View
58
Download
0
Category
Preview:
DESCRIPTION
Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 2, 14-18. Ġ esù kellu jkun jixbah lil ħutu f’kollox , biex ikun ħ anin. Huti , billi l- ulied għandhom l- istess demm u ġisem , Ġesù wkoll bl-istess mod sar bħalhom , biex b’mewtu jeqred is- setgħa ta’ dak li kellu l- mewt f’idejh ,. - PowerPoint PPT Presentation
Citation preview
Qari mill-Ittra lil-Lhud.
Lhud 2, 14-18
Ġesù kellu jkun jixbah lil ħutu f’kollox, biex ikun ħanin
Huti, billi l-ulied għandhom l-istess demm u ġisem, Ġesù wkoll bl-istess mod sar bħalhom, biex b’mewtu jeqred is-setgħa ta’ dak li kellu l-mewt f’idejh,
jiġifieri x-Xitan, u jeħles ’il dawk kollha li, minħabba fil-biża’ tal-mewt, kienu mjassrin għal għomorhom kollu.Għax tabilħaqq, mhux lill-anġli jrid jgħin, imma lil
ulied Abraham. Għalhekk kellu jkun jixbah lil ħutu f’kollox, biex ikun il-qassis il-kbir, ħanin u fidil f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla, u biex ipatti għal-dnubiet
tal-poplu. Għax, billi hu stess bata u kien imġarrab, jaf jgħin lil dawk li huma fit-tiġrib.
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
R:/ Il-Mulej jiftakar Għal dejjem fil-patt
tiegħu
Faħħru l-Mulej u xandru ismu,
għarrfu lill-ġnus bl-għemejjel tiegħu!Għannulu u doqqulu, xandru l-għeġubijiet
tiegħu kollha!
R:/ Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu.
Ftaħru bl-isem qaddis tiegħu,
tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej!
Ħabirku biex tagħrfu l-Mulej u l-qawwa tiegħu, fittxu ’l wiċċu l-ħin kollu.
R:/ Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu.
Nisel Abraham il-qaddej tiegħu,
ulied Ġakobb, il-maħtur tiegħu,
Jaħweh hu Alla tagħna:Mal-art kollha l-ġudizzji
tiegħu!
R:/ Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu.
Jitfakar għal dejjem fil-patt tiegħu,
fil-kelma li ta għal elf nisel,
fil-patt li għamel ma’ Abraham,
fil-wegħda li ħalef lil Iżakk.
R:/ Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu.
Hallelujah, Hallelujah Halleluljah
In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, jgħid il-Mulej; u
jiena nagħrafhom u huma jimxu warajja.
Hallelujah, Hallelujah
QariMill-Evanġelju ta’
San MarkMk 1, 29-39
R:/ Glorja lilekMulej
Fejjaq ħafna morda minn kull xorta ta’ mard.
F’dak iż-żmien: Ġesù ħareġ mis-sinagoga, u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr
qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha, u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu
quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan. U quddiem il-bieb inġabret il-belt bi ħġarha. U fejjaq ħafna morda minn kull xorta ta’ mard,
u ħareġ għadd kbir ta’ xjaten li hu ma kienx iħallihom jitkellmu, għax huma kienu jafu min kien.L-għada filgħodu, kmieni qabel ma żernaq, qam, ħareġ u mar f’post imwarrab,
u qagħad hemm jitlob. Xmun u sħabu l-oħrajn marru jfittxuh. Kif sabuh, qalulu: “Kulħadd jistaqsi għalik.”U qalilhom: “Ejjew mmorru band’oħra,
fl-irħula tal-qrib, ħalli nippriedka hemmhekk ukoll, għax għalhekk
ħriġt.”U dar il-Galilija kollha,jippriedka fis-sinagogi tagħhom u joħroġ ix-xjaten.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
ĦSIEB
Recommended