66
SETTEMBRU 2015 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - signumfideimalta · 2015. 8. 30. · SETTEMBRU 2015 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi . ... miżmum f’monasteru Karmelitan flimkien ma’ numru

  • Upload
    others

  • View
    4

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

  • SETTEMBRU 2015

    Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

  • 2 SIGNUM FIDEI

    S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

    Intenzjonijiet tal-Papa u tal-isqfijiet tagħna:

    1. Biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ skola u xogħol għaż-żgħażagħ kollha. 2. Biex il-katekisti jagħtu xhieda billi jgħixu b’mod konsistenti mal-fidi li jħabbru. 3. Ħalli l-għaqdiet reliġjużi u ċivili jirsistu kemm jifilħu biex jgħaddu valuri tajbin liż-

    żgħażagħ tagħna.

    Dati importanti għax-xahar ta’ SETTEMBRU: 2 ta’ Settembru Brs. Martri tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Fosthom Br. Solomon 3 ta’ Settembru San Girgor il-Kbir 8 ta’ Settembru It-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija 14 ta’ Settembru L-Eżaltazzjoni tas-Salib 15 ta’ Settembru Id-Duluri tal-Verġni Mqaddsa Marija 21 ta’ Settembru San Mattew, Appostlu u Evanġelista 27 ta’ Settembru Br. Scubilion: Protettur tal-Gżira ta’ Reunion 29 ta’ Settembru L-Arkanġli Mikiel, Gabrjel u Rafel

    Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar jiftħu l-iskejjel fil-gżejjer tagħna. Nitolbu bl-interċessjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle, patrun tal-għalliema, għall-istudenti u l-għalliema kollha.

    Nota: Dan il-ktejjeb, wieħed jista’ wkoll jkollu aċċess għalih fuq l-internet – signumfideimalta.wordpress.com

    Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

    u ta’ Fidi

    Fidi

    - SETTEMBRU 2015 -

    NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA T’ALLA.

    EJJEW NADURAWH

    http://www.signumfideimalta.wordress.com/

  • SIGNUM FIDEI 3

    It-Tlieta, 1 ta’ Settembru Santa Tereża Margarita Redi – reliġjuża Tereżjana

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Tessalonikin 5: 1-6.9-11 Ġesù Kristu miet għalina, sabiex ngħixu ħaġa waħda miegħu. 2. Salm 26 : 1.4.13-14 Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art il-ħajjin. 3. Luqa 4: 31-37 Jiena naf min int: il-Qaddis ta’ Alla! SANTA TEREŻA MARGARITA REDI (1747-1770) - reliġjuża Tereżjana Anna Marija Redi twieldet f’Arezzo fl-1747, minn waħda mill-aħjar familji ta’ dik

    il-belt. Minn ċkunitha wriet ġibda kbira lejn it-tjubija. Ta’ sitt snin kienet sikwiet tistaqsi:

    “Għiduli, min hu Alla?” Bagħtuha bħala boarder fil-monasteru tal-Benedittini ta’ Santa Appolonja f’Firenze biex titgħallem l-iskola u dak kollu meħtieġ għall-ħajja. Aktar milli fit-tagħlim ieħor hi kienet issib il-gost tagħha fit-talb u l-qima lejn il-Qalb ta’ Ġesù.

    Sakemm damet mal-Benedittini trawmet ħafna fil-ħajja tal-liturġija. Barra minn hekk, missierha Nazju, li kien iżurha spiss, kien jagħtiha ħafna pariri siewja dwar it-talb u t-tjubija.

    Meta ta’ 16-il sena ntemm iż-żmien tagħha fil-monasteru u reġgħet ingħaqdet mal-familja tagħha f’Arezzo, bdiet taħseb biex tingħaqad mal-Karmelitani Skalzi.

    Ta’ 17-il sena, u preċiżament fl-1 ta’ Settembru 1764, reġgħet marret Firenze, did-darba biex tidħol fil-monasteru Tereżjan fejn ħadet l-isem ta’ Suor Tereża Margerita tal-Qalb ta’ Ġesù. Hija kellha bħala direttur spiritwali lil Patri Alfons ta’ S. Lwiġi Gonzaga li għaraf imexxiha ’l quddiem fil-ħajja tal-qdusija.

    Darba, hija u taqra l-brevjar fil-kor, nhar il-Pentekoste tal-1767, waqgħu taħt għajnejha l-kliem mill-Ittra ta’ San Ġwann “Alla huwa mħabba” (I Ġw. 4,16). Ma setgħetx tkompli taqra aktar daqskemm ħassitha milquta minn dak il-kliem, li fih għarfet kif Alla huwa mħabba fih innifsu u kulma jagħmel huwa mħabba u mmexxi fl-istess ħin mill-imħabba.

    Kienet tħobb il-ħajja moħbija fl-imħabba lejn Alla u fil-penitenza. Fil-ħames snin li damet soru hija użat l-opportunitajiet kollha li offritilha l-ħajja tal-klawsura biex taqdi b’mod erojku u bla waqfien lill-oħrajn, speċjalment lill-morda tal-komunità tagħha. Ħajjitha ntemmet ħesrem minn peritonite fis-7 ta’ Marzu 1770 ta’ 22 sena.

    Piju XI iddikjaraha beata fl-1929 u fid-19 ta’ Marzu 1934 l-istess Papa ddikjaraha wkoll qaddisa. It-tifkira tagħha ssir fl-1 ta’ Settembru b’tifkira ta’ meta daħlet reliġjuża.

  • 4 SIGNUM FIDEI

    Riflessjoni; mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, ir-4 Ktieb, kap. 1: U int arak quddiemi fuq dan l-altar, o Alla tiegħi, Qaddis tal-Qaddisin, kreatur tal-bnedmin, u sid tal-angli! Bosta drabi n-nies imorru jaraw dal-ħwejjeġ għax tiġbidhom il-kurżità u jkunu mixtiqin jarawhom, u jibqgħu ftit li xejn ma jbiddlu ħajjithom, l-aktar meta jmorru biex jiġru ġirja u mhux bil-fehma tal-ġid ta’ ruħhom. Imma fis-sagrament tal-altar tinsab int kollok kemm int, o Alla tiegħi, Ġesù Kristu, Alla u bniedem; u kemm-il darba wieħed jilqgħek kif imissu jkun qiegħed jirbaħ il-fidwa tiegħu ta’ dejjem. Iżda lejk tiġbidna fuq kollox mhux le l-kurżità jew xewqat oħra, imma fidi ħajja, tama mħeġġa u mħabba mseddqa. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.22, silta mill-1 punt Jesus Christ came to this earth to reign here, but not, says Saint Augustine, as other kings do, to raise tribute, enroll armies, and visibly do battle against his enemies, for Jesus Christ assures us that his kingdom is not of this world but is to establish his reign within our souls, according to what he says in the holy Gospel, that his kingdom is within us. In order for Jesus Christ to reign over your souls, you must pay him tribute for your actions. All of them must be consecrated to him; in them there must be nothing that is not pleasing to him. They ought to have no other intention than to accomplish his holy will, which ought to direct all of them, so that there may be nothing human in them.

    TALBA Missier,

    l-Ispirtu tagħna jfur bil-ġieħ, bil-qima u b’ringrazzjament għar-rieda sabiħa tiegħek

    għall-ġid li tajtna. Il-grazzja tal-providenza kbira tiegħek,

    tisboq kull bżonnijiet. L-imħabba tiegħek taħkimna, u l-karità tiegħek hi perfetta.

    Ammen. ‘Prayer of the Day’

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 5

    L-Erbgħa, 2 ta’ Settembru Br. Solomon u sħabu – martri tar-Rivoluzzjoni Franċiża

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Kolossin 1: 1-8 Tħabbritilkom il-kelma tas-sewwa tal-Evanġelju bħalma qed tikber fid-dinja kollha. 2. Salm 51: 10.11 Nitma’ fit-tjieba ta’ Alla għal dejjem ta’ dejjem. 3. Luqa 4: 38-44 Jeħtieġli nxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla lill-ibliet l-

    oħra wkoll, għax għalhekk kont mibgħut. IL-BEATI BROTHERS MARTRI TAR-RIVOLUZZJONI FRANĊIŻA – Bros. Solomon, Leon, Roger u Uldaric Fl-1790, il-Kostituzzjoni Ċivili tal-Kleru tat lill-istat il-kontrol assolut tal-Knisja

    Franċiża. Sabiex tkompli taħdem, il-qassisin u r-reliġjużi kienu obbligati li jieħdu ġurament biex jappoġġjaw il-Kostituzzjoni.

    Ħafna mill-Brothers m’aċċettawx u għalhekk kienu obbligati sabiex jitilqu mill-iskejjel u l-komunitatjiet. Iktar tard, l-Istitut neħħewlu l-istatut legali tiegħu minn Franza.

    Bro. Solomon Leclercq kien is-segretarju ta’ Bro. Agathon, is-superjur ġenerali. Kien qiegħed jgħix waħdu f’Pariġi waqt li s-superjur baqa’ fid-dar ċentrali barra mill-belt. Bro. Solomon kiteb ittri lill-familja tiegħu li juru spirtu reliġjuż qawwi fi żmien ta’ biża’.

    Huwa m’aċċettax li jieħu l-ġurament u ġie arrestat fil-15 ta’ Awwissu 1792 u miżmum f’monasteru Karmelitan flimkien ma’ numru ta’ isqfijiet u qassisin. Fit-2 ta’ Settembru, il-priġunieri nġiebu f’parti fil-ġnien tal-monasteru fejn hemmhekk ġew maqtula. Bro. Solomon ġie bbeatifikat fl-17 ta’ Ottubru 1926.

    Tliet Brothers oħra, Bro. Roger, Bro. Leon u Bro. Uldaric kienu fost dawk il-qassisin u reliġjużi li kienu magħluqa f’vapuri antiki li servew bħala ħabs tal-priġunieri fl-assedju tal-port ta’ Rochefort fejn issaportew offiżi u ċaħdiet.

    Lil Bro. Roger Faverge li kien direttur fl-iskola ta’ Moulins ħaduh fi gżira fil-port fejn miet fl-età ta’ 49 sena.

    Bro. Leon Mopinot li kellu 68 sena u li kien ukoll fl-iskola ta’ Moulins, miet wara xahrejn fuq l-istess vapuri.

    Bro. Uldaric Guillaume kompla jgħallem bil-moħbi wara li l-iskola tiegħu kienet ingħalqet. Hu miet wara 15-il xahar ta’ priġunerija u ndifen ma’ priġunieri oħra f’qabar mingħajr isem fuq gżira fil-port.

    Dawn it-tliet martri ġew ibbeatifikati fl-1 ta’ Ottubru 1995 mill-Papa Ġwanni Pawlu II.

  • 6 SIGNUM FIDEI

    Riflessjoni: Ġwanni Pawlu II stedinna nagħrfu li “qatt m’għandha tonqos il-ħeġġa għat-tħabbir” lil dawk li huma mbegħdin minn Kristu, għax “fl-aħħar mill-aħħar dan hu l-ewwel dmir tal-Knisja”. Il-ħidma missjunarja “hi llum ukoll l-aqwa sfida li għandha l-Knisja” u “l-ħidma missjunarja trid tiġi l-ewwel”. X’jiġri jekk nieħdu tassew bis-serjetà dawn il-kelmiet? Nagħrfu li l-azzjoni missjunarja hi l-mudell ta’ kull ħidma tal-Knisja. F’din il-linja, l-isqfijiet tal-Amerika Latina stqarrew li “ma nistgħux nibqgħu iżjed bi kwietna, fi stennija passiva, ġol-knejjes tagħna” u li jeħtieġ ngħaddu “minn pastorali ta’ sempliċi konservazzjoni għal pastorali deċiżivament missjunarja”. Din il-ħidma tkompli tkun l-għajn tal-ikbar ferħ li għandha l-Knisja: “Ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta’ ndiema” (Lq. 15:7). Papa Franġisku, Evangelii Gaudium, Esortazzjoni Appostolika Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 207, silta mill-1 parti God is so good that he does not leave unrewarded the good work that is done for him and the service that is rendered to him, especially for the salvation of souls. If it is true that God rewards so generously even in this world those who have left all things for him, that they receive a hundredfold in this life, with how much more reason will God reward even in this present time those who have devoted themselves with zeal to spread his kingdom!

