1
Il-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2017 12 OPINJONI/ITTRA EDWARD SCICLUNA /Ministru għall-Finanzi N insab ċert li issa kulħadd jaf sew li Malta qiegħda tmexxi l-Presidenza tal- Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Bħala Ministru għall-Finan- zi, jiena għandi l-Presidenza tal-Kunsill għall-Affarijiet Finanzjarji u Ekonomiċi, magħruf bħala l-ECOFIN, u fost id-dmirijiet li għandi, il- ġimgħa li għaddiet iltqajt mal-Kumitat għall-Affarijiet Monetarji u Economiċi tal- Parlament Ewropew, magħ- ruf bħala l-ECON. Dan il-kumitat jiena nafu sew, għax fiż-żmien li jiena kont Membru Parlamentari Ewropew, servejt bħala Viċi President ta’ dan il-kumitat. Hija l-prassi li l-Presidenti l- ġodda ta’ kull kunsill, jil- taqgħu mal-kumitati tal-PE fejn jispjegaw il-programm ta’ ħidma tagħhom għas-sitt xhur tal-Presidenza. Għalhekk, jiena tlajt Brus- sell biex nirrappreżenta l- Presidenza Maltija fl-ECON u biex infisser il-programm li għandna dawn is-sitt xhur. Bħal ma tafu, l-Unjoni Ewropea għandha sistema fejn il-Kunsill u l-Parlament LURA MA’ SĦABI FIL-PE Ewropew huma separati minn xulxin. Il-Kunsill hu- wa magħmul mill-ministri tal-istati membri tal-UE, fil- każ tal-ECOFIN, mill-Minis- tri għall-Finanzi kollha. Min-naħa l-oħra, il-Parla- ment huwa magħmul minn membri eletti direttament miċ-ċittadini Ewropej, dawk li ngħidulhom Membri Par- lamentari Ewropej, jew MPEs. Il-Kunsill u l-Parlament għandhom poteri ta’ ko- deċiżjoni, jiġifieri li kull ab- bozz ta’ liġi li joħroġ mill- Kummissjoni jiġi emendat u diskuss sew fil-Parlament Ewropew u jiġi approvat hemmhekk. Imbagħad jiġi wkoll dis- kuss separatament u appro- vat mill-kumitati fl-isfond tal-Kunsill. Meta dawn jiġu approvati miż-żewġ isti- tuzzjonijiet, niltaqgħu wkoll mal-Kummissjoni biex nagħmlu dak li ngħidulhom trialogues biex nippruvaw insibu kompromess fejn ikun hemm nuqqas ta’ qbil, biex finalment isir liġi, diret- tiva jew regolament skont il-każ. Irridu nammettu li r-re- lazzjoni ta’ bejn iż-żewġ isti- tuzzjonijiet hija sensittiva ħafna. Kulħadd huwa kburi bil-pożizzjoni tiegħu u jixti- eq li din dejjem tkun l-iktar waħda fuq quddiem. Kul- tant ikun hemm żminijiet meta r-relazzjonijiet ma tan- tx ikunu tajbin, u l-fatt li jie- na għamilt erba’ snin mem- bru tal-Parlament Ewropew u ħafna mill-Membri Parla- mentari Ewropej li huma fil- kumitat huma sħabi. Dan għen ħafna biex din il- preżentazjoni ta’ madwar siegħa u nofs kienet suċċess. Ma jfissirx li l-opinjonijiet tagħhom dwar ħafna files u kwistjonijiet ma baqgħux b’saħħithom, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mat-taxxa. It-taxxa hija materja de- likata, mhux minħabba l- pożizzjoni ta’ Malta, imma sempliċiment għax il-Parla- ment Ewropew m’għandu l-ebda poter f’dak li għandu x’jaqsam mat-taxxa. Il-Par- lament Ewropew m’għan- dux il-poter li jilleġiżla fuq affarijiet ta’ taxxa, għax hu- ma gvernijiet tal-pajjiżi fil- Kunsill li għandhom il-pot- er aħħari f’dan il-qasam. U allura dan il-fatt, biex ngħi- du hekk, aktar jirrabja lill- membri parlamentari li għandhom opinjonijiet b’saħħithom ħafna dwar it- taxxa, anzi ħlief jitkellmu fuqha u fuq affarijiet relatati magħha u l-miżuri kontra l- ħasil tal-flus ma jgħamlux, speċjalment mal-midja. Għaldaqstant, wieħed irid jitratta dan il-qasam delikat billi juri li qiegħed jisma’ b’attenzjoni kbira, jinnota kwalunkwe punti li qegħdin isiru, biex dawn l-affarijiet jitqajmu fil-Kunsill u event- walment jissolvew. Fil-fatt, meta