24
Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 1 minn 6 SKOLA THERESA NUZZO EŻAMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS-SMIGĦ Ħin: Tletin minuta Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami għall-Istudenti Ir-Riżorsi: 1. It-test li jinqara. 2. Il-karti tal-mistoqsijiet. 3. Riga u lapes. Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u t-tfal jintalbu jiktbu isimhom, kunjomhom u l-isem tal-klassi. L-għalliema jgħidu lill-istudenti li: 1. Se jinqralhom it-test tal-istorja. 4 minuti 2. Se jinqrawlhom il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss. 4 minuti 3. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tieni darba. 4 minuti 4. Iwieġbu l-mistoqsijiet. 8 minuti 5. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li Jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet. 4 minuti 6. Jistgħu jiċċekkjaw it-tweġibiet kollha u jkunu ċerti li mmarkaw waħda biss. 6 minuti Marka totali 20

Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

  • Upload
    others

  • View
    4

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 1 minn 6

SKOLA THERESA NUZZO

EŻAMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2018

Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS-SMIGĦ Ħin: Tletin minuta

Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami għall-Istudenti

Ir-Riżorsi:

1. It-test li jinqara.

2. Il-karti tal-mistoqsijiet.

3. Riga u lapes.

Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u t-tfal jintalbu jiktbu isimhom, kunjomhom u l-isem tal-klassi.

L-għalliema jgħidu lill-istudenti li:

1. Se jinqralhom it-test tal-istorja. 4 minuti

2. Se jinqrawlhom il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss. 4 minuti

3. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tieni darba. 4 minuti

4. Iwieġbu l-mistoqsijiet. 8 minuti

5. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li

Jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet.

4 minuti

6. Jistgħu jiċċekkjaw it-tweġibiet kollha u jkunu ċerti li

mmarkaw waħda biss.

6 minuti

Marka totali

20

Page 2: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 2 minn 6

Mid-Djarju ta’ Robert

In-nannu Louis iħobb imur jimxi. Dejjem jgħid li l-mixi tajjeb għas-saħħa. Jien ma

tantx inħobb nimxi imma xi kultant inħobb immur man-nannu għal xi passiġġata fir-

raħal. In-nannu Louis ma joqgħodx bogħod mid-dar tagħna u sikwit jiġi għandna.

Lin-nannu Louis kulħadd iħobbu għax dejjem jiċċajta u qatt ma tarah bin-nervi. Kull

meta noħroġ miegħu dejjem jixtrili xi ħaġa. Il-mama’ tibda tgerger miegħu u tgħidlu

li qiegħed ifissidni! Illum mort il-quddies man-nannu u dan baqa’ ġej għandna biex

jieħu naqra te. Wara mort miegħu għal passiġġata mar-raħal. It-temp kien tassew

sabiħ u ma ddejjaqtx nimxi. Kull meta mmur man-nannu xi dawra mar-raħal dejjem

jibda jirrakkontali fuq meta kien għadu tifel daqsi. In-nannu twieled f’dan ir-raħal u

baqa’ joqgħod hawn. Illum qagħad jurini fejn kien iħobb jilgħab u fejn kien hemm

ħafna għelieqi qabel ma’ bnew id-djar. Kif konna għaddejjin minn quddiem il-ħanut

tal-ħelu, in-nannu waqaf u ħares lejja. Jien indunajt x’kellu f’rasu. Wara ftit qalli bi

tbissima fuq wiċċu: “Aħna u ġejjin lura nieqfu hawn u nixtrilek ftit pasti. Neħduhom

id-dar.” Imma n-nannu ma jikolx pasti għax it-tabib ma jridux jiekol ħelu! Waqt li

konna għaddejjin minn fejn il-każin tal-banda, in-nannu ltaqa’ ma’ Fredu li kull sena

jżejjen il-pjazza fil-festa. Fredu u n-nannu ilhom jafu lil xulxin minn mindu kienu

tfal. Waqfu jitkellmu u tgħidx kemm damu! Jien bdejt niddejjaq u n-nannu nduna u

ma kompliex jitkellem. Komplejna mexjin u dorna mal-knisja u bqajna telgħin lejn il-

