62
FRAR 2019 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

FRAR 2019

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 1

S. Ġwann Battista de la Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa għal dan ix-xahar ta’ Frar:

Biex il-vittmi ta’ traffikar, prostituzzjoni sfurzata u vjolenza jsibu min jilqagħhom b’qalb ġeneruża.

Dati importanti għax-xahar ta’ Frar : 2 ta’ Frar: Il-Preżentazzjoni tal-Mulej. 10 ta’ Frar: Festa ta’ Missierna San Pawl 11 ta’ Frar: Jum il-Morda. Festa tal-Madonna ta’ Lourdes - L-Ewwel Dehra. 25 ta’ Frar: Jum ta’ talb għall-Vokazzjonijiet Lasalljani Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Frar tinsab ukoll fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- FRAR 2019 -

EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN

FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH.

San Ġwann Battista de La Salle

Page 3: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

2 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Frar Santa Briġida tal-Irlanda

San Henry Morse – Ġiżwita

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 10: 32-39 Ġarrabtu bis-sabar taqbida ħarxa.

Tarmux, mela, il-fiduċja tagħkom. 2. Salm 36 (37), 3,4,5,6,23,24,39,40 Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej. 3. Mark 4: 26-34 Ir-raġel jixħet iż-żerriegħa u jorqod: iż- żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif.

SANTA BRIĠIDA TA’ KILDARE, L-IRLANDA (452-524) Santa Briġida hija l-aktar qaddisa importanti fl-Irlanda, wara San Patrizju. Għexet ħajja ta’ verġni minn ċkunità. Bniet ċella, taħt siġra tal-ballut, li għalhekk jisimha Kill-dara (ċella tal-balluta).

Billi marru jgħixu magħha bosta nisa oħra, għamlu komunità ta’ sorijiet, li kellha ħafna friegħi oħra mxerrdin fl-Irlanda kollha u li baqgħu jagħarfu ’l Briġida bħala madre badessa tagħhom.

In-nisa li kienu jissieħbu magħha fid-diversi monasteri kienu l-biċċa l-kbira nisa ta’ klassi għolja. Kellhom magħhom patrijiet li kienu joffrulhom is-servizzi Liturġiċi, u anke xogħol manwali ta’ kull xorta.

Santa Briġida kienet magħrufa għat-tjubija tagħha, l-għaqal li kienet turi biex tgħin lill-miżżewġin fil-problemi tagħhom.

Is-Salib ta’ Santa Briġida: hija kienet għamlet salib bil-friegħi tal-ġummar biex jipproteġi lill-kap tat-tribù, li kien marid. Dan il-tip ta’ salib wieħed għadu jarah imdendel mad-djar u bini ieħor lejliet il-festa tagħha, biex ibiegħed lill-pajjiż min-nar u biex jgħin lin-ngħaġ li kienu ser iwelldu l-ħrief.

Il-fama ta’ Santa Briġida ta’ Kildare nxterdet mal-Ewropa mill-pellegrini Irlandiżi u l-missjunarji, u ħafna knejjes ġew mibnija f’ġieħha: fi Pjaċenza fl-Italja u speċjalment fil-Bretanja fi Franza.

L-isem tagħha jfisser ħafna u stmat min-nisa Irlandiżi. L-Irlanda pproklamat btala nazzjonali f’ġieħ in-nisa Irlandiżi. Bosta knejjes fl-Ingilterra u fl-Iskozja huma ddedikati għaliha, fosthom St.

Bride ta’ Fleet Street, Londra. Riflessjoni: Il-fidi tgħallimna li t-triq tal-perfezzjoni tal-bniedem hija t-triq tal-providenza ta' Alla. Alla ta lill-bniedem għaġna naturali, taħt forma ta' żerriegħa, li mbagħad tiżviluppa u tikber. Alla ħaseb biex il-proċess evoluttiv ikun jiddependi kemm mill-fattur estern u kemm mil-liberu arbitriju tal-bniedem stess. L-interazzjoni ta' dawn il-fatturi ta' kemm-il xorta, u x'joħroġ minnhom, li għall-bniedem jidhru inspjegabbli, mhux lakemm tifhimhom jew tobsorhom, Alla jarahom ċari ħafna. U għalhekk hu ġieli jindaħal fil-ġrajja tal-bniedem, bħal meta jwettaq xi miraklu, jew fl-ordni naturali

Page 4: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 3

estern meta jwitti l-affarijiet b'xi intervent f'dak li mhux normali li jsir; kif ukoll meta jagħmel mirakli fil-ħajja interjuri tal-bniedem: dak li jissejjaħ l-effett tal-grazzja.

Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein),

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.196, it-2 punt

Be convinced of what Saint Paul says, that you plant and water the seed, but it is God through Jesus Christ who makes it grow and brings your work to fulfillment. So when it happens that you encounter some difficulty in the guidance of your disciples, when there are some who do not profit from your instructions and you observe a certain spirit of immorality in them, turn to God with confidence. Very insistently ask Jesus Christ to make his Spirit come alive in you, for he has chosen you to do his work. Consider Jesus Christ as the Good Shepherd of the Gospel, who seeks the lost sheep, puts it on his shoulders, and carries it back to restore it to the fold. Because you are taking his place, consider that you are obliged to do the same thing. Ask him for the grace needed to procure the conversion of hearts. You must, then, be very devoted to prayer to succeed in your ministry. You must constantly represent the needs of your disciples to Jesus Christ, explaining to him the difficulties that you have experienced in guiding them. Jesus Christ, seeing that you regard him as the one who can do everything in your work, whereas you are an instrument that must be moved only by him, will not fail to grant you what you ask of him.

TALBA

O Trinità Qaddisa, jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba,

u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena ngħix u nitlob ta’ kuljum.

Aħfirli fin-nuqqas ta’ fidi, fin-nuqqas ta’ tama

u fil-ħafna nuqqasijiet oħra, u mlieni bl-imħabba tiegħek.

Ammen. Doorway to Faith

Missierna ...

Page 5: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

4 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, it-2 ta’ Frar Il-Preżentazzjoni tal-Mulej

Santa Katerina Ricci – verġni Jum il-Ħajja Kkonsagrata

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Malakija 3: 1-4 Jasal fit-tempju tiegħu s-Sid mistenni minnkom. jew Lhud 2: 14-18 Sar jixbah lil ħutu f’kollox. 2. Salm 23: 7-10 Il-Mulej hu s-sultan tal-glorja. 3. Luqa 2: 22-40 Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek. Il-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ – il-Gandlora Il-Gandlora ġejja mil-Latin, “candelorum” (festa tax-xemgħat), hi l-festa tal-

purifikazzjoni ta’ Marija Verġni, erbgħin jum wara t-twelid ta’ Ġesù. Din il-festa tidher Ġerusalemm, fi tmiem ir-raba’ seklu, imbagħad

Kostantinopoli, fi żmien Ġustinjan li daħħalha fil-544. Fi żmien il-Papa Serġju I (687-701) kienet tissejjaħ Ruma, “jum San Xmun”

u kienet issir purċissjoni minn S. Adrijan sa S. Maria Maggiore, bħalma kien isir fil-festi l-oħra tal-Madonna.

Dan ifisser li kienet daħlet fiċ-ċirku tal-festi ta’ Marija Ssma. Billi l-purċissjoni kienet issir bil-lejl, kienet użanza li jieħdu x-xemgħat, u billi kienet purċissjoni ta’ penitenza, ukoll illum il-purċissjoni ssir bil-paramenti vjola.

Mhux żgur li din il-purċissjoni daħħalha Ruma l-Papa Ġelazju (492-496) biex tissopprimi l-fjakkolata pagana tal-Lupercali (festa tat-tisfija) li kienet taħbat il-15 ta’ Frar.

S. Bernard jgħid li din il-purċissjoni qaddisa saret l-ewwel darba mill-Madonna, S. Ġużepp, Xmun u Anna, biex imbagħad tinxtered mad-dinja għall-ġieħ tal-misteru tal-purifikazzjoni. U fit-tieni prietka jgħid: “Jimxu tnejn tnejn u jżommu f’idejhom xemgħat mixgħula mhux min-nar komuni iżda minn dak li kien imbierek fil-knisja mis-saċerdot, u jkantaw fit-triqat tal-Mulej, għax il-ġieħ tiegħu hu kbir ferm.”

Juri kif il-konkorrenza ta’ ħafna fil-purċissjoni u fit-talb hi simbolu tal-għaqda u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih.

Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li jekk nieqfu fit-triq tal-virtù nkunu qegħdin sejrin lura.

Id-dwal li nżommu f’idejna jfissru n-nar tal-imħabba t’Alla li biha qlubna għandhom ikunu mixgħula.

Inżommuhom f’idejna, biex nagħtu qima ’l Kristu, u nagħarfuh bħala d-Dawl tabilħaqq (S. Ġwann : 1. 9) kif ix-xwejjaħ Xmun isejjaħlu f’dan il-misteru: “Dawl biex idawwal il-Ġnus” (S. Luqa II. 3)

Għax hu ġie biex ikeċċi d-dlamijiet spiritwali tagħna.

Page 6: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 5

Ix-xemgħat juru wkoll li bil-fidi d-dawl tiegħu jiddi f’ruħna. Dawn ukoll ifissru li għandna nħejju t-triq għalih bl-opri tajba, li bihom aħna

nfusna nsiru dawl għall-bnedmin.

Riflessjoni: Fir-rakkont tal-preżentazzjoni Ġesù fit-Tempju, l-għerf hu rrappreżentat miż-żewġt ixjuħ, Xmun u Anna: persuni doċli għall-Ispirtu s-Santu (jissemma tliet darbiet), immexxija minnu, imdawla minnu. Il-Mulej tahom l-għerf permezz ta’ mixja twila fit-triq tal-ubbidjenza għal-liġi tiegħu. Ubbidjenza li, minn naħa, tbaxxi u xxejjen, imma, min-naħa l-oħra tixgħel u tħares it-tama, tagħmilhom kreattivi, għax kienu mimlija bl-Ispirtu s-Santu. Huma jiċċelebraw ukoll xorta ta’ liturġija madwar it-tarbija li tidħol fit-tempju: Xmun ifaħħar lill-Mulej u Anna “titkellem” fuq is-salvazzjoni (ara Lq. 2:28-32,38). Bħal fil-każ ta’ Marija, anki x-xwejjaħ Xmun jieħu t-tarbija f’dirgħajh, imma, fir-realtà, hi t-tarbija li tagħfsu magħha u tmexxih. Il-liturġija tal-Ewwel Għasar tal-Festa tal-lum dan tesprimih b’mod ċar u sabiħ: “senex puerum portabat, puer autem senem regebat”. Kemm Marija, l-omm xbejba, u kemm Xmun, ix-xwejjaħ “nannu”, jieħdu t-tarbija fi jdejhom, imma hi t-tarbija nfisha li tmexxihom it-tnejn li huma. Il-Papa Franġisku Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 104, it-2 punt While going through the ceremony of purification, the Most Blessed Virgin, in order to obey the Law to its fullest extent, offered her Son to God because he was her firstborn. The eternal Father, who willed that this dear Son be one day immolated on the cross to expiate our sins, returned him for the time being to the authority of his holy mother after she had bought him back by the offering prescribed by the Law. This offering that the Son of God made to his Father was at that moment only an interior one, although it was made exteriorly on the part of the Most Blessed Virgin. Jesus was waiting to make the exterior offering of himself on the tree of the cross before the eyes of the entire world.

TALBA

O Alla etern, nitolbok b’umiltà din it-talba;

hekk kif l-Iben waħdieni tiegħek, ħa s-sura ta’ bniedem,

u kien ippreżentat fit-tempju, agħmel li nkunu denji,

biex niġu ppreżentati quddiemek bi qlub safja. Dan nitolbuh f’ġieħ Ġesù Kristu, ibnek,

Ammen. Magnificat

Missierna ..

Page 7: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

6 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, it-3 ta’ Frar Ir-Raba’ Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 1J: 4,5,17-19 Jien qegħedtek profeta fuq il-ġnus. 2. Salm 70: 1,2,3,4a,5,6ab,15ab u 17 Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek. 3. 1Korintin 12: 31 – ;13: 13 Issa hawn fidi, tama u mħabba, it-tlieta

jibqgħu. Il-kbira fosthom l-imħabba. 4. Luqa 4: 21-30 Ġesù ma kienx mibgħut għal-Lhud biss.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Jekk dan huwa l-bidu tal-ħajja pubblika ta’ Ġesù, faċli nifhmu kif kellu jkun it-tmiem tagħha. Offiżi fuq is-sens nazzjonalistiku u reliġjuż, in-nies ta’ Nazzaret jippruvaw jagħmlu dak li tliet snin wara jagħmlu n-nies ta’ Ġerusalemm iżda jerfgħuh fuq għolja, mhux jitfgħuh għal isfel.

Forsi n-nies ta’ Nazzaret kull ma riedu jagħmlu kien li jistrumentalizzaw is-sitwazzjoni biex forsi jieħdu xi vantaġġ għar-raħal tagħhom, jekk naħsbu ftit, kultant ma nagħmlux hekk aħna wkoll?

Jekk in-normalità hija stabbilità fuq l-aġir tal-maġġoranza hawn naraw li donnu Ġesù ma kienx jimxi magħha. Din hija biss suppożizzjoni għaliex fil-fatt Ġesù hu r-rivelazzjoni ta’ Alla, huwa l-verità tiegħu; li jidher u jkun preżenti fil-ġrajjiet tal-ħajja tal-bniedem iġib fid-deher il-kundizzjonijiet moħbija u jobbliga lil kull bniedem juri x’inhu; “miegħu” jew “kontra tiegħu”. Għalhekk mhijiex kumbinazzjoni divina, Ġesù jmur lura Nazzaret u b’hekk jidher dak li kien moħbi fil-qlub ta’ dawk li kiber fosthom ir-reazzjoni tagħhom lejn it-tifel tal-mastrudaxxa hija waħda ta’ xettiċiżmu, it-tentattiv tagħhom li jistrumentalizzaw il-fatti tixbaħ dawk it-tentazzjonijiet li Ġesù kien għadu kif rebaħ.

Il-Kristu mhux biss ma jipplakax il-kburija ta’ niesu, imma jikxef il-vojt tal-prattika reliġjuża tagħhom, mibnija fuq it-tagħlim bl-amment u prattiċi sfurzati, u mhux fuq il-konverżjoni tal-qlub, l-abbandun b’fiduċja sħiħa f’Alla u l-prattika tal-imħabba lejn il-proxxmu. Waqt li jirrifjutaw li jemmnu li fil-bniedem-Alla, tinsab ukoll dik is-salvazzjoni li Alla ddeċieda li jagħti lil kulħadd. Ġesù ġie jneħħi id-diskriminazzjoni u l-iskjavitù.

Din it-tentazzjoni għadha magħna. Péguy jgħid hekk għal ċerti Nsara: “Peress li ma jafu jħobbu lil ħadd, jaħsbu li jħobbu lil Alla.”

Kif jgħidilna San Pawl illum, is-sinagoga tar-raħal tiegħu ma marx biss biex iħabbar l-imħabba ħelliesa t’Alla imma wkoll biex juri mħabbtu lejn ir-raħal tiegħu. Lil dawk li trabba magħhom ma jikxfilhomx biss id-dubji tagħhom, imma jitlobhom biex jilqgħu l-imħabba t’Alla li hi ħajja għax hi ħielsa u tasal sat-truf tal-art.

Page 8: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 7

In-nies ta’ Nazzaret ma laqgħuhx imma ma jistgħux iwaqqfu lil Ġesù li jixgħel id-dinja bl-imħabba t’Alla kif naqraw fl-aħħar tas-silta “Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer.”

