View
0
Download
0
Category
Preview:
Citation preview
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto)
Rapport Annwali Amministrattiv
JANNAR - DIĊEMBRU 2017
Is-Seba’ Kunsill Lokali 2015 -2019
Werrej
L-Introduzzjoni tas-Sindku
2
Il-Kunsill
3
Il-Finanzi u l-Ħidma tal-Kunsill 6
Il-Ħidma tal-Kunsill
10
L-Iskeda tal-Varjazzjonijiet fid-Dħul u fin-nefqa
17
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
2
1.0 L-Introduzzjoni tas-Sindku
Dan ir-rapport amministrattiv ikopri l-ħidma għall-perjodu ta bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Diċembru 2017 u għaldaqstant jagħti rendikont tal-ħidma tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li saret mill-Kunsill Lokali flimkien mal-proġetti ppjanati għas-sena 2018.
Il-Kunsill tagħna għal sena oħra reġa’ kellu programm sħiħ ta’ xogħlijiet fil-qasam ta’ manutenzjoni, xogħlijiet infrastrutturali, restawr u tisbiħ tal-lokalita’.
Ħidma fis- sena 2017
Fis-sena 2017 l-ikbar proġetti infrastrutturali kienu il-proġett ta’ bankini fi Triq Spiteri Fremond u l-madwar, l-asfaltar ta’ Triq San Pawl u Triq H’Attard u t-tkomplija tal-pavimentar ta’ Triq San Pietru.
Ma’ dan saru għadd ta’ bankini ġodda fosthom fi Triq Dun Marju, Triq il-Barrakki, Triq il-Helsien, Triq ix-Xitwa.
Bhala deterrent u bhala protezzjoni ghall-ambjent nedejna CCTV fi Triq San Ġuzepp u fi Ġnien l-Armier fejn kellna success permezz ta’ dawn il-cameras u se nkunu qed nkomplu s-sorveljanza biex forsi xi darba jirnexxielna neliminaw ghal kollox dawn l-abbuzi.
Għal dan il-Kunsill ir-riċiklaġġ huwa importanti u huwa proprju għalhekk li baqgħu jitqassmu boroz ħodor b'xejn lir-residenti Qriema. L-Ambjent kien l-aktar qasam li tajna importanza fejn saret superviżjoni stretta fuq il-kuntratturi biex jagħtu servizz tajjeb f’dak li huwa tindif.
Fis-sena 2017 implimentajna il-proġett li bih irbaħna l-premju Mobility Action Award bil-proposta li naghmlu Parking Availability Sensors u inghatajna Eur50,000 minn Transport Malta biex stajna nimplimentaw dan il-progett.
Minn aspett soċjali, il-Kunsill baqa’ jgħin lill-Għaqdiet Qriema kemm kulturali u sportivi. Il-Kunsill baqa’ wkoll ta’ spalla għal attivitajiet sinonimi mal-Qriema bħal Casal Fornaro u l-Wine Festival.
Lil hinn minn dawn il-proġetti, bħala Kunsill indirizzajna mijiet ta’ ilmenti u fuq kollox tajna servizz liċ-ċittadini. Mill-aspett amministrattiv konna l-ewwel Kunsill Lokali li nedajna Performance Indicators bl-iskop li ntejbu s-servizz tagħna lil-komunita’. Barraminnhekk, matul din is-sena ingħatajna l-premju prestiġġjuż ta’ European Label of Governance Excellence mill-Kummissjoni tal-Ewropa. Dan huwa titlu li ingħata lil żewġ Kunsilli Lokali Maltin u aħna kburin li konna wieħed minnhom.
Nittama li f’dan il-ftit ħin irnexxieli nagħti rendikont tal-ħidma ta dan il-Kunsill. Qabel nagħlaq ma nistax ma nirringrazzjax lis-Segretarju Ezekuttiv tal-impenn kostanti u l-professjonalita’ tiegħu kif ukoll lill-istaff dinamiku tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi. Ringrazzjament imur ukoll għall-sħabi l-Kunsilliera tal-appoġġ u l-impenn tagħhom. Nappella biex bl-istess għaqda nkomplu naħdmu fl-interess taċ-ċittadini Qriema.
IFFIRMAT
Jesmond Aquilina
Sindku
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
3
2.0 Il-Kunsill
2.1 IL-KUNSILL
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, Citta’ Pinto, belt b’popolazzjoni ta’ madwar 16,800
skont il-popolazzjoni stmata għal kull lokalita', huwa magħmul minn Ħdax-il
Kunsillier, b’Sindku u Viċi-Sindku, eletti direttament mill-poplu Qormi.
L-Amministrazzjoni tal-Kunsill, bir-responsabilitajiet kollha skont l-Att XV ta’ l-
1993 dwar il-Kunsilli Lokali, hi mmexxija mis-Segretarju Eżekuttiv, bl-assistenza
ta’ ħames impjegati skrivani fix-xogħol tal-Uffiċċju.
Biex jgħinu fil-ħidma tiegħu, il-Kunsill jaħtar Kumitati/Sotto Kumitati, fejn il-
funzjoni ta’ dawn il-Kumitati/Sotto Kumitati, imwaqqfa fi ħdan il-Kunsill, hija
proprju li jipproponu, jiddiskutu u jassistu lill-Kunsill fit-tħejjija tal-pjanijiet tiegħu
sabiex ikunu mwettqa dawk ir-responsabbilitajiet fdati lill-Kunsill, bħala Gvern
Lokali.
Il-kumitati u s-sotto-kumitati mwaqqfa fis-seba’ Kunsill, huwa wieħed u għandu
dawn il-Kunsilliera bil-karigi u l-funzjonijiet tagħhom:
Il-karigi u funzjonijiet validi sa’ Ġunju 2017, peres li sussegwentament kien
hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Kunsill, kienu dawn: KUMITAT FINANZI Chairperson Rosianne Cutajar Membri Ralph Puli, Marvin Zammit, Segretarju Eżekuttiv, Accountant tal-Kunsill.