    TALBA

    O Missier tiegħi, dak li jien tlift minn ħajti

    naf li ma nistax inġibu lura. Għalhekk nitolbok biex inkun nista’ nagħti l-aħjar

    fiż-żmien li għad baqa’. Għinni nagħżel is-sewwa,

    biex nagħti prova għall-ħtija tiegħi. Agħmilni ħabrieki biex nuża

    l-aħjar kapaċitajiet tiegħi, biex ikolli ħajja aħjar

    u nxandar is-saltna tiegħek. Ammen.

    ‘Prayer for the Day’ Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 7

    Il-Ħamis, 3 ta’ Settembru

    San Girgor il-Kbir – Papa u duttur tal-Knisja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Kolossin 1: 9-14 Ħelisna mill-ħakma tad-dlam, u daħħalna fis-saltna ta’ ibnu

    l-maħbub. 2. Salm 97: 2-6 Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu. 3. Luqa 5: 1-11 Telqu kollox u marru warajh.

    SAN GIRGOR IL-KBIR (c. 540-604) - Papa u duttur tal-Knisja Dan il-qaddis hu l-ewwel u l-iktar famuż fost is-16-il Papa ta’ dan l-isem.

    Twieled Ruma u kien ġej minn familja li diġà kienet tat lill-Knisja żewġ Papiet. Kien edukat għall-karriera fil-liġi u fl-amministrazzjoni.

    Meta kellu xi ħaġa fuq it-30 sena kien prefett ta’ Ruma, iżda wara sena huwa bidel id-dar tal-familja f’monasteru tal-Benedittini u waqqaf ukoll sitt monasteri oħra fl-artijiet li kellu fi Sqallija. Hu nnifsu sar raħeb sempliċi meta kellu 35 sena.

    Huwa kien ordnat djaknu u mibgħut bħala rappreżentant tal-Papa għand l-imperatur f’Kostantinopli fejn dam seba’ snin.

    Wara li reġa’ lura f’Ruma, hu għadda xi żmien bħala wieħed mis-seba’ djakni tal-belt.

    Ħames snin wara li rritorna fil-monasteru tiegħu hu laħaq Papa b’għażla popolari, l-ewwel raħeb li tela’ fuq it-tron ta’ Pietru. Il-pontifikat tiegħu fi żminijiet ta’ diffikultajiet kbar, dam 14-il sena u hu wieħed li ħalla marka fl-istorja tal-Knisja.

    Huwa żamm il-primat ta’ Ruma u ċċensura l-patrijarka ta’ Kostantinopli talli ħa t-titlu ta’ “patrijarka ekumeniku”. Huwa sar il-mexxej ta’ Ruma, kellu negozjati mal-invażuri Lombardi, ħa ħsieb il-foqra, feda l-ilsiera u bena mill-ġdid knejjes meqruda.

    Papa San Girgor ngħata t-titlu ta’ “Kbir” minħabba l-kontribut tiegħu fit-teoloġija morali u axxetika, fil-kant gregorjan (li jġib ismu), fil-liturġija, fl-amministrazzjoni, fil-monastiċiżmu, fl-evanġelizazzjoni u fil-missjoni soċjali tal-Knisja.

    San Girgor ma kienx biss isqof kbir u statista; hu miżmum bħala wieħed mill-erba’ dutturi kbar tal-Knisja Latina u l-kitbiet tiegħu huma indirizzati biex iġibu ’l quddiem il-ħajja nisranija u l-formazzjoni tal-isqfijiet. Insibu aktar minn 800 ittra u għadd ta’ prietki.

    Il-Papa San Girgor miet fit-12 ta’ Marzu 604, meta kellu madwar 64 sena.

  • 8 SIGNUM FIDEI

    Kien dan il-qaddis li bħala Papa sejjaħ lilu nnifsu “Qaddej tal-qaddejja t’Alla”, titlu li għadu użat mill-Papiet sal-lum.

    F’Malta kien hawn devozzjoni kbira lejh, u sal-lum għadha ssir l-hekk imsejħa ‘Purċissjoni ta’ San Girgor’ għall-knisja tiegħu taż-Żejtun u li tinżamm l-Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir. Waħda mill-parroċċi ta’ Tas-Sliema hi ddedikata lil San Girgor Papa, kif ukoll il-Parroċċa ta’ Kerċem f’Għawdex, tiċċelebra l-festa tiegħu sollennement.

    Riflessjoni: “Wara kollox, għandu mnejn mhux daqshekk diffiċli għal bniedem biex jinfired mill-ġid li għandu, imma huwa ċertament ħafna aktar diffiċli għalih biex jinfired minnu nnifsu. Li jirinunzja dak li wieħed għandu hija ħaġa żgħira, imma biex jirrinunzja dak li hu, dan qed titlob ħafna.” San Girgor Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 109, it-2 parti Saint Gregory suffered throughout his life with extreme patience. First, he practiced excessive austerities as a religious. Second, the pains of gout made his body so emaciated that it was difficult to recognize him. Third, he suffered from persecution; Emperor Maurice, who had been his close friend, became a cruel enemy and wished to deprive him of his title of Universal Patriarch of the Church. In all this Gregory imitated the holy man Job, whose spirit he had thoroughly absorbed while writing a commentary on the Book of Job. The only remedy he used in all this suffering was recourse to prayer, in which he found great support; God became his protector in his sufferings and in the opposition he met. Do you love the sufferings found in your state? Do you endure them with as much patience as Saint Gregory loved and suffered his? If you truly possess the spirit of your state, God will make you discover in it all sorts of consolations, even in your suffering.

    TALBA

    O Alla Missier tagħna, int ħeġġiġt f’San Girgor

    imħabba dejjiema għall-kelma u l-qima. Bl-interċezzjoni tiegħu

    kompli imla bit-tama lill-poplu tiegħek minn din l-għajn tal-ħajja,

    li ħierġa mill-qalb ta’ Ġesù Kristu, il-blata tagħna, li jgħix u jsaltan miegħek flimkien mal-Ispirtu s-Santu,

    Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 9

    Il-Ġimgħa, 4 ta’ Settembru

    Santa Rożalija – verġni San Mosè – seklu XII q.K.

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Kolossin 1: 15-20 Kollox bih u għalih kien maħluq. 2. Salm 99: 2-5 Idħlu quddiem il-Mulej, b’għana ferrieħi. 3. Luqa 5: 33-39 Meta jeħdulhom l-għarus minn magħhom, imbagħad isumu dakinhar. SAN MOSÈ (seklu 12 q.K.) Il-Martiroloġju Ruman illum jagħmel it-tifkira ta’ San Mosè, il-mexxej kbir tal-

    poplu ta’ Alla li ħareġ il-poplu mill-jasar tal-Eġittu għall-Art Imwiegħda. San Mosè hu wieħed mill-ftit qaddisin tat-Testment il-Qadim li nsibu fil-

    Martiroloġju Ruman. Dak li nafu dwaru nsibuh mill-kotba ispirati tal-Bibbja, speċjalment fil-Ktieb tal-

    Esodu. Għalkemm kien iben familja Lhudija li kienet tgħammar fl-Eġittu, huwa kien adottat minn bint il-Fargħun. Permezz ta’ hekk hu rċieva l-aħjar edukazzjoni, imma fl-istess ħin ommu, li mitluba minn bint il-Fargħun baqgħet trabbih hi, tatu t-twemmin ta’ missirijietu.

    Mosè, meta kiber, ma ħamilx jara l-moħqrijiet li kien qed iġarrab il-poplu Lhudi. Peress li qabeż għalihom kellu jaħrab lejn id-deżert u jagħmilha ta’ ragħaj.

    Wara 40 sena, Alla deherlu u wrieh il-missjoni li ried minnu li joħroġ il-Lhud mill-Eġittu. Fi triqtu lejn l-Art Imwiegħda Alla tah il-Liġi tiegħu fuq il-Muntanja Sinaj. Permezz tiegħu Alla għamel diversi għeġubijiet mal-poplu tiegħu.

    Wara li bierek il-poplu, Mosè miet fl-għomor ta’ 120 sena, fuq il-muntanja Nebo li minnha seta’ jara l-Art Imwiegħda li fiha ma kellux jidħol.

    Mosè hu l-ikbar persunaġġ tat-Testment il-Qadim. Jissemma wkoll fit-Testment il-Ġdid b’mod speċjali fit-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù meta deher flimkien ma’ Elija.

    Riflessjoni: Li nfittxu l-perfezzjoni tidher li hija ħaġa iebsa, u hekk hi tassew, għax ifisser li rridu nagħmlu gwerra lilna nfusna. Imma hekk kif ninxteħtu b'qalbna kollha għal dan ix-xogħol, Alla nnifsu jaħdem f'ruħna u jsawwab fiha grazzji hekk kbar illi dak kollu li nistgħu nwettqu fuq din l-art jidher ħaġa żgħira tassew … Għaliex mela nibqgħu lura meta tkun meħtieġa ċ-ċaħda interjuri, ladarba minn din iċ-ċaħda interjuri kull ċaħda oħra tieħu mertu akbar u ssir aktar perfetta, hekk li nkunu nistgħu nwettquha b'ħeffa akbar u mistrieħ tal-qalb? Santa Tereża ta’ Ġesù

  • 10 SIGNUM FIDEI

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 75, it-3 parti It is not enough to avoid acting to please other people; you are required to act with the single view of pleasing God and of being agreeable to him. As Saint Paul says, you must perform your actions and do everything in a manner worthy of God, and for this purpose, walk in the way of God and do this in such a way that, as the same Apostle says elsewhere, you may follow it always and progress more and more. For, he adds, the will of God is that you be holy and pure, meaning that your actions ought to be pure, having no other motive than to please God. This will be the true and surest means to walk in the way of God and to make more and more progress. Because God in the next life is the purpose and the goal of all your actions, he ought to be the same also in this life, especially in your state, which demands of you a high degree of perfection. For God did not call you, says Saint Paul, to be impure, that is, to do things unworthy of your state, actions degraded and corrupted by the bad ends you will give them; rather, he has called you to be holy. Therefore, whoever does not apply himself to do his actions with a view to God is despising God, not man.

    TALBA Mulej,

    biddel lil ħajti bil-qawwa tiegħek. Iżda għallimni nkun umli bħall-ilma,

    għax l-ilma huwa element sempliċi u umli, għalkemm essenzjali għall-ħajja. L-ilma huwa l-qaddej ta’ kulħadd

    iżda sab postu fuq l-altar biex bis-sagrifiċċju tal-quddiesa

    jitħallat mad-demm għażiż tiegħek! Hekk nitolbok li tagħmel b’ħajti wkoll, Mulej.

    Tħallini qatt nitkabbar. Ammen.

    Fwar tal-Qalb – Ronnie Gauci Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 11

    Is-Sibt, 5 ta’ Settembru

    L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt Beata Tereża ta’ Kalkutta – fundatriċi

    San Lawrenz Giustiniani - isqof Beata Marija Assunta Pallotta

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Kolossin 1: 21-23 Intom sirtu ħbieb tiegħu permezz tal-mewt ta’ ibnu, biex iressaqkom quddiemu qaddisa u safja. 2. Salm 53: 3-4.6 u 8 Alla hu l-għajnuna tiegħi. 3. Luqa 6: 1-5 Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt. BEATA MARIJA ASSUNTA PALLOTTA (1878-1905) Marija Assunta twieldet fil-belt żgħira ta’ Force, l-Italja; għammduha l-għada

    u tawha l-griżma tal-isqof meta kellha sentejn. Missierha, li kien ħaddiem komuni, spiss kien ikun bla xogħol u għalhekk l-

    omm kienet tara x’tagħmel biex tlaħħaq ma’ familja ta’ ħamsa. Meta Assunta kellha ħdax-il sena, missierha ħalla d-dar biex jara jsibx fortuna,

    u għalhekk hi bdiet tieħu ħsieb ħutha u taħdem biex tgħin lill-familja. Hija tgħallmet taqra u tikteb, kienet tgħin fit-tagħlim tal-katekiżmu, kellha

    drawwa li titlob u kienet tħobb bi mħabba speċjali ’l-Madonna. Wara li ħadet il-parir tal-kappillan, ingħaqdet mal-kongregazzjoni tal-

    Franġiskani Missjonarji ta’ Marija. Marija kienet determinata li ssir qaddisa u li tagħmel ir-rieda t’Alla f’kollox.