(Meħuda minn “La realtà é Cristo, commento ai vangeli domenicali e festivi”,

Don Davide Rota)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.10, silta mit-2 punt

The most considerable and most frequent temptations and difficulties concerning obedience arise either over those who command or over what is commanded. Those referring to the people who command stem from the fact that we look upon them as merely human, even though for us they hold the place of God and, consequently, must be considered only from this point of view. There is no power, says Saint Paul, that does not come from God, particularly when it is a question of ordering, commanding, or forbidding anything referring to our salvation.

TALBA

Sliema għalik Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek,

imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.

Qaddisa Marija, omm Alla, itlob għalina midinbin,

issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.

Missierna ...

Page 9: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

8 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, l-4 ta’ Frar San Ġużepp ta’ Leonessa - saċerdot

San Ġwann de Britto - saċerdot u martri San Andrea Corsini - isqof

Santa Katerina Ricci - verġni Il-Beati Rodolf Acquaviva - presbiteru, u sħabu - martri;

Franġisk Pacheo u Karlu Spinola - presbiteri, u sħabhom - martri; Ġakbu Berthieu - presbiteru u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 11: 32-40 Bil-qawwa tal-fidi rażżnu saltniet. Alla rafa’ xi ħaġa aħjar għalina. 2.Salm 30: 20,21,22,23,24 Issaħħu u qawwu qalbkom intom ilkoll li tittamaw fil- Mulej. 3. Mark 5: 1-20 Oħroġ, ja spirtu mniġġes, minn dan il-bniedem!

SAN ĠWANN DE BRITTO – martri u ġiżwita (1647-1693) Twieled Lisbona fl-1 ta’ Marzu minn ġenituri nobbli u trabba fil-qorti tal-

Prinċep Pietru li wara ftit laħaq re. Qalb il-perikli u l-vizzji tal-qorti żamm dejjem, u hekk ħabb is-safa tar-ruħ, li

kienu ġa jsejħulu l-qaddis u l-martri, tħabbir ta’ dak li kellu jiġi. Billi kien delikat, missieru u ommu kkonsagrawh lil S. Franġisk Saverju.

Ta’ ħmistax-il sena daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Meta ħa l-quddiesa talab biex jibagħtuh il-missjoni tal-Indja u qala’ l-grazzja.

Wasal Goa, f’Settembru tal-1673 u qabel ma beda jaħdem għamel l-Eżerċizzi ta’ Sant’Injazju Kranganore għal tletin jum.

L-għalqa tiegħu kienet il-missjoni tal-Madura u evanġelizza l-ħames saltniet tagħha b’ħeġġa kbira u bi tbatija u sagrifiċċju tal-għaġeb.

Ma kienx jiekol ħlief ħxejjex: la nbid, la laħam u lanqas ħut. Ta’ spiss kellu jagħmel vjaġġi twal, f’xemx tikwi u kważi ħafi, qalb il-perikli min-naħa tal-għedewwa, ta’ slavaġ, ta’ pirati u ta’ annimali feroċi.

Biex aktar jkun jista’ jaħdem daħal fil-kasta nobbli tal-Kshatriyas u kien jilbes libsa tal-qoton isfar.

Fis-1684 xeħtuh f’ħabs, fejn sofra swat u supplizzi oħra; u għad li s-sultan bagħtu ħieles, keċċih mill-pajjiż. Fl-1688, bagħtuh fl-Ewropa bħala delegat għall-Kongregazzjoni tal-Prokuraturi.

Malli spiċċat il-Kongregazzjoni reġa’ telaq lejn l-Indja, għad li r-re tal-Portugal ried iżommu bħala preċettur ta’ ibnu.

L-Indja riedu jagħmluh arċisqof ta’ Kraganore, iżda ma riedx jaċċetta u reġa’ rritorna fis-saltna ta’ Marava, fejn ikkonverta għadd kbir ta’ pagani, fosthom lill-prinċep Terjadevan. Lil dan ordnalu biex jibgħat lin-nisa kollha li kellu, minbarra l-ewwel waħda.

Page 10: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 9

Fost il-mibgħutin, kien hemm in-neputija tas-sultan li qanqlet persekuzzjoni kontra l-missjunarji. Lil De Britto u oħrajn ħaduhom priġunieri Ramnad, il-belt kapitali.

Il-Bramini riedu ħajtu u ħaduh f’belt 30 mil aktar ’il fuq, fejn wara li qatgħulu riġlejh u dirgħajh, qatgħulu rasu fil-11 ta’ Frar tal-1693.

Ġie magħdud mal-Beati minn Piju IX (21 ta’ Awwissu, 1853) u mal-qaddisin minn Piju XII (1948).

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-3 Ktieb, kap. XV: Ibni, f’kollox għandek tgħid hekk: “Mulejja, jekk dan jogħġob lilek, ħalli ssir dil-ħaġa. Mulej, jekk hi ta’ glorja għalik, ħalli ssir fl-isem tiegħek. Mulejja, jekk tara li hi ta’ ġid għalija, agħtini l-grazzja li titwettaq fija għall-imħabba. Imma jekk tara li din il-ħaġa tkunli ta’ deni, u ma tkunx tiswieli għas-salvazzjoni ta’ ruħi, neħħili din ix-xewqa minn qalbi.’’ Għax kun af, ibni, li mhux kull xewqa li l-bniedem jaħseb li ġejja mill-Ispirtu Santu, tkun tajba u sewwa. Hi ħaġa wisq tqila, ti tagħraf jekk hux l-ispirtu tajjeb jew il-ħażin li qed iġagħlek tixtieq dil-ħaġa u dik l-oħra, jew jekk hix ukoll l-imħabba lejk innifsek. Kemm u kemm spiċċaw biex tqarrqu, meta għall-ewwel kienu mexjin b’fehma tajba!

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Ittra 105 lil reliġjuż Dislike for our neighbor and resentment for wrongs done to us prevent our prayers from reaching God. If our hearts are torn by anger or hatred, it is impossible for us to maintain union with Jesus Christ; so, ceasing to be members of his mystical body, we cannot expect the Father to hear our prayers, since he does not recognize the Spirit of his Son in us.

TALBA

O sultan tas-sema, spirtu tas-sabar, spirtu tal-verità,

int li tinsab kullimkien u f’kollox, għożża ta’ kull ma’ hu tajjeb

u għajn ta’ kull ħajja, ejja għammar ġewwa fina,

naddafna u salvana, inti li kollok tjubija.

Ammen. Doorway to Faith

Missierna ...

Page 11: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

10 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 5 ta’ Frar Sant’Agata – verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 12: 1-4 Nibqgħu niġru t-triq tal-prova li għandna

quddiemna. 2. Salm 21: 26b,27,28 u 30,31,32 Ifaħħruk, Mulej, dawk li jfittxuk. 3. Mark 5: 21-43 Tfajla, qiegħed ingħidlek, qum! SANTA AGATA - verġni u martri († c. 251) Din il-qaddisa hija waħda mill-qaddisin verġni u martri l-aktar meqjuma tal-

Knisja tal-bidu. Għandna provi li d-devozzjoni lejha hi waħda antika ħafna fil-Knisja. B’danakollu ftit wisq għandna tagħrif ċert dwarha. Fi Sqallija, kemm Palermo kif ukoll Katanja jippretendu l-unur tat-twelid ta’ Agata.

Jingħad li hi kienet ġejja minn familja nobbli u li minn kmieni ddedikat ħajjitha fis-safà, għal Alla.

Waqt il-persekuzzjoni, ċertu Kwinzjanu, li xtaqha b’martu, inqeda bil-liġijiet kontra l-Insara bħala pretest biex Agata ssir tiegħu. Billi hi ma riditx, hu ssoġġettaha għal ħafna indinjitajiet, fosthom li jibgħatha f’dar tad-dnub, kif ukoll għal ħafna moħqrijiet sakemm qatilha. Santa Agata sofriet il-martirju f’Katanja, aktarx fil-persekuzzjoni ta’ Deċju (249-251).

Fil-pitturi u l-iskulturi tal-qaddisa li waslulna mill-qedem, hija rrappreżentata żżomm par pinzetti jew strumenti oħra li bihom sofriet il-martirju. Isimha hu mniżżel fil-Kanoni Ruman tal-Quddiesa.

Santa Agata hija waħda mill-patruni minuri ta’ Malta u d-devozzjoni lejha hija antika ferm. Diversi knejjes żgħar huma ddedikati lilha. Ta’ min isemmi li l-Casa Madre tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fir-Rabat, mibdija mill-qaddej t’Alla Mons. Ġużeppi DePiro, hi ddedikata lil Santa Agata, kif għaliha wkoll huma msemmija l-katakombi li hemm taħtha.

Riflessjoni: Ġesù, li hu l-għajn u l-imgħallem perfett tal-fidi f’Alla, għejjun tal-ħajja, huwa stess għajn tal-ħajja. Kull min jersaq lejh jirċievi l-ħajja mingħand Alla. Ġajru għaraf dan sewwa u emmnu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix” (Mr. 4: 23) Hi kienet waslet fit-tmiem ta’ ħajjitha; Ġesù huwa tmiem, l-imgħallem perfett, tal-ħajja kollha. Il-ħajja tal-mara bl-emorraġija kienet qed tisfa fix-xejn għal tnax-il sena – fil-Bibja id-demm ifisser ħajja, għax huwa jżomm il-ġisem ħaj. Bil-fidi li kellha għarfet li jekk tersaq qribu, u tmiss imqar il-mantar tiegħu, li waqt it-talb tiegħu jaqdu m’Alla, hi tieħu l-ħajja mingħandu. Tnejn min-nisa, tnejn li huma jistgħu jkunu ommijiet, waħda ta’ tnax-il sena li l-qawwa tagħha li tagħti l-ħajja kienet qed tisfa fix-xejn; il-mara l-oħra li l-qawwa tagħha li tagħti l-ħajja kienet bil-mod il-mod qiegħda tispiċċa matul tnax-il sena

Page 12: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 11

sħaħ. It-tnejn li huma kellhom kuntatt ma’ Ġesù – l-għajn u l-imgħallem perfett tal-ħajja – u t-tnejn irċevew il-ħajja mill-ġdid.

Addattata minn ‘Lamp in the wind’, Dun Pawl Sciberras

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 34, silta mit-2 punt The heart is the source of life in a person because it is the last thing in the person to die. The joy of the just, according to our Lord, will be unshakable and not easily subject to change because it is founded on what sustains the life of grace in them, namely, the love of God and union with God by prayer and the reception of the sacraments. In this way God maintains and nourishes their joy; it is solidly based because it is based on God. Your joy is genuine if you rejoice in the midst of suffering and all the most painful trials. But if you make your joy consist in sensual pleasures, ah, how true it is that your joy is completely superficial, for it has the same nature as its object, in this case, a fragile and perishable good!

TALBA fuq il-vers Ġw. 8: 51-59

- “Jekk xi ħadd iżomm kelmti mhux ser jara l-mewt.” Mulej, illum qed tgħidli

li l-kelma tiegħek hija “ħajja”, u li tagħtini l-ħajja;

għalhekk Mulej imlieni bix-xewqa li nfittxek

biex nimmedita u nżomm fija

l-kelma tiegħek f’qalbi, inti li qed iżżomni f’qalbek

kollha mħabba! Għaliex jien irrid li nfaħħrek

bla waqfien u nirringrazzjak

għal dawk il-meravilji li inti twettaq matul ħajti.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 13: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

12 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, is-6 ta’ Frar San Pawl Miki u sħabu martri

Santa Darotea – verġni u martri San Pier Battista – presbiteru, u sħabu martri

Il-Beatu Pietru Kibe Kasui u sħabu martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 12: 4-7,11-15 Il-Mulej iwiddeb lil min iħobb. 2. Salm 102: 1-2.13-14.17-18a It-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem. 3. Mark 6: 1-6 Ebda profeta ma hu bla ġieh jekk mhux

f’pajjiżu. San Pawl Miki u sħabu († 1597) - martri Dawn kienu sitta u għoxrin martri ta’ Nagasaki, l-ewwel qaddisin mil-Lvant

Imbiegħed li ġew ikkanonizzati. Fosthom kien hemm Pawlu Miki, qassis Ġiżwita Ġappuniż ta’ nisel għoli,

żewġ lajċi Ġiżwiti Ġappuniżi, sitt Franġiskani l-biċċa l-kbira minnhom Spanjoli b’San Pjer Battista l-mexxej tagħhom, u sbatax lajċi Ġappuniżi u Koreani, Terzjarji Franġiskani, li kienu jgħinu lill-qassisin.

Dawn il-martri ġew marbutin ma’ sitta u għoxrin salib u arbulati ftit aktar minn metru ’l bogħod minn xulxin f’ringiela waħda twila u, minkejja t-tbatija u l-mewt qrib, huma komplew jipprietkaw u jkantaw.

Kull wieħed minnhom kellu ħdejh lil dak li kellu joqtlu b’lanza u, meta ngħata s-sinjal, ġew maqtula lkoll f’ħin wieħed.

Fosthom, qalbiena daqs l-oħrajn, kien hemm tliet subien ta’ xi tlettax-il sena l-wieħed, li kienu jgħinu l-quddiesa tal-patrijiet: dawn kienu S. Lwiġi Ibarki, S. Antnin Deynan u S. Tumas Kasaki.

Dan kollu ġara fil-5 ta’ Frar 1597, daqs ħamsin sena wara l-mawra ta’ S. Franġisk Saverju fil-Ġappun, meta kien hemm diġà madwar 300,000 kattoliku.

San Pawl Miki u sħabu martri ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Piju IX fl-1862.

Riflessjoni: Int, (il-Profeta Elija), li nedejt sfida ġganteska kontra erba’ mija u ħamsin profeta ta’ Bagħal fuq l-għolja tal-Karmelu, agħmilni xhud mimli ħeġġa u bla biża’ tal-Assolut f’dinja li bil-mod il-mod intelqet fis-sinkretiżmu (jiġifieri dak li jaqbel lilek). Int li kont taħseb li inti waħdek, semmagħli l-leħen ta’ Alla li lilek ġiegħlek tiskopri li ‘ħallejt għalija sebat elef raġel li ma niżlux għarkupptejhom quddiem Bagħal” (Rum. 11:4). Int, li int ‘bniedem bħalna’ (Ġak. 5:17), li ġarrabt il-biża’, il-qtigħ il-qalb, li rqadt taħt id-dell ta’ siġra tal-ġummar, u li ħallejt taħrablek dik l-għajta tant umana: “Issa

Page 14: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 13

biżżejjed, Mulej!” (1Slat. 19:4) wassalni għand l-anġlu li tak mill-ġdid il-forza biex titla’ fuq il-Ħoreb, il-muntanja ta’ Alla. Int, li int u tagħti l-mantell tiegħek lil Eliżew għaddejtlu wkoll “l-Ispirtu” tiegħek, għattini bil-mantell tiegħek ... u jien nissokta nimxi taħt is-sema tiżreġ.

Il-Kardinal Roger Etchegaray, silta mill-ktieb, ‘Nimbotta ’l quddiem bħal ħmar’

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mit-3 punt

Although in this life we sigh under the weight of our bodies and long to be free of this burden, it is God who created us for this very purpose and who gave us his Holy Spirit as a pledge. It is, then, up to God to direct our path straight toward heaven, so that we may surely arrive there. For this reason, it was as the Son of God that Jesus Christ became the Author of our eternal salvation. Salvation, as the Prophet says, comes from God; perfection likewise comes from him. As Saint James assures us, every excellent grace and perfect gift come from on high and descend from the Father of lights. Beg God, therefore, to lead you on the way to heaven by the path he has traced out for you. Ask him to help you embrace the perfection of your state, because he is the one who brought you into it and who consequently desired, and still desires, that you find in it the way and the means to be sanctified.