Lista ta’ Responsabbiltajiet ta’ kull Kunsillier fis-Seba’ Kunsill
Infrastruttura u Proġetti Xogħlijiet ta' toroq Sindku
Manutenzjoni ġenerali
Bini ta' ġonna ġodda
Xogħlijiet ta' bankini
Proġetti ta' tisbiħ
Manutenzjoni ta' sinjali u marki tat-traffiku
Relazzjonijiet Internazzjonali
Ġemellaġġ Sindku
Kuntatti internazzjonali
Relazzjonijiet Pubbliċi Il-pubblikazzjonijiet tal-Kunsill Sindku
Stqarrijiet għall-istampa
Organizzazzjoni ta' konferenzi stampa
Avviżi u reklami dwar attivitajiet
Reklamar fit-toroq
Premju INT Chairperson tal-Bord tal-Ghazla Jesmond Aquilina
Organizazzjoni tal-Premju
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
4
Ambjent Inizjattivi ambjentali għal ambjent sostenibbli Jesmond Aquilina
Edukazzjoni ambjentali
Problemi ta' tniġġis
Ħidma ma' għadiet Ambjentali
Indafa Pubblika Kuntratt tal-knis tat-toroq kemm urbani kif ukoll rurali
Jesmond Aquilina
Ġbir ta' skart domestiku
Gbir ta' skart goff
Kuxjenza favur iż-żamma tal-indafa
Faċilitajiet għar-rimi tal-iskart (Litter bins)
Kampanji kontra l-ħmieġ tal-annimali fit-toroq
Attivitajiet edukattivi dwar l-indafa
Żamma tal-latrini pubbliċi
Kultura Kuntatt mill-qrib mal-għaqdiet Jesmond Aquilina
u Relazzjoni mal-Għaqdiet Kordinazzjoni mal-għaqdiet fil-festi u l-attivitajiet
Pubbliċita' ta' attivitajiet u inizjattivi mill-għaqdiet
Attivitajiet kulturali
Żoni Rurali, Widien u Periferiji
Faċilitajiet fil-Kampanja Bjorn Azzopardi
Titjib fid-dehra taż-żoni rurali u periferiji
Sotto-Kumitati tal-periferiji
Edukazzjoni Kuntatt mal-iskejjel tal-lokal Bjorn Azzopardi
Organizzazzjoni ta' korsijiet inkluż Life Long Learning
Librerija Attrezzar tal-librerija bil-kotba u faċilitajiet elettroniċi
Bjorn Azzopardi
Kampanji u attivitajiet favur il-qari
Rappreżentant fil-Kumitat Reġjonali
Jirrapreżenta lill-Kunsill fil-Kumitat Reġjonali Nofsinhar
Renald Falzon
Isegwi d-deċiżjoni tal-Kumitat Reġjonali u jinforma l-Kunsill
Liason ma' Kunsilli Lokali oħrajn fir-Reġjun
Infurzar u Buon Ordni Lokali
Infurzar Lokali Renald Falzon
Kuntatt mal-Pulizija
Informazzjoni lill-pubbliku relatata mal-infurzar
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
5
Traffiku u Trasport Immaniġġjar aħjar tat-traffiku Renald Falzon
Kampanji edukattivi dwar regolamenti tat-traffiku
Titjib tat-trasport pubbliku
Faċilitajiet aħjar ta' parkeggi
Ġonna Manutenzjoni u kura tal-ġonna u soft areas Josef Aquilina
Titjib fil-ġonna eżistenti
Kampanja 34U
Kuntratt tal-ġonna
Manutenzjoni u kura ta' planters u pots
Tisbieħ tat-toroq permezz ta' pjanti u fjuri
Ħarsien tas-siġar
Anzjani Aċċessibilita' għal kulħadd kullimkien Josef Aquilina
u Persuni bi bżonnijiet speċjali
Relazzjonijiet ma' Dar il-Kaptan
Faċilitajiet għall-anzjani
Day Care Centre
Attivitajiet soċjali għall-anzjani
Informazzjoni għall-persuni b'diżabilita'
Taħriġ speċifikament għall-persuni b'diżabilita' (li ma jkunux l-istess korsijiet offruti taħt l-edukazzjoni)
Taħriġ u informazzjoni lill-familjari ta' persuni b'diżabilita'
Wirt Storiku Storja tal-lokal Josef Aquilina
Kura tas-siti storiċi
Informazzjoni dwar il-wirt lokali
Sovratendenza tal-Wirt Kulturali
Heritage walks/trails
Saħħa Taħriġ dwar is-saħħa Josef Aquilina
Health Walking Club
Sanita'
Faċilitajiet mediċi għjar għar-residenti
Informazzjoni dwar servizzi tas-saħħa li jeżistu
Fondi mill-Unjoni Ewropea
Minħabba li għal kull settur b'xi mod jista' jkun hemm possibilitajiet ta' fondi, din ir-responsabbilta' tikkonsisti fil-facilitar u l-ġbir ta' informazzjoni dwar possibiltajiet ta' proġetti
Marvin Zammit
Rappreżentant fil-GAL Xlokk
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
6
Sigurta' Informazzjoni dwar periklu li jeżistu fid-djar Marvin Zammit
Informazzjoni dwar servizzi disponibbli li jipproteġu liċ-ċittadin
Kordinazzjoni ta' protezzjoni ċivili fil-lokalita' possibilment bil-ħolqien ta' sezzjoni ta' protezzjoni ċivili
Informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta' postijiet pubbliċi mill-att ta' saħħa u siġurta'
Assikurazzjoni ta' sigurta' fil-postijiet kollha pubbliċi
Ippjanar Lokali Skrutinju tal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp fil-lokalita'
Marvin Zammit
Laqgħat u attendenza l-MEPA f'każijiet ta' żvilupp kontroversjali
Ippjanar lokali (master plan eċċ)
Konsumatur / Kummerċ Informazzjoni għall-konsumatur Marvin Zammit
Inizjattivi u servizzi għall-konsumatur
Inizjattivi favur il-kummerċ lokali
Kuntatt man-negozjanti
Informazzjoni dwar servizzi disponibbli għan-negozji
Sports Attivitajiet sportive Antoine Saliba Haig
Kampanji edukattivi favur l-eżerċizzju fiżiku
Faċilitajiet sportive
