54
L-Epifanija tal-Mulej

Epifanija Qari Sena B

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Dan il-qari jintuza biss jekk il-hadd ta' l-epifanija jkun is-6 ta' jannar u allura mhuwhiex se jkun DAN il-qari li jinqara fil-knisja. Hemm qari iehor.

Citation preview

Page 1: Epifanija Qari Sena B

L-Epifanija tal-Mulej

Page 2: Epifanija Qari Sena B

L-Ewwel Qari: mill-Ktieb ta’ Bin Sirak

Page 3: Epifanija Qari Sena B

L-għerf ifaħħar lilu nnifsu, u jiftaħar f’nofs il-poplu tiegħu.

Jiftaħ fommu fil-ġemgħa tal-Għoli, u jiftaħar quddiem qawwietu.

Page 4: Epifanija Qari Sena B

«Jien ħriġt minn Fomm l-Għoli u għattejt l-art bħan-nida.

Tellajt fl-għoli l-għarix tiegħi, u t-tron tiegħi kien kolonna sħab.

Page 5: Epifanija Qari Sena B

Il-Ħallieq ta’ kollox tani ordni, u Dak li ħalaqni

għażel post għall-għarix tiegħi,

u qalli: “Tella’ l-għarix

tiegħek f’Ġakobb u iret sehmek

f’Iżrael.”

Page 6: Epifanija Qari Sena B

Qabel kull żmien, fil-bidu, ħalaqni, u sal-aħħar taż-żmien ma niġix nieqes.

The Gift of Wisdom:

Have you got it?

Page 7: Epifanija Qari Sena B

Għamiltha ta’ qaddej quddiemU fl-Għarix Imqaddes,

u hekk tqigħedt fis-sod f’Sijon.

Hekk ukoll qegħedni nistrieħ fil-belt maħbuba, u s-setgħa tiegħi

kienet fuq Ġerusalemm.

Page 8: Epifanija Qari Sena B

U xenxilt għeruqi f’poplu ta’ ġieħ,

f’sehem il-Mulej, fil-wirt tiegħu.»

Page 9: Epifanija Qari Sena B

Il-Kelma tal-Mulej

Inroddu ħajr lil Alla!

Page 10: Epifanija Qari Sena B

Salm Responsorjali

Page 11: Epifanija Qari Sena B

Il-Verb sar bniedem u għammar fostna!

Page 12: Epifanija Qari Sena B

Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; faħħar lil Alla tiegħek, Sijon!

Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, u jbierek ġewwa fik lil uliedek.

Page 13: Epifanija Qari Sena B

Il-Verb sar bniedem u għammar fostna!

Page 14: Epifanija Qari Sena B

Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.

Page 15: Epifanija Qari Sena B

Hu jibgħat fuq l-art il-Kmand Tiegħu;

bil-ħeffa tiġri l-Kelma Tiegħu.

Page 16: Epifanija Qari Sena B

Il-Verb sar bniedem u għammar fostna!

Page 17: Epifanija Qari Sena B

Hu jxandar kelmtU lil Ġakobb, il-liġijiet

u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.

Page 18: Epifanija Qari Sena B

Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; lil ħadd

ma għarraf id-digrieti Tiegħu.

We are the NEW Israel!

Page 19: Epifanija Qari Sena B

Il-Verb sar bniedem u għammar fostna!

Page 20: Epifanija Qari Sena B

It-Tieni Qari: mill-Ittra ta’ San Pawl lill-Efesin

Page 21: Epifanija Qari Sena B

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, li berikna b’kull

xorta ta’ barka spiritwali, fis-smewwiet fi Kristu.

Page 22: Epifanija Qari Sena B

Hekk hu għażilna fiH, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisa u bla

tebgħa quddiemu fl-imħabba.

We’ve

been

chosen!

Page 23: Epifanija Qari Sena B

Iddestinana minn qabel li nkunu għaliH ulied adottivi permezz ta’

Ġesù Kristu; hekk għoġob lir-rieda tajba

Tiegħu,

Page 24: Epifanija Qari Sena B

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja Tiegħu, li biha mliena fil-Maħbub tiegħu.