    Hija għaddiet ħames snin f’diversi kunventi fl-Italja. Fl-1904 talbet lis-Superjura Ġenerali tiftakar fiha meta jkun hemm ċans tmur f’art tal-missjoni, u dik is-sena stess intbagħtet iċ-Ċina, fejn għaddiet l-aħħar sena f’Shansi, provinċja fit-tramuntana, fejn ħames sorijiet tal-ordni tagħha ġew maqtula għall-fidi tagħhom. Hemm xogħolha kien li ssajjar. Hija għaddiet minn tiġrib kbir bl-iskrupli.

    F’Marzu 1905 feġġet epidemija tat-tifu f’Shansi, u, mill-aħħar sitt sorijiet li waslu hemm, tlieta rikbu l-marsa, fosthom Marija Assunta Pallotta, li mietet ix-xagħar ta wara, fis-7 t’April.

    It-tjubija tagħha u l-fwieħa misterjuża li mliet il-kamra tagħha 20 minuta qabel mewtha u li damet jumejn sħaħ, qanqlu lil ħafna biex jitolbu l-interċessjoni tagħha u Alla wieġeb b’mirakli.

    Meta fl-1913 saret l-eżumazzjoni, il-ġisem tagħha nstab intatt għalkemm il-libsa kienet qed titherra.

    Hija kienet iddikjarata beata minn Piju XII fis-7 ta’ Novembru 1954.

  • 12 SIGNUM FIDEI

    Riflessjoni: Ċertu wieħed kien jinsab bejn in-nar u l-ilma - il-biża’ mill-banda l-waħda u t-tama mill-oħra. Darba waħda fid-diqa tiegħu, mar fi knisja u nxteħet wiċċu fl-art quddiem altar jagħmel orazzjoni. Beda jtella’ u jniżżel bejnu u bejn ruħu u jgħid: `Oh! Li kont naf jekk nibqax inżomm qawwi sal-aħħar!’ Minnufih sama’ din ir-risposta li tah Alla ġewwa qalbu: `Issa li inti kieku dan tafu, x’kont tagħmel? Agħmel issa dak li kont tagħmel li kieku tafu; u ma għandekx għax tibża’,’’ Qalbu mimlija, bil-ħlewwa u kollu mwettaq reħa ruħu f’idejn Alla, u ma baqax iżjed imħabbat. Neħħa wkoll minn rasu din il-kurżità żejda li jrid jaf x’għad ikun minnu. Biss kien ifittex liema huma l-ħwejjeġ li jistgħu jogħġbu ’l Alla, biex b’kulma jagħmel jibda tajjeb u jispiċċa aħjar.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 15, silta mit-2 punt …those who want to see before believing and obeying, are those who give reasons to their superior, whether to dispense themselves from carrying out what is asked, to do the thing in some way other than asked, or to make the superior see that something else would be better than what he desires. True obedience does not admit of any such reasoning, because it is based on faith, which is infinitely superior to reason. Hence, to obey properly, we ought not to use any reasons. If before we submit, we need to be convinced or at least persuaded by reason, it is no longer because God commands that we obey but because the order appears reasonable to us. We are, then, no longer acting like truly obedient people but like a philosopher, who prefers reason to faith. Which of these two ways of acting guide you with regard to your superiors? Do you reason with them and try to bring them to command what you like? Is this not, in a certain way, to place you above them and to lay down the law to them?

    TALBA Missier Qaddis,

    int tajtna mudell għall-ħajja fil-familja mqaddsa ta’ Nazzaret.

    Għinna, twajjeb Missier, biex nagħmlu mill-familji tagħna Nazzaret ieħor,

    fejn l-imħabba, il-paċi u l-ferħ isaltnu. Agħmel li tkun mogħtija għall-ħsieb profond,

    mħeġġa bl-ewkaristija, b’qawmien ġdid ta’ ferħ.

    Ammen. Beata Tereża ta’ Kalkutta

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 13

    Il-Ħadd, 6 ta’ Settembru

    It-23 Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 35: 4-7a Widnejn it-torox jinfetħu, u lsien l-imbikkem jgħajjat bil-ferħ. 2. Salm145: 7-10 Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej. 3. Ġakbu 2: 1-5 Alla għażel il-foqra biex ikunu werrieta tas-saltna. 4. Mark 7: 31-37 Jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin.

    Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Fis-silta tal-vanġelu ta’ llum ma jiskantaniex daqshekk il-miraklu, imma dak li jiġri madwaru. Kif il-Mulej, li mingħajr ebda sforz qajjem mill-mewt lit-tifla ta’ Ġajru, jitħabat daqshekk biex ifejjaq lit-trux u mutu. Iżjed u iżjed stramba li Ġesù jordna lil xi ħadd li qatt ma tkellem u issa fieq, biex ma jgħid xejn! U kif jista’ jkun li dan it-tawmaturgu diġa daqshekk famuż jippretendi li jżomm dan il-miraklu moħbi. Biex ma nsemmux il-vjaġġ tal-bidu! Qisna qegħdin ngħidu li biex immorru mill-Mosta sal-Mellieħa irridu ngħaddu mill-Birgu. Mingħajr ma nippretendu li nifhmu kollox f’din is-silta, nistgħu ngħidu li żgur dawn l-istramberiji m’humiex hemm b’kumbinazzjoni imma jirrivelaw xi ħaġa li tajjeb nifhmuha.

    Kull min għandu esperjenza fil-qasam tal-komunikazzjoni jaf kemm hu diffiċli ssib nies lesti li jisimgħu u jifhmu b’ċerta disponibbilta; u ma jistagħġibx daqshekk li Ġesù kellu jagħmel dak l-isforz kollu biex ifejjaq lit-trux. Għal Alla li jista’ kollox hi iktar faċli li jqajjem il-mejtin milli li jikkonvinċi lil ċerti ħajjin biex jagħtu kasu. Jikkonferma dan Abram fil-parabbola, meta s-sinjur jistaqsih biex jibgħat lil Lażżru jwissi lil ħutu ħalli jikkonvertu mill-ħajja ħażina tagħhom, hu jwieġbu li jekk anqas il-Kelma t’Alla ma jisimgħu anqas jekk iqum xi ħadd mill-imwiet ma jisimgħuh.

    L-isforz ta’ Ġesù biex jagħmel dan il-miraklu juri li ċerti qlub magħluqa huma saħansitra ssiġġillati u ċerti reżistenzi ma jintrebħu qatt. L-ideja li għandna llum li biżżejjed spjegazzjoni raġonevoli biex tikkonvinċi lil xi ħadd, ħafna drabi tiġi mgiddba u jinkixef dak li tassew hi – illużjoni. Minn dejjem il-bniedem lest biex jisma’ dak biss li jrid jisma’, u miraklu biss jista’ jwaqqa’ l-ħitan tad-diffidenza u jinfed l-armatura tad-difiża personali li taqtagħna mill-verita.

    Anke Isaija fl-ewwel qari jgħid li Alla, biex jidher u jinstema’ jrid l-ewwel jiftaħ l-għajnejn u l-widnejn ta’ min bħalna mhux biss iebsin biex nisimgħu imma ibsin f’qalbna. Min nies daqshekk diffiċli ma tantx nistgħu nippretendu xi diskors elokwenti; mhux ta’ b’xejn il-vanġelu jgħidilna li kien mutu wkoll, anzi forsi jtemtem bħal kieku kellu għoqda f’ilsienu – kif jiġri fi żmienna, ħafna jistudjaw

  • 14 SIGNUM FIDEI

    imma nisimgħu ħafna diskorsi fil-vojt, espressjonijiet vulgari, kliem ikrah li ma jgħid xejn imma jgħidu b’agressivita u kattiverja.

    Forsi għalhekk Ġesù, wara li fejqu, jordnalu biex jiskot: ninfetħu għas-smigħ biss jekk jieqaf it-tpaċpiċ fil-vojt tagħna, jekk dan is-smigħ jiġġenera kliem mimli mħabba, dawl u tjubija. Għalhekk tajjeb li wieħed joħloq fih innifsu id-drawwa tas-silenzju li jagħmel is-smigħ possibbli u jedukana biex ma “toqogħdux tlabalbu bħall-pagani “ (Mt 6:7). Jeħtieġ ukoll naħarbu t-tentazzjoni tal-fama, għaliex it-tajjeb ma jħobbx id-dawl tal-ispettaklu u joktor fl-umilta u fis-satra. Imma anqas dawn it-twissijiet għaqlija m’huma biżżejjed biex ifejqu n-nuqqas ta’ smigħ u n-nuqqas tal-kelma fil-qalb umana. Hemm bżonn li Alla jintervjeni personalment biex iwettaq dak li jidher bħal bidu ġdid u definitiv: l-istagħġib tal-kotra li tgħajjat “Kollox għamel tajjeb” (Mk 7:37), tfakkarna fil-kliem li l-Ħallieq lissen quddiem il-krejatura tiegħu, meta jikkontemplaha u jgħid li kollox kien tajjeb ħafna.

    Dan il-miraklu jgħidilna li fi żmienna għaddejja krejazzjoni ġdida li tfejjaq lill-bniedem mill-ħażen tiegħu u titfa’ dawl etern fuq id-dinja. Min fehem hu diġa fit-triq lejn il-fejqan min nuqqas tas-smigħ u tal-kliem tal-ħajja morali u spiritwali tiegħu, u bħal folla tal-Galilija jirrepeti dak li Dietrich Bonhoeffer kiteb lill-komunita tiegħu, “Fl-għeluq ta’ sena oħra irridu ngħidu lilna nfusna li “Alla għamel kollox tajjeb!” Nirrepetuha sakemm ma jkunx hemm anqas siegħa waħda biss f’ħajjitna li ma nkunux nixtiequ nirrepetu li tassew Hu “kollox għamel tajjeb.”

    Minn “La Realta` e` Cristo” – Don Davide Rota

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 64, l-1 punt In today’s Gospel Jesus Christ cures a deaf-mute. This man represents three kinds of deaf people who can be found occasionally in communities. The first group includes those who are deaf to God’s inspirations, either the inspirations that lead them to observe their Rule faithfully (the only thing that can maintain in them the grace of their state) or those that lead them to practice something special that God is asking of them. The second kind of deafness is found in those who are deaf to the voice of their superiors. Because obedience is what draws down on a community the greatest abundance of graces, both communal and individual, and because it is the best way to preserve the grace of God there, this kind of deafness, unless early efforts are made to remedy it, nearly always becomes incurable. The third kind of deaf people are those who cannot hear God spoken of or who cannot appreciate his word in reading sacred books or books of piety. The consequence is that they never give themselves to God, because it is ordinarily the reading of holy and pious books that fills us with his Spirit. What efforts our Savior has to make to cure these types of deafness! The reason for this is that he no longer finds the fervor of his grace in people so afflicted. He needs to draw them aside, because it is only in seclusion that they will dispose themselves to listen to God’s voice. Jesus then raises his eyes to heaven,

  • SIGNUM FIDEI 15

    heaves a great sigh, puts his fingers into the deaf man’s ears, and says, Be opened. Oh, how difficult and rare it is to cure a soul when this deafness is firmly established!

    TALBA

    Biddilni Ġesù. Jiena nemmen b’qalbi kollha

    li inti tista’ tbiddel id-dgħufija tiegħi fi nbid ħelu li jferraħ il-qlub.

    F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi: ħu f’idejk it-tmun ta’ ħajti.

    Ikun li trid int, Mulej. Glorja lilek biss, Mulej Ġesù,

    Ammen. Fwar tal-Qalb – Ronnie Gauci Missierna ...