Żgħażagħ Għall-fini ta' proġetti tal-UE huma meqjusa żgħażagħ dawk ta' bejn it-13 u t-30 sena
Antoine Saliba Haig
Attivitajiet għaż-żgħażagħ
Kunsill Lokali taż-żgħażagħ
Inizjattivi ma' u għaż-żgħażagħ
Taħriġ speċifikament għaż-żgħażagħ
Familja U Solidarjeta Soċjali
Inizjattivi favur in-nisa Ralph Puli
Proġett LEAP
Inizjattivi favur it-tfal
Taħriġ lin-nisa biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol
Assistenza Soċjali
Tismija ta' Toroq Bdil tal-plakek tal-ismijiet tat-toroq Ralph Puli
Door numbering f'toroq li għadhom mhux numerate
Tismija ta' toroq ġodda
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
7
Animal welfare Kuxjenza favur l-annimali Jerome Caruana Cilia
Attivitajiet li jiffukaw fuq l-annimali
Faċilitajiet għall-annimali
Ġbir ta' informazzjoni Ġbir ta' informazzjoni eżistenti mingħand l-NSO Jerome Caruana Cilia
Diskussjonijiet ma' uffiċjali ta' NSO dwar informazzjoni addizzjonali meħtieġa / pjan u preparazzjoni tal-istħarriġ
Tmexxija tal-istħarriġ u l-analiżi tal-informazzjoni
Teknoloġija u l-Informatika
Faċilitajiet elettroniċi għar-residenti f'postijiet pubbliċi
Robert Cremona
Inizjattivi favur l-użu tat-teknoloġija
Kampanji biex tnaqqas id-digital divide
Iffaċilitar biex is-servizzi tal-Kunsill ikunu online
Kampanji biex ir-residenti jużaw is-servizzi online
Il-website ġenerali tal-Kunsill
Turiżmu Inizjattivi biex jiżdied it-turiżmu lokali Robert Cremona
Faċilitajiet u informazzjoin għat-turisit
Kampanja Edukattiva dwar Separazzjoni tal-Iskart
Kuxjenza dwar il-problemi kkaġunati min-nuqqas ta' separazzjoni tal-iskart
Martina Brancaleone
Attivitajiet edukattivi dwar il-bżonn tas-separazzjoni tal-iskart
Kampanji ta' edukazzjoni dwar żamma tal-ħinijiet u ġranet tal-ħruġ tal-iskart
Faċilitajiet għar-rimi ta' skart (skips, Bring in Sites eċċ)
Sigurta' fil-Playing Fields Osservanza li tgħammir fil-playing fields huwa skond l-istandards tal-health and safety
Martina Brancaleone
Taħriġ dwar l-istandards
Il-karigi u funzjonijiet t’hawn fuq kienu validi sa’ Ġunju 2017, peress li
sussegwentament kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Kunsill, bl-assenjazzjoni
ta’ karigi u funzjonijiet kif indikat hawn taht:
Sindku Jesmond Aquilina
Chairman Kumitat Finanzi
Chairman Kumitat Proġetti
Kultura u Wirt Storiku
Għaqdiet Lokali
Attivitajiet tal-Kunsill
Editur Dielja
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
8
Viċi Sindku Bjorn Azzopardi
Viċi Chairman Kumitat Finanzi
Viċi Chairman Kumitat Proġetti
Ambjent Indafa u Widien (Ġonna Publici, Latrini, Ġbir ta’ skart,
Bulky Refuse, Tindif Non urban, Spazji miftuha, Knis, Riċiklagg,
Enerġija Alternattiva, Tnaqqis ta’ tniġġiż u proġetti ambjentali
Renald Falzon
Traffic Management u Ordni Pubblika
Lesa
Rappreżentant tal-Kunsill fil-Reġjun
Tabelli u sinjali tat-traffiku
Trasport Pubbliku
Street Furniture
Bus Shelter
Permessi tal-Gabbani fil-festi
Permessi Xogħlijiet fit-toroq u relazzjonijiet mal-pulizija
Parking Sensors Project,
Ismijiet tat-Toroq
Josef Aquilina
Anzjani
Persuni b’dizabilita
Animal Welfare
Marvin Zammit
Membru Kumitat Finanzi
Membru Kumitat Proġetti
Street Lighting u proġetti relatati ma’ Energy saving
Gal Xlokk Rappreżentant
Antoine Saliba Haig
Zghazagh
Sports - Attivitajiet Sportivi
Customer Care
Youth Empowerment
Ambaxxatur taz-Zghazagh
Effiċjenza Customer Care
Daniel Bugeja
Edukazzjoni
Korsijiet
Libreriji pubbliċi
Kampanji edukattivi
Ralph Puli
Membru Kumitat Finanzi
Membru Kumitat Proġetti
Relazzjonijiet u inizjattivi ma’ intrapriżi lokali
Saħħa u Sigurta fil-postijiet tax-xogħol
Martina Brancaleone
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
9
Saħħa
Ħarsien Socjali (Familji fil-bzonn u problemi socjali)
Jerome Caruana Cilia
Proġetti u Finanzi mill-EU
Robert Cremona
PR u kommunikazzjoni,
Website u media socjali
Viċi Editur Dielja
2.2 PARTEĊIPAZZJONI FIL-LAQGĦAT TAL-KUNSILL
Bejn l-1 ta’ Jannar 2017 l-31 ta’ Diċembru 2017 fis-seba’ legislatura inżammu
tlettax (13) –il laqgħat tal-Kunsill, u l-attendenza kienet hekk:
KUNSILLIERA LAQGĦAT PREŻENTI SKUŻAT/A ASSENTI %
1 Ralph Puli 13 13 NIL NIL 100
2 Rosianne Cutajar 7 7 100
3 Jesmond Aquilina 13 13 NIL NIL 100
4 Jerome Caruana Cilia 13 12 1 NIL 92
5 Bjorn Azzopardi 13 13 NIL NIL 100
6 Renald Falzon 13 12 1 NIL 92
7 Josef Aquilina 13 12 1 NIL 92
8 Robert Reno Cremona 13 5 8 NIL 38
9 Martina Brancaleone 13 12 1 NIL 92
10 Antione Saliba Haig 13 12 1 NIL 92
11 Marvin Zammit 13 13 NIL NIL 100
12 Daniel Bugeja 6 5 1 NIL 83
Nirringrazzja lill-Kunsilliera kollha għall-ħidma tagħhom fil-Kunsill matul
din is-sena 2017.
