Donazzjonijiet (inkluż dawk mill AVVIŻI OĦRA · 2021. 2. 3. · Is-Sibt filgħaxija: 5:00pm;...

Preview:

Citation preview

PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 • Dar Parrokkjali: 21560501 • www.nadurparish.com

Ħdud u Festi: 5:30am; 6:30am; 8:30am; 9:45am; 11:00am; 5:00pm; 7.00pm

Matul il-Ġimgħa: 5:30am; 6:15am; 7:00am; 7:45am; 9:00am; 5:00pm; 6:30pm

Is-Sibt filgħaxija: 5:00pm; 6:30pm

KNISJA TAL-QALB TA’ ĠESÙ: matul il-ġimgħa: 11.00am il-Ħadd: 7.15am

KAPPELLA TAS-SORIJIET: matul il-ġimgħa: 6.30am il-Ħadd: 6.15am

KAPPELLA SANTA TEREŻA TA’ KALKUTTA: il-Ħadd: 7.30am

SENA ĊENTINARJA - 17: Il-manwal tal-Leġjun ta’ Marija jitkellem fit-tul dwar is-sehem tas-Saċerdot. “Imdawwar b’ġemgħa mħeġġa biex taqsam miegħu x-xogħol tiegħu taqbel mal-eżempju ta’ Sidna Ġesù Kristu li pprepara u ġabar madwaru l-magħżulin tiegħu u...”

Ħin tal-Quddies

7 t

a’ F

rar,

20

21

DJOĊESI EKOLOĠIKA: Ftit ġimgħat ilu fl-Ingilterra, id-Djoċesi ta’ Salford impjegat full-time lil Emma Gradner biex tippromwovi l-ħidmiet tal-Knisja favur l-ambjent. Qabel dan ix-xogħol tal-Knisja, Gardner kienet il-kap tal-environmental sustainability fl-Università ta’ Manchester. Ħafna jsostnu li l-enċiklika Laudato Si tal-Papa Franġisku qajmet interess kbir fl-ambjent fost l-Insara.

PARROĊĊA SAN PIETRU U SAN PAWL DĦUL U ĦRUĠ JAN/DEĊ 2020

DĦUL ĦRUĠ

Ġbir fil-knisja (ferta) 30,181.83

Niċeċ 4,322.63

Donazzjonijiet (inkluż dawk mill-wirt) 225,849.03

Fund Raising 525.00

Church & Lay Dues 5,026.00

Donazzjonijiet għaċ-Ċentru 1,021.00

Dħul ieħor 17,178.25

Dħul minn reklami u direttorju 5,736.83

Bejgħ ta’ oqbra 62,500.00

Grupp tal-Benefatturi 6,305.00

Karità u diversi ġbir 23,148.28

Liturġija u Evanġelizzazzjoni 9,688.62

Dawl/ilma/telefon/TV 10,760.24

Manutenzjoni 50,466.97

Stamperiji (Bullettin, Luminaria eċċ.) karti, stationery, xiri ta’ kompjuters

20,396.08

Remunerazzjonijiet 31,887.00

Taxxi (proviżorja/oqbra) 4,180.00

Spejjeż festi SS Pietru Pawl/Milied/Kwaranturi 4,133.10

Ħruġ ieħor għal servizzi 11,219.10

Bini taċ-Ċentru 209,496.86

Karità 14,015.90

TOTAL 381,793.85 366,243.87

BILANĊ 15,549.98

AVVIŻI OĦRA: 10K: il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻG) se terġa’ tibda kors ieħor ta’ katekeżi għal żgħażagħ Għawdxin li għandhom bejn l-20 u l-35 sena. L-ewwel laqgħa se ssir nhar is-Sibt 20 ta’ Frar fit-8:00pm fil-Bażilika. Minn taħt in-noticeboards tal-knisja tistgħu tieħdu anke cards biex forsi tagħtuhom lil xi ħbieb.

GĦOTI TAD-DEMM TUL FRAR: fuq in-noticeboards tal-knisja tistgħu taraw il-powster bid-dati u l-ħinijiet tal-iskeda għal matul Frar. L-ewwel data hija dik ta’ nhar it-Tlieta 9 ta’ Frar mis-1:00pm sal-5:00pm fil-Berġa tax-Xewkija. Tħajru u ħajru oħrajn!

Recommended