ġnien il-ġdid li fetħu tal-Kunsill. Qabel ma dħalna fil-ġnien, in-nannu waqaf fil-

Page 3: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 3 minn 6

ħanut ta’ Godfrey u minn hemm xtara gazzetta. Dħalna fil-ġnien u n-nannu qagħad

fuq bank jaqra l-gazzetta sakemm jien mort nilgħab fil-ġnien. Hemmhekk iltqajt ma’

xi tfal oħra u qgħadna nilagħbu flimkien. F’ħin minnhom smajt lin-nannu jgħajjatli

għax kien sar il-ħin biex immorru d-dar. Sellimt lil ħbieb u tlaqt man-nannu. Aħna u

sejrin lura għaddejna minn pjazza żgħira fejn hemm ħanut tal-kotba u n-nannu

daħal jara l-kotba. In-nannu jħobb jaqra ħafna, l-aktar kotba dwar l-istorja ta’

Malta. Kif konna hemm ġew rajt ktieb dwar L-Assedju l-Kbir. Jien ma kont naf xejn

dwar din il-ġrajja iżda n-nannu qagħad jirrakkontali sakemm wasalna fejn il-ħanut

tal-ħelu u minn hemm in-nannu xtara xi ħobż u l-pasti li kien wegħedni.

Mid-Djarji ta` Lara u Robert ~ Charles Casha

Page 4: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 4 minn 6

Wieġeb skond l-istorja.

A. Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. (10 marki)

1. In-nannu jħobb a. jilgħab il-futbol.

b. jimxi.

ċ. jistad.

2. In-nannu dejjem a. jiċċajta.

b. jirrabja.

ċ. jinnervja.

3. In-narratur ma ddejjaqx jimxi għax a. kien imsaħħab.

b. kien bnazzi.

ċ. kien il-ksieħ.

4. In-nannu jirrakkonta dwar a. l-isports.

b. l-ispazju.

ċ. il-passat.

Page 5: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 5 minn 6

5. Għaddew minn quddiem a. il-knisja u l-każin tal-banda biss.

b. il-knisja, il-każin tal-banda u l-ħanut

tal-ħelu.

ċ. il-każin tal-banda biss.

6. In-nannu kellu f’moħħu jixtri a. pasti.

b. perżut.

ċ. kejk.

7. Fredu kien a. iżejjen il-pjazza fil-festa.

b. is-Sindku.

ċ. is-sagristan.

8. In-nannu xtara a. bajrow.

b. pitazz.

ċ. gazzetta.

9. In-narratur lagħab a. fil-pjazza.

b. fil-ġnien.

ċ. fit-triq.

Page 6: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 6 minn 6

10. Xtraw il-ħobż a. mingħand il-furnar.

b. mingħand il-biċċier.

ċ. mingħand il-ħanut tal-ħelu.

B. Imla l-vojt. (5 marki)

11. In-narratur ma kienx iħobb imur jimxi man-nannu imma xi kultant kien

imur ________________ miegħu.

12. In-nannu Louis ma joqgħodx _________________ mid-dar tagħna u sikwit

jiġi għandna.

13. In-nannu kien _________________ xi ħaġa lin-narratur kull meta joħorġu.

14. In-narratur iltaqa’ ma’ xi tfal oħra u qagħdu ___________________ flimkien.

15. Meta n-nannu beda jitkellem ma’ Fredu in-narratur beda______________.

Ikteb Veru jew Falz. (5 marki)

