi jew konsultazzjonijiet
out-patient, pazjenti minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea oħra ma jintalbux ħlas
jekk jippreżentaw il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC)
valida. L-ispiża tal-proteżi u tal-medikazzjoni preskritti għall-kura ta’ segwitu wara t-
trattament in-patient fl-isptar (għajr għal medikazzjoni għall-ewwel tlett ijiem wara l-
permess tal-ħruġ mill-isptar), jew bħala parti mill-kura ta’ pazjent waqt kura ta’ matul
il-jum jew kura out-patient, għandha tintrefa’ kollha mill-persuna kkonċernata.
Il-kura dentali ta’ emerġenza akuta tingħata biss bla ħlas fiċ-ċentri tal-isptarijiet għal
pazjenti li ma jibqgħux l-isptar u fiċ-ċentri tas-saħħa. Il-biċċa l-kbira tal-kura dentali
titħallas mill-but fi kliniki dentali privati li huma kollha debitament liċenzjati mill-
Awtoritajiet għas-Saħħa Pubblika. Is-servizz tas-saħħa jipprovdi servizzi ta’
immunizzazzjoni u tilqim b’xejn, kura u trattament ta’ qabel u ta’ wara t-twelid b’xejn,
u kura tal-anzjani b’xejn f’istituzzjonijiet tal-gvern jekk dawn il-persuni ma jirċevux
pensjoni.
Jekk marda tkun teħtieġ l-użu ta’ mediċini jew l-użu ta’ apparat mediku f’livell ta’ kura
primarja jew fil-livell ta’ pazjenti li ma jibqgħux l-isptar jew wara t-tluq mill-kura matul
il-ġurnata jew ġewwa l-isptar (minbarra l-ewwel 3 ijiem għall-mediċini), hija meħtieġa
preskrizzjoni mingħand tabib mediku liċenzjat. Il-mediċini u l-apparat mediku jistgħu
jinxtraw minn kwalunkwe waħda mill-ispiżeriji li jbigħu bl-imnut f’Malta (hemm aktar
minn 200) u l-ispejjeż huma mħallsa kompletament mill-pazjent bi ħlas mill-but.
Hemm biss żewġ eċċezzjonijiet għal din ir-regola u dawn japplikaw għal persuni li
jgħixu f’Malta li huma koperti mil-leġiżlazzjoni Maltija dwar is-sigurtà soċjali. Fil-każ ta’
dawn iż-żewġ eċċezzjonijiet, il-mediċini u l-apparat mediku jingħataw esklussivament
mill-ispiżeriji u l-faċilitajiet tal-Gvern:
il-persuni li qegħdin fil-grupp ta’ dħul baxx, kif determinat permezz ta’ test tal-
mezzi, huma intitolati għall-mediċini bla ħlas minn lista ristretta ta’ mediċini
essenzjali u xi apparat mediku (soġġett għal ċerti kondizzjonijiet u l-ħlas ta’
depożitu li jitħallas lura);
il-persuni li jbatu minn mard kroniku inkluż fi skeda speċifika inkorporata fl-Att
dwar is-Sigurtà Soċjali, huma intitolati għall-mediċini bla ħlas li jkunu relatati
strettament mal-marda kronika partikolari u dan il-benefiċċju huwa indpendenti
mill-mezzi finanzjarji.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 9
Kif jista’ jkollok aċċess għall-kura tas-saħħa?
Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità huwa responsabbli għall-
iffinanzjar u l-provediment ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa ffinanzjati pubblikament. Il-
kura tas-saħħa topera permezz ta’ sptarijiet pubbliċi u ċentri tal-kura tas-
saħħa. Sptarijiet tal-Gvern biss joffru servizzi b’xejn issussidjati mill-Istat. L-aċċess
għall-ispeċjalisti huwa mogħti wara referenza minn tabib tal-Istat jew mit-tabib tal-
familja. Minħabba l-qis ġeografiku tal-pajjiż hemm biss numru limitat ta’ sptarijiet
disponibbli. Pereżempju hemm biss sptar wieħed ġenerali f’Malta u fil-gżira ta’
Għawdex. Hemm biss sptar wieħed għall-kura mentali u ieħor għal każijiet serji li
jeħtieġu trattament fit-tul bħall-kanċer u mard ieħor malinn. Barra minn hekk, għal
persuni anzjani hemm sptar għar-riabilitazzjoni u sptar residenzjali kif ukoll tmint
idjar.
Numru ta’ sptarijiet privati, kliniki u faċilitajiet oħra jipprovdu kura privata tas-saħħa.
Il-kura f’faċilitajiet privati hija ffinanzjata minn assigurazzjoni privata jew imħallsa
mill-pazjenti nfushom. It-tobba f’Malta għandhom il-permess jeżerċitaw il-professjoni
tagħhom kemm f’servizzi pubbliċi għall-kura tas-saħħa kif ukoll f’dawk privati. Il-
faċilitajiet kollha privati għall-kura, minbarra l-uffiċċji tal-GP u tal-konsulenti
speċjalisti, huma debitament liċenzjati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. Il-prattika
privata kollha f’Malta hija mwettqa esklussivament minn faċilitajiet privati u m’hemmx
sodod jew faċilitajiet privati fi sptarijiet jew ċentri tas-saħħa pubbliċi. Il-gvern
mhuwiex responsabbli b’ebda mod għal xi trattament jew kura mogħtija lil ċittadini
tal-UE fi sptarijiet jew ċentri tas-saħħa privati jew minn tobba ta’ kwalunkwe tip fil-
kapaċità privata tagħhom. Iċ-ċittadini tal-UE residenti f’Malta huma intitolati li jirċievu
konsiderazzjoni ekwivalenti. L-intitolament tagħhom għandu jkun ikkonfermat ma’ u
ċċertifikat minn Units ta’ Intitolament fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa. Din iċ-
ċertifikazzjoni uffiċjali flimkien ma’ dokument ta’ identifikazzjoni personali tkun
biżżejjed sabiex wieħed jirċievi kura tas-saħħa mis-servizzi pubbliċi. Persuni fuq żjara
temporanja minn stati membri tal-UE għandhom aċċess dirett għall-kura tas-saħħa
minn servizzi għall-kura tas-saħħa ffinanzjati mill-Istat fuq preżentazzjoni tal-Karta
Ewropea għall-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa (EHIC).
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 10
Kapitolu III: Benefiċċji fi flus kontanti għall-mard
Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji fi flus kontanti għall-mard?
Il-benefiċċji għall-mard (fi flus) jitħallsu lil impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom.