2.3 L-AMMINISTRAZZJONI TAL-KUNSILL:
Matul din is-sena wkoll l-Amministrazzjoni tal-Kunsill taħt it-tmexxija tas-
Segretarju Eżekuttiv kienet komposta bħas-snin ta’ qabel hekk:
Kenneth Brincat Kap Eżekuttiv, Amministrattiv u Finanzjarju Marilyn Gatt Baldacchino: Sezzjoni Finanzi u Akkwist ta’ Servizzi Noel Pace/ Christopher Grech: Sezzjoni tar-Relazzjonijiet Pubblici Ritienne Sammut: Sezzjoni Amministrazzjoni Maria Lewis: Sezzjoni tar-Relazzjonijiet mar-residenti Bernice Darmanin: Sebastiana Tanti:
Sezzjoni tar-Relazzjonijiet mar-residenti
Cleaner
Matul din is-sena l-Ħaddiema ssekondati mal-Kunsill kienu:
Is-Sur Peter Paul Abela Industrial Project Services Ltd – ex Tarzna/Shipbuilding
Is-Sur Frankie Agius Industrial Project Services Ltd – ex Tarzna/Shipbuilding
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
10
Il-Konsulenti tal-Kunsill:
Servizz Legali lill-Kunsill L-Avukat Stefan Zrinzo Azzopardi LLD
Servizz ta’ Perit Il-Perit William Lewis A&CE
Matul din is-sena, permezz tal-iskema mħaddma mill-Community Worker
Scheme, komplew jitħaddmu erbgha ħaddiema li ġew imqabbda jagħmlu xogħol
ta’ maintenance ta’ diversi ġonna u postijiet. Dan apparti żewġ ħaddiema minn
din l-iskema li jinsabu assenjati fuq xogħol amministrattiv.
Huwa permezz ta’ dan it-team ta’ ħaddiema kollu li flimkien inbena s-suċċess fil-
ħidma kontinwa tagħna u fit-tmexxija ta’ l-amministrazzjoni tal-Kunsill. Għalhekk
irrid nawgura li din il-ħidma kollha tkompli dejjem tikber aktar fis-snin li ġejjin,
sew minħabba li issa drajna naħdmu minn bini u uffiċċini ġodda, li żgur kattru l-
ħidma tal-amministrazzjoni kollha mill-kumdita’ tal-bini u bini addattat. Inħossni
kburi li għandi dan it-team sabiex naħdem u nattwa dak li l-Kunsill japprova
għall-ġid tal-lokalita' kollha.
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
11
3.0 Il-Finanzi u l-Ħidma tal-Kunsill
3.1 IL-FINANZI TAL-KUNSILL
L-Allokazzjoni annwali għas-sena 2017 kienet ta’: €1,084,715
Dħul ieħor mill-Gvern €198,652
Dħul minn Bye-laws ta’ €2,853
Bye-Laws - Advertising on Street Furniture € 2,853
Bye-Laws - Użu ta’ Faċilitajiet € 0
Dħul minn Kontravvenzjonijiet ta’ €26,841
Dħul mill-LES Joint Committee -
Id-Dħul minn kontravvenzjonijiet/ Aministration fees € 26,841
Interessi € 0
Id-Dħul minn attivitajiet oħra li jidher taħt Dħul Ġenerali ta' €104,648
Servizzi Komunitarji € 6,184
Sponsorships € 0
Dħul Ġenerali € 0
Dokument/ u Information Charges € 23
Dħul mill-Media € 3
Donazzjonijiet € 0
Refużjoni €48,240
Dħul minn Permessi € 50,198
Id-Dħul totali għas-sena 2017 kien ta’ € 1,417,709
L-INFIQ
Is-Salarji b’total ta’ €198,585 kienu mqassma hekk:
Onorarja tas-Sindku € 14,468
Onorarja tal-Kunsilliera € 13,734
Salarju Segretarju Eżekuttiv € 34,131
Salarji ta' l-impjegati € 122,020
Kontribuzzjonijiet Social Security € 14,242
Tiswijiet u manutenzjoni b’total ta’ €95,394
Toroq u Bankini € 53,594
Sinjali u Tabelli tat-traffiku €21,978
Marki tat-traffiku € 6,931
Office Furniture & Equipment € 1,979
Other Repairs & Upkeep € 10,912
L-Ispejjeż għas-Servizzi b' Kuntratt laħħqu total ta’ €593,646
Ġbir ta’ Skart € 340,068
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
12
Ġbir ta’ Bulky Refuse € 12,992
Kiri ta' Skips € 930
Knis u tindif ta’ Toroq € 82,228
Clean. & Maint Non-Urban € 7,513
Cleaning Public Conveniences € 17,959
Cleaning Council Premises -
Other Contractual Service € 20,208
Clean. & Main. Parks & Gardens € 69,004
Street Lighting € 38,632
Studies & Consultations € 2,885
Local Enforcement Expenses € 1,227
Dan huwa total ta’ Operations and Maintenance ta’ € 593,646
Amministrazzjoni u spejjeż oħra €424,714
Dawl, ilma, telefon,etc. € 13,761
Xiri ta' Materjal (Materials & Supplies) € 7,946
Kera € 292
Sħubija f'Assoċjazzjonijiet Internazzjonali € 849
Spejjeż għat-tmexxija ta' l-Uffiċċju € 5,636
Spejjeż ta’ Trasport għall-attivitajiet u xogħol € 4,626
Vjaġġar € 4,263
Spejjeż għall-Informazzjoni għall-Pubbliku € 10,927
Insurance Cover € 4,036
Bank Charges € 161
Is-Servizzi Professjonali € 31,753
Training € 11,123
Other Hospitality Costs € 2,541
Social Events € 17,112
Cultural Events € 17,618
Community Services € 28,876
Spejjeż Oħra Inċidentali € 1,797
Provision for doubtful debts (-€ 4,622)
Depreciation € 266,019
Interessi fuq self mill-Bank kienu €4,534
Interessi fuq self mill-Bank € 4,534
Total € 1,316,883
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
13
3.0 Il-Finanzi u l-Ħidma tal-Kunsill (ikompli)
3.2 IL-ĦIDMA TAL-KUNSILL
Matul din is-sena il-Kunsill reġa organizza korsijiet u attivitajiet edukattivi li għalihom attendew aktar minn 550 ruħ. Għal din is-sena skolastika ħsibna li nerġgħu ninkludu korsijiet bħall-litteriżmu fil-Malti u l-ingliż, tal-Induratura, anti-bullying, korsijiet li matul is-sena skolastika li għaddiet kienu suċċess. Qed jerġgħu jiġu offruti attivitajiet sportivi li ilhom popolari tul dawn l-aħħar snin bħaż-Żumba, l-Aerobics, Line Dancing, Yoga u l-Pilates, liema attivitajiet isiru ġewwa l-iskejjel f’Ħal Qormi. Għal din is-sena skolastika wkoll komplejna nsaħħu u noffru firxa usa ta’ korsijiet tal-kompjuter fejn reġgħu ġew offruti korsijiet għat-Tfal u l-adulti bħall-IlearnIT u l-IKIDS. Ksibna fondi taħt l-Iskema tal-Literacy Project, fejn permezz ta’ dan il-proġett tajna lezzjonijiet tal-privat b’xejn f’diversi suġġetti lil studenti li kienu se jagħtu l-‘O’ Level f’Mejju/Ġunju. Attivitajiet Sportivi
Aerobics, Zumba, Yoga u Pilates Għall-sena oħra l-Kunsill Lokali Ħal Qormi organizza klassi ta’ l-Aerobics, Yoga, Zumba u klassi oħra Pilates, b’10 lezzjonijiet f’kull klassi. L-ewwel grupp beda f’Jannar, it-tieni grupp f’April u l-aħħar grupp f’Ottubru. Dawn il-lezzjonijiet isiru kull nhar ta’ Tnejn u Erbgħa mis-6.30pm – 7.30pm. Qormi Road Race Għal 21 sena konsekuttiva ġiet organizza l-Qormi Road Race, fejn din is-sena ipparteċipaw madwar mitt atleta. Uħud minn dawn l-atleti huma barranin li jiġu apposta għal din it-tiġrija. Fit-tiġrija ta’ l-10KM jingħataw diversi premijiet u tibda minn Triq il-Vitorja, quddiem il-bini tal-Kunsill u ddur mal-periferija ta’ Ħal Qormi u tispiċċa fi Triq il-Wied quddiem il-Boċċi Klabb ta’ San Ġorġ. Barra minhekk ġiet organizzata 2Km Fun Run għat-tfal, li hija tellieqa li ddur madwar il-wied ta’ San Ġorġ. Aerobics għal persuni li jbatu bl-obeżita’ Għas-sitt sena komplejna l-program mal-Health Promotional Unit - Aerobics sessions għal persuni bil-problema ta’ l-obezita. Fil-qasam tas-saħħa, ġew organizzati wkoll taħdidiet tas-saħħa u sessjonijiet ta’ għoti tad-demm. Il-Kunsill ipparteċipa bi sħiħ fil-kampanja għall-għarfien fuq il-Kanċer tas-Sider.