16. In-nannu poġġa jaqra ktieb fil-ġnien. ___________

17. In-nannu ma twelidx fir-raħal fejn kienu qegħdin jimxu. ___________

18. In-nannu qagħad jirrakkonta fuq il-ġrajja tal-Assedju l-Kbir. ___________

19. In-nannu seta’ jiekol pasti kemm irid. ___________

20. In-nannu kien iħobb jaqra dwar l-istorja ta’ Malta. ___________

Page 7: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 1 minn 4

SKOLA THERESA NUZZO

E|AMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2018

Ir-Raba’ sena MALTI IL-FEHEM MIS-SMIGĦ Ħin: Tletin minuta

Karta tal-istudenti

Isem: ________________________ Klassi: ______________ Gwida

1. Se jinqralek it-test tal-istorja.

2. Se jinqrawlek il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss.

3. Se jinqralek it-test tal-istorja għat-tieni darba.

4. Twie[eb il-mistoqsijiet.

5. Se jinqralek it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li tista’ twie[eb il-mistoqsijiet.

6. Tista’ tiċċekkja t-twe[ibiet kollha u kun ċert li mmarkajt waħda biss.

Marka totali

20

Page 8: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 2 minn 4

Wieġeb skond l-istorja.

A. Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. (10 marki)

1. In-nannu jħobb a. jilgħab il-futbol.

b. jimxi.

ċ. jistad.

2. In-nannu dejjem a. jiċċajta.

b. jirrabja.

ċ. jinnervja.

3. In-narratur ma ddejjaqx jimxi għax a. kien imsaħħab.

b. kien bnazzi.

ċ. kien il-ksieħ.

4. In-nannu jirrakkonta dwar a. l-isports.

b. l-ispazju.

ċ. il-passat.

Page 9: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 3 minn 4

5. Għaddew minn quddiem a. il-knisja u l-każin tal-banda biss.

b. il-knisja, il-każin tal-banda u l-ħanut

tal-ħelu.

ċ. il-każin tal-banda biss.

6. In-nannu kellu f’moħħu jixtri a. pasti.

b. perżut.

ċ. kejk.

7. Fredu kien a. iżejjen il-pjazza fil-festa.

b. is-Sindku.

ċ. is-sagristan.

8. In-nannu xtara a. bajrow.

b. pitazz.

ċ. gazzetta.

9. In-narratur lagħab a. fil-pjazza.

b. fil-ġnien.

ċ. fit-triq.

Page 10: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 4 minn 4

10. Xtraw il-ħobż a. mingħand il-furnar.

b. mingħand il-biċċier.

ċ. mingħand il-ħanut tal-ħelu.

B. Imla l-vojt. (5 marki)

11. In-narratur ma kienx iħobb imur jimxi man-nannu imma xi kultant kien

imur ________________ miegħu.

12. In-nannu Louis ma joqgħodx _________________ mid-dar tagħna u sikwit

jiġi għandna.

13. In-nannu kien _________________ xi ħaġa lin-narratur kull meta joħorġu.

14. In-narratur iltaqa’ ma’ xi tfal oħra u qagħdu ___________________ flimkien.

15. Meta n-nannu beda jitkellem ma’ Fredu in-narratur beda______________.

Ikteb Veru jew Falz. (5 marki)

16. In-nannu poġġa jaqra ktieb fil-ġnien. ___________

17. In-nannu ma twelidx fir-raħal fejn kienu qegħdin jimxu. ___________

18. In-nannu qagħad jirrakkonta fuq il-ġrajja tal-Assedju l-Kbir. ___________

19. In-nannu seta’ jiekol pasti kemm irid. ___________

20. In-nannu kien iħobb jaqra dwar l-istorja ta’ Malta. ___________

-------- TMIEM Il-KARTA -------

Page 11: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 1 minn 14

SKOLA THERESA NUZZO

E|AMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2018

Ir-raba’ sena MALTI KITBA Ħin: Sieg]a u kwart

Karta tal-istudenti

Isem:_____________________________ Klassi:___________

Il-Marki

Il-Fehem mill-Qari Il-Kitba

______________________________

_______________________________

30 marka 30 marka

Aqra sew dan li ġej:

• Ikteb ismek, kunjomok u l-klassi.