Sabiex tikkwalifika għal dawn il-benefiċċji, persuna assigurata teħtieġ 50 ġimgħa ta’
kontribuzzjonijiet imħallsin u 20 ġimgħa mħallsin jew akkreditati matul l-aħħar sentejn
ta’ kontribuzzjoni qabel is-sena ta’ benefiċċju li fih tiġi ppreżentata t-talba.
X’inhu kopert?
Il-benefiċċju huwa mħallas f’konformità man-numru ta’ jiem maħduma f’ġimgħa
normali sa massimu ta’ sitt ijiem. Ir-rati huma:
€18.57 kuljum għal ġenitur waħdu jew għal persuna miżżewġa li tmantni lil konjugi
li mhux/mhix impjegat/a fuq bażi full-time;
€12.01 kuljum għall-persuni l-oħra kollha.
Il-benefiċċju jitħallas mir-raba’ ġurnata ta’ inkapaċità għal massimu ta’ 156 ġurnata ta’
benefiċċju fis-sena jew sa massimu ta’ 312-il ġurnata ta’ benefiċċju fis-sena jekk il-
persuna tgħaddi minn intervent kirurġiku serju jew iġġarrab korriment serju (mhux
relatat max-xogħol) jew tkun qed tbati minn marda serja li teħtieġ kura fit-tul qabel
ma l-persuna tkun tista’ terġa’ tibda taħdem. In-numru totali ta’ ġranet ta’ benefiċċju
matul perjodu ta’ sentejn ma jistax jaqbeż l-468 ġurnata. Taħt l-ebda ċirkostanza n-
numru totali ta’ jiem li fih ikun irċevut il-benefiċċju ma jista’ jaqbeż in-numru totali ta’
kontribuzzjonijiet imħallsa sa mill-ewwel dħul tal-persuna fl-iskema. Min jimpjega
jħallas id-differenza bejn il-paga u l-benefiċċju, jekk dan tal-aħħar ikun inqas.
Għal min hu qiegħed, il-benefiċċju tal-mard huwa mħallas fuq bażi ta’ sitt ijiem fil-
ġimgħa fi kwalunkwe perjodu ta’ mard matul l-impjieg.
Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji fi flus kontanti għall-mard?
Id-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ abbiltà għax-xogħol hija ċċertifikata mit-tabib tal-
persuna assigurata. L-inkapaċità għax-xogħol għandha tkun iċċertifikata minn tabib
mill-ewwel jum tal-marda. Il-pazjent huwa rieżaminat mit-tabib tiegħu/tagħha fuq
bażi ta’ kull ġimgħa jekk il-perjodu tal-mard jaqbeż ġimgħa. Meta l-marda taqbeż 60
ġurnata ta’ benefiċċju, il-każ jiġi vvalutat mill-panel mediku tad-Dipartiment.
Min iħaddem iħallas paga/salarju (jew nofs ħlas) għan-numru totali massimu ta’ jiem
sħaħ (jew nofs jiem) ta’ sick leave li huwa intitolat għalih l-impjegat taħt il-liġi tax-
xogħol jew il-ftehim kollettiv individwali. Hemmhekk, il-benefiċċju jibqa’ jiġi mħallas,
fuq bażi ta’ darba fil-ġimgħa, mill-gvern permezz ta’ min iħaddem.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 11
Kapitolu IV: Benefiċċji tal-maternità u tal-paternità
Benefiċċji tal-maternità u tal-paternità
Minbarra benefiċċji f’servizzi - kura ta’ qabel u ta’ wara t-twelid inkluż twellid b’xejn u
kura fl-isptar – Malta toffri benefiċċji fi flus kontanti fil-forma ta’ benefiċċju tal-
maternità. Dan huwa mħallas lil nisa li ma japplikawx għal leave ta’ maternità minn
min iħaddimhom. Huwa mħallas liċ-ċittadini Maltin u lill-konjugi tagħhom li huma
assigurati taħt is-sistema tal-assigurazzjoni soċjali u ordinarjament residenti f’Malta
jew, jekk il-mara in kwistjoni mhijiex residenti, jekk l-aħħar pajjiż ta’ assigurazzjoni
kien Malta. Il-benefiċċju dwar il-maternità jitħallas bil-kondizzjoni li jekk kienet
impjegata preċedentement jew jekk tkun impjegata fil-preżent, il-persuna ma tkunx
intitolata għal ġranet frank għall-maternità skont l-Att dwar l-Impjiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali (EIRA).
X’inhu kopert?
Il-benefiċċju huwa rata fissa ta’ €79.20 f’ġimgħa għal erbatax-il ġimgħa ta’ leave
għall-maternità. Mill-inqas sitt ġimgħat iridu jittieħdu wara t-twelid tat-tarbija. Il-
benefiċċju huwa mħallas jew sħiħ wara t-twellid jew f’żewġ installazzjonijiet qabel u
wara t-twellid. Ma hemm l-ebda kontinwazzjoni statutorja ta’ ħlas minn min iħaddem.
Malta ma toffri l-ebda benefiċċji statutorji ta’ paternità.
Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-maternità u tal-paternità?
Il-benefiċċju tal-maternità jitħallas b’mod dirett lill-applikant permezz ta' kont tal-
bank.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 12
Kapitolu V: Benefiċċji marbutin mal-invalidità
Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji tal-invalidità?
Il-pensjoni tal-invalidità hija mħallsa lil kwalunkwe persuna assigurata (li kienet
impjegata jew li taħdem għal rasha immedjatament qabel ma kienet sottomessa t-
talba) li hija ċċertifikata mill-panel mediku tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bħala li
tbati minn:
inkapaċità għal impjieg adegwat full-time jew part-time regolari jew impjeg għal
rasha bħala riżultat ta’ marda serja jew indeboliment fil-ġisem jew mentali; jew
inkapaċità li hija kkonsidrata li hija ta’ natura permanenti jew, jekk il-permanenza
ma tistax tkun stabbilita b’mod konklussiv, hija kkonsidrata li tipprojbixxi t-tali
persuna minn impjieg full-time jew part-time regolari jew impjieg għal rasha. It-tul
minimu għall-inkapaċità għax-xogħol hija mhux inqas minn sena mid-data tat-
talba.
Sabiex tikkwalifika, jenħtieġ li persuna jkollha 250 ġimgħa f’kontribuzzjonijiet
imħallsin bħala impjegata jew li timpjega lilha nnifisha, b’medja annwali ta’ 50 ġimgħa
f’kontribuzzjonijiet imħallsin jew akkreditati. Titħallas rata ta’ pensjoni mnaqqsa jekk
il-medja tal-kontribuzzjoni tkun bejn 20-49 ġimgħa fis-sena.
X’inhu kopert?