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
14
Il-ħarsien soċjali kien u għadu qed jingħata mportanza billi l-kunsill qed jaħdem mal-operaturi tal-proġett Leap u kif ukoll f'oqsma differenti relatati mal-anzjani billi s-servizz ta' social worker huwa mogħti kemm fl-uffiċċju tal-kunsill u kif ukoll mill-uffiċċju parrokjali sabiex b'hekk jintlaħqu ż-żewġ naħat ta' beltna. Fil-qasam tal-persuni b'dizabbilita' l-ħidma kienet waħda kontinwa fejn għamilna rampi ma’ postijiet pubblici sabiex ikun hemm aċċess aħjar. Apparti minn dan komplejna bis-servizz permezz tal-kuntratt ma' Dar il-Kaptan fejn il-Qriema kollha li jużaw is-servizzi tar-residenza jkollhom sostenn mill-kunsill. Wara li ġie mwaqqaf kummissjoni dwar it-trasport u t-traffiku maghmula minn diversi persuni li joqghodu f’inhawi differenti, biex nilhqu kull rokna ta’ Hal Qormi u jkollna stampa ahjar tal-problemi li jikkocernaw kull zona. Il-Kunsill ressaq diversi proposti lil Transport Malta dwar immaniġġjar ta’ traffiku, fosthom one-way fi Triq , Pedestrian Crossings fi Triq il-Belt Valletta u fi Triq San Sebastjan, Pelican Lights fi Triq l-Imdina u fi Triq Guze Duca. Il-Kunsill Lokali Ħal Qormi implimenta il-proġett li bih rebaħ il-kompetizzjoni għal pjan sostenibbli għal mobilita urbana tant li ingħata Eur50,000 biex jagħmel proġett ta’ Parking Availability Sensors. Kultura Matul is-sena 2017 ġew organizzati numru ta’ attivitajiet kulturali, ħafna minnhom flimkien mal-għaqdiet lokali, bhalma huma Lejl f’Casal Fornaro, Wine Festival, Festival tal-Ħobż u Jum Ħal Qormi. Ġieħ Ħal Qormi fis-sena 2017 ingħata lill-Imħallef Silvio Meli. Separazzjoni tal-Iskart Il-Kunsill Lokali żied skips biex jinġabru ħwejjeġ sabiex jgħin fl-istrateġija nazzjonali tal-Immaniġġjar tal-Iskart. Fis-sena 2017 il-Kunsill Lokali kompla jagħmel il-ġabra tal-ħġieġ kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wirt Storiku Il-Kunsill Lokali għamel ir-restawr ir-restawr fuq il-Madonna f’Tal-Blat kif ukoll ipprepara biex matul is-sena li ġejja jkun jista’ jsir ir-restawr tat-Tribuna ta’ Pinto kif ukoll is-salib tad-dejma f’tal-Ħandaq.
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
15
3.3 ORGANIZAZZJONI
L-Organizzazzjoni tal-Kunsill hija msejsa fuq din l-istruttura:
Is-Sindku, l-Viċi Sindku u l-Kunsillieri, bis-Sotto Kumitati. Jeħtieġ li din il-ħidma
tikber aktar u joħroġ aktar l-involviment f'dan il-qasam, bil-parteċipazzjoni tal-
istess kunsilliera.
L-Uffiċċju tas-Segretarju Eżekuttiv li tiġbor fiha s-Sezzjoni tar-Relazzjonijiet mal-
Klijenti, s-Sezzjoni Finanzi u l-Akkwist ta' Servizzi, u s-Sezzjoni Amministrazzjoni
u Riżorsi Umani. Għalkemm din l-istruttura tippermetti li l-Kunsill ikun jista'
jattwa bi prattiċita’ l-ħidma tiegħu, irid ikun rikonoxxut li din ssib l-aħjar sistemi
bejn l-istruttura organizzativa fis-settur privat u dik fis-settur pubbliku.
Ir-rwoli ta’ kull min hu nvolut fil-Kunsill, mis-Sindku u l-Kunsilliera ‘l isfel, għandu
dejjem ikun definit u miftiehem, fejn is-Sindku u l-Kunsillieri bħala policy makers
imexxu u jiddeċiedu l-pjani ta’ ħidma tagħhom għal-lokalita’, u minn hemm l-
Amministrattur, is-Segretarju Eżekuttiv, permezz tal-Uffiċċju tiegħu, jeżegwixxi
dawk il-policies u d-deċiżjonijiet kollha maqbula mill-Kunsill, bl-aħjar mod
possibbli, dejjem skont kif jippewrmettu l-istess finanzi u fl-aqsar żmien mingħajr
indħil tal-Kunsilliera.
