Is sagramenti tal-fejqan

Preview:

Citation preview

Is-SagramentiIs-Sagramenti ttal-Fejqanal-Fejqan

Unit Unit 33: Il-Kalendarju: Il-KalendarjuLezzjoni Lezzjoni 66

Fil-ħajja tagħna ġieli nsibu ruħna f’mumenti inqas sbieħ bħal żmien ta’ mard jew problemi. Xi drabi aħna stess nonqsu mill-imħabba lejn l-oħrajn jew ħaddieħor jiġġieled magħna u nħossuna mdejqin.

Ġesu’ jrid jiltaqa’ magħna f’dawn il-mumenti ta’ tbatija wkoll biex jagħtina l-fejqan kemm fir-ruħ kif ukoll fil-ġisem tagħna.

Fl-Evanġelju naqraw li Ġesu’ kien ifittex lill-midimbin biex jagħtihom il-maħfra u l-fejqan fir-ruħ.

Bħalma ltaqa’ ma’ dawn in-nies, Ġesu’ għadu jiltaqa’ magħna llum fis-Sagrament tal-Qrar biex meta nagħmlu d-dnub inkunu nistgħu insibu l-fejqan bħall-midimbin tal-Evanġelju.

Fil-Qrar huwa jerġa’ jħaddanna miegħu bħar- Ragħaj li ħaddan in-nagħġa li ntilfet. Fil-Qrar niltaqgħu ma’ Ġesù.

Ġesù dejjem lest li jaħfrilna. Iżda fil-Qrar aħna wkoll irridu nagħmlu l-parti tagħna.

1.Naħsbu dnubietna tajjeb:

Naħsbu b’liema mod inqasna lejn Alla, lejn l-oħrajn u lejna nfusna fid-dar, fl-iskola u waqt il-logħob.

2. Nindmu minn dnubietna:Nuru li jiddispjaċina li offendejna lil Alla. Min ma jiddispjaċihx, ma jaqlax il-maħfra. F’dan il-ħin nitolbu l-Att ta’ l-Indiema

3. Irridu nagħtu kelma lil Alla li ma nerġgħux:Naħarbu dawk l-affarijiet li jwaqqgħuna fid-dnub.Nippruvaw nibdlu ħajjitna u ngħidu dejjem ‘le’ lid-dnub.

4. Inqerru d-dnubiet tagħnaImmorru nistqarru dnubietna bla mistħija lis- saċerdot.Is-saċerdot jaħfrilna f’isem Ġesù.

5. Nagħmlu l-penitenza li jagħtina l-KonfessurIs-saċerdot jgħidilna nagħmlu għemil tajjeb biex inpattu għall-ħażin li nkunu għamilna.Nisimgħu il-pariri tas-saċerdot u ngħidu grazzi lil Ġesù.

Ġesu’ kien jiltaqa’ wkoll mal-morda u jagħtihom il-fejqan fil-ġisem.

Illum Ġesu’ jkun magħna waqt il-mard permezz tas-Sagrament tal-Griżma tal-morda.

Is-saċerdot jibda billi jraxxax l-ilma mbierek fuq il-marid u dawk preżenti biex ifakkarhom li Ġesu’ wkoll għadda mit-tbatija u l-mewt.

Imbagħad tinqara silta mill-Kelma t’Alla.

Wara l-qari s-saċerdot, bħal Ġesu’, iqiegħed idejh fuq il-marid.

Huwa jidlek biż-żejt imbierek il-ġbin u l-idejn tal-marid biex bil-grazzja tal-Ispirtu s-Santu l-marid iħoss l-imħabba u l-ħniena tal-Mulej u, jekk tkun ir-rieda t’Alla, jfiq mill-marda tiegħu.

Tmiem

Paul Rapa

Recommended