L-ammont imħallas ivarja skont in-numru ta’ kontribuzzjonijiet magħmula u jekk il-
persuna assigurata (jekk raġel) huwa miżżewweġ u jmantni lill-konjugi, iktar milli
skont il-medda tal-invalidità. Ir-rati jiġu adattati kull sena skont iż-żieda fl-għoli tal-
ħajja, u f’ċerti każijiet, skont iż-żieda fil-pagi. Ir-rata tal-pensjoni tal-miżżewġin
titħallas anke jekk il-konjugi huwa impjegat. Ma hemm l-ebda supplimenti għat-tfal.
Għotjiet minimi jvarjaw minn €94.05 fil-ġimgħa għall-koppji miżżewġa għal €89.66 fil-
ġimgħa għall-persuni weħidhom. Il-pensjoni massima għal persuni miżżewġin hija ta’
€131.52 fil-ġimgħa, u għal persuna weħidha, €113.25 fil-ġimgħa.
Ir-rati mħallsa jvarjaw ukoll u jiddependi minn jekk hux qed tingħata l-pensjoni tas-
servizz. Meta pensjonant ikun qed jirċievi l-pensjoni tas-servizz u għandu medja ta’
kontribuzzjoni massima ta’ 50, il-pensjoni bażika tista’ titnaqqas – għall-persuni
miżżewġa għal mhux inqas minn €88.72 fil-ġimgħa, u għal persuni weħidhom għal
mhux inqas minn €75.56 fil-ġimgħa.
Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-invalidità?
Il-benefiċċji kollha fi flus kontanti huma amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà
Soċjali. Persuna tista’ tapplika għal kwalunkwe benefiċċju permezz ta’ wieħed mill-24
uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment (22 f’Malta u tnejn fil-gżira ta’ Għawdex). Il-
każijiet jiġu riveduti perjodikament skont il-parir tal-Bord Mediku.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 13
Kapitolu VI: Pensjonijiet u benefiċċji tax-xjuħija
Meta tkun intitolat għall-benefiċċji tax-xjuħija?
Il-provvedimenti dwar ir-riforma fil-pensjonijiet jipprevedu żieda gradwali fl-età tal-
pensjoni:
għal persuna li twieldet qabel il-31 ta’ Diċembru 1951, l-età tal-pensjoni tibqa’ kif
inhi fil-preżent, jiġifieri 61 sena għall-irġiel u 60 sena għan-nisa. (In-nisa f’din il-
kategorija ta’ età jistgħu jiddeċiedu li jieħdu l-pensjoni ta’ 61 sena u min iħaddem
ma jistax ikkeċċihom);
għal persuna li twieldet bejn l-1952 u l-1955 inklużi, l-età tal-pensjoni se tkun 62
sena;
għal persuna li twieldet bejn l-1956 u l-1958 inklużi, l-età tal-pensjoni se tkun 63
sena;
għal persuna li twieldet bejn l-1959 u l-1961 inklużi, l-età tal-pensjoni se tkun 64
sena;
għal persuna li twieldet wara l-1 ta’ Jannar 1962, l-età tal-pensjoni se tkun 65
sena.
Il-kondizzjonijiet marbuta mal-kontribuzzjonijiet huma ta’ 156 ġimgħa ta’
kontribuzzjonijiet imħallsa, b’medja annwali ta’ 50 ġimgħa mħallsa jew akkreditati
matul il-ħajja assigurabbli tal-persuna assigurata. Pensjoni b’rata aktar baxxa tingħata
jekk il-medja annwali tal-kontribuzzjonijiet hija bejn 20 u 49 ġimgħa taħt ir-reġim tal-
pensjoni b’rata fissa, jew bejn 15 u 49 ġimgħa skont l-iskema marbuta ma’ żewġ terzi
tad-dħul.
Persuni li jirċievu Pensjoni tal-Irtirar jista’ jkollhom impjieg jew jaħdmu għal rashom
waqt li jirċievu l-pensjoni tagħhom. Ir-rati mħallsa jiddependu minn jekk:
tħallsux kontribuzzjonijiet qabel jew wara t-22 ta’ Jannar, 1979, meta ġiet
introdotta pensjoni relatata mal-qligħ;
titħallasx pensjoni tas-servizz minn min jimpjega, li tnaqqas il-pensjoni tas-sigurtà
soċjali li titħallas;
il-persuna hix miżżewġa u tmantni lill-konjugi.
Il-pensjoni relatata mal-qligħ li jitħallas hija ta’ 2/3 tal-medja annwali ta’ :
għall-impjegati li twieldu qabel l-1952, l-ogħla salarji bażiċi fi 3 snin konsekuttivi
mill-aħħar 10 snin qabel ma jkunu rtiraw,
għall-impjegati li twieldu bejn l-1952 u l-1955, l-ogħla salarji bażiċi fi tliet snin
konsekuttivi mill-aħħar ħdax-il sena qabel ma jkunu rtiraw,
għall-impjegati li twieldu bejn l-1956 u l-1958, l-ogħla salarji bażiċi fi tliet snin
konsekuttivi mill-aħħar tnax-il sena qabel ma jkunu rtiraw,
għall-impjegati li twieldu bejn l-1959 u l-1961, l-ogħla salarji bażiċi fi tliet snin
konsekuttivi mill-aħħar tlettax-il sena qabel ma jkunu rtiraw,
għall-impjegati li twieldu fl-1962 jew wara, l-ogħla salarji bażiċi f’għaxar snin minn
40 sena,
għall-persuni li jaħdmu għal rashom li twieldu bejn l-1952 u l-1961, il-profitt nett
fl-aħħar għaxar snin konsekuttivi qabel ma jkunu rtiraw u
għall-persuni li jaħdmu għal rashom li twieldu fl-1962 jew wara, l-ogħla profitt nett
f’għaxar snin minn 40 sena.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 14
Il-provvedimenti tar-Riforma tal-Pensjonijiet tinkludi klawżola li tagħti l-għażla li
wieħed jirtira kmieni mix-xogħol. Din il-klawżola ta’ għażla tagħti lill-persuna li tkun
laħqet l-età ta’ 61 sena, iżda li tkun għadha ma laħqitx l-età applikabbli għall-pensjoni,
il-possibbiltà li tirtira wara li tilħaq 61 sena sakemm dik il-persuna tkun akkumulat
minn għeluq it-18-il sena:
2,080 kontribuzzjoni mħallsa jew akkreditata jekk tkun twieldet fl-1 ta’ Jannar
1962 jew qabel, jew
1,820 kontribuzzjoni mħallsa jew akkreditata fil-każ ta’ persuna li twieldet matul
is-snin kalendarji 1952 sa 1961.