    It-Tnejn, 7 ta’ Settembru Il-Beatu Frederic Ozanam

    Santa Reġina – verġni u martri San Klodoald – saċerdot

    San Stiefnu Pongracz u San Melkjor Grodziecki - presbiteri Ġiżwiti u martri San Marku Krizecanin - kanonku ta’ Strigonja u martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Kolossin 1: 24 - 2, 3 Sirt ministru tal-Knisja biex inxandar b’mod sħiħ il-misteru li kien moħbi sa miż-żminijiet. 2. Salm 61: 6-7.9 F’Alla s-salvazzjoni u l-ġieħ tiegħi. 3. Luqa 6: 6-11 Kien moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt.

    IL-BEATU FRÉDÉRIC OZANAM (1813 –1853) Frédéric Ozanam, il-fundatur tas-soċjetajiet ta’ San Vincenz de Paul, twieled

    Milan minn ġenituri Franċiżi. Ftit wara t-twelid tiegħu, il-ġenituri reġgħu marru Lyons, pajjiż missieru, u trabba’ f’dik il-belt qalb id-dħaħen tal-fabbriki u l-miżerja tal-ħaddiema tal-ħarir, li minħabba l-ġuħ, kemm il-darba kienu jqajmu rewwixti.

    Il-qagħda tal-ħaddiema xejn ma kienet tajba, u hu ħass li kellu jirreaġixxi kontra l-inġustizzji. Iżda ħass ukoll li qabel kellu jistudja l-qagħda sewwa. U, waqt li beda jistudja l-liġijiet li għandhom imexxu d-dinja soċjali, induna li, qabel kollox, qabel kull pjan, kien meħtieġ li jingħata l-ħobż lill-imġewħin.

  • 16 SIGNUM FIDEI

    Kellu sewwa sew 20 sena meta, fl-1833, waqt li kien jistudja f’Pariġi, flimkien ma’ seba’ żgħażagħ oħra, beda l-ewwel soċjetà ta’ San Vinċenz de Paul.

    Ozanam kellu karriera professjonali sabiħa. Ta’ 23 sena (fl-1836) sar duttur tal-liġi, u f’dik l-istess sena professur fil-Liġi Kummerċjali f’Lyons. Erba’ snin wara, fl-1840, ġie magħżul professur fl-Università magħrufa ta’ Sorbonne.

    Ozanam kien ukoll storiku profond fuq l-epoki mbiegħda, u fil-kitba tiegħu jurina l-ħin kollu kif kellha tkun il-Knisja biex ġiet salvata l-letteratura klassika. Huwa kiteb ħafna fuq il-qagħda mwiegħra tal-ħaddiema, li tliet kwarti minnhom kienu jgħixu fil-miżerja u fil-ġuħ, u mhux biss fi Franza.

    L-aktar paġni impressjonanti ta’ Ozanam dwar dan is-suġġett kitibhom wara li fl-1851 żar l-Ingilterra u baqa’ miblugħ quddiem il-miżerja li sab hemm.

    Fi Franza s-sitwazzjoni ma kinitx aħjar, u meta faqqgħet ir-rivoluzzjoni tal-1848, Ozanam ma stagħġeb xejn. Kien ilu jara l-indifferenza kolpevoli ta’ dawk li kellhom il-ġid, l-għana u l-ħerqa eżaġerata tagħhom biex jikkonservaw ir-rikkezzi tagħhom. Ċerti riformi li wettaq il-Papa Beatu Piju IX fl-Istati Pontifiċji komplew jentużjażmaw lil Ozanam u jinkuraġġixxu l-konvinzjonijiet soċjali tiegħu.

    Fréderic Ozanam kien miżżewweġ u dakinhar li twelditlu tifla ħassu ferħan tant li sejjaħlu l-isbaħ jum ta’ ħajtu.

    Il-marda tat-tiżi li biha kien ilu jsofri ma ħallitux iwettaq il-proġetti li kellu. Huwa miet Marsilja fit-8 ta’ Settembru 1853, ta’ ftit aktar minn 40 sena.

    Illum il-fdalijiet tiegħu jinsabu Pariġi. Kien iddikjarat beatu mill-Papa San Ġwann Pawlu II fit-22 t’Awwissu 1997.

    Riflessjoni; mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-3 Ktieb, kap. 18: Kristu jgħidilna hekk: “Ibni, jien inżilt mis-sema biex insalva lilek, u lbist il-miżerji tiegħek, mhux għax kelli bżonn, iżda għax tant ħabbejtek. Biex hekk int titgħallem il-paċenzja u biex il-miżerji ta’ dil-ħajja ma tgemgimx minnhom. Minn xħin twelidt sa ma mitt fuq is-salib, ebda siegħa ma bqajt bla tbatija. Minn ħwejjeġ tal-ħajja sibt ruħi nieqes għal kollox; tqasqis fuqi kull ħin kont nisma’, ħammart wiċċi; rajt minn kollox u ħadt paċenzja.

    Għamilt mirakli u pattewli bid-dagħa; għallimt u għalija ma kellhomx ħlief tgħajjir.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 71, silta mit-3 punt Spiritual maladies differ from corporal ones. To heal corporal maladies, it is enough for Jesus to say a word or simply to will it, but in the case of maladies of the soul, we must on our part will to be cured. God does not constrain our will, although he does exhort and urge us. It is up to us to welcome his grace, to put it into effect, and to support his goodwill to cure our spiritual ailments. Thus, when your movement toward God is, as it were, suspended, be prompt and responsive to his voice. Rise up at once when he calls you, and walk, that is, resume the practice of virtue that you might find difficult, mortify your passions, and strive to overcome them. Be faithful, especially, to open your heart completely to your Director; this will, as a rule, prevent you from succumbing to this kind of weakness.

  • SIGNUM FIDEI 17

    . TALBA

    Mulej, inti d-dawl u s-salvazzjoni tagħna. Agħtina dawl biex naraw il-verità tiegħek

    u l-għerf biex inħobbu lil dak li naraw, b’hekk nimxu fi triqatek illum,

    u kull ġurnata ta’ ħajjitna. Bi Kristu Sidna,

    Ammen. Missierna ...

    It-Tlieta, 8 ta’ Settembru It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Mikea 5: 1-4a Sa ma teħles dik li għandha teħles. jew

    Rum 8, 28-30 Lil dawk li Alla għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll.

    2. Salm 12: 6 Nifraħ b’ferħ kbir fil-Mulej.

    3. Mattew 1:1-14,18-23 Dak li tnissel fiha hu bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.

    IT-TWELID TAL-IMQADDSA VERĠNI MARIJA Bil-festa tal-lum il-Knisja tfakkar misteru li seħħ fil-moħbi u fis-skiet: it-twelid ta’

    dik li minnha kellu jiġi l-iben t’Alla bħala bniedem. Il-Liturġija Biżantina tintroduċi l-festa tal-lum b’dan il-kliem: “It-twelid tiegħek, ja

    Omm ta’ Alla, ħabbar ferħ lid-dinja kollha: għax permezz tiegħek feġġet ix-Xemx tal-Ġustizzja, Kristu Alla tagħna.”

    San Alfons M. de’ Liguori jikteb hekk fuq it-twelid tal-Madonna: “Billi kienet magħżula biex issir l-Omm tal-Kelma Eterna, din it-tarbija kienet mogħnija bi grazzja hekk kbira li anke fil-mument tat-tnissil bla tebgħa tagħha, hija għaddiet lill-qaddisin u lill-anġli kollha fil-qdusija għax kienet mogħtija ordni ogħla ta’ grazzja li kienet taqbel mad-dinjità tagħha ta’ Omm Alla.” Il-qaddis ikompli jgħid: “Ejjew nifirħu ma’ din it-tarbija għażiża tagħna li twieldet hekk qaddisa, hekk għażiża għal Alla, u hekk mimlija bil-grazzja!”

    Ma nafux b’ċertezza f’liema belt twieldet Marija. Skont tradizzjoni qadima hi twieldet f’Nazzaret għalkemm hemm min iżomm li twieldet f’Ġerusalemm. Il-festa ta’ twelidha bdiet fis-Sirja jew fil-Palestina fil-bidu tas-seklu sitta u daħlet f’Ruma xi mitt sena wara.

  • 18 SIGNUM FIDEI

    F’Malta, il-festa tal-lum insejħulha “tal-Vitorja” għax fiha ssir it-tifkira tar-rebħa li missirijietna għamlu fuq il-qawwa tal-Misilmin u li seħħet bħal-lum fl-1565. Minħabba f’hekk illum hu meqjus bħala Jum Nazzjonali.

    Il-parroċċi tal-Isla, tan-Naxxar u tal-Mellieħa f’Malta, kif ukoll dik tax-Xagħra f’Għawdex, huma ddedikati lill-Madonna taħt dan it-titlu.

    Riflessjoni fuq Marija Santissima: “Marija kienet sa minn dejjem kollha kemm hi tal-Mulej, u l-ebda nuqqas ma tebba’ l-armonija perfetta li kellha ma’ Alla. Il-ħajja tagħha fuq din l-art kienet ikkaratterizzata mit-tkabbir kontinwu u sublimi tal-fidi, it-tama u l-karità. Għal dawk li jemmnu, Marija hija dak is-sinjal imdawwal tal-Ħniena Divina u gwida sigura li tmexxina lejn il-qċaċet għoljin tal-qdusija u l-perfezzjoni tal-Evanġelju.” Beatu Papa Ġwann Pawlu II

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 163, l-1 parti Let us honor the Most Blessed Virgin on her birthday and join in the quite extraordinary joy felt by the entire Church, which today solemnly celebrates this happy day when God brought into this world the woman who initiated the salvation of all people. God, who conducts all things with wisdom, having the plan to save his people and to be born like them, chose by preference a virgin who was worthy to be his temple and his dwelling place. To prepare her just as he wished her to be, he adorned her by the power of the Holy Spirit with all the natural and supernatural qualities fitting for the one who would be the mother of God. It was necessary for this purpose that the body of this holy Virgin would be so perfectly formed and so well functioning from the time of her birth that it was able to contribute to the holiness of her soul. In this way the Holy Spirit, coming upon her, put her in a state to find favour before God and to be the object of his delight. He gave her such inner strength that she was able to resist all the attacks of the evil spirit that might have corrupted, or at least diminished, the purity of her heart. Oh, how very right it is that she who was destined to form a man-God would be entirely the work of God and the most perfect of pure creatures!

    TALBA: MEMORARE

    Ftakar ja l-iżjed ħanina Omm Verġni Marija, li qatt ma nstema’ li xi ħadd

    intefa’ taħt il-ħarsien tiegħek, talbek l-għajnuna jew fittex li tidħol għalih u inti ma smajtux.

    Imqanqal minn dan il-ħsieb għal għandek niġri, ja Verġni Omm tiegħi:

    għandek niġi, quddiemek noqgħod midneb u niedem, ja Omm l-Iben t’Alla magħmul bniedem.

    La tistmerx it-talb tiegħi, iżda ismagħni u weġibni. Ammen.

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 19

    L-Erbgħa, 9 ta’ Settembru San Pietru Claver - presbiteru

    Sant’ Omer - isqof ta’ Therouanne

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Kolossin 3: 1-11 Intom mittu ma’ Kristu: mewtu ġo fikom dak kollu li hu tal-art. 2. Salm 144: 2-3,10-13Twajjeb ma’ kulħadd il-Mulej. 3. Luqa 6: 20-26 Henjin intom il-foqra. Ħażin għalikom, intom l-għonja. SAN PIETRU CLAVER, S.J. (1581-1654) presbiteru Dan il-qaddis twieled f’Verdù, fil-Katalonja (Spanja). Studja għal qassis

    f’Barċellona, imma ddeċieda li jsir Ġiżwita fil-belt ta’ Tarragona. Minn hemm intbagħat fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti f’Palma di Majorca fejn iltaqa’ ma’ S. Alfons Rodriguez, il-fratell purtinar tal-kunvent li kien ta’ qdusija kbira.

    It-tnejn saru ħbieb kbar u l-fratell purtinar ħajjar lil Pietru biex imur fil-missjoni tal-kumpanija fl-Indi.