nħarsu lejn il-programm kollu ta’ taxxi fuq is-servizzi finanzjarji, fuq iż-żona ewro, fuq l-ewro innifisha u kif ukoll fuq l- investiment, nistgħu ngħidu li għandna programm inter- essanti ħafna. Għalkemm it-taxxa hija materja importanti, mhiex l- unika komponent tal-pro- gramm tal-Presidenza Malt- ija! Aħna se naħdmu biex insaħħu l-governanza eko- nomika permezz ta’ politika fiskali soda, riformi strut- turali u l-investiment. Għal- hekk, il-Presidenza Maltija hi lesta biex tibda t-trial- ogues b’rabta mal-EFSI 2 hekk kif il-Parlament jadot- ta pożizzjoni definittiva. Barra minn hekk, tixtieq tara aktar progress fil-qasam tal-investiment permezz tal- Programm ta’ Sapport għar- Riformi Strutturali (SRSP) u r-reviżjoni tal-Mandat għas- Self Estern (ELM) tal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB). Ta’ min wieħed jinno- ta wkoll li l-Kunsill ma qa- bilx mal-Kummissjoni dwar politika fiskali iktar espan- siva u li r-rakkomandazz- jonijiet dwar iż-żona ewro għadhom għaddejjin. Nixtiequ nkomplu nsaħ- ħu l-Unjoni Bankarja fl-UE, allura se naraw li l-Euro- pean Deposit Insurance Scheme (EDIS) toħloq l- aħjar bilanċ f’dak li għandu x’jaqsam mat-teħid u l-qsim tar-riskju u t-tnaqqis tiegħu, għalhekk se tissokta l-ħidma fuq livell tekniku dwar din l-iskema. Fl-istess waqt, se nkom- plu naħdmu biex naslu għal Unjoni tas-Swieq Kapitali wara li x-xogħol dwar id- Direttiva dwar il-Propsectus ġie ffinalizzat. Dwar is-Servizzi Finan- zjarji, nemmnu li għandna nsaħħu l-ġlieda tagħna kon- tra t-terroriżmu u l-mod ta’ kif it-terroriżmu jiġi ffinan- zjat, għalhekk inħossu li f’dan l-ambitù r-raba’ Diret- tiva kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLD) hija kruċjali. Meta nħarsu lejn il-pro- gramm kollu ta’ taxxi fuq is- servizzi finanzjarji, fuq iż- żona ewro, fuq l-ewro inni- fisha u kif ukoll fuq l-inves- timent, nistgħu ngħidu li għandna programm interes- santi ħafna. Jiena tajt l-assigurazjoni- jiet kollha li stajt nagħti lill- Parlament Ewropew, li l- Presidenza Maltija beħ- siebha twettaq dan il-prog- ramm u sintendi pajjiżna għandu jiġi ġġudikat mhux issa, imma fuq ix-xogħol li jkun wettaq matul is-sitt xhur tal-Presidenza. Sur Editur, Mhux darba jew tnejn kien hemm xi ħadd li sab lit-tifla tiegħi u qalilha li jien “dort”. Indur, imma dawra tond. Imma dan kif jien, Laburista minn ġuf ommi, għandi naqbel 100 fil-mija ma’ dak kollu li jagħmel il- Partit Laburista? Mal-vot favur d-divorzju, jien ma qbiltx. U lanqas naqbel li l-vot jin- għata wkoll lil dawk li għad għandhom 16-il sena. Allura dan if- isser li jien dort? Indur ma’ min? Mal-fatati li jridu biss jidhru, bħal Salvu Mallia? Mela dawn hemm xi ddur magħhom, meta lanqas huma stess ma jafu xi jridu?! Allura kif taqbad u tiġġudikani jekk ikun hemm xi okkażjoni jew tnejn fejn jien ma naqbilx mal-gvern? L-imsaren fiż-żaqq jistgħu ma jkoll- homx “xi jgħidu” bejniethom? Aħseb u ara kif jien nista’ naqbel mal-gvern il-ħin kollu. Jien ġejja minn familja Laburista. Familja li wara l-ħtiġijiet tal-familja, il-Partit Laburista jiġi l- ewwel u qabel kollox. Iva indur jien, ma’ xi roundabout imma. Lanqas biss noħlomha li nista’ ndur mal-PN. Għalija aħjar immur max-xitan milli ndur magħhom. Imma iva, dak li nħoss, ngħidu. Żaqqi tesa’ ħobża imma kelma le. U meta nħoss li għandi nikkritika xi ħaġa, ma noqgħodx lura milli nagħ- mel dan. Madankollu kont, għadni u nibqa’ l-akbar Laburista li twieldet f’dan il-pajjiż. VALERIE BORG, Il-Belt Valletta Qalu li jien dort!