Kull persuna li tirtira skont din il-klawżola ta’ għażla ma tkunx tista’ twettaq attività bi
qligħ sakemm ma tilħaqx l-età statutorja tal-irtirar.
X’inhu kopert?
Ir-rati minimi għall-pensjoni tal-irtirar huma:
€131.52 fil-ġimgħa għal persuni miżżewġa.
€113.25 fil-ġimgħa għal persuni weħidhom.
Hemm pensjoni massima li kurrentement hija ta’ €223.31 fil-ġimgħa. Wara, din tiżdied
b’aġġustamenti tal-għoli tal-ħajja kull sena.
Il-pensjonati kollha huma intitolati għall-Bonus tal-Gvern ta’ €135.10 f’Ġunju u
f’Diċembru ta’ kull sena u bonus addizzjonali ta’ €3.12 fil-ġimgħa. Hemm ukoll bonus
tal-għoli tal-ħajja kumulattiv għall-pensjonanti li jvarja minn meta tingħata l-pensjoni.
Ir-rati kurrenti jvarjaw minn €48.36 sa €333.32 fis-sena.
Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tax-xjuħija?
Il-benefiċċji kollha fi flus kontanti huma amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà
Soċjali. Persuna tista’ tapplika għal kwalunkwe benefiċċju permezz ta’ wieħed mill-24
uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment (22 f’Malta u tnejn fil-gżira ta’ Għawdex).
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 15
Kapitolu VII: Benefiċċji tas-superstiti
Meta tkun intitolat għall-benefiċċji tas-superstiti?
Benefiċċji tas-superstiti huma disponibbli għal:
konjugi superstit
konjugi ddivorzjat, jekk huwa mantenut, jew legalment intitolat għall-
manteniment, minn konjugi mejjet;
sieħeb superstiti;
tfal;
kwalunkwe persuna li tagħti kura lil tifel/tifla ltim/a jekk mill-inqas wieħed mill-
ġenituri kienet persuna assigurata fiż-żmien tal-mewt tiegħu/tagħha. Allowance
tal-Iltim hija mħallsa fir-rigward ta’ kull tifel/tifla.
Għar-romol, il-kondizzjonijiet marbuta mal-eliġibbilità tal-benefiċċji tas-superstiti
huma ta’ 156 ġimgħa ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa, b’medja annwali ta’ 50 ġimgħa
mħallsa jew akkreditati matul il-ħajja assigurabbli tal-persuna assigurata. Pensjoni
b’rata aktar baxxa tingħata jekk il-medja annwali tal-kontribuzzjonijiet hija bejn 20 u
49 ġimgħa taħt ir-reġim tal-pensjoni b’rata fissa, jew bejn 15 u 49 ġimgħa skont l-
iskema taż-żewġ terzi tad-dħul.
Id-dħul tal-benefiċjarji m’għandux jaqbeż il-paga minima. Romol taħt l-età ta’ 60 sena
bit-tfal taħt ċerta età u f’edukazzjoni full-time jikkwalifikaw għall-pensjoni tagħhom hu
kemm hu d-dħul tagħhom.
L-iltima jrid ikollhom liż-żewġ ġenituri mejtin. Wieħed mill-ġenituri jeħtieġ li kien
persuna assigurata u kellu mill-inqas ġimgħa waħda f’kontribuzzjoni fiż-żmien tal-
mewt. M’hemm ebda benefiċċju speċifiku mal-mewt ta’ ġenitur wieħed biss billi l-
konjugi mbagħad ikun intitolat li jitlob is-sehem tiegħu/tagħha tal-pensjoni tas-
superstiti.
X’inhu kopert?
Il-Pensjoni tas-Superstiti massima kurrenti hija ta’ €186.43 fil-ġimgħa. Wara, din
tiżdied b’aġġustamenti tal-għoli tal-ħajja kull sena. Għar-romol, ir-rati tal-pensjoni
jvarjaw jiddependi minn jekk hijiex pagabbli pensjoni tas-servizzi mill-impjegat tal-
konjugi u/jew jekk il-kontribuzzjonijiet kinux imħallsa qabel jew wara it-22 ta’ Jannar,
1979 (id-data tal-introduzzjoni tas-sistema tal-pensjonijiet). Din l-iskema introduċiet
il-kunċett ta’ kontribuzzjonijiet relatati mad-dħul u bħala konsegwenza rriformat il-
pensjonijiet għal skema relatata mad-dħul:
għall-impjegati li twieldu qabel l-1952, l-ogħla salarji bażiċi fi tliet snin
konsekuttivi mill-10 snin qabel il-mewt jew l-irtirar minħabba età jew raġunijiet
mediċi tal-konjugi,
għall-impjegati li twieldu bejn l-1952 u l-1955, l-ogħla salarji bażiċi fi tliet snin
konsekuttivi mill-11-il sena qabel il-mewt jew l-irtirar minħabba età jew raġunijiet
mediċi tal-konjugi,
għall-impjegati li twieldu bejn l-1956 u l-1958, l-ogħla salarji bażiċi fi tliet snin
konsekuttivi mit-12-il sena qabel il-mewt jew l-irtirar minħabba età jew raġunijiet
mediċi tal-konjugi,
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 16
għall-impjegati li twieldu bejn l-1959 u l-1961, l-ogħla salarji bażiċi fi tliet snin
konsekuttivi mit-13-il sena qabel il-mewt jew l-irtirar minħabba età jew raġunijiet
mediċi tal-konjugi,
għall-impjegati li twieldu fl-1962 jew wara, l-ogħla salarji bażiċi f’għaxar snin minn
40 sena (jew inqas) qabel il-mewt jew l-irtirar minħabba età jew raġunijiet mediċi
tal-konjugi,
għall-persuni li jaħdmu għal rashom li twieldu bejn l-1952 u l-1961, il-profitt nett
fl-aħħar 10 snin konsekuttivi qabel il-mewt jew l-irtirar minħabba età jew
raġunijiet mediċi tal-konjugi, u
għall-persuni li jaħdmu għal rashom li twieldu fl-1962 jew wara, l-ogħla profitt
nett f’10 snin mill-40 sena (jew inqas) qabel il-mewt jew l-irtirar minħabba età
jew raġunijiet mediċi tal-konjugi.
Ir-rati tal-pensjoni tar-romol ivarjaw minn minimu ta’ €86.55 għal €110.14 fil-ġimgħa.
Dawn ir-rati jiġu adattati kull sena skont iż-żidiet fil-pagi u fl-għoli tal-ħajja.
Armla/armel li jiżżewġu mill-ġdid huma intitolati li jżommu l-jedd tagħhom li jirċievu
pensjoni għalkemm bir-Rata Minima Nazzjonali tal-pensjoni applikabbli.
