ID-DIMINUTTIVkitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_3.pdf · leħħ il-Malti Folja...

Preview:

Citation preview

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq lehhilmalti@gmail.com

G ramma rammatika ramma rammatika biex il-Malti niktbuh ta’ nies!

Id-DIMINUTTIV juri xi ħaġa ċkejkna jew ħelwa.

Eż. xiħ - xwejjaħ, tifel - tfajjel, ġnien - ġnejna.

Id-Diminuttiv MASKIL isir billi tnaqqas xi ittri u żżid waħda minn – ejja, ajje,

ajja, ejju – f’nofs il-kelma. In-Nomi Diminuttivi Maskili m’għandhomx plural.

Id-Diminuttiv FEMMINIL isir billi tnaqqas xi ittri u żżid aj jew ej f’nofs il-kelma jew a f’tarf il-kelma. In-Nomi Diminuttivi Femminili joqogħdu wkoll għall-plural.

ID-DIMINUTTIV

sabiħ sbejjaħ tifel tfajjel dgħif dgħajjef

qasir qsajjar fqir fqajjar ħelu ħlejju

tifla tfajla ras rwejsa sieq swejqa

ħobża ħbejża triq trejqa id wejda

tieqa twejqa ħabel ħabla satal satla

Nota: Waqt li tfajjel huwa iżgħar minn

tifel, fil-Malti tfajla hija ikbar minn tifla.

Fil-kultura Semitika-Għarbija tfajla hija

d-diminuttiv ta’ (iżgħar minn) tifla.

rwejsa

swe

jqa

leħħilmalti@gmail.com lehhilmalti@gmail.com lehhilmalti@gmail.com lehhilmalti@gmail.com LEĦĦ IL -MALTI lehhilmalti@gmail.com

Recommended