    Fl-1610 Pietru niżel fil-belt ta’ Cartagena, illum Kolumbja, fejn kien hemm wieħed mis-swieq ewlenin tal-ilsiera fid-Dinja l-Ġdida. Hemm huwa ordna qassis fl-1616. Hawn beda jħoss li l-missjoni tiegħu kienet dik li jgħin b’kull mod possibbli lill-ilsiera. Hu kien jilqa’ lil kull vapur li kien jasal bl-ilsiera mill-Afrika (wara li kienu jmutu terz tal-ilsiera fil-vjaġġ) b’galletti, brandi, lumi u kulma kien jiġbor mid-djar.

    Patri Claver kellu miegħu grupp ta’ interpreti ta’ karnaġġjon skura li kienu jafu d-diversi djaletti. L-ilsiera kienu jifhmuh tajjeb meta kien ibusilhom il-feriti jintnu tagħhom. Kien jgħallimhom ukoll talba biex jgħiduha.

    Is-sidien ta’ dan il-kummerċ tal-ilsiera bdew jipprotestaw miegħu u mas-superjuri tiegħu. Dawn l-isfruttaturi tan-nies bdew isostnu li flok jaħdmu, l-ilsiera ffurmati minn Pietru kien moħħhom biex jitolbu u jkantaw.

    Fit-38 sena li dam f’dan ix-xogħol Pietru għammed aktar minn 250,000 ruħ. Hu kien jagħti wkoll is-servizzi tiegħu fl-isptarijiet ta’ Kartaġena u wkoll appostolat siewi ma’ dawk ikkundannati għall-mewt, u ħafna minnhom kien jirnexxilu jirrikonċiljahom ma’ Alla qabel l-eżekuzzjoni tagħhom.

    Fl-1650, f’Kartaġena, kien hemm il-pesta u Pietru Claver kien wieħed mill-vittmi.

    Fis-6 ta’ Settembru 1654 waqa’ f’koma u miet jumejn wara. Kellu 73 sena. Eluf ġew iżuruh fiċ-ċella tiegħu u biex ikollhom xi relikwja ta’ dan il-bniedem eċċezzjonali li kien miqjum bħala qaddis f’ħajtu stess.

    San Pietru Claver, li kien jiffirma l-ittri tiegħu “Ilsir tal-ilsiera għal dejjem”, ġie ddikjarat qaddis fl-1888 mill-Papa Ljun XIII. Miegħu kien iddikjarat ukoll qaddis il-fratell ġiżwita Alfonsu Rodriguez li kien ħajru jmur fil-missjoni ta’ Cartagena.

  • 20 SIGNUM FIDEI

    Fl-1996 isem San Pietru Claver tniżżel fil-Kalendarju Universali Ruman. Riflessjoni: Ebda fqir ma kien qatt jintbagħat mingħand Sant. Andrija Corsini bla ma jkun irċieva xi karità. Il-bniedem ta' Alla kellu drawwa li kull nhar ta' Ħamis jaħsel riġlejn xi foqra, u dan b'tifkira tal-umiltà ta' Ġesù Kristu. Ġara li wieħed minn dawk il-foqra, minħabba li kellu riġlejh morda, ma ħalliex lill-isqof jaħsillu riġlejh. Għalhekk, l-isqof tennielu: “Afda fil-Mulej, ibni”, u hekk kif tefa' l-ilma fil-mejjilla, beda jaħsel is-saqajn u r-riġlejn ta' dak it-tallab. U - ħaġa tal-għaġeb - malli nħaslu, riġlejh sfaw b'saħħithom minnufih u għal kollox. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.76, it-3 punt Several, even after leaving the world, are not dead to what is in the world. To be entirely dead to it, we ought no longer to find anything there either beautiful or good. Still, some willingly seek the company of people of the world, and when they cannot be among them, they satisfy themselves by talking about them, eagerly listening to news about them, or being preoccupied with them. Others are very pleased to have and to display clothing, garments, shirts, hats, stockings, shoes, and so forth that resemble what people of the world usually wear, or if they cannot have such things, they try to dress in a way or to put on an appearance one way or another that reflects a worldly manner. Others read good books at times, but they will freely read others that deal with matters that are not bad but that are trivial. There might even be found some who, in spite of the prohibitions of superiors, are so unfaithful to the Rule as to read daily newspapers, to use snuff, and even to procure such things for themselves by illicit means.

    TALBA

    Mulej Ġesù, bħalma biddilt l-ilma, fit-tieġ ta’ Kana,

    fi nbid l-aktar bnin u ħelu, biddel ukoll ix-xejn tiegħi.

    Dak l-ilma sempliċi, dgħajjef u bla togħma, inbidel fi nbid li jsaħħar. U dan sar bil-qawwa tiegħek.

    Ġesù, nitolbok biex tagħmel l-istess bija. Ilqa’ d-dgħufija tiegħi,

    il-qtigħ ta’ qalb, in-nuqqas ta’ fidi u l-ħtijiet kollha tiegħi.

    Ammen. Fwar tal-Qalb - Ronnie Gauci

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 21

    Il-Ħamis, 10 ta’ Settembru San Ġiljan

    San Nikola ta’ Tolentino – presbiteru Beatu Franġisk Garate - reliġjuż

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Kolossin 3: 12-17 Ilbsu l-imħabba. 2. Salm 150: 1-6 Kull min jieħu n-nifs, ħa jfaħħar il-Mulej! 3. Luqa 6: 27-38 Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. BEATU FRANĠISK GARATE (1857-1929) Franġisku Garate twieled ġo villaġġ jismu Recarto, mhux il-bogħod minn

    Loyola, fin-naħa ta’ fuq ta’ Spanja, fl-1857. Wara li attenda għal ftit l-iskola elementarja, ta’ 14-il sena, beda jaħdem bħala

    seftur ġewwa il-kulleġġ tal-Ġiżwiti, f’Orduna. Ftit wara daħal bħala brother fis-Soċjetà ta’ Ġesù.

    Mill-1877 sal-1888, serva bħala infermier u sagristan fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti f’ La Guardia.

    Fl-40 sena ta’ wara, serva ta’ purtinar fl-Università, kienu jqisuh bħala receptionist, uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi, kunsillier, li kien dejjem lest li jagħti l-pariri lill-istudenti u benefattur tal-fqar.

    Kien magħruf għat-tjubija tiegħu, l-umiltà u l-ħeġġa għat-talb. Kienu jsejħulu Alfonzo ta’ żmienna, għaliex il-ħajja tiegħu kienet tixbah lil dik ta’ purtinar ieħor San Alfons Rodriguiz S.J.

    Miet nhar id-9 ta’ Settembru fl-1929, u kien ibbeatifikat mill-Papa San Ġwanni Pawlu II, fl-1985.

    Franġisku jibqa’ mfakkar għall-karità, l-imġiba ħelwa tiegħu u għad-dedikazzjoni fix-xogħol.

    Riflessjoni: “Kif jista' jkun, Mulej, li jintesa dan kollu, u li l-bnedmin li jridu jmutu jinsew daqshekk meta joffenduk? O Feddej tiegħi, kemm ikunu qegħdin jinsew lilhom infushom fl-istess ħin! U kemm hija kbira tjubitek, li int tiftakar fina u, għalkemm inkunu waqajna u ferejniek b'daqqa tal-mewt, tinsa xi nkunu għamilnielek u terġa' tagħtina idek u tqajjimna minn dan il-ġenn tagħna bla fejqan, biex infittxu mingħandek, u nitolbuk, is-salvazzjoni! Ikun imbierek Mulej bħal dan, tkun imbierka ħniena hekk kbira, u tkun imfaħħra mogħdrija hekk kollha tjieba!” Santa Tereża ta’ Ġesù

  • 22 SIGNUM FIDEI

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 65, silta mit-2 punt Our Lord, in the Sermon on the Mount, said to his Apostles: Blessed are those who show kindness toward others, for they will possess the land. This means the whole earth, because those who possess the hearts of others do possess the whole earth, which is what people whose temperament is kind and moderate easily achieve. They gain entry so well into the hearts of those with whom they speak and relate that they win them over, little by little, and obtain from them whatever they desire. That is how we gain possession of hearts and get them to do whatever we wish. In this way those who were born with this fortunate disposition or have acquired it with the help of grace make themselves, as it were, masters of others and turn them whichever way they like. Oh, what a great advantage it is to learn well and to practice well this lesson given us by our Lord: Learn of me, for I am kind and humble of heart!

    TALBA

    Missier, berikna bil-maħfra għal dnubietna, berikna billi taħsilna u tnaddafna

    bid-demm ta’ ibnek Ġesù, u hekk ikollna qalb nadifa.

    Missier, int tassew missier fidil, għalhekk, berikna b’qalb ġdida u pura,

    u b’ruħ qaddisa, salvana. Ammen.

    Prayers of the Day Missierna ...

    Il-Ġimgħa, 11 ta’ Settembru San Ġwann Gabriel Perboyre – saċerdot u martri

    Beatu Bonaventura minn Barcinone - reliġjuż

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Timotju 1: 1-2.12-14 Qabel kont dagħaj, iżda sibt il-ħniena. 2. Salm 15: 1-2a u 5.7-8.11 Mulej, inti s-sehem tal-wirt tiegħi. 3. Luqa 6, 39-42 Jista’ għama jmexxi għama ieħor?

  • SIGNUM FIDEI 23

    SAN ĠWANN GABRIJEL PERBOYRE (1803-1840) - saċerdot u martri Ġwanni Gabrijel twieled fir-raħal ċkejken ta’ Puech, fi Franza, fi ħdan familja

    nisranija tassew. Kienu tmien aħwa b’kollox, li ħamsa minnhom daħlu fil-kongregazzjoni ta’ San Vincenz de Paul.

    Kien tant attent fl-istudju u tant magħruf għal tjubitu, li kiseb it-titlu ta’ “qaddis ċkejken”.

    Meta kellu 15-il sena sema’ prietka u tnisslet fih xewqa li jsir missjunarju. Huwa ngħaqad mal-Viċenzjani fil-Milied tal-1818. Kien ordnat saċerdot f’Pariġi fl-1825. Huwa għadda l-ewwel 12-il sena wara l-ordinazzjoni tiegħu bħala għalliem, rettur ta’ seminarju u assistent majjistru tan-novizzi waqt li sikwit kien jitlob li jintbagħat fiċ-Ċina.

    Fl-aħħar qata’ xewqtu u telaq minn Franza għal Macao fil-21 ta’ Marzu 1835. Għal erba’ snin ħadem kemm felaħ u kellu suċċessi tajbin fil-provinċji ta’

    Honan u ta’ Hupeh. Imbagħad l-imperatur ħareġ l-editt ta’ persekuzzjoni kontra l-insara.

    Wara li kien ilu jaħdem hemm erba’ snin, Padre Perboyre, bħal Ġesù, kien ittradut għal ftit flus minn wieħed mill-insara ġodda tiegħu u mogħti f’idejn l-awtoritajiet. Għal sena sħiħa Ġwann Gabrijel sofra torturi tal-biża’ magħluq ġo ċella kollha ntiena għax irrifjuta li jgħaffeġ salib taħt saqajh jew li jitradixxi lil sħabu. Stampawlu fuq wiċċu erba’ karattri Ċiniżi li jfissru “Għalliem ta’ reliġjon falza.”

    Hu kien ikkundannat għat-tgħalliq fuq salib flimkien ma’ ħames kriminali. Ftit qabel qatluh irnexxielu għal ftit mumenti jinżel għarkupptejh jitlob, u minn taħt l-ilsien lissen: “Missier, f’idejk nerħi ruħi.” U hekk, fost tbatijiet ħorox sal-aħħar, radd ruħu lill-Mulej. Kien il-jum tal-Ġimgħa, 11 ta’ Settembru 1840.

    Sentejn biss wara mewtu, Papa Girgor XVI iffirma d-digriet għall-introduzzjoni tal-beatifikazzjoni ta’ Ġwann Gabrijel Perboyre.