Il-benefiċċji tal-iltima jingħataw f’rata fissa. Għal iltima li tilfu ż-żewġ ġenituri, l-
Allowance tal-Iltima hija €51.99 fil-ġimgħa għal kull tifel/tifla. L-Allowance
Supplimentari tal-Iltima hija €94.34 fil-ġimgħa għal kull iltim taħt l-età ta’ 16-il sena u
€95.12 għal kull iltim ta’ bejn is-16 u l-21 sena, jekk ma jkollhomx impjieg bi qligħ.
Jekk l-iltim ikollu impjieg bi qligħ, iżda d-dħul gross tiegħu huwa inqas mill-Paga
Minima Nazzjonali (€158.11 fil-ġimgħa), l-allowance titnaqqas biex it-total tat-tali
allowance u d-dħul gross ma jaqbiżx il-Paga Minima Nazzjonali. Ir-rati jiġu adattati kull
sena skont iż-żidiet fil-pagi u fl-għoli tal-ħajja.
Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tas-superstiti?
Il-benefiċċji kollha fi flus kontanti huma amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà
Soċjali. Persuna tista’ tapplika għal kwalunkwe benefiċċju permezz ta’ wieħed mill-24
uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment (22 f’Malta u tnejn fil-gżira ta’ Għawdex).
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 17
Kapitolu VIII: Benefiċċji marbutin ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u ma’ mard marbut max-xogħol
Meta tkun intitolat għall-benefiċċji?
Il-benefiċċju marbut ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol huwa mħallas lil persuni
impjegati u li jaħdmu għal rashom, li ħallsu mill-inqas ġimgħa ta’ kontribuzzjonijiet u li
t-talba tagħhom hija sottomessa mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara l-inċident.
Ma hemm l-ebda limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tat-talba fil-każ ta’ mard marbut
max-xogħol. Il-liġi Maltija ma tistipulax għotjiet relatati mal-mewt.
X’inhu kopert?
Il-vittma assigurata hija intitolata li jkollha sena leave wara l-inċident fuq ħlas sħiħ
minn min iħaddimha u trid tagħti lura l-ammont irċevut mid-Dipartiment tas-Sigurtà
Soċjali lil min iħaddimha. Il-persuna impjegata hija intitolata għal ħlas sħiħ sakemm it-
tul tal-inkapaċità ma jaqbiżx is-sena mid-data tal-inċident.
Il-benefiċċji huma mħallsa f’rata fissa, mingħajr rabta mad-dħul preċedenti. Il-
benefiċċju għall-mard marbut max-xogħol huwa mħallas €27.87 kuljum għal ġenitur
waħdu jew persuna miżżewġa b’konjugi dipendenti mhux f’impjieg full-time, u €20.97
kuljum għal persuni oħrajn. Dan jitħallas mir-4 jum tal-inċident u għal massimu ta’
12-il xahar. Min jimpjega jħallas differenza bejn il-paga u l-benefiċċju (jekk dan tal-
aħħar ikun aktar baxx).
Għal diżabilitajiet ta’ 90% jew iktar li huma marbuta max-xogħol, titħallas Pensjoni
tal-Invalidità hu kemm hu n-numru ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati. Għal
diżabilitajiet ta’ bejn l-20 u d-89%, il-pensjoni mħallsa tvarja minn €14.74 għal
€65.61 fil-ġimgħa. Għal diżabilitajiet ta’ bejn 1 u 19%, jitħallas benefiċċju ta’ somma
f’daqqa li jvarja minn €227.62 għal €4,324.24.
Imwiet marbuta max-xogħol joffru pensjoni tas-superstiti – ittrattata daqslikieku l-
mejjet ħallas l-ammont massimu ta’ kontribuzzjonijiet. Din hija mħallsa lill-armel u lit-
tfal tal-mejjet.
Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji?
Il-benefiċċji f’kontanti kollha huma amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Persuna tista’ tapplika għal kwalunkwe benefiċċju permezz ta’ wieħed mill-24 uffiċċju
disrettwali tad-Dipartiment (22 f’Malta u tnejn fil-gżira t’Għawdex).
Għall-benefiċċju marbut ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, l-inċident jew il-mard
marbuta max-xogħol huwa ċċertifikat mit-tabib, u huwa ġeneralment aċċettat bħala
tali minn min iħaddem u huwa kkoroborat minn xhieda. Meta l-inkapaċità għax-xogħol
taqbeż l-għaxart ijiem, il-każ jiġi vvalutat mill-bord mediku tad-Dipartiment.
L-ewwel tlett ijiem tal-korriment jew tal-marda mhumiex koperti mid-Dipartiment tas-
Sigurtà Soċjali imma minn min iħaddem. Il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali huwa mħallas
direttament lill-persuna assigurata iżda hija għandha tagħti lura dan l-ammont lil min
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 18
ħaddimha. Fil-każ ta’ persuna li timpjega lilha nnifisha, l-ammont huwa mħallas lil min
jagħmel it-talba u miżmum minn min jagħmel it-talba.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 19
Kapitolu IX: Benefiċċji marbutin mal-familja
Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji tal-familja?
L-Allowance tat-Tfal, l-Allowance tat-Tfal b’Diżabilità, u l-Allowance tat-Tfal
f’Affidament huma kklassifikati bħala benefiċċji tal-familja. L-ewwel żewġ benefiċċji
jitħallsu lir-residenti ta’ Malta li jissoddisfaw test tal-mezzi.
L-Allowance tat-Tfal hija mħallsa lill-familji kollha bit-tfal taħt l-età ta’ 16-il sena, jekk
id-dħul taż-żewġ ġenituri ma jaqbiżx l-€24,225.32 fis-sena qabel is-sottomissjoni tat-
talba. Rigward it-tfal li għandhom 16-il sena jew aktar, dawn għandhom ikunu
studenti full-time mingħajr l-ebda dħul għall-istudji tagħhom, jew inkella jkunu
rreġistrati bħala ħaddiema qiegħda. Fi kwalunkwe każ, ma jistgħu jkollhom la impjieg
imħallas u lanqas jibbenefikaw minn vantaġġi soċjali minn xi mkien ieħor.
L-Allowance tat-Tfal b’Diżabilità hija mħallsa lill-familji kollha b’wild b’diżabilità fiżika
jew mentali u li mhux qed jirċievu kwalunkwe pensjoni tas-sigurtà soċjali għal din id-
diżabilità.
L-Allowance tal-Foster Care titħallas għal tifel/tifla li jkun iċċertifikat minn istituzzjoni
tal-welfare li huwa/hija tingħata foster care.
X’inhu kopert?