TALBA

Mulej Ġesù, imlieni bl-Ispirtu tiegħek

biex niddixxerni u nifhem dawk is-sinjali ta’ mħabba tiegħek,

u nisma’ b’fidi ferma lil dawn il-profeti tiegħek,

li qed iwassluli b’tant imħabba u żelu l-messaġġ tiegħek

li jgib il-paċi u l-hena ta’ ruħi. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 15: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

14 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, is-7 ta’ Frar San Eġidjo Maria ta’ San Ġużepp – reliġjuż

Santa Koleta ta’ Corbie – verġni Il-Beatu Piju IX – Papa

Il-Beatu Anselmu Polanco – isqof u martri Il-Beata Rosalie Rendu - reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 12:18,19,21-24 Intom ersaqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn

il-belt ta’ Alla l-ħaj. 2. Salm 47 (48): 2,3a,3b,4,9 -11 Naħsbu, O Alla, fuq it-tjieba tiegħek. 3. Mark 6: 7-13 Kristu kellu jqum mill-imwiet. BEATA ROSALIE RENDU (1786-1856) Rosalie, twieldet fl-Isvizzera, fid-9 ta’ Settembru 1786 u kienet il-kbira fost

erbat itfal. Semmewha Jeanne Marie. Kibret fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża u ġiet mgħammda bil-moħbi. Missierha miet fl-1796 u warajh mietet oħtha ż-żgħira. Bdiet tgħin fl-isptar ta’ Ulied il-Karità u ta’ 17-il sena, fil-25 ta’ Mejju 1802,

bdiet in-novizzjat mal-Ulied tal-Karità ta’ San Vinċens de Paul. Meta spiċċat in-novizzjat bdiet taħdem fost l-ifqar nies ta’ Pariġi u baqgħet f’dan ix-xogħol għal 54 sena.

Fil-ħin liberu tagħha kienet tgħallem il-katekiżmu. Fl-1815, ġiet innominata superjura. Iffurmat grupp ta’ nisa biex jaħdmu fost

it-tfal orfni, f’Youth Centre. Dan ix-xogħol għamlitu bis-saħħa ta’ ħajja ta’ talb li kienet tgħix. Hi kienet

tgħid li l-aħjar mumenti ta’ talb kienu meta kienet tkun sejra għal għonq it-triq mit-triqat ta’ Pariġi biex iżżur il-morda, tiġbor l-orfni u żżur lix-xjuħ.

Biż-żmien il-Gvern għażilha biex tkun responsabbli għall-paċi, ġustizzja u biex tagħti pariri lill-istudenti tal-Università ta’ Sorbonne kif għandhom jimxu mal-imsejknin.

Rosalie kienet sindku ta’ zona partikulari ta’ Pariġi. Kienu jsejħulha “Omm il-Fqar”.

Il-Professur Emanuel Bailly, professur tal-Filosofija u editur ta’ gazzetta Kattolika, kif ukoll il-Beatu Frederic Ozanam, kienu jmorru għandha għall-pariri. Kien bis-saħħa tagħha li Frederic Ozanam waqqaf Il-Konferenza ta’ San Vinċens De Paul – opra hekk siewja li għadha sejra sal-lum, anke f’Malta.

Kienet tinsisti biex qatt ma jakkużaw u jikkundannaw lill-fqar, huma min huma, għamlu x’għamlu.

Salvat lill-isqof ta’ Pariġi, meta ħarqulu d-dar, u lil wieħed uffiċjal li kien ser jiġi xkubettjat.

Page 16: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 15

L-Imperatur Napuljun III u l-mara tiegħu, marru jżuruha fil-post fejn kienet taħdem u taha d-dekorazzjoni “La Croix de la Legion d’honneur”, allavolja hi rrifjutat dan l-unur.

Fl-aħħar sentejn ta’ ħajjitha tilfet l-viżta u għamiet. Mietet fis-7 ta’ Frar tal-1856.

Riflessjoni: Il-mixja tal-qdusija hi għajn ta’ paċi u ta’ ferħ li l-Ispirtu jagħtina, imma fl-istess waqt titlob li nżommu l-“imsiebaħ mixgħula” (ara Lq. 12:35) u nibqgħu attenti: “Warrbu kull xorta ta’ ħażen” (1 Tess. 5:22); “ishru” (ara Mk. 13:35; Mt 24:42); ma norqdux (ara 1 Tess. 5:6). Għax dawk li ma jintebħux li qed jonqsu bil-kbir kontra l-Liġi ta’ Alla kapaċi jitkaxkru minn speċi ta’ sturdament jew jitmewtu. Billi ma jsibu xejn gravi fuqiex iċanfru lilhom infushom, ma jintebħux b’dik it-telqa li naqra naqra taħkem lill-ħajja spirtiwali tagħhom u jispiċċaw jgħejjew u jikkorrompu ruħhom.

Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni “Gaudete Exsultate”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.165, silta mill-1 punt

It is indeed in this cross that we must place all our glory, says the same Apostle, casting our eyes on Jesus Christ, our divine Master, who placed his glory and all his happiness in suffering and dying on this cross, despising the shame and ignominy that accompanied the cross. For this Holy Cross (which has since become so venerable to Christians) was, as the same Apostle says, a cause for scandal to the Jews and a folly to the Gentiles. The Apostles, according to the expression of the same Saint Paul, made it an honor for them to preach Jesus Christ crucified throughout the world, because they professed to know nothing but the same Jesus crucified, quite far from voiding the cross of Jesus Christ, which is for us the virtue and the power of God. Let us, therefore, spend this day and the rest of our life in great respect and profound adoration before this sacred mystery, which, as the same Saint Paul adds, was hidden before Jesus Christ for our glory. The princes of this world did not have the advantage of knowing it, although the Cross is the instrument of our salvation and has procured for us the life of grace and our resurrection.

TALBA O Alla,

inti Alla wieħed fi tliet persuni, u inti ħlaqtna fi xbieha tiegħek.

Ressaqna f’dik l-għaqda li Kristu għex u talab u miet għaliha,

biex hekk aħna nagħtu ġieħ u glorja lil ismek,

bi Kristu Sidna, Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 17: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

16 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, it-8 ta’ Frar San Ġilormu Emiliani

Santa Ġużeppina Bakhita – reliġjuża San Eġidju M. Pomtillo minn Taranto - reliġjuż

San Ġwann Lantrua minn Triora - presbiteru u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 13: 1-8 Ġesù Kristu hu dak li kien, fl-imgħoddi, issa għal dejjem. 2. Salm 26:1,3,5,8b,9abċ Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. Mark 6: 14-29 Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill- mewt! SAN ĠILORMU EMILJANI (1846-1537) Kien il-fundatur tal-Kongregazzjoni tas-Somaki, twieled Venezja minn familja

nobbli. Ommu rabbietu fil-biża’ t’Alla; iżda l-passjonijiet ħżiena fgaw iż-żerriegħa

tajba. Wara li tilef ’il missieru daħal suldat u baqa’ sejjer għall-agħar. Ħa sehem fid-difiża ta’ Castelnuovo kontra l-lega ta’ Cambraj u waqa’

priġunier (1508). Fil-ħabs kienet tistennieh il-grazzja t’Alla; daħal fih innifsu u beda jaħseb fuq l-istat infeliċi ta’ ruħu. Malli ħeles mill-ħabs mar għamel pellegrinaġġ lill-Madonna ta’ Treviso, bi twettiq ta’ wegħda li kien għamel.

Mar lura pajjiżu u beda jistudja t-Teoloġija u jagħmel opri ta’ karità. Wara li ordna saċerdot (1518) beda jżur l-isptarijiet u l-għerejjex tal-fqar.

Fil-pesta u l-ġuħ tal-1528 kont issibu kullimkien jgħin u jfarraġ lill-morda u ’l-imġewħin. L-iltiema saru fuq kulħadd il-mimmi ta’ għajnejh. Billi l-għadd tagħhom beda jikber sewwa, kera dar għalihom, u flimkien ma’ xi sekulari twajba beda jaħseb għalihom u jrabbihom. Ħa wkoll fuq spallejh l-isptar tal-inkurabbli.

Fl-1531 mar Verona, fejn bena sptar ieħor; Brescia bena orfanatrofju u Bergamo bena tnejn, wieħed għas-subien u ieħor għall-bniet. Hawn fetaħ ukoll dar għall-Maddaleni niedma. Żewġ qassisin oħra ngħaqdu miegħu għal dan ix-xogħol, Alessandro Besuzio u Agostino Bariso.

Fl-1532 waqqaf kongregazzjoni ġdida u għażel għaliha bħala ċentru dar fil-qasam ta’ Somaska, raħal żgħir bejn Milan u Bergamo. Skont ir-regola tal-kongregazzjoni, ix-xogħol ewlieni tal-membri għandu jkun it-trobbija tal-iltiema u l-ħsieb tal-fqar u l-morda.

Il-qaddis miet ta’ 56 sena fit-8 ta’ Frar tal-1537, martri taż-żelu tiegħu: ittieħed Bergamo waqt li kien idur bil-morda u miet Somaska.

San Ġirolmu huwa l-patrun tal-orfni u t-tfal abbandunati.

Page 18: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 17

Riflessjoni:

L-iskop tagħna huwa Alla, l-għajn ta’ kull tjieba. Hekk kif ngħidu fit-talba tagħna, irridu npoġġu l-fiduċja tagħna kollha f’Alla u ħadd iżjed. Fil-ħniena tiegħu, il-Mulej xtaq li nikbru fil-fidi, għax mingħajrha, kif jurina l-evanġelista, Kristu ma setax jagħmel ħafna mill-mirakli tiegħu. Hu wkoll xtaq jisma’ t-talb tagħkom, u għalhekk ordna li tesperjenzaw il-faqar, in-niket, l-abbandun, l-għejja u ż-żeblieħ. Alla waħdu biss jaf ir-raġuni ta’ dan kollu, madankollu aħna nagħarfu tliet raġunijiet. L-ewwel nett, il-Mulej imqaddes tagħna qiegħed jgħidilkom li jixtieq jgħoddkom ma’ wliedu l-maħbubin, kemm-il darba tkunu sodi bil-mod tiegħu, għax dan huwa l-mod ta’ kif jitratta lil ħbiebu u jagħmilhom qaddisa. It-tieni raġuni hi li qiegħed kontinwament jistaqsikom biex tikbru fil-fidi fih biss u mhux f’oħrajn. Issa hemm it-tielet raġuni. Alla jixtieq jippruvakom bħad-deheb fin-nar. Is-sadid jimbela’ bin-nar, imma id-deheb pur jibqa’ u l-valur tiegħi jiżdied. Huwa b’dan il-mod li Alla jaħdem mal-qaddej tiegħu, li jpoġġi t-tama fih u jibqa’ sod fiż-żmien l-għejja. Alla jerfgħu u, għal dawk il-ħwejjeġ li ma jagħmilx għall-imħabba t’Alla, ipattilu lura mitt darba iżjed f’din il-ħajja u l-ħajja eterna ta’ wara. Jekk tibqgħu dejjem sħaħ fil-fidi quddiem il-prova, il-Mulej jagħtikom il-paċi u l-mistrieħ f’din id-dinja u għal dejjem fl’eternetà.

San Ġilormu, silta minn ittra li kiteb lil ħutu

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 67, silta mit-3 punt

If, then, you are devoted to work in the harvest of souls, how can you fear that the One who employs you in this task as his coworker will refuse you the food that you need to do his work? The more you are abandoned to God for what concerns your temporal needs, the more care he will take to provide for you.

TALBA

O Spirtu s-Santu, sid il-ħajja u sid it-talb,

agħmel li qalbi tfittxek dejjem biex inti tgħammar ġewwa l-ispirtu tiegħi.

Għallimni nbierek lill-Missier, għax kien hu l-ewwel li bierek lili

bil-preżenza tiegħek, bħala l-aqwa don ta’ ħajti. Agħtini l-kuraġġ u r-rieda

biex niftaħ l-Kotba Mqaddsa, u agħmel li qalbi tkun dejjem miftuħa għal-leħen ta’ Alla.

Ammen. Siltiet minn talb f’Doorway to faith

Missierna ...

Page 19: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

18 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, id-9 ta’ Frar San Miguel Fibres Cordero – frère ta’ S. Ġw. Bta. De La Salle

Santa Skolastika - verġni Il-Beata Ewsebia Polomino - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 13: 15-17.20-21 Alla tas-sliem, li qajjem mill-imwiet lir-ragħaj il-kbir tan-nagħaġ, iwettaqkom b’kull ħaġa tajba. 2. Salm 22:1-3a,3b-4,5,6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. Mark 6: 30-34 Kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj.

SAN MIGUEL FERBES CORDERO (1854-1910) – Br. ta’ S. Ġwann Bta. De La Salle Twieled fi Cuenca (l-Ekwador) u semmewh Franġisk, imma kienu jsejħulu

Panchito. Minn twelidu sofra minn riġlejn deformati tant li seta’ jagħti l-ewwel passi waħdu meta kellu ħames snin.

Imrobbi f’ambjent tabilħaqq Nisrani, nissel fih devozzjoni soda lejn il-Madonna. Fil-familja kienu kuljum jirreċitaw ir-Rużarju u jaqraw qari tajjeb, l-aktar xi ħajja ta’ qaddis.

Sakemm kellu disa’ snin ħa l-edukazzjoni elementari mid-dar; imma meta l-brothers tal-iskejjel Insara (il-frères) fetħu skola fi Cuenca, Franġisk kien fost l-ewwel studenti. Malajr inġibed lejn l-ideal ta’ dawn ir-reliġjużi u ddeċieda li jingħaqad magħhom.

Il-ġenituri tiegħu riduh aktar li jsir saċerdot, u għalhekk ġagħluh jibda jattendi s-seminarju Djoċesan. Franġisk għażel li jobdi u jagħmel minn kollox biex jimxi ’l quddiem fl-istudji u fil-ħajja qaddisa. Imma l-ambjent tas-seminarju ma kienx jaqbel mal-fiżiku tiegħu u beda jħoss ta’ sikwit uġigħ ta’ ras kbir, tant li r-rettur qatagħha li jibagħtu lura d-dar. Issa sab ruħu ħieles li jerġa’ jattendi l-iskola tal-frères.

Ta’ 14-il sena (24 ta’ Marzu 1868), bil-kunsens ta’ ommu, għaliex missieru kien imsiefer, Franġisku daħal mal-Kongregazzjoni ta’ De la Salle, fejn bidel ismu għal Miguel (l-isem Mikiel bl-Ispanjol). Wara n-novizzjat kien mibgħut fi Quito fejn għallem fl-iskejjel għal aktar minn 40 sena. Missieru ma approvax il-vokazzjoni ta’ ibnu, tant li dam sentejn ma jkellmux.

Sa mill-bidu tal-appostolat tiegħu, Miguel kien apprezzat għat-talenti tiegħu biex jgħallem il-lingwi u l-letteratura. Sa minn meta kien għadu żagħżugħ hu kiteb għadd ta’ text-books siewja kif ukoll kotba oħra tal-grammatika.