    Papa Ljun XIII niżżlu mal-beati fl-1889, u San Ġwanni-Pawlu II niżżlu fil-lista tal-qaddisin fit-2 ta’ Ġunju 1996

    Riflessjoni: Wieħed għama, jekk id-dawl ma jkunx marlu għal kollox, ma jkun irid ebda gwida li jmexxih għax, ladarba jara xi ftit, jibda jaħseb li jkun aħjar li jieħu d-direzzjoni li jista' jagħżel hu, għax hu ma jara ebda oħra aħjar. U minħabba f'hekk jista' joħroġ mit-triq it-tajba lill-istess gwida li fil-fatt jara aktar minnu, għax fl-aħħar mill-aħħar huwa hu, aktar milli l-gwida, li għandu jgħid fejn irid imur. Bl-istess mod, ir-ruħ tista' toqgħod fuq it-tagħrif li tiġbor hi, jew dak li tħoss u jkollha esperjenza tiegħu mingħand Alla. B'danakollu, kbar kemm ikunu kbar dan it-tagħrif u dawn l-esperjenzi, huma wisq żgħar u diversi minn dak li huwa Alla. U meta r-ruħ timxi matul din it-triq toħroġ minnha jew tieqaf. Għax ma tkunx baqgħet fil-fidi bħal wieħed għama, waqt li jeħtiġilha li l-fidi tkun il-gwida vera tagħha. San Ġwann tas-Salib

  • 24 SIGNUM FIDEI

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 15, silta mill-1 parti The blind man whom Jesus Christ cures in the Gospel and whom he had previously asked: What do you wish me to do for you?, is a figure of those people whose superiors are forced to ask them what is agreeable to them and who want to examine what they are going to be asked to do before showing that they are disposed to do it. There are three kinds of such self-willed religious. Some examine the order given; before obeying they must know what intends to command them, so that they can consider whether it is acceptable to them, whether it will be too much trouble for them, or whether they have some condition to propose to make the execution easier and more convenient for them. They also have a number of other reflections to make, all completely natural. Truly obedient people examine nothing and pay attention to nothing except that they must obey. Faith has full charge of their minds and forbids all these considerations

    TALBA

    O Alla tal-paċi, seddaq is-sliem f’din id-dinja vjolenti, paċi fil-qlub tal-irġiel u n-nisa kollha,

    u ftehim bejn in-nazzjonijiet tad-dinja. Lil dawk li qalbhom u moħħhom mifnija bil-mibgħeda

    dawwarhom lejn it-triq tal-imħabba. Alla li tifhem kollox,

    imqanqal bil-ħruxija ta’ din it-traġedja, nitolbuk biex tagħtina d-dawl u l-gwida

    biex nikkonfrontaw avvenimenti bħal dawn. Mulej, lil dawk li salvaw

    agħtihom il-grazzja li jgħixu ħajja tajba sabiex il-ħajjiet ta’ dawk li ntilfu

    ma jkunux ġraw għalxejn. Ammen.

    Il-Papa Benedittu XVI Ground Zero, New York: April 2008

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 25

    Is-Sibt, 12 ta’ Settembru L-Isem tal-Imqaddsa Verġni Marija

    San Gwidu ta’ Anderlacht

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Timotju 1: 15-17 Kristu Ġesù ġie fid-dinja biex isalva ’l-midinbin. 2. Salm112: 1-7 Ikun isem il-Mulej imbierek minn issa u għal dejjem! 3. Luqa 6, 43-49 Għaliex issejħuli: “Mulej Mulej!” u mbagħad ma tagħmlux dak li ngħid jien? X’jgħidu l-qaddisin fuq l-isem tal-Imqaddsa Verġni Marija:

    “M’hemm l-ebda qawwa f’isem, lanqas hemm xi isem ieħor mogħti lill-bniedem, wara dak ta’ Ġesù, li minnu ħarġet is-salvazzjoni tal-bnedmin, daqs l-isem ta’ Marija ... li d-devozzjoni lejn dan l-isem ħlejju u qaddis iwassal għall-abbundanza ta’ grazzji f’din il-ħajja, u glorja qawwija għall-ħajja li jmiss.”

    San Rikardu ta’ San Lawrenz

    “M’hemmx isem ieħor, wara dak tal-iben, kemm fil-ġenna kif ukoll fl-art, minn fejn imħuħ devoti qalgħu daqshekk grazzji, tama u ħlewwa, mill-isem tal-Verġni Marija.” L-Abbati Francone

    “Tkun kemm tkun il-qalb iebsa u b’nuqqas ta’ fiduċja, l-isem tal-Imqaddsa Verġni għandu tant qawwa, li jekk biss jingħad, dik il-qalb tirtab.”

    Il-Beatu Rajmondu Jordano

    “L-isem tiegħek, O Omm Alla, hu mimli bil-grazzji u l-barkiet divini.” San Metodju

    “L-isem tiegħek, O Marija, ma jistax jitlissen mingħajr ma jaqla’ xi grazzja lil dak li jkun semma’ dan l-isem bl-akbar devozzjoni.” San Bonaventura

    Riflessjoni: “Il-kelmiet: ‘Hawn jien, il-qaddejja tal-Mulej’, juru li sa mill-bidunett Marija aċċettat u fehmet li l-maternità tagħha kienet l-għotja sħiħa tagħha nnifisha, id-don tal-persuna tagħha għall-qadi tal-pjan tas-salvazzjoni tal-Għoli. U sal-aħħarnett hi għexet is-sehem sħiħ tagħha ta’ omm fil-ħajja ta’ binha Ġesù Kristu, b’mod li kien jaqbel sewwa mas-sejħa tagħha għall-verġinità.”

    San Ġwann Pawlu II, Papa - Redemptoris Mater

  • 26 SIGNUM FIDEI

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 164, it-2 parti The road you must follow through this life being so dangerous, you need a guide to walk safely. You cannot have a better guide than the Most Blessed Virgin, because she is most pure within and without, because the saints call her the treasurer of the graces that God has given to her to share them with you, and because she knows all the paths and means to keep you safe amid the dangers you will encounter. This is why it is most advantageous to allow yourselves to be guided by her, because, says Saint Bernard, when we follow her, we cannot go astray; when we think of her, we cannot wander from the right path; when we pray to her, we can never despair of reaching the place where we intend to go; when she helps and upholds us, we cannot fall; when she protects us, we can fear nothing, and when she guides us, we cannot grow weary. In dangers and in narrow, perilous paths, think of Mary. Invoke her sacred name, and at once you will find comfort and deliverance from all your troubles. Oh, how happy you are, if you are devoted to the Most Blessed Virgin, to have easy recourse to her holy name and by this invocation alone to be safe in the midst of all the problems of so difficult a journey!

    TALBA

    L-ANGELUS

    L-Anġlu t’ Alla ħabbar lil Marija: u hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu.

    Sliema u Qaddisa. Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej:

    ikun minni skont kelmtek. Sliema u Qaddisa.

    U l-iben t’Alla sar bniedem: u għammar fostna.

    Sliema u Qaddisa. Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla:

    biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu. Nitolbu: Xerred, Mulej, fi qlubna l-grazzja tiegħek biex aħna li bit-tħabbira tal-anġlu għarafna li Kristu ibnek sar bniedem, bil-passjoni u l-mewt tiegħu naslu għas-sebħ tal-qawmien. Bi Kristu sidna. Ammen.

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 27

    Il-Ħadd, 13 ta’ Settembru L-24 Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 50: 5-9a Tajt dahri lil dawk li kienu jsawtuni. 2. Salm 114: 1-6,8,9 Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art il-ħajjin. 3. Ġakbu 2: 14-18 Il-fidi mingħajr l-għemil hi mejta. 4. Mark 8: 27-35 Hu meħtieġ li Bin il-Bniedem ibati ħafna. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Fil-ħajja xi darba jew oħra jasal il-mument li dak li jkun ikollu jgħid min hu, u juri l-identita tiegħu, li jikxef il-veru wiċċ xi ftit jew wisq moħbi wara siparju ta’ apparenzi personali u konvenzjonijiet soċjali: jekk ma nagħmluhiex minn jeddna, xi darba xi ħadd se jgiegħelna nagħmluha. Imbagħad ma jibqgħux jiswew iktar il-paroli; jiswew l-għażliet li nagħmlu u d-deċiżjonijiet li nieħdu: dawn jikxfu liema direzzjoni tajna lil ħajjitna. Anqas Ġesù ma jaħrab minnha din il-liġi avolja b’differenza minna Hu m’għandu xejn x’jaħbi, għaliex kull kelma tiegħu, kull għażla li jagħmel, ħajtu kollha, huma rivelazzjoni sħiħa tal-verita tiegħu ta’ bniedem u trasparenza sħiħa tal-verita t’Alla.

    Il-Vanġelu ta’ llum fil-fatt jurina li anke għalih kien wasal il-mument li jikxef il-misteru tal-persuna tiegħu mhux għax ried iżommha sigrieta imma għax in-nies ta’ żmienu – ta’ kull żmien – ma kienux kapaċi jilqugħ. Il-mistoqsija li Ġesù jagħmel lit-tnax,” min tgħidu li jien?” mhix magħmula għall-kurżita biex ikun jaf x’jaħsbu n-nies dwaru, imma hi l-ispunt tar-rivelazzjoni tiegħu innifsu, hi l-ħjiel ta’ ħajja tajba, u għalhekk hi stedina lil ħbiebu għal dak li jiġri wara. Meta tasal quddiemu l-bidla ta’ ħajtu, fejn kellu jiddeċiedi jekk jagħmilx dak il-vjaġġ lejn Ġerusalemm li bih kellu jwettaq il-missjoni tiegħu ta’ Messija, bit-traġedji u l-konflitti kollha li kellu jġib miegħu, Ġesù ma jillimitax ruħu li jtajjar l-illużjonijiet umani ta’ ħbiebu, imma jistedinhom saħansitra biex isegwuh b’kuraġġ. B’dan il-mod hu jrid ipoġġi fi prova propju lil dawk li bl-iskuża li jħobbuh jaħsbu li jafuh, u jippretendu saħansitra li jiddeċiedu għalih. Jippruvaw jevitawlu l-periklu u r-riskju tal-għażla radikali tiegħu li jobdi lil Alla mingħajr kundizzjonijiet u li jħobb lil proxxmu bħalu nnifsu.

    Forsi ċ-ċanfira li Ġesù jagħmel lil Pietru tidher xi ftit barra minn postha u esaġerata; li fuq kollox ried biss isalvalu ħajtu u l-kuntentizza tiegħu; imma tajjeb niftakru li, wara s-solitudni u s-sawm u ċ-ċaħdiet tal-erbgħin jum fid-deżert, kien ix-xitan u mhux Alla li resaq qrib Ġesù. Liebes ilbies ta’ ħabib u kosolatur, biex jipproponilu soluzzjonijiet faċli mingħajr tbatija..... Naħsbu ftit: m’humiex dawn l-atteġġamenti li ħafna minna nieħdu lejn dawk li ngħidu li nħobbu? Din ir-rieda li nevitaw b’kull mezz it-tbatijiet lil dawk li nħobbu, forsi

  • 28 SIGNUM FIDEI

    tiddependi mill-fatt li tlifna lil Alla u m’għandniex proposta tajba u awtentika oħra x’nagħmlulhom? Ma baqa’ xejn daqshekk kbir li tista’ tagħti ħajtek għalih? Mingħajr dubju d-dinja tagħna għamlet progress u avanzat, bħal qatt qabel fl-istorja; il-problema hi li hija wkoll daqshekk traġikament truxa għal Alla, tant li teskludih intenzjonalment mill-ħarsa tal-bniedem.

    Jekk m’għadniex xbieha t’Alla, jekk il-bniedem m’għandux wiċċ Alla fid-dinja, x’baqa’ minna? Għaliex nistagħġbu li tant nies illum jgħixu bl-apparenzi effimeri, bil-vanita, u jagħmlu tant sagrifiċċji għad-dehra, l-moda u l-lussu? Għalhekk m’għandniex nibżgħu nilqgħu il-provokazzjoni tal-Vanġelu ta’ llum, u nerġgħu nibdew, bl-onesta kollha, nistaqsu lilna nfusna min aħna, anzi min nixtiequ nkunu. Irridu anzi nkunu nixtiequ li nwettqu l-istedina tal-Mulej li nimxu warajh, li nħaddnu s-salib, sieħeb inseparabbli tal-ferħ evanġeliku u fonti tal-liberta vera. Irridu fl-aħħar naċċettaw il-proposta bla sens li b’ġenerożita nitilfu ħajjitna: nintebħu li hu propju b’dan il-mod li nistgħu nirbħuha, billi nsalvaw flimkien magħna anke lil ħuna fqir, ħati, midneb.