12 Il-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2017 OPINJONI/ITTRA LURA MA’ SĦABI … · 2017-02-03 · Iva indur jien, ma’ xi roundabout imma. Lanqas biss noħlomha li nista’ ndur mal-PN. Għalija

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: 12 Il-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2017 OPINJONI/ITTRA LURA MA’ SĦABI … · 2017-02-03 · Iva indur jien, ma’ xi roundabout imma. Lanqas biss noħlomha li nista’ ndur mal-PN. Għalija

Il-Ġimgħa 3 ta’ Frar 201712 OPINJONI/ITTRA

EDWARD SCICLUNA /Ministru għall-Finanzi

Ninsab ċert li issa kulħadd jaf sew li Malta qiegħda

tmex xi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Bħala Ministru għall-Fi nan-zi, jiena għandi l-Presidenza tal-Kunsill għall-Affarijiet Fi nanzjarji u Ekonomiċi, magħruf bħala l-ECOFIN, u fost id-dmirijiet li għandi, il-ġimgħa li għaddiet iltqajt mal-Kumitat għall-Affarijiet Monetarji u Economiċi tal-Parlament Ewropew, magħ-ruf bħala l-ECON.

Dan il-kumitat jiena nafu sew, għax fi ż-żmien li jiena kont Membru Parlamentari Ewropew, servejt bħala Viċi President ta’ dan il-kumitat. Hija l-prassi li l-Presidenti l-ġodda ta’ kull kunsill, jil-taqgħu mal-kumitati tal-PE fejn jispjegaw il-programm ta’ ħidma tagħhom għas-sitt xhur tal-Presidenza.

Għalhekk, jiena tlajt Brus-sell biex nirrappreżenta l-Presidenza Maltija fl -ECON u biex infi sser il-programm li għandna dawn is-sitt xhur.

Bħal ma tafu, l-Unjoni Ewropea għandha sistema fejn il-Kunsill u l-Parlament

LURA MA’ SĦABI FIL-PE

Ewropew huma separati minn xulxin. Il-Kunsill hu-wa magħmul mill-ministri tal-istati membri tal-UE, fi l-każ tal-ECOFIN, mill-Minis-tri għall-Finanzi kollha. Min-naħa l-oħra, il-Parla-ment huwa magħmul minn membri eletti direttament miċ-ċittadini Ewropej, dawk li ngħidulhom Membri Par-lamentari Ewropej, jew MPEs.

