eTwinning Maltese involving pupils

Preview:

Citation preview

Ninvolvu lill-Istudenti

Xi suġġerimenti u pariri dwar kif tinvolvi lill-istudenti fl-

ippjanar u l-implimmentazzjoni ta’ proġett

tal-eTwinning

It-twettiq ta’ proġett tal-eTwinning tista’ tkun esperjenza soddisfaċenti għall-għalliem u għall-istudenti. Stabbilejna xi suġġerimenti hawn taħt dwar kif tiżgura li l-istudenti jiksbu kemm jistgħu mill-involviment tagħhom fl-eTwinning

Ninvolvu lill-istudenti

Spjega l-idea ġenerali tal-proġett u involvu lill-istudenti fl-ippjanar tiegħu

Spjega li l-parteċipanti kollha (għalliema u studenti) se jkollhom rwol x’jilagħbu

Qabel il-Proġett

Ftehmu fuq għadd ta’ suġġetti interessanti biex tiddiskutu u tiżviluppaw Waqt il-Proġett

Qabel il-Proġett

Evalwa l-għarfien tal-istudenti minn pajjiżi oħra u ara x’jixtiequ jkunu jafu

Agħmel lill-istudenti jippjanaw kif se jippreżentaw l-iskola, ir-reġjun u l-pajjiż tagħkom

L-Ippjanar tal-Proġett

Ftehmu dwar l-għodod li se tużaw waqt il-Proġett

Introduċi t-TwinSpace lill-istudenti  

L-Ippjanar tal-Proġett

Oħloq Rokna għall-Istudenti fil-klassi, jew f’post ieħor fl-iskola, bħala spazju ddedikat għall-esibizzjoni tal-proġett.

Waqt il-Proġett

Ħallat studenti minn skejjel imsieħba, f’pari jew fi gruppi mħallta, biex tiżgura li kull student ikollu mill-inqas imsieħeb wieħed

Ara li l-istudenti ‘jiltaqgħu’ permezz ta’ ċett jew vidjokonferenza

Waqt il-Proġett

Itlob għal voluntiera biex jimmaniġġjaw ċerta aspetti tat-TwinSpace

Ħalli lill-istudenti jipproponu suġġetti għad-diskussjoni waqt il-proġett

Waqt il-Proġett

Oħloq kalendarju komuni ta’ attivitajiet għall-istudenti biex tirreferu għal (p.eż.,  festi nazzjonali, avvenimenti sportivi, eċċ.)

Waqt il-Proġett

Involvi lill-istudenti kollha fl-attivitajiet. Ipproponi attivitajiet differenti skont l-interessi u l-ħiliet tal-istudenti, biex tinkoraġġixxi l-involviment kontinwu fil-proġett

Integrata l-proġett fill-kurrikulu biex ix-xogħol isir waqt il-ħin tat-tagħlim u jkun kontribut naturali mill-istudenti (u mhux jitqies bħala xogħol “żejjed”)

Waqt il-Proġett

Enfasizza l-komunikazzjoni bejn l-istudenti aktar milli tiffoka fuq il-grammatika

Stabbilixxi kriterji ta’ valutazzjoni li l-istudenti mbagħad jimlew fi stadju aktar tard

Waqt il-Proġett

Iddiskuti l-aspetti pożittivi u negattivi tal-proġett mal-istudenti tiegħek. Iddiskuti l-aspettattivi bikrin tagħhom u kif dawn żviluppaw

Wara l-Proġett

Involvi lill-istudenti fit-tixrid tar-riżultati tal-proġett lill-komunità edukattiva u lil hinn

Wara l-Proġett

Applika għal Label ta’ Kwalità u, jekk tkun suċċess, iċċelebraha mal-istudenti

Wara l-Proġett

Tista’ tinvolvi wkoll kollegi, billi taqsam ir-riżultati tal-proġett tiegħek magħhom u titlobhom jinvolvu rwieħhom fil-proġett jew jgħinu fit-tixtrid tar-riżultati tal-proġett.

Involvi persuni oħra

Organizza “open days” mal-ġenituri tal-istudenti u agħmel li l-istudenti jippreżentaw il-proġett. Inti tista’ wkoll tinvolvi lill-ġenituri fil-proġett billi tistedinhom fit-TwinSpace, biex ikunu jistgħu jaraw is-suġġetti li qed jaħdmu fuqhom it-tfal tagħhom.

Involvi persuni oħra