    Minn “La Realta` e` Cristo” – Don Davide Rota

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 27, it-2 punt Jesus Christ suffered no less in his body than in his soul. He was bound and shackled disgracefully by the soldiers. His head was crowned with thorns, which were beaten in by heavy blows from a rod. Several soldiers spat in his face; others slapped him. He was so cruelly whipped that the blood flowed from every part of his body. They hoisted a heavy cross onto his shoulders; they gave him gall and vinegar to drink, and finally they crucified him between two thieves, piercing his hands and feet with large nails and his side with a lance. What crime had Jesus Christ committed to be treated this way? Yet the rage of the Jews was not satisfied, says Saint Bernard, not even after making him undergo such great torment unjustly. How is it possible to treat like this that Person who had only tried to do good to everyone?

    TALBA O Ġesù,

    agħtina x-xorti tajba li fid-dar u l-imkejjen fejn naħdmu,

    joħorġu minn qlubna u mill-imġiba tagħna r-raġġi tal-ħlewwa u l-manswetudni,

    sabiex inkunu fil-grazzja tiegħek kull fejn ngħammru u b’hekk insiru ċentru

    ta’ serħan, tgawdija, sabar u faraġ. Ammen.

    Dun Ġużepp Cauchi (1900-1955) Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 29

    It-Tnejn, 14 ta’ Settembru

    L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Numri 21: 4b-9 Meta xi ħadd kien jisfa’ migdum, kien iħares lejh u jfiq. jew

    Filippin 2: 6-11 Ċekken lilu nnifsu; għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet.

    2. Salm 77: 1,2,34-38 Tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla.

    3. Ġwanni 3: 13-17 Jinħtieġ li Bin il-bniedem ikun merfugħ.

    L-EŻALTAZZJONI TAS-SALIB IMQADDES Wara li l-ġisem imqaddes ta’ Ġesù tniżżel minn fuq is-salib u tpoġġa fil-qabar,

    neħħew is-salib minn postu, tefgħuh ġo ħofra u radmuh. Xi tliet mitt sena wara, għall-ħabta tas-sena 327, fi żmien Kostantinu, meta fuq

    il-Knisja kienet reġgħet feġġet il-paċi, San Markarju, isqof ta’ Ġerusalem, imħeġġeġ u megħjun minn Santa Elena waqt li kienet f’pellegrinaġġ fl-Artijiet Imqaddsa (326-327), ta ordni ħalli jinstabu l-imkejjen sagri. Hekk fost affarijiet oħra nstabu l-qabar ta’ Kristu, il-Kalvarju u s-Salib Imqaddes.

    Kostantinu bena knisja fuq il-post fejn instab is-salib, li l-konsagrazzjoni tagħha saret fl-14 ta’ Settembru 335.

    Fis-sena 614, ir-Re Kosroe II tal-Persjani kien għamel ħerba minn Ġerusalemm u mill-Artijiet Imqaddsa, u ġarraf jew ħaraq bosta knejjes u istituti reliġjużi nsara. Fost kollox kien karkar miegħu biċċa kbira tas-salib li kienet miżmuma ġo relikwarju bil-ġawhar.

    L-Imperatur Eraklju ta’ Kostantinopli, wara li ma rnexxilux jasal fi ftehim mal-Persjani, mexxa l-armati tiegħu kontrihom. Fis-sena 627, Kosroe II ħarab u ġie maqtul minn ibnu Siroe.

    Eraklju wasal fi ftehim ma’ Siroe, u fost affarijiet oħra ħa r-relikwa tas-salib f’Kostantinopli fejn kellha laqgħa trijonfali.

    Fis-sena 629, Eraklju ħa s-salib lura Ġerusalemm. Meta wasal fit-triq li kienet tagħti għall-Kalvarju, neħħa l-ilbies ta’ imperatur minn fuqu, libes ilbies ordinarju u ħafi, wassal ir-relikwa tas-salib u taha lil Żakkarija, patrijarka ta’ Ġerusalemm. Din hi l-ġrajja li l-Knisja qed tfakkarna fiha llum.

    Inċidentalment, Rohault de Fleury għamel tfittix bir-reqqa, u wera (Memoire sur les Instruments de la Passion, Paris, 1870) li jekk tiġbor flimkien ir-relikwi li

    Nadurawk O Ġesù u nfaħħruk għax b’salibek u l-mewt tiegħek

    inti fdejtna.

  • 30 SIGNUM FIDEI

    huma mxerrdin ’l hawn u ’l hemm fid-dinja, ma jlaħħqux iktar minn terz (⅓) ta’ salib normali.

    Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla:

    “U billi, fl-għerf ta' Alla, id-dinja b'għerfha ma għarfitx lil Alla, Alla għoġbu jsalva lil min jemmen bil-bluha tal-predikazzjoni. Għax il-Lhud jitolbu s-sinjali, u l-Griegi jfittxu l-għerf, imma aħna nxandru ’l Kristu msallab, skandlu għal-Lhud u bluha għall-Griegi; iżda għal dawk li huma msejħin, sew Lhud sew Griegi, Kristu huwa l-qawwa ta' Alla u l-għerf ta' Alla. Għax il-bluha ta' Alla hija għarfa iktar mill-bnedmin, u d-dgħufija ta' Alla hija aqwa mill-bnedmin.” 1Korintin 1: 21-25

    “U kif Mosè refa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-Bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.” Ġwanni 3 : 14,15

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 165, it-2 parti It is not fitting that the honor we must pay to the cross of our Lord be limited to showing it respect and to adoring it. Rather, we must love it with all the affection of our heart and desire to die attached to it as Jesus Christ our divine Master desired. For, as the author of the Imitation says, those who embrace the cross of Jesus Christ with a good heart need not fear the dreadful sentence of damnation. Because we have been freed from sin by means of it, we must not doubt (and we ought to have this confidence) that if we love the cross in union with Jesus Christ, who loved it tenderly and bore it with extreme joy, all the miseries of this life will become pleasant and agreeable to us. In this way we will be truly happy, having found our paradise in this world, because we will have entered into the sharing of the suffering spirit of Jesus Christ, who has reconciled us by his death on this holy cross, as Saint Paul says, and made us holy, pure, and beyond reproach before God. Let us, then, consider attentively how much we owe to this sacred wood for having contributed this way to our sanctification. By a zeal of ardent love, let us raise it up to Jesus Christ to unite it to him, for he still loves it now, as he loves our salvation, and is glad to have borne it for our sanctification. Therefore, when you have some trouble, unite with Jesus suffering. Love his cross, because you are one of his members; this union and love will soothe your pains and make them much more tolerable.

    Ħsieb: “Meta nroddu s-Salib ifisser li aħna nidħlu fil-ħsieb tal-Persuni tat-Trinità u nemmnu li Alla l-Missier ħalaqna, l-Iben fdiena bit-tbatija, bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu u li l-Ispirtu s-Santu jgħix fina u jqaddisna.” Bro. Louis

  • SIGNUM FIDEI 31

    TALBA Missier Etern,

    noffrilek d-demm l-aktar prezzjuż ta’ Ġesù, ibnek divin

    mal-Ewkaristija kollha li tiġi ċċelebrata fid-dinja llum,

    għall-erwieħ qaddisa li jinsabu fil-purgatorju għall-midinbin kollha,

    għall-midinbin fil-Knisja Universali, għal dawk li jgħixu fl-istess dar miegħi

    u l-familji tiegħi kollha, Ammen.

    (Ġesù wiegħed lil Santa Ġeltrude li kull darba li tingħad din it-talba, elf ruħ tinħeles mill-purgatorju.)

    Missierna ...

    It-Tlieta, 15 ta’ Settembru

    Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 5: 7-9 Hu tgħallem xi tfisser l-ubbidjenza u sar awtur tas-

    salvazzjoni ta’ dejjem. 2. Salm 30: 2-6; 15,16,20 Fit-tjieba tiegħek, Mulej, salvani. 3. Ġwanni 19: 25-27 X’weġgħa ġarrbet u x’kefrija meta ratu fit-tbatija l-

    omm lil binha Alla. jew

    Luqa 2: 33-35 Sejf jinfidlek ruħek.

    IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAD-DULURI Il-Knisja tfakkar id-Dulur tal-Madonna darbtejn matul is-sena: nhar il-Ġimgħa

    tal-ġimgħa tal-passjoni (il-ġimgħa ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira), u llum, il-15 ta’ Settembru.

    L-ewwel waħda nbdiet f’Cologne, il-Ġermanja, fis-seklu ħmistax bħala tpattija tal-ereżija ta’ Ġovanni Hus.

    Dik tal-lum bdewha l-Patrijiet Serviti meta fl-1668 qalgħu permess mingħand il-Papa biex jiċċelebraw il-festa tas-Seba’ Duluri fit-tielet Ħadd ta’ Settembru. Meta mbagħad il-Papa Piju VII fl-1814 irritorna mill-eżilju, estenda din il-festa

  • 32 SIGNUM FIDEI

    għall-Knisja kollha bħala tifkira ta’ kemm il-Knisja (u hu personalment) batiet minn Napuljun.

    Imbagħad, il-Papa San Piju X, meta għamel ir-riforma tal-Kalendarju Liturġiku, iffissa d-data tal-festa fil-15 ta’ Settembru, fl-Ottava tat-Twelid tal-Verġni Marija. Il-Madonna sofriet mhux għax kellha xi dnub. It-tnissil tagħha kien immakulat. Il-ħajja tagħha kienet bla l-iċken dnub. Is-Seba’ Duluri nistgħu nniżżluhom hekk:

    1. Il-profezija ta’ Xmun fit-tempju. 2. Il-ħarba lejn l-Eġittu, triq ta’ 480 kilometru, bit-tarbija Ġesù ta’ inqas

    minn sena. 3. It-telfa ta’ Ġesù. 4. Il-laqgħa tagħha ma’ Ġesù jġorr is-salib fi triqtu lejn il-Kalvarju. 5. Il-kruċifissjoni. 6. Ġesù mejjet fi ħdanha. 7. Id-difna ta’ Ġesù.

    Fis-seklu ħmistax, il-konfraternitajiet tas-Seba’ Duluri xerrdu ħafna d-devozzjoni lejn Marija Addolorata. Hija l-patruna tas-Servi ta’ Marija.

    F’Malta l-paroċċa ta’ San Pawl il-Baħar hija ddedikata lil Marija Addolorata. Riflessjoni: “Il-preżenza ta’ Marija ħdejn is-salib tindika l-impenn tagħha biex ikollha sehem sħiħ mis-sagrifiċċju redentiv ta’ binha. Marija riedet tipparteċipa fil-profondità tas-sofferenzi ta’ Ġesù għaliex hi ma warbitx is-sejf imħabbar lilha minn Xmuni. Minflok hi aċċettat ma’ Kristu l-pjan misterjuż tal-Missier. Kienet l-ewwel waħda li ħadet sehem f’dan is-sagrifiċċju u kellha tibqa’ għal dejjem il-mudell perfett għal dawk kollha li jaċċettaw li jassoċjaw ruħhom bla ebda riserva mal-offerta Redentiva. San Ġwann Pawlu II - Papa: Silta minn diskors waqt udjenza nhar 23.11.88 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 163, silta mit-3 punt It is not enough to sail securely. You must reach the harbour; otherwise, all the distance you have covered will be of no avail, because it will not be the goal you set out to attain. This star of the sea, the Most Blessed Virgin, will guide you there without difficulty, because she knows very well where you are going and is familiar with the way you must follow to arrive there. She knew for herself the road to reach the goal, and she has arrived there. Because she had a perfect understanding of the ways of God and was so abundantly prepared by his grace, this set her on the path and made her understand how happy a person is when carried by the grace of God, as the author of the Imitation of Jesus Christ says very well.

    Id-devozzjoni lejn il-Madonna tad-Duluri hi garanzija ta’ salvazzjoni.