Imma hu l-aktar kien jentużjażma ruħu jgħallem il-katekiżmu. Minħabba din l-inklinazzjoni tiegħu ġie inkarigat biex iħejji lit-tfal għall-Ewwel Tqarbina. Ħa ħsieb dan l-inkarigu bejn l-1880 u l-1907, meta kien mibgħut l-Ewropa. Wara li għadda ftit xhur f’Pariġi, kien mibgħut fil-Casamadre tal-kongregazzjoni fil-Belġju fejn il-klima kienet ta’ ħsara għal saħħtu. Is-superjuri għalhekk bagħtuh fi Premià de Mar, qrib Barcellona (Spanja) biex jaħdem fid-dar tal-

Page 20: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 19

formazzjoni. Hemm Br. Miguel seta’ jissokta l-ħidma tiegħu bħala awtur ta’ opri didattiċi u jgħallem l-Ispanjol.

Fl-1909, minħabba l-periklu imminenti kawżat mir-Rivoluzzjoni Spanjola, il-brothers marru f’Barcellona. Meta għadda l-periklu, marru lura fi Premià de Mar, imma issa saħħet Br. Miguel xejn ma kienet tajba.

Fi tmiem Jannar 1910 ħa riħ qawwi li żviluppa f’polmonite. Fi tlett ijiem huwa miet, nhar id-9 ta’ Frar 1910 fl-għomor ta’ 55 sena.

Fl-1936 il-fdal ta’ Br. Miguel ittieħdu fl-Ekwador u llum jinsabu fid-dar tal-kongregazzjoni fi Quito.

Il-Papa San Pawlu VI ddikjarah beatu f’Ottubru 1977. Il-Papa San Ġwann Pawlu II niżżel ismu mal-qaddisin fl-1984.

Riflessjoni: Fix-xirka l-kbira tal-qaddisin, Alla ried jirriserva l-ewwel post għal omm Ġesù. Marija hija ċ-ċentru tax-xirka tal-qaddisin bħala ħarriesa waħdanija tar-rabta tal-Knisja universali ma’ Kristu, tar-rabta tal-familja. Hi l-omm, hi ommna ... ommna. Għal min irid jimxi wara Ġesù fit-triq tal-Vanġelu, hi l-gwida żgura għax hija l-ewwel dixxiplu. Hi l-omm attenta li tieħu ħsiebna li lilha għandna nisqtarru kull xewqa u diffikultà li jkollna. Il-Papa Franġisku Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 180, silta mit-3 punt

You can perform several miracles in regard to you and your work: in your own regard, by an entire fidelity to grace, not letting any movement of grace go by without corresponding with it; in regard to your work, by touching the hearts of the wayward children entrusted to your care, by making them docile and faithful to the maxims of the holy Gospel and to their practice, and by teaching them to be pious and recollected in church and during prayers and devoted to the performance of their duty in school and at home. Such are the miracles that God gives you the power to perform and that he asks of you.

TALBA

Missier, agħmel li t-talb u l-eżempju ta’ San Miguel jgħinuna naraw dak li hu xieraq f’oħrajn

u li jkunu ta’ inkuraġġament. Ġeddidna fi mħabbtek u għinna ngħixu ferħana kuljum

fil-preżenza tiegħek. Għinna nsibu r-rieda tiegħek fina,

u ngħixu ħajja sempliċi fuq il-Vanġelu. Agħmel li nibdlu d-dgħufija tagħna fil-qawwa tiegħek u li nagħmlu użu sewwa tal-ġid u t-talenti li inti tajtna.

Nitolbu dan bi Kristu sidna, Ammen. Missierna ...

Page 21: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

20 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, l-10 ta’ Frar L-Appostlu San Pawl - patrun ta’ Malta

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Għerf 14: 3-7 Tajtu triq fil-baħar, u mogħdija żgura fost il-ħalel.

2. Salm 106: 21-31 Ħa jsebbħu ’l-Mulej għal tjubitu.

3. Atti 27: 16-28 Il-Maltin ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema

bħalha.

jew

2Korintin 11: 18,24-31 Tliet darbiet rajt l-għarqa.

4. Mark 16: 15-20 Marru jipprietkaw kullimkien.

SOLENNITÀ TAL-APPOSTLU MISSIERNA SAN PAWL – patrun ta’ Malta Fl-10 ta’ Frar il-gżejjer Maltin ifakkru l-miġja ta’ San Pawl fostna. Din hija

ġrajja ta’ importanza ewlenija fl-istorja ta’ pajjiżna. Huwa l-jum tal-magħmudija ta’ Malta għax kienet dik iċ-ċirkustanza li fiha missirijietna semgħu għall-ewwel darba bl-aħbar it-tajba ta’ Sidna Ġesù Kristu, ftit snin biss wara t-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù.

Ir-rakkont tal-wasla ta’ San Pawl f’Malta jagħtihulna b’ħafna dettalji San Luqa, l-Evanġelista li kien sieħeb San Pawl fil-vjaġġ.

Meta San Pawl kien fi vjaġġ fuq il-baħar fi triqtu lejn Ruma bħala priġunier biex il-kawża tiegħu tinstema’ quddiem Ċesari, Alla fil-providenza tiegħu tal-għaġeb, għoġbu li dan l-appostlu jara l-għarqa biex jiġi hawn Malta. Il-kliem li San Pawl qal lil sħabu wara li deherlu l-anġlu meta t-tempesta kienet fl-eqqel tagħha: “jeħtieġ li naħbtu ma’ gżira” (Atti 27, 26) bilfors jagħtuna x’naħsbu li Alla kellu ħsibijiet kbar fuq Malta meta ried li f’dawk iċ-ċirkustanzi jasal fostna l-Appostlu tal-Ġnus.

San Luqa fl-Atti jsemmi l-laqgħa sabiħa li missirijietna għamlu lill-appostlu u lil sħabu, b’kollox 276 ruħ. Bla dubju, tul it-tliet xhur li dam fostna, San Pawl xandar it-twemmin fi Kristu Ġesù, li kien għadu kif miet u rxoxta f’inqas minn 30 sena qabel.

Ix-xandir ta’ Pawlu, kif ukoll il-mirakli li għamel, kellhom effett kbir fuq il-poplu Malti ta’ dak iż-żmien u aċċetta d-don tal-fidi li, bi grazzja speċjali ta’ Alla, baqgħet nieżla minn ġenerazzjoni għal oħra sal-ġurnata tal-lum. Hu emmnut li, kif kien soltu jagħmel San Pawl f’kull pajjiż li jżur, huwa waqqaf il-Knisja fuq artna u anke taha, skont it-tradizzjoni, l-ewwel isqof tagħha fil-persuna ta’ Publju, il-prinċep tal-gżira.

In-nawfraġju ta’ San Pawl hu t-titular ta’ waħda mill-parroċċi tal-Belt Valletta, kif ukoll dik tal-Munxar ġewwa Għawdex.

Kif inhu xieraq, il-knisja f’Malta tfakkar dan il-jum providenzjali bħala festa kmandata, u għalhekk illum hemm l-obbligu tas-smigħ tal-quddies. Nitolbu

Page 22: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 21

llum lil Alla li jagħmel li Malta żżomm sħiħ u bla mittiefes it-tagħlim li San Pawl tana bil-kliem u bl-eżempji tiegħu.

Riflessjoni: San Pawl wasal Malta bħala priġunier fi triqtu lejn Ruma … Għal żewġ millennji bqajtu fidili lejn is-sejħa li ħarġet minn dik il-laqgħa singulari. Illum is-suċċessur ta' Pietru jixtieq iwettaqkom fl-istess fidi u jħeġġiġkom fl-ispirtu ta' tama u mħabba Nisranija. Jitlob biex, bħal missirijietkom, intom ukoll tagħtu frott tajjeb u bil-bosta. Siġar tajba jagħtu ħafna frott tajjeb (ara Mt. 12,33-35). Il-pożizzjoni ta' Malta fl-Ewropa u fil-Mediterran tagħmilha eredi, b'mod speċjali, ta' tradizzjoni kulturali sinjura, li l-qalb tagħha hi l-umaniżmu tal-Vanġelu … Għożżu s-sejħa Nisranija! Kunu kburin tal-wirt reliġjuż u kulturali! Ħarsu lejn il-ġejjieni b'tama u imxu b'ħeġġa ġdida biex tagħmlu dal-millenju ġdid żmien ta' solidarjetà u paċi, ta' mħabba għall-ħajja u rispett għall-ħolqien t'Alla …

Silta mid-diskors tal-Papa San Ġwann Pawlu II – Il-Fosos tal-Furjana 2001

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.99, it-3 punt

Għalkemm Alla nebbaħ lil San Pawl permezz ta’ dawl straordinarju u sejjaħlu b’vuċi mirakoluża, f’dak il-waqt ma xtaqx li jgħarrfu bir-rieda divina tiegħu. Bagħat lil Pawlu għand Ananija, dak li hu kien diġà żvelalu x’ried li Pawlu jagħmel; xtaq li Ananija jkellem lil Pawlu f’ismu. Dan huwa l-mod kif Alla jixtieq li inti taġixxi meta jaspirak biex tagħmel xi ħaġa tajba. Permezz ta’ dawn id-dwal mis-Sema, sempliċiment irid li tifhem li qed jitolbok tagħmel xi ħaġa li m’intix tagħmel, għalkemm mhux waħdek imma ggwidat minn dawn id-dwal mill-ġenna. Irid li inti ddur lejn id-direttur u s-superjur tiegħek, li hu jkun diġà ħa ħsieb itihom l-istruzzjonijiet u jkun inkarigahom biex jinfurmawk x’għandek tagħmel. Tafda qatt fl-ispirazzjonijiet tiegħek jew dawk li jidhru ġejjin mingħand Alla; aqsamhom u spjegahom lil dawk li jiggwidawk, u ssottometti ruħek għall-parir tagħhom.

TALBA

lil San Pawl Appostlu tal-Mulej

għinna nkunu appostli, li naqdu lill-Knisja b’qalb safja,

inkunu xhieda tal-verità u s-sbuħija tagħha f’dan id-dlam ta’ żminijietna.

Miegħek infaħħru ’l Alla l-Missier. Lilu, kull glorja fil-Knisja u fi Kristu

issa u għal dejjem. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 23: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

22 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, il-11 ta’ Frar Il-Verġni Mqaddsa ta’ Lourdes - Jum il-Morda

L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 1: 1-19 Alla qal u hekk sar. 2. Salm 103: 1-2a.5-6.10 u 12.24 u 35ċ. Jifraħ il-Mulej bl-għemejjel tiegħu! 3. Mark 6: 53-56 Dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu. Jekk issir il-Quddiesa tal-Madonna ta’ Lourdes jista’ jsir dan il-qari: 1.Isaija 66: 10-15a: Se nifrex fuqha s-sliem bħal xmara. jew Apokalissi 11: 19; 12: 1,10 Mara liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha. 2. Salm 97: 1,2-3a,3b-4 Naħsbu, o Alla fuq l-għeġubijiet tat-tjieba tiegħek. 3. Ġwanni 2: 1-11 Agħmlu kull ma jgħidilkom hu. jew Luqa 1: 26-38 Il-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek.

IL-VERĠNI MQADDSA TA’ LOURDES

Erba’ snin wara l-proklamazzjoni tad-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Beata Verġni Marija dehret għal aktar minn darba fil-grotta ta’ Massabielle lil tfajla umli, Bernardette Soubirous. Permezz ta’ din it-tfajla umli, Marija tistieden lill-midinbin għall-indiema, u tqanqal fil-Knisja ħeġġa kbira għat-talb u għall-imħabba, l-aktar bis-servizz mal-morda u mal-foqra. Silta mill-ittra ta’ Sta. Bernardette Soubirous lill-isqof ta’ Lourdes:

Jien staqsejt lil sħabi l-oħra jekk rawx xi ħaġa: huma qaluli li ma raw xejn, u staqsew lili jekk rajtx xi ħaġa, biex ngħidilhom. Jiena żgurajthom li rajt Sinjura liebsa l-abjad, imma li ma kontx naf min hi; u wissejthom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan. Imbagħad huma wkoll fetħuli għajnejja biex ma nerġax nersaq ’il hemm, iżda ma tajthomx widen.

Għalhekk il-Ħadd ta’ wara erġajt mort, għax ħassejtni imbuttatta minn ġewwa. Fit-tielet darba li rajtha, dik is-Sinjura kellmitni u staqsietni jekk irridx immur għandha fl-għar għal ħmistax-il ġurnata wara xulxin; jien weġibtha li iva. Qaltli wkoll li kelli mmur ngħid lis-saċerdoti biex jibnulha kappella hemmhekk; imbagħad riditni mmur nixrob mill-għajn. Jien ma rajt ebda għajn u qbadt riesqa lejn ix-xmara Gave; imma hi fissritli li mhux għax-xmara kienet qaltli, u wrietni b’subgħaha fejn kienet l-għajn. Ersaqt iżda ma sibtx ħlief ftit ħama, u ebda ilma ma stajt niġbor f’idi. Għalhekk qbadt inħaffer u sa fl-aħħar stajt nieħu ftit ilma. Armejtu tliet darbiet, imma r-raba’ darba seħħ li nixrob minnu. Imbagħad id-dehra għebet u jiena erġajt lura.

Mort hemm għal ħmistax-il ġurnata wara xulxin u s-Sinjura dehritli kuljum, barra t-Tnejn u l-Ġimgħa. Reġgħet fakkritni li kelli mmur ngħid lis-saċerdoti

Page 24: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 23

biex jibnu kappella f’dak il-post, u riditni ninħasel fl-għajn u nitlob għall-konverżjoni tal-midinbin.

Ħafna drabi staqsejtha min hi, imma hi kienet titbissimli bil-ħlewwa; fl-aħħar fetħet dirgħajha, refgħet għajnejha lejn is-sema, u qaltli li hija l-Kunċizzjoni Mmakulata.

F’dawk il-ħmistax-il ġurnata hi afdatli wkoll tliet sigrieti, imma rabtitni biex żgur ma ngħid lil ħadd bihom. Il-kelma li tajtha żammejtha sħiħa sal-lum.

Riflessjoni: Bħalissa Alla qed jippermetti li jien ukoll ikolli nsofri t-tbatija u d-dgħufija tiegħi nnifsi. Dan jagħmilni aktar qrib tagħkom, jgħinni nifhem aħjar dak li għaddejjin minnu intom. “Issa, għalikom, nifraħ bit-tbatijiet li għaddej minnhom u bis-sofferenza tiegħi inpatti għan-niket u l-vojt li Kristu għaddej minnu, minħabba l-Ġisem Tiegħu, il-Knisja.” Jiena nistedinkom biex flimkien miegħi toffru t-tbatijiet tagħkom lill-Mulej, li bis-salib tiegħu wettaq ħwejjeġ kbar; noffru dan biex bl-Ewkaristija, il-Knisja kollha tgħaddi minn tiġdid tal-fidi u l-karità; biex id-dinja kollha tagħraf il-benefiċċju tal-maħfra, il-paċi u l-imħabba.

Papa San Ġwanni Pawlu II

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Ittra 5, lill-Brother Denis

I am quite distressed to hear of the illnesses you tell me you have, my very dear Brother. We must try to find some way to remedy them. You ought to apply yourself to interior prayer as best you can, because this exercise ordinarily draws down graces on the others.

TALBA

għall-morda Mulej tal-ħajja,

aqbad idejn il-morda kollha u għinhom f’din il-prova,

sabbarhom fit-tbatija u fl-uġigħ, seddaq fuqhom il-ferħ

bħala rigal għat-tbatija li qed iħaddnu. Agħtihom il-grazzja li t-talb tagħhom

u l-aċċettazzjoni tat-tbatija ikunu għajn ta’ vokazzjonijiet ġodda

fil-Knisja. Ammen.

Papa San Ġwanni Pawlu II

Missierna ...