L-allowance minima mħallsa tat-tfal hija ta’ €350 fis-sena għal kull tifel/tifla, u dawn
il-massimi japplikaw:
Tifel/Tifla wieħed/waħda: €96.32 kull xahar;
Żewġt itfal: €192.64 kull xahar;
Tlett itfal: €288.96 kull xahar;
Erbat itfal: €385.28 kull xahar;
Tfal addizzjonali: €96.32 fix-xahar (massimu għal kull wild).
Jekk id-dħul totali tal-ġenituri ma jaqbiżx l-€24,225.32 fis-sena, il-benefiċċju annwali
mħallas huwa ekwivalenti għal persentaġġ (jiddependi min-numru tat-tfal) ta’
€24,225.32 mnaqqsa mid-dħul totali tal-ġenituri (nett tal-kontribuzzjonijiet soċjali
mħallsa). Hemm limitu minimu tad-dħul ta’ €4,960.32, li jfisser li kwalunkwe dħul
inqas minn dak il-limitu għandu jkun ikkunsidrat bħala €4,960.32. Id-differenza li
ġejja minn €24,225.32, li minnha jitnaqqas id-dħul ikkalkulat, hija mmultiplikata b’6%
għal kull tifel/tifla.
L-Allowance għal Tfal b'Diżabilità titħallas b’rata ta’ €16.31 fil-ġimgħa lill-ġenituri ta’
tifel/tifla b’diżabilità bħala suppliment għall-allowance tat-tfal. Hija titħallas
irrispettivament mid-dħul tal-familja.
Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-familja?
Il-benefiċċji kollha fi flus kontanti huma amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà
Soċjali. Persuna tista’ tapplika għal kwalunkwe benefiċċju permezz ta’ wieħed mill-24
uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment (22 f’Malta u tnejn fil-gżira ta’ Għawdex).
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 20
Kapitolu X: Il-qgħad
Meta tkun intitolat għall-benefiċċji tal-qgħad?
Il-benefiċċji tal-qgħad huma mħallsa kemm fl-iskema kontributorja u l-iskema mhux
kontributorja. Il-Benefiċċju tal-Qgħad huwa mħallas lil kull persuna impjegata b’50
ġimgħa ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa u 20 ġimgħa ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa jew
akkreditati matul is-sena li tippreċedi s-sena li fiha saret it-talba.
Benefiċċji tal-qgħad huma mħallsa kemm fl-iskema kontributorja u dik mhux
kontributorja. Għall-iskema mhux kontributorja, jitħallas Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad
lill-kap tal-familja minflok benefiċċju tal-qgħad, suġġett għat-test tal-mezzi.
L-Għajnuna tal-Qgħad titħallas lill-kap tal-familja sakemm hu/hi jissodisfaw it-test tal-
mezzi.
X’inhu kopert?
Il-benefiċċju tal-qgħad huwa mħallas b’rata fissa ta’ €11.26 kuljum għal ġenitur
waħdu jew għal persuna miżżewġa b’konjugi dipendenti li mhuwiex f’impjieg full-time
u €7.37 kuljum għal persuni oħrajn. Dan jitħallas mill-ewwel jum tal-qgħad u jibqa’
jitħallas sa 156 jum. Wara dan, il-persuna ma tibqax tikkwalifika iżjed għal dan il-
benefiċċju sakemm ma terġax tibda taħdem u ddum mill-inqas 13-il ġimgħa fl-impjieg.
Il-Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad jitħallas €18.92 kuljum għal ġenitur waħdu jew għal
persuna miżżewġa b’sieħeb dipendenti li mhuwiex f’impjieg full-time u €12.35 kuljum
għal persuni oħrajn. Huwa jitħallas mill-ewwel ġurnata mingħajr impjieg sa massimu
ta’ 156 ġurnata ta’ benefiċċju. Wara, il-persuna ma terġax tikkwalifika għal dawn il-
benefiċċji sakemm ma terġax taħdem għal mill-inqas 13-il ġimgħa. In-numru totali ta’
dawn il-ġranet ta’ benefiċċju ma jista’ f’ebda każ jaqbeż in-numru totali ta’
kontribuzzjonijiet imħallsin mill-ewwel dħul tal-persuna fl-iskema.
L-Assistenza għall-Qgħad hija mħallsa f’rata li tista’ tvarja skont it-test tal-mezzi, u
b’mod partikolari tvarja mill-kompożizzjoni tal-familja.
Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-qgħad?
Il-benefiċċji kollha fi flus kontanti huma amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà
Soċjali. Persuna tista’ tapplika għal kwalunkwe benefiċċju permezz ta’ wieħed mill-24
uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment (22 f’Malta u tnejn fil-gżira ta’ Għawdex).
Il-persuna għandha tkun irreġistrata bħala mingħajr impjieg, kapaċi u disponibbli biex
taħdem. Il-benefiċċju mħallas jkopri sitt ijiem intitolament fil-ġimgħa.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 21
Kapitolu XI: Riżorsi minimi
Meta tkun intitolat għall-benefiċċji li jirrigwardaw ir-riżorsi minimi?
L-għajnuna soċjali titħallas lill-kap tal-familja sakemm hu/hi jissodisfaw it-test tal-
mezzi.
X’inhu kopert?
Ġenituri weħidhom huma ttrattati bħala familja bi dritt u huma intitolati għall-
Għajnuna Soċjali kif ukoll għall-Allowance tat-Tfal. L-assistenza soċjali hija mħallsa
bir-rata ta’ €95.43 fil-ġimgħa flimkien ma’ €8.15 addizzjonali għal kull membru
addizzjonali fil-familja. L-allowance tat-tfal hija mħallsa bir-rata massima.
Il-benefiċċju jvarja skont il-livell tal-mezzi u n-numru tal-persuni fid-dar. Madankollu
jekk hemm tfal li huma impjegati jew li huma okkupati għal rashom, dawn mhumiex
ikkonsidrati bħala parti mill-familja għall-intitolament tal-benefiċċju. Il-limitu tad-dħul
jikkorrispondi għar-rati tal-Assistenza Soċjali msemmija hawn fuq. Bħala eżempji ta’
każijiet, l-ammonti fix-xahar għall-familji mingħajr dħul ieħor ikunu:
Persuna weħidha: €413.53;
Koppja mingħajr tfal: €448.85;
Koppja b’tifel/tifla wieħed/waħda: €484.17;
Koppja b’żewġt itfal: €519.48;
Koppja bi tlett itfal: €554.80
Ġenitur waħdu, tifel/tifla wieħed/waħda: €448.85;
Ġenitur waħdu, żewġt itfal: €484.17.
It-tul tal-benefiċċju mhux limitat sakemm il-kondizzjonijiet stipulati jkunu ssodisfati.