  • SIGNUM FIDEI 33

    TALBA O Marija, omm il-ħniena,

    ħares fuqna lkoll sabiex is-salib ta’ Kristu ma jiġix fix-xejn,

    sabiex il-bniedem ma jitwarrabx mit-triq it-tajba, u jagħlaq għajnejh għad-dnub,

    imma jkattar it-tama tiegħu f’Alla, “li hu għani fil-ħniena”(Ef. 2:4)

    “u ħieles jagħmel l-opri tajba li Alla ħejjielu”(Ef. 2:10) biex tul ħajtu kollha

    “jkun għat-tifħir tal-glorja t’Alla.” (Ef. 1:12) Ammen.

    San Ġwanni Pawlu II Papa – Veritas Splendor

    Missierna ...

    L-Erbgħa, 16 ta’ Settembru San Kornelju – Papa

    San Ċiprijanu – isqof ta’ Kartaġni u martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Mill-istorja tal-istitut: Bħal-lum fis-1798, Brother Agathon – is-superjur ġenerali tal-ordni tal-Brothers, miet waħdu, ma kellu lil ħadd biex idur bih, kważi għama u trux, ftit wara li ġie meħlus mill-ħabs fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża, wara li ra l-qerda tal-istitut tal-Brothers. Kien Brother Agathon li żviluppa t-tnax-il virtù li bihom għandu jkun mżejjen l-għalliem. Ktieb imprezzabli għal kull għalliem. Bro. Louis Qari: 1. 1 Timotju 3: 14-16 Kbir hu l-misteru tar-reliġjon tagħna. 2. Salm 110: 1-6 Kbar huma l-għemejjel tal-Mulej. 3. Luqa 7: 31-35 Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom.

    SAN ĊIPRIJANU (210? – 258) – isqof u marti San Ċiprijanu twieled f’Kartaġni, fl-Afrika, fis-sena 210, għand familja pagana.

    Sar oratur famuż, kien għani, u fuq kollox kellu karattru mżejjen b’ħafna virtujiet.

  • 34 SIGNUM FIDEI

    Fis-sena 246, ħaddan il-Kristjaneżmu. Sa mill-bidu tal-konverżjoni tiegħu, okkupa fil-Knisja ta’ Kartaġni post prominenti minħabba l-pożizzjoni għolja soċjali li kellu.

    Sentejn wara l-magħmudija sar qassis, u sena wara (249), inħatar isqof ta’ beltu. Mexxa l-knisja tajjeb ħafna. Kien bniedem għaqli, għaref u maħbub mill-poplu.

    Meta Deċju beda l-persekuzzjoni tiegħu kontra l-insara fil-bidu tas-sena 250, Ċiprijanu mar jgħix fil-moħbi, iżda żamm kuntatt mad-djoċesi tiegħu bl-ittri li kien jibgħat spiss.

    Wara l-mewt ta’ Deċju, Ċiprijanu reġa’ lura lejn Kartaġni. Flimkien mal-Papa Kornelju rreżista n-Novazjaniżmu, u kien jilqa’ lura fil-Knisja lil dawk li kienu ċaħduha fil-persekuzzjoni. Iżda sfortunatament ċaħad il-validità tal-magħmudija mogħtija mix-xiżmatiċi. Sadanittant il-Papa miet; is-suċċessur tiegħu San Luċju miet martri f’inqas minn sena; u San Stiefnu l li dam Papa tliet snin kien għoddu wasal biex jiskomunika lil Ċiprijanu li kien baqa’ jsostni l-opinjoni żbaljata tiegħu. Wara San Stiefnu l laħaq San Sistu II li fetaħ djalogu ma Ċiprijanu, iżda ma tkompliex minħabba l-persekuzzjoni ta’ Valerjanu, għax Ċiprijanu kien eżiljat f’Kurubis fejn is-suldati qatluh billi qatgħulu rasu fl-14 ta’ Settembru 258.

    Riflessjoni, Ġesù jgħammar fejn ikun milqugħ: Sid l-għar ta’ Betlem offra l-istalla tiegħu: Ġesù twieled hemm. Marija u Marta offrew darhom: Ġesù kien jgħaddi għandhom. F’Ġerusalemm wieħed sid offra l-għorfa kbira li kellu: Ġesù għamel l-Aħħar Ċena hemm. Ġużeppi t’Arimatea offra l-qabar tiegħu: Ġesù ndifen hemm. Dawk li jemmnu, jħejju qlubhom: Ġesù jgħix hemm. Nixxiegħa ta’ Stejjer – Pubblikazzjoni Preca Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 166, l-1 parti Saint Cyprian, one of the principal Fathers of the Church, was most zealous for his discipline and for upholding the doctrine and maxims of Jesus Christ. He had been a pagan and a most learned one. He was converted by a priest named Cecilius, whom he loved tenderly and ever afterward honored as his father. Even before receiving Baptism, he studied Holy Scripture. Filled with the truths he learned there and with the Catholic spirit, he was admitted to the sacrament. As soon as he was baptized, he sold all his possessions, distributed the proceeds to the poor, and resolved to practice celibate chastity. In this way, from the moment he became a Christian, he lived stripped of all his wealth and freed from affection for all the goods and all the pleasures of the earth. That was how it was to live as a perfect Christian. It seems quite clear that this saint was altogether virtuous from the very beginning and had a heart fully imbued with the Spirit of Jesus Christ. With this disposition he could not but practice great virtues. He gave edification to everyone by his holy life, just as he

  • SIGNUM FIDEI 35

    won admiration by his talent and knowledge of literature. That is what enabled this saint to render great benefits in the Church.

    TALBA

    O Missier, agħmel li t-talb, ġieħ u qima, u kull devozzjoni

    jinbidel f’servizz u ministeru skont triqatek u r-rieda tiegħek.

    Agħmel li x-xogħol tagħna ma jkunx mitluf, u lil dawk li ġew magħżula u msejjħa minnek

    jieħdu kull opportunità li jxandru l-Evanġelju hekk glorjuż

    ta’ Sidna Ġesù Kristu Ammen.

    The Prayer of the Day Missierna ...

    Il-Ħamis, 17 ta’ Settembru San Albertu ta’ Ġerusalemm – isqof

    San Robertu Bellarmino – isqof u duttur tal-Knisja Santa Ildegarda – verġni

    L-għoti tal-pjagi lil San Franġisk ta’ Assisi

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Timotju 4: 12-16 Għasses fuqek innifsek u fuq it-tagħlim tiegħek; għax, jekk tagħmel hekk, issalva lilek innifsek u lil dawk li jisimgħuk. 2. Salm 110: 7-10 Kbar huma l-għemejjel tal-Mulej. 3. Luqa 7, 36-50 Dnubietha, li kienu ħafna, inħafrulha, għax ħabbet ħafna. SAN ROBERTU BELLARMINU (1542-1621) - isqof u duttur tal-Knisja Robertu kien it-tielet minn għaxar ulied ta’ familja nobbli li fiha t-talb u l-qadi tal-

    oħrajn kellhom importanza kbira. Huwa kien neputi tal-Papa Marċell II. Daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù meta kellu 18-il sena. Kien ordnat saċerdot nhar il-Lunzjata, fil-25 ta’ Marzu 1570.

  • 36 SIGNUM FIDEI

    Robertu kien bniedem qasir ħafna tant li kemm-il darba kellu juża banketta biex jipprietka f’pulpti għoljin fl-Ewropa. Hu kien ukoll ta’ saħħa dgħajfa imma, fl-istess ħin, kien ġgant f’ħafna ħwejjeġ oħra: kellu enerġija u talent għal kollox: studji, tagħlim, il-pulptu, direzzjoni spiritwali, amministrazzjoni u – fl-erba’ snin li għamel bħala arċisqof ta’ Capua – kura pastorali.

    It-talent tiegħu jidher ukoll fil-pubblikazzjonijiet: grammatika tal-ilsien Lhudi, żewġ katekiżmi li kisbu suċċess kbir, l-opra “Kontroversji” f’4 volumi li biha sar l-aqwa apoloġista tal-Kontro-Riforma, u, ftit xhur qabel miet, ħareġ il-ktieb “L-Arti Ta’ Kif Tmut Tajjeb.” Huwa sar librar tal-Vatikan.

    Fl-1598 ġie nominat kardinal kontra xewqtu. Fl-appartament tiegħu fil-Vatikan hu kien jiekol biss ikel milli jkun ippreparat għall-fqar. Uża l-purtieri tal-kmamar tiegħu biex isiru lbiesi għall-fqar għax, qal, il-ħitan ma jħossux bard.

    Fl-1602 ġie maħtur arċisqof ta’ Capua, fejn qeda tant tajjeb il-missjoni tiegħu ta’ ragħaj spiritwali.

    Kien imsejjaħ Ruma wara erba’ snin (1605) biex jaħdem għad-difiża tal-Knisja kontra l-ereżiji ta’ żmienu. Għal 15-il sena kien l-aktar kardinal imsemmi fil-Kurja. Kellu parti ewlenija fil-kwistjoni li nqalgħet ma’ Galileo Galilei, li kien ħabib tiegħu.

    Robertu Bellarminu miet fis-17 ta’ Settembru 1621 fin-novizzjat tal-Ġiżwiti wara li rreċita l-Kredu u rċieva l-barka tal-Papa. Kellu 79 sena.

    Hu l-patrun tal-Katekisti u tal-Katekumeni. Piju XI iddikjarah qaddis fl-1930 u duttur tal-Knisja fl-1931.

    Riflessjoni: Il-kitbiet ta’ San Bellarminu jgħinuna nifhmu li l-persuna ħajja ta’ Ġesù kif nsibuha fil-ħajja, il-mewt u l-qawmien tiegħu, hija l-għajn tar-rivelazzjoni sħiħa. L-għejun tal-fidi tagħna mhix biss ġabra ta’ duttrina, imma hija l-istess persuna ta’ Kristu li għadha tgħix fil-Knisja llum. Meta Ġesù tela’ s-sema, lill-appostli wegħedhom li se jibqa’ magħhom. Saint of the Day

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 173, it-3 parti Love for suffering possessed the heart of Saint Francis so much, as well as love for poverty, that considering how much Jesus Christ had suffered for him, he could not be content, after he had left the world, to spend a single moment of his life without suffering. This is why Jesus Christ suffering, who has always been the model of those who willingly suffer for the love of God, gave such delight to his heart that he could neither keep nor satisfy himself from the contemplation of Jesus in this state. He fasted very rigorously almost all the year round. In winter he wore very little clothing, which made him suffer very much from the cold. He often spent his nights in prayer and took very severe disciplines. He practiced very harsh austerities, and he could say with Saint Paul that he was attached to the cross with Jesus Christ. For this reason, one time when he was at prayer, a Seraphin imprinted on his body the sacred stigmata of the Passion. He received this favor only after he had devoted himself to continual mortification.

  • SIGNUM FIDEI 37

    Imitate this great saint in the love he had for suffering, and see to it that either your mind or your body is always mortified. May this mortification be so effective in you that it reproduces on your body, so to speak, the sacred stigmata of Jesus Christ crucified.

    TALBA

    O Wiċċ Imqaddes, tas-Salvatur ħanin tiegħi,

    li bl-imħabba ħelwa ġejt imħaddan mill-qalb addolorata u minfuda ta’ Marija Santissima

    waqt il-passjoni ħarxa tiegħek, agħtina l-grazzja li naqsmu miegħek

    dan id-dulur hekk kbir u l-imħabba

    biex inwettqu r-rieda qaddisa ta’ Alla, mill-aħjar li nistgħu.

    Ammen. EWTN Missierna ...

    Il-Ġimgħa, 18 ta’ Settembru San Ġużepp ta’ Copertino – reliġjuż

    San Ġwann Macias – reliġjuż Beatu Vittore III - Papa

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Timotju 6: 2ċ-12 Int, bniedem ta’ Alla, fittex li jkollok il-ġustizzja. 2. Salm 48: 6-10,17-20 Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas- Smewwiet. 3. Luqa 8: 1-3 Kellu miegħu lit-tnax u xi nisa li kienu jaqduhom minn ġidhom. SAN ĠUŻEPP TA’ COPERTINO (1603-1663) Kien jismu Ġużeppi Marija Desa u twieled f’Copertino (Lecce), l-Italja, iben

    wieħed jagħmel il-karrijiet. Ommu wellditu fi stalla.

  • 38 SIGNUM FIDEI

    Ġ