Page 25: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

24 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, it-12 ta’ Frar San Milezju - isqof ta’ Sebaste

Il-Beatu Reginald ta’ Orleans - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1 Ġenesi 1: 20 - ; 2: 4a Ħa nagħmlu l-bniedem fuq is-sura u x-xbieha tagħna. 2. Salm 8: 4,5,6,7,8,9 Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha! 3. Mark 7: 1-13 Intom twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla biex tħaddnu

t-tradizzjoni tal-bnedmin. IL-BEATU REĠINALDU TA’ ORLEANS (1183 -1220) - presbiteru Dan kien l-ewwel fost il-qaddisin u l-beati Dumnikani. Twieled fid-djoċesi ta’

Orleans fi Franza. Sar duttur tal-liġi u għallem id-dritt kanoniku fl-Akkademja ta’ Pariġi. Waqt li kien iżur il-postijiet imqaddsa f’Ruma, laqtu ħafna l-kliem ta’ San Duminku u baqa’ impressjonat bil-faqar evanġeliku tal-Ordni tal-Predikaturi u l-ħeġġa tiegħu għall-appostolat.

Ġiet fuqu marda, imma reġa’ ħa saħħtu bl-interċessjoni tal-Verġni Mbierka u mbagħad ngħaqad mal-Ordni ta’ San Dumniku kif kienet indikatlu l-Madonna.

Bl-eżempju t-tajjeb u l-kelma mħeġġa tiegħu ħafna żgħażagħ u nies magħrufa daħlu fl-ordni, l-ewwel f’Bolonja u mbagħad f’Pariġi.

Billi kien professur tal-liġi kanonika fl-Università ta’ Pariġi, Reġinaldu kien ta’ għajnuna kbira għal San Duminku fl-għoti ta’ għamla definittiva lill-ordni tiegħu.

B’għaqal kbir Reġinaldu organizza u mexxa ’l quddiem il-ħajja tal-komunità, u tkebbes bil-ħeġġa tal-appostli għat-tiġdid tas-saltna ta’ Kristu.

Skont tradizzjoni fl-Ordni Dumnikan, il-Madonna għarrfet lil Reġinaldu li kienet tixtieq li l-patrijiet predikaturi jilbsu l-labtu abjad flok ir-rukkett li S. Duminku kien jilbes bħala kanonku.

Il-beatu miet f’Pariġi fl-1220 meta kellu inqas minn 40 sena u kien midfun fil-knisja ta’ Notre Dame des Champs.

Il-B. Piju IX, fit-8 ta’ Lulju 1875, ikkonferma l-qima lejh li kienet ilha mogħtija lilu.

Riflessjoni: Lilna l-Mulej jitlobna biss żewġ ħwejjeġ: imħabba tal-Maestà Tiegħu u tal-proxxmu. Għal dan għandna naħdmu bla heda. Meta nħarsu bil-perfezzjoni dawn iż-żewġ kmandamenti tal-imħabba, inkunu qegħdin inwettqu r-rieda tiegħu u ningħaqdu miegħu. Is-sinjal l-aktar żgur biex naraw jekk aħniex inħarsu dawn iż-żewġ kmandamenti huwa li naraw sewwa kif qegħdin inħarsu dak tal-imħabba tal-proxxmu. Għax ma nistgħux inkunu żguri mill-imħabba tagħna lejn Alla, għalkemm jista’ jkollna ħjiel

Page 26: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 25

qawwi li nħobbuh; iżda nistgħu nkunu nafu sewwa jekk inħobbux il-proxxmu tagħna jew le (1Ġw. 4, 20). U ibqgħu żguri li aktar ma tarawkom li mxejtu ’l quddiem f'din l-imħabba tal-proxxmu, aktar tkunu mortu ’l quddiem fl-imħabba ta’ Alla. Għax l-imħabba li l-Maestà Tiegħu għandu għalina hija hekk kbira illi hu jħallasna għall-imħabba tal-proxxmu billi jkattrilna l-imħabba li għandna għalih. U ta’ dan, b’elf mod, ma għandi ebda dubju...

Santa Tereża ta’ Ġesù

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 198, silta mit-2 punt

You share in the ministry of the Guardian Angels by making known to children the truths of the Gospel, which you have been chosen by God to announce. You must teach them how to put these truths into practice, and you must have very great zeal to procure their accomplishment of this practice. In imitation of the great Apostle, St. Paul, you must encourage them to live in a manner worthy of God, because God has called them to his kingdom and his glory. Your zeal must go so far in this that to achieve it, you are ready to give your very life, so dear to you are the children entrusted to you.

TALBA

O Alla tiegħi, f’dawn iż-żminijiet ta’ taqlib, diżordni u gwaj

u ta’ taħwid u konfużjoni soċjali, għinni nemmen li b’danakollu

int ħlaqtni għal “ĦAJJA” ta’ hena. u inti rajt “li kollox kien tajjeb”.

Għinni mela ħalli jien nikkollabora miegħek, fil-meravilji tal-ħolqien li ġibtni fih

biex il-Ħajja dejjem tirbaħ. Għalkemm ma nistax naħkimha,

b’danakollu hija tanġibbli għax naraha u nħossha,

fl-istess ħin din il-ħajja hija fraġli u bla saħħa

kif tidher fil-varjetà tal-ħolqien. Għinni nżomm din il-Ħajja

hekk ħaġa waħda mal-Ispirtu Etern Tiegħek

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 27: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

26 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, it-13 ta’ Frar Santa Katerina dei Ricci

Il-Beatu Ġordan tas-Sassonja – presbiteru Il-Beata Kristina minn Spoleto – lajka Agostinjana

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 2: 4b-9.15-17 Il-Mulej Alla ħa lill-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal- għeden. 2. Salm 103: 1-2a.27-30 Bierek ruħ tiegħi, il-Mulej! 3. Mark 7: 14-23 Dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill- bniedem. Nota – Mill-Istorja tal-Istitut: Bħal-lum, it-13 ta’ Frar 1982, Brother James Miller, f’età ta’ 38 sena, ġie assassinat fil-Gwatemala, fejn kien jaħdem. Waqt li kienu ser jisparawlu, Br. James kien pront u mbotta tifel li kien hemm ħdejh, biex dan ma jiġix milqut. Il-Vatikan dalwaqt ser iħabbar id-data tal-beatifikazzjoni tiegħu. SANTA KATERINA DEI RICCI (1522-1590) - verġni Santa Katerina Dei Ricci twieldet Firenze, l-Italja minn familja ta’ nies

negozjanti mir-razza. Il-ġibda tagħha għat-talb dehret sa minn ċkunitha. Ta’ 13-il sena, fl-1535 ġiet aċċettata mas-sorijiet Dumnikani fil-belt ta’ Prato,

fejn l-ewwel ħames snin batiet minħabba nuqqas ta’ għarfien fil-qdusija tagħha. Imma wara li l-qdusija tagħha ġiet rikonoxxuta, u fis-sena 1560 ġiet magħżula bħala prijura fejn damet sal-mewt, 30 sena wara.

Kellha esperjenzi mistiċi b’dehriet fuq il-passjoni ta’ Ġesù li kienu jibdew mill-Ħamis f’nofsinhar sal-4.00 ta’ filgħaxija tal-għada l-Ġimgħa. Dan il-fenomenu kellu l-bidu tiegħu fis-sena 1542 u baqa’ jissuċċiedi ta’ kull ġimgħa għal tnax-il sena sħaħ.

Hija għamlet ukoll appostolat fejjiedi ta’ direzzjoni spiritwali u kellha kuntatti ma’ diversi qaddisin ta’ żmienha bħal San Filippu Neri ġewwa Ruma u Santa Marija Maddalena dei Pazzi ġewwa Firenze u dan bla ma qatt kienet rathom u bla ma tħalli l-kunvent.

Baqa’ wkoll madwar 800 ittra minn tagħha. Santa Katerina Dei Ricci mietet fit-2 ta’ Frar 1590, fl-età ta’ 68 sena wara

marda twila u ġiet ikkanonizzata fis-sena 1746. Riflessjoni: Alla tant jistenna din l-imħabba tal-proxxmu mingħandna għaliex b'dan il-mod aħna nsiru nixbhuh: u bħalma meta tana t-tliet qawwiet tar-ruħ – il-memorja, l-intellett u r-rieda – għamilna nixbhu lit-Trinità, hekk ukoll iridna nixbħuh fl-imħabba tal-proxxmu, billi f'din l-imħabba tiegħu jieħdu sehem l-ewwel ir-ruħ tagħna, imbagħad ġisimna u fl-aħħar l-istess proxxmu tagħna. U bħalma s-sema ma tistax tkun

Page 28: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 27

imdallma, hekk ukoll Alla ma jistax isib l-għaxqa tiegħu fil-ħlejqa li ma tħobbx lil għajrha. U hekk kif ma nistgħux ngħaqqdu s-sema mal-art, l-arja man-nar, u n-nar max-xemgħa, hekk ukoll Alla ma jistax jingħaqad ma' dik il-ħlejqa li ma tħobbx lilll-proxxmu tagħha.

Santa Marija Maddalena de' Pazzi Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 112, silta mit-3 punt This day, therefore, is a day of joy and blessings for us, for it was on this day that God, who is rich in mercy, as Saint Paul says, out of the infinite love with which he has loved us, sent his own Son, even when we were dead by our sins and by our crimes, to give us new life in Jesus Christ, to manifest to future ages the magnificence of the riches of his grace through the goodness he has had for us in Jesus Christ. If, then, we enjoy such abundant graces to save ourselves and to become perfect saints, as Saint Paul says, we are indebted for all this to what Jesus Christ did for us on this day by becoming man out of love for us. Let us show him our gratitude by the holy use we make of these graces.

TALBA

Mulej Ġesù, nitolbok, agħtini l-għajnuna, biex ma naħlix dan iż-żmien li huwa żmien ta’ mħabba,

u żmien ta’ ħniena. Huwa żmien li matulu Alla juri lilu nnifsu bħala Missier.

Inti turi lilek nnifsek bħala salvatur u l-Ispirtu s-Santu juri lilu nnifsu bħala n-nar li jikkonsma.

Ħalli ruħi tgawdi din il-grazzja! Nitolbok Mulej.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 29: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

28 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, l-14 ta’ Frar San Ċirillu - raħeb, u San Metodju - isqof – patruni tal-Ewropa

San Valentinu – presbiteru u martri It-Tieni Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 13: 46-49 Aħna se nduru għal fuq il-pagani. 2. Salm 116: 1,2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-bxara t-tajba. 3. Luqa 10: 1-9 Il-ħsad kbir, imma l-ħaddiema ftit. SAN ĊIRILLU U SAN METODJU - appostli tas-Slavi Kienu żewġ aħwa Griegi minn Tessalonika. Ċirillu, li qabel kien jismu Kostantinu, twieled fis-sena 827 u Metodju 12-il

sena qabel. Ċirillu sar qassis Djoċesan, waqt li Metodju sar patri u abbati ta’ monasteru tar-rit Orjentali Slavoniku.

Fis-sena 863, marru bħala missjunarji fil-Moravja fejn kellhom suċċess. Marru mbagħad Ruma fejn kisbu l-barka tal-Papa San Nikola I (il-Kbir). Wara dan, Ċirillu sar patri fil-monasteru ta’ San Bonifaċju u San Alessju ġewwa Ruma (illum tal-patrijiet Somaski ta’ San Ġlormu Emiliani) imma miet ftit wara fl-14 ta’ Frar, tas-sena 869.

Imbagħad il-Papa Adrijanu II kkunsagra lil Metodju isqof, u tah f’idejh il-kura tal-Moravja u tal-Pannonja kollha.

Sofra anki l-ħabs minħabba akkużi foloz, imma l-Papa Ġwanni VIII mhux biss irnexxielu jeħilsu mill-ħabs, imma wkoll ikkonfirmah arċisqof ta’ Moravja u tal-Pannonja.

Wara ħidma intensa, miet aktarx fil-belt ta’ Velehrad fis-6 ta’ April 885. Kien hu li qala’ l-permess li juża r-rit Slavoniku kif ukoll l-ilsien tas-Slavi fil-

Liturġija, u li megħjun minn ħuh Ċirillu, ittraduċa kważi l-Bibbja kollha u t-talb Liturġiku f’dak l-ilsien miktubin bl-alfabett imsejjaħ “Ċirilliku”.

Il-fdal ta’ San Ċirillu jinsab meqjum fil-Knisja ta’ San Klement “al Cielo” tad-Dumnikani ta’ Ruma, waqt li dak ta’ San Metodju jinsab fil-Boemja, fil-belt ta’ Velehrad.

Il-Papa Leone XIII daħħal il-festa tagħhom fil-kalendarju universali fl-1881, waqt li l-Papa San Ġwanni Pawlu II ħatarhom patruni tal-Ewropa (flimkien ma’ San Benedittu) fl-1980. Huma wisq meqjuma fil-Boemja, fis-Slovakja, fis-Serbja, fil-Kroazja u fil-Bulgarija.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-2 Ktieb, l-1 kap.: Is-saltna t’Alla ġewwa fikom,’’ jgħid il-Mulej. Agħti ruħek ’l Alla b’qalbek kollha, tbiegħed għal kollox minn dal-wied tad-dmugħ, u ruħek issib il-mistrieħ tagħha. Tgħallem ixħet taħt riġlejk il-ħwejjeġ ta’ din l-art, agħti ruħek għall-ħwejjeġ tar-ruħ, u inti tara kif Alla jiġi jsaltan ġewwa fik. U s-saltna t’Alla taf x’inhi? Paċi u hena fl-Ispirtu Santu; u dawn ma jingħatawx lill-ħżiena.

Page 30: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 29

Jiġi mela ġewwa fik Kristu Ġesù u jurik il-ħlewwiet tiegħu, jekk tlestilu f’qalbek għamara kif lilu tixraq. Il-glorja tiegħu, il-ferħ tiegħu. Hu jsibhom ġewwa l-qalb; u bihom jitgħaxxaq. Spiss hu jħobb iżur il-bniedem miġbur fih innifsu, miegħu jitħaddet bil-ħlewwa; isawwab fuqu l-grazzja tiegħu; jagħtih paċi kbira, jinħabb miegħu b’mod tal-għaġeb.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR. 195, silta mit-2 punt

Because you are ambassadors and ministers of Jesus Christ in the work that you do, you must act as representing Jesus Christ. He wants your disciples to see him in you and to receive your instructions as if he were instructing them. They must be convinced that your instructions are the truth of Jesus Christ, who speaks with your mouth, that it is only in his name that you teach, and that he has given you authority over them… To fulfill this duty with as much perfection and exactness as God requires of you, frequently appeal to the Spirit of our Lord to make you act in your work only under his influence, so that your mind may have no part in it. This Holy Spirit, then, will come upon them generously, so that they will be able to possess the Christian spirit fully.

TALBA

Mulej, inti tieħu ħsieb id-dinja kollha. Madankollu, lilna li ħlaqt fix-xbieha tiegħek,

lilna tieħu ħsiebna ferm aktar mill-art u s-sema, mill-bejjem jew it-tjur.

Jekk hija r-rieda tiegħek Mulej, fejjaqna minn kull mard kemm tal-ġisem, kif ukoll tar-ruħ u tal-Ispirtu,

biex mal-Imqaddsa Verġni Marija u l-qaddisin kollha, aħna ngħannulek kull tifħir għal dejjem

bi Kristu sidna, Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 31: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

30 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, il-15 ta’ Frar San Klawdju de la Colimbiere – presbiteru

San Sigfridu – appostlu tal-Isvezja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 3: 1-8 Issiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin. 2. Salm 31: 1-2.5.6.7 Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura. 3. Mark 7: 31-37 Jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin. SAN SIGFRIDU (†1002) – appostlu tal-Isvezja Meta r-Re Olas tal-Isvezja talab lir-Re Edred biex jibgħatlu xi missjunarju,

Sigfridu, saċerdot żelanti f’York, aċċetta din il-missjoni, u wasal fil-belt ta’ Wexiow, fi Smaland, f’Ġunju tad-950.