Il-Kunsill u l-Parlament għandhom poteri ta’ ko-deċiżjoni, jiġifi eri li kull ab-bozz ta’ liġi li joħroġ mill-Kummissjoni jiġi emendat u diskuss sew fi l-Parlament Ew ropew u jiġi approvat hemmhekk.

Imbagħad jiġi wkoll dis-kuss separatament u appro-vat mill-kumitati fl -isfond tal-Kunsill. Meta dawn jiġu approvati miż-żewġ isti-tuzzjonijiet, nil taqgħu wkoll mal-Kummissjoni biex nagħmlu dak li ngħidulhom trialogues biex nippruvaw insibu kompromess fejn ikun hemm nuq qas ta’ qbil, biex fi nalment isir liġi, diret-tiva jew regolament skont il-każ.

Irridu nammettu li r-re-lazzjoni ta’ bejn iż-żewġ isti-tuzzjonijiet hija sensittiva ħafna. Kulħadd huwa kburi bil-pożizzjoni tiegħu u jixti-eq li din dejjem tkun l-iktar waħda fuq quddiem. Kul-tant ikun hemm żminijiet meta r-relazzjonijiet ma tan-tx ikunu tajbin, u l-fatt li jie-na għamilt erba’ snin mem-bru tal-Parlament Ewropew u ħafna mill-Membri Parla-mentari Ewropej li huma fi l-kumitat huma sħabi. Dan għen ħafna biex din il-preżentazjoni ta’ madwar siegħa u nofs kienet suċċess.

Ma jfi ssirx li l-opinjonijiet tagħhom dwar ħafna fi les u kwistjonijiet ma baqgħux b’saħħithom, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mat-taxxa.

It-taxxa hija materja de-likata, mhux minħabba l-pożizzjoni ta’ Malta, imma sempliċiment għax il-Parla-ment Ewropew m’għandu l-ebda poter f’dak li għandu x’jaqsam mat-taxxa. Il-Par-lament Ewropew m’għan-dux il-poter li jilleġiżla fuq affarijiet ta’ taxxa, għax hu-ma gvernijiet tal-pajjiżi fi l-

Kunsill li għandhom il-pot-er aħħari f’dan il-qasam. U allura dan il-fatt, biex ngħi-du hekk, aktar jirrabja lill-membri parlamentari li għandhom opinjonijiet b’saħ ħithom ħafna dwar it-taxxa, anzi ħlief jitkellmu fuqha u fuq affarijiet relatati magħha u l-miżuri kontra l-ħasil tal-fl us ma jgħamlux, speċjalment mal-midja.

Għaldaqstant, wieħed irid jitratta dan il-qasam delikat billi juri li qiegħed jisma’ b’attenzjoni kbira, jinnota kwalunkwe punti li qegħdin isiru, biex dawn l-affarijiet jitqajmu fi l-Kunsill u event-walment jissolvew.

Fil-fatt, meta nħarsu lejn il-programm kollu ta’ taxxi fuq is-servizzi fi nanzjarji, fuq iż-żona ewro, fuq l-ewro innifi sha u kif ukoll fuq l-investiment, nistgħu ngħidu li għandna programm inter-essanti ħafna.

Għalkemm it-taxxa hija materja importanti, mhiex l-unika komponent tal-pro-gramm tal-Presidenza Malt-ija! Aħna se naħdmu biex insaħħu l-governanza eko-nomika permezz ta’ politika

fi skali soda, riformi strut-turali u l-investiment. Għal-hekk, il-Presidenza Maltija hi lesta biex tibda t-trial-ogues b’rabta mal-EFSI 2 hekk kif il-Parlament jadot-ta pożizzjoni defi nittiva. Barra minn hekk, tixtieq tara aktar progress fi l-qasam tal-investiment permezz tal-Prog ramm ta’ Sapport għar-Riformi Strutturali (SRSP) u r-reviżjoni tal-Mandat għas-Self Estern (ELM) tal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB). Ta’ min wieħed jinno-ta wkoll li l-Kunsill ma qa-bilx mal-Kummissjoni dwar politika fi skali iktar espan-siva u li r-rakkomandazz-jonijiet dwar iż-żona ewro għadhom għaddejjin.

