Il valur taz-zmien

Preview:

Citation preview

Fil-hin tal-mewt Alessandru l-Kbir sejjah lill-generali

tieghu u qalilhom l-ahhar tlett xewqat

tieghu:

1 – Li t-tebut tieghu jingarr mit-tobba li daru bih biex ifejquh.

2 – Li t-tezori li gabar (gawhar, gojelli, deheb…….) kellhom ikunu mferrxa matul it-triq lejn il-qabar.

3 – Li idejh kellhom jithallew jitbandlu barra t-tebut biex jarhom kulhadd.

Alessandro wiegbu:

Wiehed mill-generali mistghageb ghal dawn ix-xewqat mhux tas-soltu staqsa lil Alessandro: « Ghaliex? X’inhu l-iskop?»

1 – Irrid li jkunu t-tobba li jgorru t-tebut tieghi biex nuri li ma ghandhom ebda fejqan kontra l-mewt.

2 – Irrid li fit-triq lejn il-qabar ikunu mxerrda t-tezori tieghi, biex infakkar li l-hwejjeg materjali mirbuha jibqghu hawn warajna.

3 – Irrid li idejja jiddendlu mit-tebut biex in-nies tifhem li gejna b’idejn vojta u b’idejna vojta mmorru lura.

IZ-ZMIEN hu rigal l-aktar prezzjuz li ghandna ghaliex hu limitat.

Nistghu nsiru aktar sinjuri, naqilghu aktar flus imma ma nistghux inzidu z-zmien li ghandna naghmlu fuq l-art.

Meta niddedikaw parti mill-hin taghna lil xi hadd inkunu qed naghtuh parti minn hajjitna li ma nistghux ngibu lura.

Iz-zmien taghna huwa l-hajja taghna.

L-isbah rigal li nistghu noffru huwa z-zmien taghna; ghalhekk meta tajt dan il-wirt tkun hsibt f’haddiehor…...u gemmajt tezori fis-sema

Grazzi hbieb tal-hin li tiddedikawli kull jum, meta tibghatlu xi mail, tiktbuli, taghmluli xi telefonata….

Irrid nurikom il-hajr tieghi permezz ta’ talba.