• Qabel tikteb it-twe[iba, ifhem sewwa il-mistoqsija.

• Jekk ma tkunx taf xi twe[iba ]alliha vojta u kompli l-o]rajn. Imbag]ad er[a’

pruvaha fl-a]]ar.

• Jekk tie]u \ball ingassah pulit u er[a’ ikteb.

• Qis li ma t]alli xejn barra.

Marka totali

60

Page 12: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 2 minn 14

TAQSIMA A: Il-Qari

Il-FEHEM MILL-QARI

A. Aqra dan l-invit. (10 marki)

Għażiża Lawra,

Nixtieq nistiednek għall-festin ta’ għeluq snini. Ommi u Missieri ser jorganizzawli

festin Villa Rundle r-Rabat Għawdex nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018 mit-3:00

sal-5:00 ta’ wara nofsinhar. Se jkun hemm ħafna ikel u logħob b’rigali sbieħ. Il-

kuġini Mario, Lisa u Anthea diġà qaluli li ġejjin. Tinsiex iġġib umbrella miegħek

f’każ li tagħmel ix-xita. Nispera li narak!

Dejjem tiegħek,

Vivie

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq l-invit li qrajt. Ikteb Malti sabiħ u tajjeb.

1. Ikteb fil-kaxxa l-vojta jekk hux Veru jew Falz: (2 marki)

a. Vivie se tiċċelebra l-ewwel tqarbina.

b. Il-festin se jorganizzawħ il-ħbieb tagħha.

Page 13: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 3 minn 14

2. Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. ( 4 marki)

a. Il-festin se jibda (fit-tlieta ta’ waranofsinhar, fl-erbgħa ta’ waranofsinhar,

fil-ħamsa ta’ waranofsinhar).

b. Il-festin ser isir (id-dar, Villa Rundle, Villa Arrigo).

ċ. Il-festin se jdum (siegħa, tliet sigħat, sagħtejn).

d. Vivie hija tifla (Għawdxija, Maltija).

3. Imla l-vojt bil-kliem it-tajjeb.

Il-______________ se jmorru għall-festin ta’ Vivie. Magħhom se jieħdu

____________ minħabba l-maltemp li jista’ jinqala’. (2 marki)

4. Ikteb id-data ta’ meta ser isir dan il-festin. (2 marki)

_________________________________________________________

_________________________________________________________.

Page 14: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 4 minn 14

B. Aqra din is-silta. ( 20 marka)

FRANSIN

Fransin tgħidx kemm kien ferrieħi. Erħilu jsaffar u jgħanni l-

ġurnata kollha. Xejn ma kien jinkwitah jew idejqu. (Par. 1)

Jum wieħed qatagħha li jinżel sal-wied. Leħnu rbombja waqt

li saffar u għanna hemmhekk. Ħadu l-għatx, u malajr sab nixxiegħa u beda jixrob

mill-ilma ġieri tagħha. Hekk kif kellu rasu baxxuta ħass xi ħadd jiġbdu minn dahru.

Sab ruħu f’idejn ġgant ħafna ikbar minnu. Il-ġgant, kollu ferħan, ħares darba tnejn

lejh u malajr malajr qiegħdu fix-xibka tiegħu u telaq bih. (Par. 2)

Fransin għamel ħiltu biex jaħrab imma ma rnexxilux. Tħabat kemm felaħ biex forsi

jċarrat jew jiftaħ ġenb ix-xibka, imma dan ma sewa għal xejn ħlief biex daħħak

aktar lill-ġgant. (Par. 3)

Malli l-ġgant daħal id-dar, sakkar sewwa u ħareġ lil Fransin mix-xibka. Hemm

Fransin ra kamra mudlama b’borma tagħli fuq in-nar. Fransin ħaseb li daqshekk se

jgawdi l-ġmiel tal-wied u l-beraħ. Madanakollu l-ġgant ma riedx jiekol lil Fransin

iżda qiegħdu f’kamra li kellu lesta għalih. (Par. 4)

Page 15: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 5 minn 14

Il-kamra kienet mudlama, imdawra bi twieqi kbar b’vireg twal tal-ħadid fihom.