L-objettivi tal-Kunsill huma mibnija fuq żewġ sisien prinċipali – l-aħjar valur għall-
flus f’dak kollu li jitwettaq mill-Kunsill u sabiex b’ekonomija, b’effiċjenza u
b’effettivita’ l-Kunsill ikollu l-aħjar paragun ta’ spiża possibbli.
L-istruttura mħaddna fuq dawn il-kunċetti għandha wkoll tiggarantixxi feedback
kontinwu f’kull settur inkluż il-klijent, li fil-każ ta’ gvern lokali mhu ħadd għajr iċ-
ċittadin tal-lokalita’.
3.4 SERVIZZ TAR-RELAZZJONIJIET MAR-RESIDENTI / KLIJENTI
L-UFFIĊĊJU AMMINISTRATTIV
L-Uffiċċju Amministrattiv hu mmexxi mis-Segretarju Eżekuttiv, skont l-Att 363
tal-Kunsilli Lokali u r-Regolamenti dwar il-Kunsilli Lokali, permezz tal-Avviżi Legali
u l-proċeduri li minn żmien għal żmien jinħarġu, li jara li d-deċiżjonijiet meħuda
mill-Kunsill ikunu attwati.
Din is-sena wkoll reġa’ kien hemm żieda qawwija fil-workload tal-uffiċċju tas-
Segretarju Eżekuttiv u tal-impjegati tal-Kunsill. Il-Ħames impjegati preżenti tal-
Kunsill huma ferm flessibbli fix-xogħol tagħhom u dan huwa parti mis-sigriet tas-
suċċess li bih qed jiffunzjona l-Uffiċċju tal-Kunsill. Il-ħidma ta’ dan it-team ta’
ħaddiema, f’kull livell ta’ servizz li jagħtu, huwa ferm għoli u pożittiv, u żgur
jinsab fil-quċċata tas-servizz mogħti mill-Kunsilli kollha f’Malta. Għall-qadi
effiċjenti tal-funzjonijiet tal-Kunsill, il-Kunsill għandu jaħtar persuna waħda għal
kull elfejn u ħames mitt resident, meta r-residenti ta’ lokalità jfissru l-istess bħall-
popolazzjoni ta’ lokalità. (Kap 363, art 53.(1)(a)).
Bil-għajnuna tal-ħidma ta’ l-istess impjegati, il-Kunsill illum għandu żewġ sites
fuq l-Internet, wieħed taħt id-Dipartiment tal-Gvern Lokali, www.lc.gov.mt, għall-
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
16
Kunsill Qormi, fejn hemm l-informazzjoni kollha dwar il-Kunsill flimkien mal-
Minuti ta’ l-istess seduti tal-Kunsill kif ukoll il-Bye-Laws kollha.
Bl-introduzzjoni mill-Kunsill tal-ħlas tal-Local Enforcement System, tal-Liċenzji
tal-Ħwienet, tal-Ħlas tal-Kera tal-Propjeta’ tal-Gvern, tal-permessi tal-ftuħ ta’
wiċċ it-triq, u permessi varji tal-Krejns, tad-Divertiment Pubbliku jew Attivitajiet
oħra, ta’ użu ta’ Skips jew Bins on Wheels, il-kuntatt mal-klijenti/residenti li l-
impjegati qed ikollhom ta’ kuljum, illum ittrippla u għaldaqstant wieħed ikun
korrett jgħid li fin-nofs ta’ nhar ta’ fil-għodu dan ix-xogħol ma jaqta’ xejn, fejn
qed jitħalla ftit spazju għal xogħol importanti ieħor amministrattiv li bilfors irid
isir. Illum dan is-servizz lir-residenti qed jingħata wkoll tul in-nofs ta’ nhar tas-
sibt.
Bl-introduzzjoni u l-użu ta’ sistemi elettroniċi, bħal e-mails, u complaints handling
il-ġdid, wieħed b’daqshekk m’għandux jistenna li bl-użu ta’ dawn is-sistemi
jippretendi li x-xogħol isir f’ħakka t’għajn. Dan jgħodd għal kif jaħsbuha r-
residenti, li jaħsbu li dawn is-sistemi sejrin iqabbżuh fl-ordni ta’ xogħol li għandu
jsir, jew inkella jirriżulta f’soluzzjoni mmedjata ta’ l-ilment li jitressaq. L-aktar
meta l-ilment li jitressaq ma jkunx ivverifikat u b’hekk spiss jiġri li tinħela ħafna
enerġija meta jirriżulta li l-ilment ma jkun xejn qrib il-verita’.
Jinħass il-bżonn li tkun introdotta struttura effiċjenti li biha kull ilment ikun
ivverifikat, u l-azzjoni li trid tittieħed tkun attwata fl-aqsar żmien. Meta għas-
soluzzjoni ta’ lment tkun mistennija l-intervent ta’ xi entita’ jew dipartiment barra
mill-Kunsill, l-aġir tal-Uffiċċju tal-Kunsill ikun jikkonsisti filli kull ilment jintbagħat
lill-entita’ partikolari u f’moniteraġġ ta’ dak l-ilment. Ħafna drabi, iżda, dan ikun
possibbli biss permezz ta’ emails u telefonati mill-istess uffiċċju. Iżda meta l-
ilment ikun direttament responsabbilta’ tal-Kunsill, sakemm ma jkunx jirrigwarda
xi kuntrattur partikulari, wieħed irid jinnota li l-Kunsill m’għandux ħaddiema
tiegħu sabiex isolvu problemi. Għalhekk ħafna drabi ikun jeħtieġ tul ta’ żmien
sabiex l-ilment ikun solvut u l-azzjoni neċessarja tittieħed.
Il-bini tal-Kunsill huwa attrezzat b’apparat elettroniku ta’ cameras u rekordjar,
biss xorta waħda dan kollu jitfa’ responsabbilta’ ta’ attenzjoni kontinwa għal dak
kollu li jkun qed jiġri fil-bini tal-Kunsill.
Sal-lum inħoss li l-Uffiċċju tmexxa bl-aktar mod modern, responsabbli, dixxiplinat
fejn l-ewwel qed jingħata każ tar-rispett lejn il-persuna ta’ kull impjegat fil-
Kunsill, li jrid iħossu apprezzat u responsabbilizzat fix-xogħol ta’ kuljum tiegħu.