L-ewwel waqqaf salib kbir, imbagħad bena knisja tal-injam u beda jqaddes u jipprietka fiha.

Hawn għadd kbir saru Nsara, u s-salib twaqqaf qalb it-tnax-il tribù tal-inħawi. Ir-Re Olas, kien kuntent ħafna b’dak li sema’. Bosta ġew mill-bogħod biex jarawh iqadddes u jisimgħu t-tagħlim tal-Vanġelu u jistagħġbu bl-ilbies tal-ħarir u l-mitra u l-baklu li ħa miegħu, u bid-dinjità li bihom kien jagħmel iċ-ċerimonji tal-kult Nisrani. Iżda fuq kollox laqtuhom il-mortifikazzjonijiet, id-diżinteress, il-ħeġġa u l-qdusija tal-missjunarju u l-veritajiet sublimi tat-tagħlim Nisrani.

Il-qaddis ordna żewġ isqfijiet, wieħed għal-Lvant u l-ieħor għall-Punent, tas-sedi ta’ Wexiow, li hu żamm sa mewtu.

Hu daħal aktar ’il fuq, fil-provinċja tan-nofs u tat-tramuntana, biex iwassal hemm ukoll id-dawl tal-Vanġelu. Ir-Re Olas, laqgħu b’rispett kbir, u sar Nisrani hu, il-qorti u l-armata tiegħu.

Hemm ordna żewġ isqfijiet oħra, wieħed għas-sedi ta’ Upsala, li kienet ġa maħluqa minn San Anskarju, fit-830, u l-ieħor għal dik ta’ Strengues.

Waqt li kien il-bogħod minn Wexiow, truppa ta’ suldati pagani, daħlu jisirqu u qatlu ’l bosta, fosthom il-viċi Unamun li Sigfridu kien ħalla bħala amministratur minfloku.

Meta sema’ b’dan il-massakru, il-qaddis reġa’ lura biex jirripara l-ħerba li għamlu. Ir-re ried jikkundanna għall-mewt lill-assassini, iżda Sigfridu qabeż għalihom u salvahom.

Miet wara ħajja u ħidma appostolika, madwar is-sena 1002, u difnuh fil-Katidral ta’ Wexiow, fejn il-qabar sar magħruf għall-mirakli li saru.

Il-Papa Adrijanu IV, Ingliż, iddikjarah qaddis fis-sena 1158.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-2 Ktieb, kap. 12:

Il-ħajja kollha ta’ Kristu kienet salib; u inti trid li jkollok il-mistrieħ u l-hena? Tiżbalja bl-ikrah jekk tfittex ħaġ’oħra ħlief it-tbatija; għaliex kollha kemm hi din il-ħajja qasira tagħna hi mimlija bil-miżerji, u mdawra bis-slaleb. U aktar ma’ r-ruħ tgħaddi ’l

Page 32: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 31

quddiem fit-tjieba aktar issib slaleb itqal; għaliex il-piena li tħoss ir-ruħ mixħuta f’dan l-eżilju aktar tikber bl-imħabba. Imma l-bniedem hekk, għalkemm f’bosta ħwejjeġ jinsab imsallab, għandu xi ħaġa li ssabbru u tferrħu, għax jaf li, billi jieħu paċenzja bis-slaleb tiegħu, ġid kbir ikun qed jagħmel għalih innifsu. Malli hu minn rajh imidd għonqu għas-salib, l-imrar tad-dwejjaq tiegħu jinbidel f’tama ħelwa li Alla jseddqu bil-grazzja tiegħu. U aktar ma’ l-ġisem jinkedd bit-taħbit, aktar ir-ruħ titwettaq bil-grazzja li Alla jsawweb ġo fiha. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med, 64, silta mit-3 punt

To cure his deafness, Jesus Christ placed his fingers in the deaf man’s ears, which indicates that Jesus Christ must touch a soul interiorly to make that person hear, understand, and appreciate what he says. He had to take the man aside, so that the noise of the world could not prevent him from hearing his words and appreciating them. Then he raised his eyes to heaven and heaved a deep sigh to show how much he suffers before God because of the blindness of this soul caused by its spiritual deafness. He even had to make an effort and say in a loud voice in the deaf man’s ears, Be opened. This he did to open his ears wide enough to hear the words of Jesus Christ easily and to become docile to them. He cured the mute by placing some saliva on his tongue to show him that it would be of little use to speak unless he spoke wisely. Let your ears, then, be always open and attentive to God’s word; learn to speak little and to speak only with wisdom.

TALBA

Mulej, jien qiegħed fid-dinja biex nuri l-ħniena tiegħek waqt li xi nies jigglorifikawk

billi juru l-qawwa tal-grazzja tiegħek, bil-fedeltà dejjiema lejk.

Jiena nigglorifikak billi nuri kemm inti ħanin lejn il-midinbin.

Nuri li l-ħniena tiegħek hija bla tarf, u li ebda midneb, kbira kemm hi kbira l-offiża,

m’għandu jaqta’ qalbu mill-maħfra. Jekk jien inqastek sew, redentur tiegħi,

tħallinix noffendik iżjed billi naħseb li m’għandekx ħniena biżżejjed biex taħfirli. Ammen.

San Klawdju

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Norbert Farrugia (2007) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 33: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

32 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, is-16 ta’ Frar San Oneżimu – martri tal-1 seklu

San Ġuventinu u San Massiminu – martri († 363) Il-Beatu Xmun minn Cassia

Il-Beatu Ġużeppi Allamano – saċerdot 1851-1926

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 3: 9-24 Il-Mulej Alla keċċieh ’il barra mill-ġnien tal-Eden biex jaħdem l-art. 2. Salm 89: 2-6.12-13 Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel. 3. Mark 8: 1-10 Kielu u xebgħu. SAN ONESIMU Kien dixxiplu ta’ San Pawl li jsejjaħlu “ħija maħbub u fidil ferm” (Kol. 4:9).

Kien ilsir ta’ Filemoni, persunaġġ importanti tal-belt ta’ Kolossi, ikkonvertit minn San Pawl.

Kien seraq lil sidu u ħarab, hekk li skont il-liġi ta’ dak iż-żmien sidu kien jista’ jew joqtlu bil-frosta jew jikkundannah għal għomru u jdawwar il-ħaġra tal-mitħna.

Il-providenza ġagħlitu jiltaqa’ ma’ San Pawl, priġunier Ruma, li għamlu Nisrani, għammdu u bagħtu lura għand sidu b’ittra ta’ rakkomandazzjoni ħalli jaħfirlu, biex b’dan l-att ta’ ġenerożità ta’ Filemoni, Onesimu (kelma Griega li tfisser “utli”), li qabel ma kienx jiswielu, jista’ issa jiswielhom lit-tnejn, lil Filemoni u lil Pawlu (Fil. 11).

Sidu ħafirlu, tah anzi l-ħelsien u bagħtu lura lil San Pawl, li żammu bħala ħuh.

Imbagħad, skont ix-xhieda ta’ San Ġilormu, inqeda bih bħala xandar tal-Vanġelu u ordnah isqof.

Il-Griegi jgħidu li sofra l-martirju fis-sena 95, taħt Domizjanu. Tajjeb li wieħed jaqra l-ittra ta’ San Pawl lil Filemon li kiteb wara li San Pawl

kien telaq għal Ruma. Ittra qasira, faċċata waħda. L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEGĦU 1. LI MA TĦARES LEJN XEJN JEKK MHUX BL-GĦAJNEJN TAL-FIDI. 2. LI MA TAGĦMEL XEJN JEKK MHUX GĦAL ALLA. 3. LI TQIS KOLLOX BĦALA ĠEJ MINN ALLA. L-ISPIRTU TA’ FIDI HUWA SPIRTU LI F’KOLLOX JIRREGOLA RUĦU. LI JIMXI FUQ IL-MASSIMI U S-SENTIMENTI MEĦUDIN MILL-ISKRITTURA.

Page 34: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 33

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, ir-4 Ktieb, kap. XI: Niżżikħajr, mela, Mulejja Ġesù tiegħi, dawl tad-dawl etern, li għoġbok tħejjilna l-mejda tat-tagħlim imqaddes tiegħek, bil-fomm tal-qaddejja tiegħek, il-profeti, l-Appostli u l-għorrief l-oħra. Niżżikħajr ukoll int li ħlaqt u fdejt il-bnedmin, li biex turi lid-dinja kollha l-imħabba tiegħek, ħejjejt ċena kbira fejn mhux ix-xbieha ta’ ħaruf tal-Liġi l-qadima, imma l-ġisem u d-demm imqaddes tiegħek int ħejjejt għall-ikel tagħna. F’din l-istedina mqaddsa, int thenni l-imseddqin kollha u tfarraġhom bil-kalċi tal-fidwa tagħhom, fiha jinsabu t-thennijiet kollha tal-Ġenna, u fejn l-Anġli imqaddsin jitpaxxew ukoll magħna (għalkemm bħala erwieħ) u jħossu hena wisq aqwa. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 205, silta mill-1 punt Come to see clearly who you are. Find fault accurately and unsparingly, so that when Jesus Christ comes to judge you, you will be able to face his judgment without being afraid. For when he comes, he will find nothing to condemn in you, because you will have anticipated his judgment, regarding not only your own person but also the talents and the graces you have received from God to fulfill well the service that he assigned to you. For he has made you the guardians and guides of children, who belong to him and over whom he has acquired the right of father, not only by creation but also by holy Baptism, whereby they are all consecrated to him.

TALBA

Mulej ġedded fija x-xbieha tiegħek. Meta l-prijoritajiet jintilfu ġos-sħab

u s-sejħa tiegħi, bħala Nisrani tibda tnemnem. Għinni nerġa’ niskopri mill-ġdid li s-saltna

tiegħek qiegħda ġewwa fija: l-assikurazzjoni li inti tgħix fija,

li nagħraf li jiena opra ta’ arti li ħarġet minn idejk li nerġa’ nintebaħ bil-kwalitajiet sbieħ, li nirringrazzja u li napprezza,

li nqanqal fija dik il-virtù li naħfer dak li jidher li m’hemmx maħfra għalih niġġedded f’dik l-esperjenza li xejn ma jista’ jifridni mill-imħabba tiegħek

li nafda l-imgħoddi tiegħi, fil-ħniena tiegħek, il-preżent, fl-imħabba tiegħek,

il-ġejjieni, fil-providenza tiegħek. Br. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 35: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

34 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, is-17 ta’ Frar Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 17: 5-8 Misħut il-bniedem li jittama fil-bnedmin, imbierek il-

bniedem li jittama fil-Mulej. 2. Salm 1: 1-2.3.4 u 6 Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu. 3. 1 Korintin 15: 12.16-20 Jekk Kristu ma kienx imqajjem mill-imwiet, fiergħa l-

fidi tagħkom. 4. Luqa 6: 17.20-26 Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, ħażin għalikom,

intom l-għonja. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Din il-paġna tal-Vamġelu ta’ Luqa, spiss tissejjaħ “il-manifest tal-Kristjaneżmu”, hi l-iktar Kelma straordinarja li qatt intqalet fl-istorja tal-bniedem, imma wkoll l-iktar waħda taħraq li qatt ġiet afdata lill-Knisja, tant li hu kważi impossibbli li nxandruha aħna li ngħidu li nemmnu mingħajr ma jiħmar xi ftit wiċċna, mingħajr ma nħossu l-piż u xi ftit tal-mistħija. Fuq kollox jekk il-Beatitudnijiet, miktubin b’mod iktar mirqum, fil-Vanġelu ta’ Mattew setgħu jilluduna li nistgħu nidħlu fiċ-ċirku tal-imberkin (għal dawk li m’humiex fqar kien hemm dejjem għażla oħra : biżżejjed ikunu fqar fl-ispirtu) dawk ta’ Luqa huma ċari ħafna “imberkin il-foqra...” l-anqas kelma waħda żejda! U jekk mhux ċar biżżejjed, iżid, “ħażin għalikom intom il-għonja” mhux bħala theddida imma b’simpatija ma min messitu din ix-xorti li jkollu l-ġid bl-abbundanza.

Kontra kull tentattiv biex jitrattab il-messaġġ tallum, niftakru l-kliem tal-kittieb Franċiż Georges Bernanos: “Il-Kelma t’Alla hi ħadida mikwijja! U int li tgħallimha tkun trid taqbadha bl-imqass, għax tibża’ li tinħaraq, ma taqbadhiex b’idejk? Dak il-qassis li jinżel minn fuq il-pulptu tal-verita b’ħalqu forma ta’ munqar tat-tiġieġ, xi ftit immasħan imma kuntent, ma jkunx ipprietka, forsi forsi jkun għamel ħoss ta’ kuntentizza.”

Meta nlissnuhom aħna li fqar m’għadniex u nixtiequ nsiru sinjuri jekk għad m’aħniex, il-beatitudnijiet isiru provokazzjoni skaduta fihom infushom u ġabra ta’ ħmerijiet prużuntużi: fil-fatt minbarrra li ninterpretawhom favur tagħna, nitħajjru nimmanipulawhom bl-iskop li niskużaw, niġġustifikaw u ngħattu l-għażż ta’ tant nies vanitużi u mfisdin tallum, ħatja għax ftaqret fl-umanita u l-fidi imma għanja fl-affarijiet l-oħra kollha. Jekk niskużaw, imqar biex niddefendu l-kuxjenza tagħna, nkunu nissograw li nirridikolaw lil Alla u l-Kelma tiegħu mhux biss imma anke nonqsu mir-rispett lil dawk li huma f’sitwazzjonijiet miżerabbli, u lil dawn Alla jeħodhom tassew bis-serjeta, tant li jsir wieħed minnhom.

B’dan il-mod il-beatitudni evanġelica titbattal mis-sens tagħha, u tiġi mogħtija b’ġenerożita lil kulħadd , anke lil dak li mhux biss m’għandux dritt jimmeritha,

Page 36: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 35

imma anqas aptit biex ifittixha għax jaħseb li m’għandux bżonnha. Mhux għaliex dawn l-imsejknin jistħoqqilhom jissejħu “ħenjin intom”, jekk xejn hu il-Mulej Ġesù li jistħoqqlu dan l-isem għalihom. Imma propju għax huma konxji li m’għandhomx jedd, u m’għandhom xejn x’jagħtu lura, huma jilqgħu id-don tal-beatitudni mingħajr ma jinkwetaw biex juru xi ħaġa, bħat-tfal ferħanin u grati għal xi rigal li ma jkunux qegħdin jistennew. anqas jistħoqqilhom. L-imjassrin u l-imsejkna tad-dinja anqas jistħoqqilhom li jekk insejħulhom “ħenjin” inkunu ninstemgħu bħal donnu b’kattiverja qegħdin ngħadduhom biż-żmien; imma jekk Alla stess isejħilhom hekk?

Allura l-affarijiet jinbidlu; huma l-ixxurtjati, dawk in-nies li d-dinja kollha tammira, l-għonja, dawk li għandhom il-poter, li issa jitriegħedu bil-biża’. Fadal dawk l-aħħar fost il-fqar, dawk l-inqas li jistħoqqilhom, il-midimba, il-ħżiena, il-falluti, dawk li jirrovinaw il-ħajja tal-oħrajn u jarmu tagħhom. Saħansitra dawk li bir-raġun huma kkundannati minn kulħadd; jekk jibku għax jiddispjaċihom mill-kundizzjoni ta’ ħajjithom, għad jisimgħu lil Dak li hu tjubija infinita jgħidilhom, “ħenjin intom li tibku”.