Benefiċċji oħra bit-test tal-mezzi huma mħallsa taħt assistenza soċjali, skont il-ħtiġijiet
soċjali differenti, inkluż assistenza fl-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-utilitajiet.
Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tar-riżorsi minimi?
Il-benefiċċji kollha fi flus kontanti huma amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà
Soċjali. Persuna tista’ tapplika għal kwalunkwe benefiċċju permezz ta’ wieħed mill-24
uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment (22 f’Malta u tnejn fil-gżira ta’ Għawdex).
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 22
Kapitolu XII: Kura fit-tul
Meta tkun intitolat għall-kura fit-tul?
Ma hemm l-ebda definizzjoni konkreta ta’ kura fit-tul. Madankollu, persuna għandha
primarjament ikollha iktar minn 60 sena u/jew ikollha diżabilità li tħalliha mhux kapaċi
li tgħix f’darha sabiex tkun eliġibbli għal waħda mill-istituzzjonijiet għall-anzjani li
huma miftuħa għal residenti permanenti. Dawk li ma jipparteċipawx fi kwalunkwe
attività soċjali, u persuni li jsofru minn kondizzjonijiet mediċi li jistgħu jkunu f’riskju
meta jqattgħu sigħat twal weħidhom jingħataw prijorità wkoll. L-istess regoli japplikaw
għad-dħul għaċ-ċentri ta’ kura ta’ matul il-jum għall-anzjani, minkejja li l-prijorità
ġeneralment tingħata lil dawk il-persuni li huma mobbli u indipendenti. Il-ħtieġa u t-tip
ta’ marda huma prerekwiżiti għal persuni li jużaw istituzzjonijiet psikjatriċi u
istituzzjonijiet/sptarijiet oħrajn. Għall-każijiet kollha, l-eliġibilità hija ddeterminata
minn evalwazzjoni medika.
X’inhu kopert?
Ma hemm l-ebda skema speċifika għall-kura fit-tul. Il-koperta iktar issir permezz ta’
skemi varji, li joffru benefiċċji ta’ flus kontanti u benefiċċji ta’ oġġetti u servizzi. Dawn
huma organizzati fuq livell ċentrali iżda huma wkoll ipprovduti fuq livell komunitarju.
Huma parzjalment ibbażati fuq test tal-mezzi, parzjalment ibbażati fuq ħtiġijiet.
Hemm numru ta’ servizzi fil-komunità li jappoġġjaw lill-persuni ikbar fl-età u lill-
persuni bi bżonnijiet speċjali li qed jgħixu fil-komunità. L-għan ta’ dawn is-servizzi
huwa li jippermettu lir-riċeventi ta' tali servizzi sabiex jibqgħu jgħixu fil-komunità
tagħhom b'mod kemm jista’ jkun indipendenti, itejbu l-kwalità tal-ħajja u kif ukoll
jipprovdu mistrieħ u jagħtu appoġġ għall-persuni li jipprovdu kura informali. Fl-aħħar
nett, dawn is-servizzi jgħinu biex jevitaw jew idewmu d-domanda għall-kura
residenzjali fuq terminu twil ta’ żmien billi jipprovdu l-appoġġ meħtieġ mid-dar tal-
klijent stess.
Servizz ta’ Meals on Wheels: l-għan tal-Meals on Wheels huwa li jappoġġja lill-
persuni ikbar fl-età u lil dawk li għadhom jgħixu fid-dar tagħhom iżda li ma
jistgħux jippreparaw ikla diċenti. Il-Maltese Cross Corps (organizzazzjoni non-
governattiva) flimkien mad-Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità
jipprovdu lil dawn l-individwi b’ikla msajra bi prezz issussidjat.
Servizz ta’ Handyman: l-għan huwa li jgħin lil persuni ikbar fl-età u persuni bi
bżonnijiet speċjali biex ikomplu jgħixu bl-iktar mod indipendenti possibbli f’darhom
stess. Huwa joffri firxa ta’ madwar 70 tip ta’ impjieg li jvarja minn tiswijiet ta’
elettriku għal xogħol ta’ plaming, xogħol ta’ mastrudaxxa u trasportazzjoni ta’
oġġetti. Dan is-servizz huwa mitlub permezz tat-telefon.
Servizz ta' Għajnuna ta’ Kura fid-Dar: dan is-servizz joffri għajnuna personali
mingħajr servizz ta’ infermiera u xogħol domestiku ħafif lil adulti oħra ikbar fl-età u
lil persuni bi bżonnijiet speċjali.
Servizz ta’ Inkontinenza: l-għan ta’ dan is-servizz huwa li jnaqqas il-problema(i)
psikoloġika/psikoloġiċi li persuna tista’ tkun suġġetta għalihom minħabba l-
inkontinenza. Barra minn hekk, permezz ta’ forniment ta’ ħrieqi sussidjati ħafna,
dan is-servizz inaqqas il-pressjoni fiżika u finanzjarja fuq dawk il-familji li
għandhom membri bi problemi ta’ inkontinenza. Għaldaqstant, is-Servizz ta’
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 23
Inkontinenza, jappoġġja u jinkoraġġixxi lill-persuni inkontinenti b'diżabilità u lill-
adulti ikbar fl-età sabiex jibqgħu jgħixu fil-komunità tagħhom.
Servizz ta’ Ners fil-Komunità: dan is-servizz jinkludi approċċ b'tim multi-
professjonali, li jaħdem mill-qrib mad-dipartiment soċjali jew tas-saħħa,
professjonisti oħra, entitajiet u aġenziji. It-tim qed jaspira li jikkoordina l-kura
b'mod olistiku, iffukat fuq il-persuna u fuq il-bżonnijiet tan-nies filwaqt li jaħdem
mill-viċin mal-pazjenti u l-qraba/min jipprovdi l-kura, jippromwovi s-saħħa, il-kura
propja u jkabbar kemm jista’ l-potenzjal u l-indipendenza tal-kura tas-saħħa
permezz tal-edukazzjoni, l-appoġġ u l-abilitazzjoni. It-tim jirregola t-twassil tas-
servizzi tal-kura domiċiljari u bi sħubija mal-fornituri ta' servizzi għandu l-għan li
jippromwovi servizz ta’ kura fil-komunità ta' kwalità għolja.
Servizz ta’ Telecare: Is-Servizz ta' Telecare jippermetti lill-abbonat sabiex isejjaħ
għall-għajnuna meta jkun meħtieġ. Dan għandu l-għan li jipprovdi serħan il-moħħ
fost l-adulti ikbar fl-età, persuni b’diżabilità u dawk bi bżonnijiet speċjali, u b’hekk
jinkoraġġihom jibqgħu jgħixu fid-dar tagħhom. It-Telecare jipprovdi wkoll sors ta’
assigurazzjoni għall-qraba u l-persuni li jipprovdu l-kura lill-abbonat.