Nixtiequ nkomplu nsaħ-ħu l-Unjoni Bankarja fl -UE, allura se naraw li l-Euro-pean Deposit Insurance Sche me (EDIS) toħloq l-aħjar bilanċ f’dak li għandu x’jaqsam mat-teħid u l-qsim tar-riskju u t-tnaqqis tiegħu, għalhekk se tissokta l-ħidma fuq livell tekniku dwar din l-iskema.

Fl-istess waqt, se nkom-plu naħdmu biex naslu għal Unjoni tas-Swieq Kapitali wara li x-xogħol dwar id-Direttiva dwar il-Propsectus ġie ffi nalizzat.

Dwar is-Servizzi Finan-zjarji, nemmnu li għandna nsaħħu l-ġlieda tagħna kon-tra t-terroriżmu u l-mod ta’ kif it-terroriżmu jiġi ffi nan-zjat, għalhekk inħossu li f’dan l-ambitù r-raba’ Diret-tiva kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLD) hija kruċjali.

Meta nħarsu lejn il-pro-gramm kollu ta’ taxxi fuq is-servizzi fi nanzjarji, fuq iż-żona ewro, fuq l-ewro inni-fi sha u kif ukoll fuq l-inves-timent, nistgħu ngħidu li għandna programm interes-santi ħafna.

Jiena tajt l-assigurazjoni-jiet kollha li stajt nagħti lill-Parlament Ewropew, li l-Presidenza Maltija beħ-siebha twettaq dan il-prog-ramm u sintendi pajjiżna għandu jiġi ġġudikat mhux issa, imma fuq ix-xogħol li jkun wettaq matul is-sitt xhur tal-Presidenza.

Sur Editur,Mhux darba jew tnejn kien hemm

xi ħadd li sab lit-tifl a tiegħi u qalilha li jien “dort”. Indur, imma dawra tond. Imma dan kif jien, Laburista minn ġuf ommi, għandi naqbel 100 fi l-mija ma’ dak kollu li jagħmel il-Partit Laburista?

Mal-vot favur d-divorzju, jien ma qbiltx. U lanqas naqbel li l-vot jin-

għata wkoll lil dawk li għad għandhom 16-il sena. Allura dan if-isser li jien dort? Indur ma’ min? Mal-fatati li jridu biss jidhru, bħal Salvu Mallia? Mela dawn hemm xi ddur magħhom, meta lanqas huma stess ma jafu xi jridu?!

Allura kif taqbad u tiġġudikani jekk ikun hemm xi okkażjoni jew tnejn fejn jien ma naqbilx mal-gvern?

L-imsaren fi ż-żaqq jistgħu ma jkoll-homx “xi jgħidu” bejniethom? Aħseb u ara kif jien nista’ naqbel mal-gvern il-ħin kollu. Jien ġejja minn familja Laburista. Familja li wara l-ħtiġijiet tal-familja, il-Partit Laburista jiġi l-ewwel u qabel kollox. Iva indur jien, ma’ xi roundabout imma. Lanqas biss noħlomha li nista’ ndur mal-PN. Għalija aħjar immur max-xitan milli

ndur magħhom. Imma iva, dak li nħoss, ngħidu.

Żaqqi tesa’ ħobża imma kelma le. U meta nħoss li għandi nikkritika xi ħaġa, ma noqgħodx lura milli nagħ-mel dan. Madankollu kont, għadni u nibqa’ l-akbar Laburista li twieldet f’dan il-pajjiż.

VALERIE BORG,Il-Belt Valletta

Qalu li jien dort!