Il-Beatitudnijiet jgħidulna li meta Alla jiddeċiedi li jirrivela lilu nnifsu lilna, jsir fqir: b’dan il-mod iwaqqa’ l-loġika tal-poter li minn dejjem iggvernat id-dinja; jinfatam mill-iskandlu tal-miżerja li jgħakkes lil miljuni ta’ bnedmin; jafferma d-dinjita ta’ kull bniedem li hu iben tiegħu, hu min hu, emarġinat, sfigurat, jew ħati. Min ma jiskandaliżżax ruħu b’dan il-wiċċ ta’ Alla, imma jifraħ, u bil-ferħ iħabbar u jixhed lid-dinja din l-aħbar tajba, bil-fatti mhux bil-kliem biss, u bi stil ta’ ħajja kuraġġuża; jkun fehem l-ispirtu tal-Vanġelu, anzi jsir parti minnu sakemm isir “imbierek” hu stess, kif jiżgurana Ġesù: “..imbierek min ma jitfixkilx minħabba fija!”

Minn “La Realt` e` Cristo” - Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 202, silta mit-2 punt You must encourage them, in accord with the teaching of Jesus Christ, not only to be satisfied with doing good actions but also to avoid doing them before others in order to be esteemed and honored, because those who act this way have already received their reward. It is important that you teach them to pray to God, as our Lord taught those who followed him, and to pray with much piety and in secret, that is, with much recollection, getting rid of all thoughts that could distract their minds during the time of prayer, so that they will be occupied solely with God and easily obtain what they ask of him. Because the majority of your disciples are born poor, you must encourage them to despise riches and to love poverty, because our Lord was born poor and loved the poor, with whom he was also glad to be present. He even said that the poor are blessed, because the kingdom of heaven belongs to them. These are the kinds of maxims and practices you must continually inspire in your disciples if you have any zeal for their salvation. This will be the way you will show how zealous you are for the glory of God. Because these maxims can come only from God (being contrary to human inclination), it is a mark of zeal for the honor and glory of God to inspire children to put them into practice.

Page 37: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

36 SIGNUM FIDEI

TALBA

O Mulej Alla tagħna, inti li tieħu ħsieb il-bżonnijiet tagħna u mhux dak li rridu,

agħtina f’dan ir-Randan imqaddes, il-grazzja li aħna nafdaw fik

u f’dak li int tixtiqilna, u mhux f’dak li nixtiequ aħna.

Naddfilna qalbna minn kull ħażen, biex aħna nkunu nistgħu nħarsu ’l quddiem bil-ferħ

għall-Glorja tal-Għid, bi Kristu sidna,

Ammen. Missierna ...

It-Tnejn, it-18 ta’ Frar It-Tielet Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

Il-Beatu Ġwann ta’ Fiesole (il-Beatu Anġeliku) – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 4: 1-15.25 Kajin qam għal ħuh Abel u qatlu. 2. Salm 49:1 u 8. 16bċ-17.20-21 Agħti lil Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr. 3. Mark 8: 11-13 Għalfejn irid sinjal dan in-nisel IL-BEATU ANĠELIKU – messaġġier tal-Vanġelju bil-ġenju tal-pittura

Gwido di Piero, li bħala Dumnikan, ingħata l-isem ta’ Giovanni di Fiesole, hu magħruf iżjed bħala l-Beatu Anġeliku.

Nistgħu ngħidu li xandar il-messaġġ tal-Vanġelu bil-ġenju tal-pittura tiegħu. L-espressjoni artistika hija rifless tal-ispiritwalità kbira li kellu moħbija f’qalbu. Kif jgħid hu stess: “Biex tpinġi lil Kristu, trid tgħix lil Kristu”.

Ħafna jgħidu li l-Beatu Anġeliku qatt ma kien jibda jpitter xi kwadru jekk qabel ma jkunx qal xi talba … u qatt ma pinġa kurċifiss mingħajr ma ċarċar id-dmugħ minn għajnejh. Ix-xogħlijiet tiegħu huma espressjoni ta’ fidi u mħabba lejn Kristu u tal-valuri kbar tal-ħajja qaddisa tiegħu.

Kien bniedem sempliċi u twajjeb, kulħadd kien isejjaħlu “Il-Beatu Anġeliku”, u b’dan l-isem baqa’ magħruf bħala wieħed mill-aqwa pitturi reliġjużi ta’ kull żmien.

Page 38: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 37

Gwido di Piero twieled f’Vecchio, f’S. Michele a Ripecanina qrib it-tmiem tas-seklu erbatax. Skont Vasari twieled fl-1378 u rċieva l-libsa Dumnikana fl-1407.

Wara li ordna saċerdot issokta fis-sengħa tiegħu u fil-kwadri mill-isbaħ pinġa l-misteri tas-sema li huwa kien jikkontempla fit-talb u fl-istudji tal-verità mqaddsa.

Fil-kunvent ta’ San Marco, f’Firenze insibu ġojjelli artistiċi tiegħu. Ġie mibgħut l-Italja, fejn baqa’ Ruma sal-1447, meta kellu x’jagħmel

xogħlijiet oħra fil-Katidral ta’ Orvieto. Wara rritorna Firenze fl-1449 jew l-1450.

F’Ġunju 1450, kien Pirjol fil-kunvent ta’ San Duminku fi Fiesole. Bejn l-1453-1454, x’aktarx reġa’ kien Ruma biex jagħmel xi xogħol hemmhekk.

Miet f’Ruma fit-18 ta’ Frar 1455, fil-kunvent ta’ Santa Marija tal-Minerva. Il-fdalijiet tiegħu jinsabu f’dan il-kunvent.

Fit-3 ta’ Ottubru 1982, il-Papa San Ġwanni Pawlu II ppermetta l-kult liturġiku tiegħu fil-Knisja u aktar tard għamlu patrun tal-artisti.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-2 Ktieb, kap. VII: Imbierek hu min jilħaq jifhimha x’jiġifieri tħobb lil Ġesù, u xejn ma jqis lilu nnifsu għall-imħabba ta’ Ġesù. Jeħtiġilna nitilqu kulma nħobbu biex inħobbu lilu biss, għax Ġesù jrid ikun maħbub waħdu u fuq kollox, l-imħabba tal-bnedmin hi qarrieqa u ddur mar-riħ; l-imħabba ta’ Ġesù ma tinbidilx u tibqa’ sal-aħħar. Min jorbot qalbu mal-ħwejjeġ maħluqa, jispiċċa fix-xejn bħalhom, min jitħaddan ma’ Ġesù, jitwieżen fis-sħiħ u għal dejjem. Lilu ħobb mela u lilu żomm b’ħabibek: għaliex, jekk kulħadd jitilqek, hu le ma jħallikx u lanqas fl-aħħar ta’ ħajtek ma jħallik tintilef. U ħaġ’oħra: minn kulħadd jeħtieġlek tintgħażel, trid jew ma tridx. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 65, silta mit-2 punt

For this reason, our Lord, in the Sermon on the Mount, said to his Apostles: Blessed are those who show kindness toward others, for they will possess the land. This means the whole earth, because those who possess the hearts of others do possess the whole earth, which is what people whose temperament is kind and moderate easily achieve. They gain entry so well into the hearts of those with whom they speak and relate that they win them over, little by little, and obtain from them whatever they desire. That is how we gain possession of hearts and get them to do whatever we wish. In this way those who were born with this fortunate disposition or have acquired it with the help of grace make themselves, as it were, masters of others and turn them whichever way they like. Oh, what a great advantage it is to learn well and to practice well this lesson given us by our Lord: Learn of me, for I am kind and humble of heart!

Page 39: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

38 SIGNUM FIDEI

TALBA O Alla tal-imħabba u tal-ħniena,

int bgħattilna lill-ibnek biex jgħix fostna u jmut għalina meta aħna

konna maqbudin fit-triq tad-dnub u l-mewt. F’dan iż-żmien tar-Randan,

naddafna minn kull drawwiet egoisti, biex ngħixu l-liġi tiegħek tal-imħabba bħad-dixxipli ta’ Ġesù Kristu, sidna.

Ammen Magnificat

Missierna ...

It-Tlieta, id-19 ta’ Frar Ir-Raba’ Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

San Karradu Confalonieri – eremit

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 6: 5-8; 7, 1-5.10 Inqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt. 2. Salm 28: 1a-4.3b u 9b-10 Il-Mulej ibierek bis-sliem il-poplu tiegħu. 3. Mark 8: 14-21 Attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi. SAN KORRADU CONFALONIERI Kien nobbli mill-belt ta’ Piacenza fl-Italja ta’ Fuq, fejn twieled fl-1290. Darba

waqt li kien għall-kaċċa ħaraq bi żball, mingħajr ma ried, l-għalqa ta’ wieħed bidwi, u minħabba f’hekk ġie kkundannat għall-mewt raġel innoċenti.

Allura Korradu mar jistqarr b’wiċċu minn quddiem li dak kien innoċenti għax kien ħu stess li bla ma ried, kien għamel dik il-ħsara, ħallas l-ispejjeż kollha u sab ruħu fil-faqar.

Wara dan, martu daħlet soru mal-Klarissi u Korradu sar Terzjarju Franġiskan, u mar jgħix ta’ eremit fi Sqallija, qrib il-belt ta’ Noto, fejn miet fid-19 ta’ Frar, 1354.

Il-fdal tiegħu jinsab meqjum ġo urna rikka u artisika fil-katidral iddedikat lilu f’Noto, u hawn huwa l-patrun ta’ dik il-belt u d-djoċesi.

Huwa wkoll il-qaddis protettur tal-kaċċaturi. Il-Papa Leone X ppermetta l-festa tiegħu għal Noto fl-1515, waqt li l-Papa

Pawlu III (1534-1549) tah it-titlu ta’ qaddis, u l-Papa Urbanu VIII fl-1644 approva l-festa tiegħu għall-kalendarju ta’ Ordni kollu Franġiskan.

Lejh jirrikorru speċjalment f’każi ta’ ernja, u bla dubju ta’ xejn hu mudell mill-isbaħ tal-ħajja tat-talb u l-kontemplazzjoni.

Page 40: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 39

Riflessjoni: Jiena rajt li fiż-żminijiet tal-lum huwa għadu offiż minn dan il-qerq u l-ħażen tal-bniedem. U huwa msallab mill-ġdid mill-bosta offiżi li jsirulu l-ħin kollu, hekk li ma jistax jitqanqal biex juri ħniena magħna jekk mhux għax imqanqal mill-istess ħniena tiegħu, illi ma jehdiex juża l-ħin kollu, kif qegħdin naraw. Imbagħad jiena rajt kif dan Alla ħanin kien uża ħniena kbira meta ħalaqna u wkoll meta fdiena, imma kienet tassew ikbar dik il-ħniena li permezz tagħha għoġbu jagħtina lilu nnifsu fis-Sagrament Imqaddes. U terġa', jużaha aktar meta jinżel kull għodwa f'idejn il-ministri tiegħu, qiegħda ngħid għas-saċerdoti, u juri lilu nnifsu fl-għamla umli ta' ostja, għalkemm meta hija kkonsagrata ma tkunx iżjed ostja ta' ħobż magħmula mid-dqiq, imma l-Alla veru moħbi taħt l-aċċidenti tal-ħobż, minkejja li f'għajnejna tidher ostja sempliċi. U din jidhirli hija l-akbar ħniena li huwa juża, għas-sempliċi tjieba u l-ħniena tiegħu biss, li ġejja minn imħabba bla qies.

Santa Marija Maddalena de' Pazzi Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 48, l-1 punt

The Jews gloried in the fact that Moses had given their forefathers a bread from heaven, but Jesus Christ told them that they were mistaken, that it was his Eternal Father who gives the true bread from heaven and that he is this living Bread come down from heaven. Indeed, he is living in those who receive him, for when they receive the sacrament of the holy Eucharist with holy dispositions, he gives himself generously to all the faculties of their souls and carries out there the actions of life. He guides and directs them by his divine Spirit, by whom he lives and acts in them. When Jesus Christ is in you, is he there as a living bread? Do you allow him complete freedom to communicate his divine Spirit to your soul? Is he living in you to the extent that you can say that it is no longer you who live but that it is Jesus Christ who lives in you?

TALBA

Alla Missier, noffrilek dan il-jum,

bit-talb, il-ħsibijiet, il-kliem, il-ħidma, il-ferħ u t-tbatija kollha tiegħi,

f’għaqda sħiħa ma’ Ġesù Ibnek, li jkompli joffri lilu nnifsu fl-Ewkaristija

għall-ħelsien tad-dinja. Agħmel li l-Ispirtu s-Santu li mexxa lil Ġesù,

imexxi lili wkoll u jkun ta’ qawwa għalija, biex inkun xhud tal-imħabba tiegħek.

Ma’ Marija, omm il-Mulej u omm il-Knisja, nitolbok b’mod speċjail skont il-fehmiet tal-Papa

u tal-isqfijiet tagħna għal dan ix-xahar. Ammen.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 41: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

40 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, l-20 ta’ Frar Il-Ħames Dehra ta’ Lourdes

Il-Beati Franġisku u Ġjaċinta Marto Il-Konsagrazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 8: 6-13.20-22 Wiċċ l-art kien nixef. 2. Salm 115: 12-15.18-19 Lilek, Mulej, noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr. 3. Mark 8: 22-26 L-agħma kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll. IL-BEATA ELIŻABETTA TA’ MANTUA – verġni (1428-1468) Twieldet f’Mantua, fl-1428, minn familja ta’ Picenardi – ommha u missierha

kienu nies magħrufa u tat-tajjeb ħafna. Irċeviet edukazzjoni tajba ħafna. Missierha għallimha l-Latin biex hekk tkun

tista’ tgħid l-uffiċċju tal-Madonna. Ommha, min-naħa tagħha, għallmitha kif wieħed jimmedita u kienet tinkuraġġiha tagħmel il-meditazzjoni kuljum.

Eliżabetta ma riditx taf bi żwieġ u wara l-mewt ta’ ommha, hi u waħda minn ħutha bniet, daħlu fit-Terzordni tas-Serviti.

Eliżabetta kienet tqerr ta’ spiss u titqarben ukoll. Kienet tfajla eżemplari bl-umiltà u bil-ġentilezza tagħha.

Kienet imżejna b’doni spiritwali u kienet timpressjona ħafna lit-tfajliet tal-età tagħha tant li fl-aħħar ingħaqdu flimkien u ffurmaw Komunità tas-Serviti taħt id-direzzjoni ta’ Eliżabetta.

Kellha 40 sena meta mietet, fis-19 ta’ Frar tal-1468, b’kawżi naturali wara snin ta’ tbatijiet f’ġisimha – folol ta’ nies attendew il-funeral tagħha.

Ġew irrappurtati ħafna mirakli bl-interċessjoni tagħha, wara li jmorru jitolbu fuq qabarha.

Fl-10 ta’ Novembru tal-1804, il-Papa Piju VII, ibbeatifikaha.

Riflessjoni: Jiena nħobbu lill-Mulej Ġesù Kristu, għalkemm f’qalbi nixtieq li nħobbu iżjed u aħjar, iżda sa fl-aħħar jiena nħobbu u ma nistax inserraħ rasi b’xi ħajja oħra ħlief dik tiegħu, hija sabiħa u meqjusa, għalkemm din il-ħajja tiegħu kienet l-aktar waħda iebsa u mistmerra minn kull ħajja oħra.