Fransin kien mogħti biss biċċiet ta` ħobż niexef u kemm kemm ilma. Xejn ma kien

għal qalbu magħluq f’kamartu. Lanqas aptit ta’ xejn ma kellu. Tgħidx kemm ġera

min-naħa għal oħra tal-kamra. Anki minn hemm ipprova jaħrab imma ma setax.

(Par. 5)

L-għada l-ġgant ta titwila lil Fransin u meta ra li ma kien kiel xejn qabdu minn

għonqu, fetaħlu ħalqu u bellagħlu l-ikel. Tassew weġġa` l-istonku tiegħu u l-ikel xejn

ma tiegħmu tajjeb. (Par. 6)

Fransin reġa` tħalla ġurnata oħra f’kamartu mudlama. Xi dwejjaq qabduh! Fejn

kienu sħabu li kien jilgħab magħhom? X’differenza kamartu mill-arja tal-wied mimli

fjuri, ilma frisk u ġranet sbieħ! Xtaq li kellu s-saħħa jifqa` bieb kamartu u jaħrab

minn dak il-ħabs kiefer. Ħassu fjakk u ma jiflaħx. (Par. 7)

Il-ġgant reġa` lura u ried jisma` lil Fransin isaffar u jgħanni, u mhux igorr. Ma riedx

jarah aktar b’wiċċu mqarras. (Par. 8)

‘Għanni u saffar. Għanni u saffar,’ ordna l-ġgant. Imma Fransin kien wisq imdejjaq

biex jagħmel kif qallu l-ġgant. Il-ġgant saħan bil-kbir. Qabad lil Fransin bejn idejh

Page 16: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 6 minn 14

iebsin u, filwaqt li għollieh ma’ wiċċu, reġa’ ordnalu biex jgħanni u jsaffar. Fransin

ipprova jgħanni imma taħt l-għafis ta’ idejn il-ġgant beda jaqta` nifsu sa ma fl-

aħħar werżaq waħda, mejjel rasu u miet! (Par. 9)

Din hi storja vera – Fransin kien daqsxejn ta` għasfur u l-ġgant kien tifel kattiv.

1. Ikteb Veru jew Falz. (4 marki)

a. Fransin niżel fil-wied. __________________

b. Fransin ħadu l-ġuħ. _____________

c. Il-ġgant poġġa lil Fransin fil-ġewlaq. _____________

d. Fransin irnexxielu jaħrab. _____________

2. Agħżel it-tajba. (4 marki)

a. Qabel ma’ niżel il-wied Fransin dejjem kien ikun (imdejjaq, ferħan, ħosbien).

b. Fransin xorob (min-nixxiegħa, mill-vit, mill-bir).

c. Il-ġgant (beka, iddejjaq, daħak) xħin ra lil Fransin jitħabat biex jaħrab.

d. Malli daħal id-dar il-ġgant (kisser, sakkar, fetaħ) il-bibien.

Page 17: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 7 minn 14

3. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet billi tfittex it-tweġiba fl-istorja.

(6 x 2 = 12 il-marka)

a. X’ħin inqabad Fransin? (Par.2)

_______________________________________________________

_______________________________________________________.

b. X’għamel Fransin fix-xibka? (Par. 3)

_______________________________________________________

_______________________________________________________.

ċ. X’ħaseb Fransin x’ħin ra l-borma fuq in-nar? (Par. 4)

_______________________________________________________

_______________________________________________________.

d. X’tah jiekol u jixrob lil Fransin il-ġgant? (Par. 5)

_______________________________________________________

_______________________________________________________.

e. X’għamel il-ġgant x’ħin ra li Fransin ma kiel xejn? (Par. 6)

_______________________________________________________

_______________________________________________________.

Page 18: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 8 minn 14

f. Xi xtaq il-ġgant li Fransin jagħmel? (Par. 8)