Page 25: Epifanija Qari Sena B

Għalhekk jien ukoll, li smajt bil-fidi tagħkom fil-Mulej Ġesù u bl-imħabba tagħkom lejn

il-qaddisin kollha, ma nixba’ qatt niżżi ħajr minħabba fikom meta

niftakar fikom fit-talb tiegħi.

Page 26: Epifanija Qari Sena B

Ħalli Alla ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-Missier tal-Glorja, jagħtikom

Spirtu ta’ Għerf li jirrivelahielkom biex tagħrfuha sewwa;

Page 27: Epifanija Qari Sena B

u jdawlilkom l-għajnejn ta’ qalbkom biex tagħrfu x’inhi

t-tama tas-sejħa tagħkom; x’inhu l-għana tal-glorja tal-wirt li takom taqsmu mal-qaddisin.

Page 28: Epifanija Qari Sena B

Il-Kelma tal-Mulej

Inroddu ħajr lil Alla!

Page 29: Epifanija Qari Sena B
Page 30: Epifanija Qari Sena B

Glorja Lilek, Kristu,

li xxandart fost il-pagani;

glorja Lilek, Kristu,

li emmnuk fid-dinja.

Page 31: Epifanija Qari Sena B
Page 32: Epifanija Qari Sena B

Qari

mill-bidu

ta’

l-Evanġelju

skond

San Ġwann

(Kap 1 versi 1-18)

Page 33: Epifanija Qari Sena B

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla,

u l-Verb kien Alla.

Page 34: Epifanija Qari Sena B

Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox biH sar,

u xejn ma sar mingħajrU;

Page 35: Epifanija Qari Sena B

kulma sar kellu l-ħajja fiH, u l-ħajja kienet

id-dawl tal-bnedmin.

Page 36: Epifanija Qari Sena B

Id-Dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux.

Page 37: Epifanija Qari Sena B

Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni.

Page 38: Epifanija Qari Sena B

Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-Dawl,

biex biħ kulħadd jemmen.

Page 39: Epifanija Qari Sena B

Ġwanni ma kienx id-Dawl, imma ġie

biex jixhed għad-Dawl,

Page 40: Epifanija Qari Sena B

Dak id-Dawl Veru, li jdawwal kull bniedem,

Huwa u ġej fid-dinja.

Page 41: Epifanija Qari Sena B

Kien fid-dinja, u d-dinja saret biH,

imma d-dinja ma għarfitux.

Page 42: Epifanija Qari Sena B

Ġie f’daru, u niesu ma laqgħuhx.

Page 43: Epifanija Qari Sena B

Imma lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru

wlied Alla,

Page 44: Epifanija Qari Sena B

dawk li jemmnu f’Ismu, li twieldu mhux mid-demm, anqas mill-ġibda tal-gisem,

u anqas mir-rieda tal-bnedmin, iżda minn Alla.

Page 45: Epifanija Qari Sena B

U l-Verb sar bniedem u għammar fostna,

Page 46: Epifanija Qari Sena B

u aħna rajna l-Glorja Tiegħu,

il-Glorja li għandu

mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni,

mimli bil-grazzja u l-verità.

Page 47: Epifanija Qari Sena B

Ġwanni ta

xhieda fuqU meta

għajjat u qal:

Page 48: Epifanija Qari Sena B

“Dan Hu li għaliH

għidtilkom: Jiġi warajja,

imma Hu aqwa minni,

għax kien minn qabli.”

Page 49: Epifanija Qari Sena B

Għax mill-milja Tiegħu aħna lkoll ħadna,

grazzja fuq grazzja.

Page 50: Epifanija Qari Sena B

Alla ta

l-Liġi permezz

ta’ Mosè

Page 51: Epifanija Qari Sena B

imma l-Grazzja u l-Verità seħħu permezz ta’

Ġesù Kristu.

Page 52: Epifanija Qari Sena B

Lil Alla għadu ħadd ma raH;

imma għarrafhulna

l-Iben il-waħdieni

ta’ Alla, li Hu fi ħdan

il-Missier.

Page 53: Epifanija Qari Sena B

Il-Kelma tal-Mulej

It-Tifħir Lilek

Kristu!

Page 54: Epifanija Qari Sena B

Ejjew Ħa Nadurawh!