Għaldaqstant impenn qawwi tal-amministrazzjoni tal-Kunsill huwa t-titjib fil-
kwalita’ tas-servizz mill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni, partikolarment kif jiġu
ttrattati l-ilmenti li huma ġustifikati, kif ukoll it-tixrid ta’ nformazzjoni dwar il-
Kunsill. Għal dan il-għan huwa pass ferm pożittiv dak li qed jieħu l-Kunsill li
jkabbar il-Customer Care Service billi dan jiġi mwaqqaf fis-sular t’isfel tal-bini tal-
Kunsill, fejn bdew il-proċeduri sabiex jinxtara ħanut li jmiss mal-Kunsill. Dan
jawgura għal ħidma akbar.
Is-sezzjoni tar-Relazzjonjiet mal-Klijenti kompliet ittejjeb l-effiċjenza tagħha bl-
introduzzjoni tas-sistema eletronika ta’ l-irrapurtaġġ ta’ l-ilmenti. Din qed twassal
biex il-klijenti/residenti tagħna jinqdew aktar malajr jew aħjar ikunu jafu x’azzjoni
qed tittieħed dwar l-ilment imressaq, skont kif maħsub fir-Regolamenti dwar
Kunsilli Lokali – Ilmenti, kif ukoll tippermettilna li nżommuhom kontinwament
aġġornati bis-sitwazzjoni li jkun wasal fiha l-ilment tagħhom u fuq kollox sakemm
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
17
dan jissolva. Regolarment nippublikaw l-istatistika tal-ilmenti fin-newsletter tal-
Kunsill flimkien ma’ nformazzjoni oħra utli.
Patching 110
Manutenzjoni Generali (Ħaddiema assenjati mal-
Kunsill)
891
Ħmieġ fit-Toroq (Knis/Qtugħ ta’ Ħaxix mit-toroq,
Tindif ta’ Dustbins, Ġbir ta’ Annimali mejta, Non
Urban, Culverts)
563
Nuqqasijiet fil-Ġbir ta’ skart/riċiklaġġ (Greenpak) 403
Ġbir ta’ skart goff u eletroniku mid-djar 18,363
Street Lightning u Installazjonijiet ġodda 292
Kuntratturi tal-Kunsill (Letrini, Sinjali u Marki tat-
Traffiku, Minor Works, Contact Manager, Bankini,
Bozoz)
1,777
Konsultazzjoni—(Perit, Avukat) 7
Environmental Landscaping Consortium
(Żbir ta’ Siġar, Ħmieġ, eċċ)
143
Ministeri (MEDE, MTI, Awtorita’ tad-Djar, MIP,
Dipartiment tal-Artijiet, Door Numbering Unit)
60
Transport Malta (toroq arterjali/distributorji u
transport pubbliku, Traffic Lights)
114
Korporazzjoni Enemalta 58
Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma 178
Dipartiment tad-Drenaġġ 75
Dipartiment tas-Saħħa 101
ERA / Planning Authority 8
Pulizija / Infurzar Lokali 275
Depot—Vetturi mitluqin 53
Cleansing Services Department (Toroq Arterjali:
Dustbins, Knis, Qtugħ ta’ ħaxix, Water Culverts)
43
Nuqqasijiet mir-Residenti 89
Kumpaniji Privati: Melita Cable,Go plc, Maltapost,
Animal Welfare, Civil Protection, Refab
29
TOTAL 23,632
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
18
Il-ħidma fuq dawn l-ilmenti jokkupa regolarment żewġ impjegati kuljum tal-
Kunsill. Dawn minbarra li janalizzaw il-problemi, jiddiskutuhom mas-Segretarju
Eżekuttiv għall-azzjoni li għandha tittieħed u jibdew proċeduri ta’ verifika ta’ dawn
l-ilmenti, li uħud minnhom ma jkunux verifikabbli, jaraw ukoll li jinfurmaw lid-
dipartimenti, jew kuntratturi u persuni responsabbli fejn dawn l-ilmenti jiġu
solvuti għas-sodisfazzjon tar-residenti.
Ħafna drabi, iżda jinħela ħafna żmien prezzjuż għaliex l-ilment ikun nieqes minn
informazzjoni korretta, jew l-ilment/rapport ma jkunx korrett, u minħabba l-fatt li
l-Kunsill m’għandux sistema u mezzi sabiex jivverifika mmedjatament l-istess
ilmenti li jidħlu. Fil-Kunsill ma jeżistix dak ix-'xi ħadd' li jista’ jitqabbad jagħmel
dan ix-xogħol! U għalhekk bilfors ikun hemm dewmien qabel ma jkun ivverifikat l-
ilment, minbarra li kull xogħol jieħu ż-żmien tiegħu sabiex jitlesta, minħabba l-
proċeduri kollha li jridu jkunu eżegwiti, kif ukoll tal-finanzi disponibbli.
Is-sistema teħtieġ tibdil radikali sabiex tkun aktar effettiva, fejn hemm bżonn li
titqabbad persuna sabiex tkun responsabbli direttament mill-ilmenti, li tmur ukoll
fuq il-post tivverifika l-ilment, sabiex tirraporta dwaru b’mod effettiv lis-
Segretarju Eżekuttiv ħalli jittieħdu l-passi meħtieġa. Bl-introduzzjoni ta' Contract
Manager, qed ikun maħsub li ħafna minn dan l-għan għandu jintlaħaq, għalkemm
il-contract manager hu responsabbli ta’ kuntratti partikolari.
IMPJEGATI TAL-KUNSILL
L-Istaff kollu tal-Kunsill iwettaq b’ħidma kontinwa r-responsabbiltajiet kollha tal-
Kunsill u huwa mpossibli li wieħed jelenka bid-dettalji kollha l-ħidma li jwettqu l-
istaff tal-Kunsill. Ix-xogħol meħtieġ sabiex jirnexxu kemm il-laqgħat, kif ukoll kull
xogħol ieħor tal-Kunsill f’Ħal Qormi, ħafna drabi jieħu ħafna xogħol moħbi, xogħol
li jkun mibni, ppreparat u jitlesta mill-impjegati tal-Kunsill.
Ta’ dan nirringrazzja l-ħidma bla waqfien li dejjem jagħtu l-impjegati kollha tal-
Kunsill, ħafna drabi b’xogħol ukoll barra mill-ħin normali, u dan kollu jagħmel is-
suċċess kbir li l-Kunsill Qormi qed jikseb tul dawn is-snin tal-ħidma tiegħu.