Servizz ta’ Ċentru ta’ Matul il-Jum: l-għan ta' dan is-servizz huwa li jħares li ma
jkunx hemm iżolament soċjali u sentiment ta' solitudni, u li jnaqqas id-diffikultajiet
fl-interazzjoni soċjali li l-persuni ikbar fl-età għandhom tendenza li jiltaqgħu
magħhom. Barra minn hekk, għandu l-għan li jimmotiva l-anzjani billi jħeġġiġhom
jieħdu sehem fl-ippjanar tal-attivitajiet taċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum. Billi jippermetti,
kemm jista' jkun lill-persuni ikbar fl-età u lill-persuni b'diżabilità jibqgħu
indipendenti u soċjalment integrati, huwa jipprovdi wkoll mistrieħ għal min
jipprovdilhom il-kura u għall-qraba tagħhom.
F’termini ta’ kura residenzjali, hemm istituzzjoni waħda ċentrali għal residenti
permanenti anzjani, supplimentata minn tmien residenzi reġjonali, li kollha huma
mmexxija mill-istat. Hemm ukoll djar residenzjali privati. Barra minn hekk, hemm
istituzzjoni psikjatrika ċentrali mmexxija mill-istat li tipprovdi trattament u kura għal
persuni b’mard mentali. Istituzzjoni/Sptar ċentrali ieħor mmexxi mill-istat jipprovdi
kura fuq terminu twil għal pazjenti tal-kanċer u mard ieħor malinn. Hemm ukoll 18-il
ċentru ta’ kura ta’ matul il-jum li huma miftuħa kuljum mit-8.30am sal-4.00pm, li
joffru terapija okkupazzjonali f’kura semiresidenzjali.
Persuni li jirċievu l-benefiċċju f’servizzi huma mistennija li jagħmlu kontribuzzjoni
għall-ispejjeż tal-oġġetti jew servizzi. Għall-kura fid-dar:
€2.33 fil-ġimgħa jekk persuna weħidha u mingħajr ikliet;
€3.49 fil-ġimgħa jekk persuna weħidha u bl-ikliet;
€3.49 fil-ġimgħa jekk koppja u bla ikliet;
€5.24 fil-ġimgħa jekk koppja u bl-ikliet;
Meals on wheels: € 2.21 kull ikla;
Servizz ta’ handyman: rati jvarjaw skont ix-xogħol u l-klijenti għandhom jipprovdu
l-materjal;
Inkontinenza: ħrieqi normali jew ekstra assorbenti minn €0.19 għal €0.279 skont
il-qis.
Utenti ta’ kura semiresidenzjali jħallsu miżata nominali li tvarja minn €2.33 għal €5.82
fix-xahar. Residenti tad-djar tal-anzjani jikkontribwixxu 60% tad-dħul totali tagħhom
(dan jinkludi l-pensjoni mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, bonusijiet, pensjonijiet
barranin, interessi mill-bank, kirjiet, eċċ). Ir-residenti f’San Vinċenz de Paul
jikkontribwixxu 80% tad-dħul nett tagħhom, bil-kondizzjoni li ma jibqagħlhomx inqas
minn €1,400 fis-sena għad-dispożizzjoni tagħhom.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 24
Kif jista’ jkollok aċċess għall-kura fit-tul?
L-aċċess għall-kura fit-tul huwa permezz tal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura
fil-Komunità li huwa responsabbli għall-provvediment tal-benefiċċji f’oġġetti jew
servizzi fir-rigward ta’ kura fit-tul.
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 25
Anness: Indirizzi u siti elettroniċi utli
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, Djalogu u l-Familja huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-
benefiċċji li jitħallsu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, filwaqt li l-Ministeru għas-
Saħħa, tal-Anzjani u tal-Kura fil-Komunità huwa responsabbli għall-provvista ta’
servizzi għall-kura tas-saħħa u l-mekkaniżmu meħtieġ għas-sorveljanzi u l-kontroll
permezz tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali li jikkonċernaw aktar minn pajjiż wieħed tal-UE,
għandek tfittex istituzzjoni tal-kuntatt fl-Ewropa fid-direttorju tal-Istituzzjonijiet
miżmum mill-Kummissjoni Ewropea u disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/social-
security-directory
Portal tal-E-Government Malti
http://www.mygov.mt
Ministry of Justice, Dialogue and the Family
Ministeru tal-Ġustizzja, Djalogu u l-Familja
Palazzo Ferreria
Republic Street
Valletta VLT 2000
Tel.: +356 2590 3100
Fax: +356 2590 3121
http://www.socialpolicy.gov.mt
Ministry for Health, the Elderly and Community Care
Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità
Palazzo Castellania
15, Merchants Street
Valletta
Tel.: +356 2122 4071-7
Fax: +356 2299 2655
https://ehealth.gov.mt
Department of Social Security
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
38, Ordinance Street
Valletta
Tel.: +356 2590 3000
Fax: +356 2590 3121
http://www.socialsecurity.gov.mt
Housing Authority
Awtorità għad-Djar
22, Triq Pietro Floriani
Floriana
Tel.: +356 22991000
Fax: +356 22991001
http://www.socialpolicy.gov.mt
Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f’Malta
Lulju 2012 26
Department for the Elderly & Community Services
Dipartiment għall-Anzjani u s-Servizzi fil-Komunità
Ċentru Ħidma Soċjali
469, St. Joseph High Road
Sta. Venera
Tel.: +356 22788300
Fax: +356 227883302590 3121
https://ehealth.gov.mt
National Commission for the Promotion of Equality
Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni u l-Ugwaljanza
No 4, Gattard House,
National Road,
Blata l-Bajda
Tel.: +356 2590 3850
Fax: +356 2590 3851
http://www.socialpolicy.gov.mt
National Commission Persons with Disability
Kummissjoni Persuni b'Diżabilità
469, St Joseph High Road
Sta. Venera
Tel.: +356 2148 7789
Fax: +356 2148 4609
http://www.knpd.org/
Department of Social Welfare Standards
Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali
469, St Joseph High Road
Sta. Venera
http://www.socialpolicy.gov.mt
National Commission for the Family
Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja
Ministry of Education, Employment and the Family
Palazzo Ferreria
Republic Street
Valletta
http://www.socialpolicy.gov.mt
Department of Health Information
Dipartiment tal-Informazzjoni dwar is-Saħħa
95, G'Mangia Hill
G'Mangia
https://ehealth.gov.mt