_______________________________________________________

_______________________________________________________.

----------------TMIEM TAQSIMA A -----------------

Page 19: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 9 minn 14

TAQSIMA B – Il-Kitba

Ċ: Il-Grammatika (10 marki)

1. Aqra dawn is-sentenzi.

Mis-sentenzi sib u ikteb: ( 6 marki)

a. nom komuni

b. nom fil-femminil

ċ aġġettiv

d. verb

e. nom proprju

f. nom fil-plural

In-nanna Liża dejjem tgħajjat. “Ara ma tmurx fil-kamra l-ħadra.” Iżda llum nannti ħarġet mal-mama u jien bi ħsiebni nitla’ fis-sular ta’ fuq nett u nidħol f’din il-kamra. Jiena dejjem nobdihom lin-nanniet u l-ġenituri, iżda ma nara xejn ħażin billi nidħol fil-kamra l-ħadra. Ħija Reno qalli li mhux ġej miegħi għax jibża’.

Page 20: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 10 minn 14

2. Imla l-vojt bil-kelma t-tajba. ( 2 marki)

a. Mawro beda _____________ bil-ferħ. jibki / jipki

b. Il-ktieb kitbu awtur ______________. famus / famuż

3. Ikteb il-mamma u l-għerq tal-verb: ( 2marki)

Verb mamma għerq

jixorbu

D: Slowgan Ikteb Slowgan taħt kull stampa. (3 marki)

Page 21: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 11 minn 14

E: Kitba Kreattiva (17-il marka) Agħżel WIEĦED minn dawn it-titli. B’Malti sabiħ u tajjeb, ikteb paragrafu ta’ mhux

inqas minn 90 kelma. Aqra l-kliem mogħti fil-parentesi sabiex jgħinek tikteb.

1. Meta sibt kelb fit-triq.

Punti li jistgħu jgħinuk: Fejn kont sejjer? X’rajt? Xi smajt? X’għamilt? Fejn ħadtu?

X’għamilt bih? X’semmejtu? Għadu għandek? Kif tieħu ħsiebu?

_____________________

2. Il-Familja tiegħi Punti li jistgħu jgħinuk: Kemm tiltaqgħu? Min huma? X’jisimhom? Imorru skola? Fejn jaħdmu l-ġenituri? X’iħobbu jagħmlu? Kif tgħinu lil xulxin? Xi tħobbu tagħmlu flimkien?

_____________________________________

3. Jiena ħuta. Punti li jistgħu jgħinuk: X’tip ta’ ħuta int? X’jismek? Fejn tinsab… fil-baħar jew ġo akkwarju? Kif tqatta’ l-ġurnata tiegħek? X’tiekol? Għandek ħbieb? Minn xhiex tibża’? Fejn toqgħod?

________________________

Page 22: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 12 minn 14

4. Ibni storja billi tħares lejn l-istampa t’hawn taħt:

Punti li jistgħu jgħinuk: Min huma ż-żewġt itfal? Għalfejn marru fil-kampanja? Fejn marru jimxu? X’qagħdu jagħmlu? Xi ġralu t-tifel? X’għamlet it-tifla biex tgħinu?

Uża dan l-ispazju biex tikteb xi ideat sabiex tippjana l-istorja tiegħek. (2 marki)

Tinsiex tagħżel titlu xieraq

għall-istorja!

Page 23: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 13 minn 14

Ikteb it-titlu li għażilt: _________________________________ ( 15-il marka)

_____________________________________________________________________

Page 24: Ż NOFS IS-SENA 2018 Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS …

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 14 minn 14

_____________________________________________________________________

_____________________________________________________________________

_____________________________________________________________________

_____________________________________________________________________

_____________________________________________________________________

_____________________________________________________________________

_____________________________________________________________________

_____________________________________________________________________

--------------- TMIEM --------------

Ideat 5 Grammatika 3 Vokabularju 4 Punteġġjatura 3 Total