Illum l-impjegati tal-Kunsill kapaċi jmexxu l-Uffiċċju b’effiċjenza mill-aqwa, u
kapaċi jaħdmu meta jingħataw ir-responsabbilta` kollha. Bħas-sena l-oħra erġajt
ipproponejt li l-impjegati għandhom jingħataw il-performance bonus kollu, u l-
Kunsill approva dan għax ressaqt performance appraisal ta’ kull impjegat fejn
kienet analizzata l-ħidma ta’ kull impjegata fil-Kunsill u ġew imkejla t-targets li
tpoġġew kif ukoll tressqu targets ġodda għas-sena li ġejja, fejn l-enfażi sejra
terġa’ tkun fil-ħidma ta’ kuljum, bejn xulxin, f’uffiċċju dejjem aktar effiċjenti.
B’uffiċċju effiċjenti rridu nifhmu li kulħadd ikun jaf dak li qed isir u għaliex! Li
kulħadd ikun responsabbli fix-xogħol li jagħmel ta' team, għaliex b’team ta’
impjegati mġedded u msaħħaħ, fejn hemm stħarriġ fil-ħidma ta’ kuljum, u
kulħadd jaf sewwa x’għandu jagħmel, jiena ċert li kapaċi nagħtu l-aħjar servizz
lir-residenti kollha mill-uffiċini tal-Kunsill.
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
19
3.4 KONKLUŻJONI
Din hija fil-qosor il-ħidma tal-Kunsill ta’ Ħal Qormi għal din is-sena 2017.
Madanakollu ta’ min isemmi żewġ inizjattivi tal-amministrazzjoni li kienu ta’
suċċess kbir għall-Kunsill Lokali Ħal Qormi. L-ewwel proġett huwa dak tal-Key
Performance Indicators fejn il-Kunsill tagħna kien l-ewwel u l-uniku Kunsill Lokali
f’Malta li għamel dawn l-indikaturi biex ikejjel is-servizz tal-Kunsill.
It-tieni inizjattiva tikkonsisti billi l-Kunsill Lokali Ħal Qormi kiseb il-European Label
of Governance of Excellence mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn huwa ċertifikat ta’
min jiftaħar bih anke peress li konna aħna u l-Kunsill Lokali Naxxar biss li kisbu
dan l-unur mill-Kunsilli Lokali Maltin.
Dan kollu għen sabiex il-Kunsill jagħti l-aħjar servizz, għaliex l-għan tal-Kunsill
huwa li jagħti l-aqwa servizz lir-residenti, u dan ġie applikat u mħaddem b’mod
mill-aktar konsistenti fl-ewwel sena tas-Seba’ leġislatura tal-Kunsill, u se jibqa’
jitħaddem bl-aħjar mod ‘l quddiem.
IFFIRMAT
Kenneth Brincat
Segretarju Eżekuttiv
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
20
Statement of income and expenditure (Siltiet mill-Annual Audit Report)
L-Iskeda ta’ Varjazzjonijiet fid-Dħul u fin-Nefqa
Statement of Income and Expenditure
2017
2016
€
€
Income Funds received from Central Government
1,283,367
1,196,906
Income raised under Local Council Bye-Laws 2,853
1,658
Income raised under Local Enforcement System 26,841
24,279
General Income
104,648
121,874
1,417,709
1,347,843
Expenditure Personal Emoluments
(198,595)
(186,831)
Operations and maintenance
(689,040)
(670,563)
Administration and other Expenditure
(424,714)
(341,470)
(1,312,349)
(1,198,864)
Operating surplus for the year / period 105,360 148,979
Finance Income
121
181
Finance Cost
(4,534)
(6,041)
100,947
51,430
Loss on sale of assets
0
(114)
asset impairment losses
0
0
Surplus for the year / period
100,947
51,316
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
21
Statement of Affairs (Siltiet mill-Annual Audit Report)
Statement of Affairs
2017
2016
€
€
ASSETS Non-Current Assets Property, plant and equipment
2,785,669
2,635,400
2,785,669
2,635,400
Current Assets Inventories
170
175
Receivables
324,594
207,790
Cash and cash equivalents
496,454
442,788
821,218
650,753
Total Assets 3,606,887 3,286,153
RESERVES AND LIABILITIES Reserves Retained earnings
2,357,714
2,256,767
Total Equity 2,357,714 2,256,767
Non-currrent Liabilities Long-term borrowings
44,868
71,083
Deferred Income
723,339
585,629
768,207
656,712
Current Liabilities Payables
387,631
228,625
Short-term borrowings
93,335
144,049
480,966
372,674
Total Liabilities 1,249,173 1,029,386
Total equity and liabilities 3,606,887 3,286,153
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
22
Statement of Changes in Equity (Siltiet mill-Annual Audit Report)
Statement of Changes in Equity
Retained
Funds Total
€ €
At 1 January 2016
2,113,063 2,113,063
Profit for the year
143,704 143,704
143,704 143,704
At 31 December 2016
2,256,767 2,256,767
At 1 January 2017
2256,767 2,256,767
Profit for the year
100,947 100,947
At 31 December 2017
2,357,714 2,357,714
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv
Jannar - Diċembru 2017
23
Cash Flow Statement (Siltiet mill-Annual Audit Report)
Statement of Cash Flows
2017
2016
€ €
€ €
Net surplus for the year
100,947
143,704 Reconciliation to cash generated from operations
Depreciation
266,018
229,991 Impairment losses
-
-
Loss on sale of assets
-
616 Movement in Provision for Bad Debts
(4,622)
36,794
Interest receivable
(121)
(118) Interest payable
4,534
4,777
Operating profit before working capital changes 366,756
342,176
Decrease / (increase) in receivables
18,970
(4,208) (Increase) in other receivables
(13,003)
36,216
Increase in payables
(3,083)
(41,142) Increase /(Decrease) in other payables
162,823
(14,901)
Government grant released
(74,585)
(68,080) Cash generated from operating activities 457,883 250,069
Cash flow from investing activities
Interest received
121
118 Purchase of property, plant & equipment
(416,287)
(185,332)
Grant forfeited (4,133)
- Receipt of grant
97,545
46,957
Cash generated from investing activities (322,754) (138,257)
Cash from financing activities
New long term bank borrowings
3,627
4,777 Interest paid
(4,534)
(4,777)
Repayment of short term bank borrowings (34,222)
(34,222) Increase in overdrawn bank current account (46,334)
99,501
Cash generated from financing activities (81,463) 65,277
Net Decrease in cash in the year
53,666
177,089
Cash and equivalents at beginning of year 442,788
265,699
Cash and equivalents at end of year 496,454 442,788
Recommended