Il-Beatu Charles de Foucauld Storja b’tagħlima: F’waħda mill-istejjer ta’ Esopu, hemm storja ħelwa ta’ kif ċerva ppruvat taħrab minn idejn il-kaċċatur billi marret tistaħba ġewwa għar. F’dan l-għar kien jgħix iljun li meta ra ċ-ċerva ġejja, ta’ makakk li kien inħeba sa ma’ ċ-ċerva kienet ġewwa. F’kemm ilni ngħidlek, l-iljun qabeż fuq iċ-ċerva u qattagħha biċċiet. Iċ-ċerva qalet,

Page 42: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 41

“jaħasra jien mort naħrab minn id il-kaċċatur u tfajt lili nnifsi f’ħalq dan l-annimal salvaġġ.” Tagħlima: Għandek tkun dejjem għassa u meta taħrab minn xi tentazzjoni, oqgħod attent li ma ssibx ruħek f’tentazzjoni akbar! Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 198, silta mill-1 punt

You must do the same thing for the children entrusted to your care. It is your duty to go up to God every day in prayer to learn from him all that you must teach the children and then to come down to them by accommodating them at their level in order to instruct them about what God has communicated for them to you in your prayer, as well as in Holy Scripture, which contains the truths of religion and the maxims of the holy Gospel. For this purpose, you must not only know all these truths in general, but it is also important that you have such a grasp of all of them that you are able to expand on them sufficiently to make them understood clearly and in detail by your disciples.

TALBA

fuq Mark 6:56 “… U dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu …”

Mulej! Kemm huma ’l bogħod dawk li fejjaqt fil-pajjiż ta’ Ġeneżaret!

Illum, fejn ser insibek? U kif ser nagħmel biex infittxek?

U mbagħad kif ser nagħmel biex immissek! Forsi, jgħiduli, ara, Ġesù qiegħed hawn – qrib tiegħek.

Fuq kollox int tgħidli li qiegħed għandi u li dik il-qalb tiegħek minfuda, tikkumpatini

fis-sofferenzi u t-tbatijiet li qed inġarrab. Naf ukoll Ġesù tiegħi,

li qed taqsam miegħi d-dubji, għax ma nafx fejn jien.

Mulej Ġesù; tista’ tkun ftit inqas diskret

ħalli nkun nista’ nsibek aktar ġewwa fija u mmissek?

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 43: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

42 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, il-21 ta’ Frar Is-Sitt Dehra ta’ Lourdes

San Pietru Damiani - isqof u duttur tal-Knisja San Robertu Southwell - Ġiżwita

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 9: 1-13 Inqiegħed il-qaws tiegħi fis-sħab, u jkun sinjal tal-patt bejni u bejn l-art. 2. Salm 101: 16-21.29 u 22-23 Il-Mulej jittawwal mis-sema lejn l-art. 3. Mark 8: 27-33 Inti l-Messija … Bin il-bniedem ibati ħafna. SAN ROBERTU SOUTHWELL - Ġiżwita Robert Southwell twieled f’Norfolk l-Ingilterra fl-1561, minn familja nobbli.

Kien l-iżgħar minn tmien ulied. Minħabba l-persekuzzjoni kontra l-Kattoliċi, bħala Kattoliku kellu jmur jistudja

fi Franza. L-ewwel fi skola f’Douai u wara f’Pariġi, immexxija mill-Ġiżwiti. Ta’ 16-il sena wera x-xewqa li jidħol mal-kumpanija ta’ Ġesù, però billi kien

għadu ta’ età żgħira ma ġiex aċċettat. Kien ta’ karattru sod, għalhekk ma qatax qalbu. Irħielha jimxi minn Pariġi għal Ruma u hemm ingħaqad mal-Ġiżwiti fl-1578.

Ġie ordnat fl-1584, mar f’kulleġġ tas-saċerdoti f’Ruma stess u għal sentejn kompla t-taħriġ tiegħu biex ikun jista’ jmur missjunarju f’pajjiżu, l-Ingilterra.

Wara sentejn talab hu stess li jitħalla jmur minnufih. Mar joqgħod Londra u kien jaħdem mal-familji t’hemmhekk. L-awtoritajiet indunaw mill-ewwel u għal sitt snin sħaħ żammewlu l-għassa. Għad li kien Londra, klandestinament kien idur l-Ingilterra kollha jipprietka. Kien jitħallat mal-protestanti, taħt il-kunjom ta’ Cotton u jżomm konverżazzjonijiet sħaħ fuq l-interessi komuni tagħhom.

Robertu kien ukoll kittieb u poeta tajjeb ħafna. Kien isib ħin itella’ diversi xogħlijiet ta’ proża u ta’ poeżija minn żmien għal żmien.

Wara sitt snin ġie arrestat u ttorturat kemm-il darba. Però hu żamm sħiħ. Dam għal tliet snin. F’dan iż-żmien Southwell kiteb l-isbaħ xogħlijiet tiegħu, li ħafna minnhom ġew ippublikati meta kien għadu ħaj hu stess, taħt isem falz.

Imbagħad fl-1595, tressaq quddiem il-qorti u għadda proċess ġudizzjarju fittizzju u ġie mixli li kien traditur. Ġie mgħallaq f’Tyburn, fil-21 ta’ Frar tal-1595.

Fl-1970, il-Papa San Pawlu VI, ikkanonizzah, ma’ 40 martri ieħor tal-Ingilterra u Wales.

Wara mewtu ġew ippublikati ħafna mill-kitbiet tiegħu.

Page 44: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 43

Riflessjoni: Il-Feddej mexa qabilna fit-triq tal-faqar, hu li tiegħu huma l-għana tas-sema u tal-art. Iżda għalih l-għana mhu ta' ebda periklu; seta' jużah u xorta jżomm qalbu ħielsa sewwa. Kien jaf, iżda, li l-bnedmn mhux lakemm ikunu mogħnija bl-għana mingħajr ma jorbtu qalbhom miegħu u jkunu lsiera tiegħu. Għalhekk, meta ċċaħħad minn kollox, huwa għallimna, aktar bl-eżempju milli bit-twissija, li jkollu kollox min ma jkollu xejn. Twieled fi stalla, il-ħarba tiegħu fl-Eġittu wrietna ċar li bin il-bniedem ma għandux post fejn imidd rasu. Min irid jimxi warajh għandu jkun jaf li hawn fuq l-art m'għandniex dar fissa. Aktar ma ngħixu din ir-realtà, b'aktar ħeffa nħarsu 'l quddiem lejn il-futur, kuntenti fil-ħsieb li dalwaqt nieħdu ċ-ċittadinanza tal-ġenna.

Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein),

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 103, siltiet mill-1 punt

It is recounted in the Gospel of Saint Luke, chapter 7, that Saint John’s disciples came to our Lord to ask if he was the Christ or if they ought to expect another. Jesus Christ, who had performed several miracles in their presence to let them know that he was indeed the Messiah, told them, in concluding his discourse, that the Good News is preached to the poor. This ought to encourage greatly all the faithful to work courageously at the great enterprise of their salvation, especially those whose birth has constrained them to live in poverty and in the privation of this world’s goods... Is it not very foolish to love this world’s grandeur and its wealth, for there is nothing great or worthy of our esteem other than what is great and estimable in the sight of God? O divine Jesus, enlighten our eyes to regard all things as you consider them, so that all our affections and inclinations may be entirely conformable to yours.

TALBA O Mulej,

għalkemm jien m’inix qaddis, jiena ser inkompli nitlob,

għax naf li inti tismagħni u tweġibni għalkemm huwa jien.

Grazzi. Ammen Padre Pio

Missierna ...

Page 45: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

44 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, it-22 ta’ Frar Il-Katedra ta’ San Pietru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1Pietru 5: 1-4 Presbiteru u xhud tat-tbatijiet ta’ Kristu. 2. Salm 22(23): 1-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. Mattew 16: 13-19 Inti Pietru: jien nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas- Smewwiet. IL-KATEDRA TA’ SAN PIETRU

San Ġwann Battista De La Salle kiteb meditazzjoni fuq il-fidi li għandu jkollna u s-sottomissjoni li n-Nisrani għandu juri lejn it-tagħlim tal-knisja. Dan ġara 300 sena ilu, it-tagħlim li ħallielna għadu frisk sal-lum.

Il-fundatur fir-regola tal-Brothers kien ċar dwar l-ubbidjenza lejn il-Papa. Din għadha attwali sal-lum.

Għaliex S. Ġwann Battista De La Salle kiteb din il-meditazzjoni tant qawwija, b’tant enfażi u tant soda, u bla tlaqliq ta’ xejn?

Fi żmien S. Ġwann De La Salle (1651–1719) kien żmien ta’ tagħlim falz kontra t-tagħlim tal-knisja.

Jansenju kien isqof u kien ixerred it-tagħlim li: o il-Papa m’għandux awtorità; o il-Papa mhux infallibli; o il-Papa m’għandux jindaħal fil-ħajja tan-Nisrani.

Meta l-Papa kiteb il-kundanna ta’ din it-teorija qarrieqa kien hemm xi isqfijiet u membri tal-ġerarkija u reliġużi li ma ridux joqogħdu għad-deċiżjoni tal-Konċilju.

Dak li ġara fis-seklu 17 qed jiġri issa fis-seklu 21. Bro. Louis Camilleri

Riflessjoni: Ma kienx is-soltu li Ġesù jbiddel l-ismijiet tad-dixxipli tiegħu; barra mil-laqam li ta lill-ulied Żebedew, ‘ulied ir-ragħad’ (Mk. 3;17). Qatt ma ta isem ieħor, biss lil Xmun biddillu ismu u sejjaħlu ‘Kefas’. Dan l-isem aktar ’il quddiem ġie maqlub bil-Grieg bħala Petros u bil-Latin bħala Petrus. U dan gie maqlub mhux għax kien isem imma għax kien mandat li Petrus irċieva mingħand il-Mulej. Dan l-isem Petrus baqa’ jidher spiss fil-Vanġelu u spiċċa biex biddel l-isem oriġinali ta’ Xmun.

“U jiena ngħidlek: inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.” (Mattew 16: 18-19)

“Christ and his Church” tal-Papa Benedittu XVI

Page 46: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 45

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 139, l-1 punt

It ought not to be surprising that Saint Peter was so dearly loved by Jesus Christ and that our Lord established him as the head of his Church. His great faith won for him this honor, the faith that led him to renounce all things to follow Jesus Christ and to give himself to him completely. It is true, as Saint Jerome says, that Saint Peter gave up little, if we consider what he possessed; he left only a fishing boat and some nets. But if we pay attention to the fact that he gave up at the same time the desire to possess anything, he did indeed give up much, as this saint observes, because he renounced what is most important in this world, what is most capable of attracting and absorbing people’s hearts. The faith with which he was already filled enabled him to make this generous act. Because Jesus Christ was then just a common man in the eyes of the world, without any acclaim, nothing but a strong faith could have enabled anyone to leave everything to follow him, because to all appearances there was nothing to be hoped for from him.

TALBA Mulej,

int għażilt lil San Pietru biex ikun l-ewwel wieħed li jmexxi l-Knisja tiegħek,

u tlabt għalih biex il-fidi tiegħu ma tonqosx;

wettaqna fl-istess fidi, u saħħaħna

fil-fedeltà tagħna lejn il-Papa, is-suċċessur ta’ San Pietru.

Missierna ...

Page 47: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

46 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, it-23 ta’ Frar

Is-Seba’ Dehra ta’ Lourdes San Polikarpu – isqof u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 11: 1-7 Permezz tal-fidi li aħna nemmnu kif Alla ħoloq id- dinja bil-kelma tiegħu. 2. Salm 144: 2-5.10-11 O Alla, irrid inbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem. 3. Mark 9: 2-13 Tbiddel quddiemhom. SAN POLIKARPU – isqof u martri (c. 59-155? 158?) L-atti awtentiċi ta’ dan il-martri famuż kienu miktuba mill-Knisja ta’ Smirni u

huma dokument importanti fl-istorja tal-knisja tal-bidu. Polikarpu ħaddan it-twemmin Nisrani meta kien għadu żagħżugħ ħafna u sar

dixxiplu ta’ San Ġwann l-Evanġelista, li wkoll ħatru isqof ta’ Smirni. Polikarpu mexxa l-Knisja ta’ Smirni għal 70 sena, u fost id-dixxipli tiegħu

nsibu lil San Irenew u lill-kittieb Papija. San Irenew ħalla miktub li San Polikarpu kien jaf personalment lil San Ġwann u lill-oħrajn li kienu raw lill-Mulej.

Għall-ħabta tal-158, San Polikarpu mar Ruma biex jikkonsulta ruħu mal-Papa San Aniċetu dwar id-data taċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir billi l-Knejjes tal-Lvant u dawk tal-Punent kienu jiċċelebrawh f’dati differenti. Ġie miftiehem li t-tnejn setgħu jimxu fuq l-użanzi tagħhom.

Taħt l-Imperaturi Lucius Virus u Marcus Aurelius, il-qaddis kien arrestat u meħud quddiem il-prokonslu. Meta ġie mitlub jiċħad lil Kristu, huwa wieġeb: “Jiena qdejt lil Ġesù għal sitta u tmenin sena u hu qatt ma għamilli tort; kif, mela, nista’ neħodha kontra s-sultan tiegħi li salvani?” Talli ma riedx jiċħad lil Kristu, hu kien ikkundannat għall-mewt billi kien mitfugħ fin-nar.

L-awturi tal-atti tiegħu, li jgħidu li kienu xhieda ta’ dak li kitbu, jsemmu l-fatt li l-fjammi tan-nar ma messewhx, imma ffurmaw bħal arkata fuq rasu. Minħabba f’hekk Polikarpu kien maqtul bix-xabla.

Il-mewt tiegħu ġrat fit-23 ta’ Frar, għall-ħabta tas-sena 166. Ġismu ġie maħruq, imma xi għadam tiegħu nġabar b’devozzjoni mill-Insara u llum jinsab ppreservat fil-knisja ta’ San Ambrogio in Massimo, f’Ruma.

San Polikarpu hu wieħed mill-Padri Appostoliċi. Ir-rakkont tal-martirju tiegħu, l-ittra tiegħu lill-Filippin u l-ittra li San Injazju ta’ Antjokja kitiblu, huma fost l-aktar dokumenti prezzjużi tal-knisja bikrija.

Page 48: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 47

Riflessjoni: “Missier ... jien inbierkek, talli ħaqqni din il-ġurnata u din is-siegħa.” “Żommu sodi, mela f’din l-imġiba u imxu fuq l-eżempju tal-Mulej, ‘sodi fil-fidi

u ma ninbidlux, ninħabbu bħal aħwa, inħobbu lil xulxin, magħqudin fil-verità’, ngħinu lil xulxin bil-ħlewwa bħall-Mulej u ma nobogħdu ’l-ebda bniedem.”

San Polikarpu

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 152, it-3 punt It was while he was in seclusion and during prayer that Jesus Christ was transfigured. The topic on which he conversed with Moses and Elias during his transfiguration was what would be accomplished in him during his Passion and death, which he was going to suffer on a cross outside the city of Jerusalem as he desired. While Jesus Christ was speaking about his sufferings and death, a luminous cloud appeared and covered him and Moses and Elias. From that cloud, where the glory of God appeared, a voice came forth that spoke these words: This is my beloved Son; listen to him. Relating what happened in this mystery, Saint Peter says that they heard this voice coming from heaven. All this ought to make us understand (1) that it is only in seclusion and prayer that a soul can attain a true transfiguration or, rather, a transformation of itself and be enlightened by God, and (2) when the soul is transfigured in this way with Jesus Christ, it must be willing to meditate on his Passion and cross to show that all its desire is to become like Jesus Christ in his sufferings. The Eternal Father will not recognize us as his well-beloved except insofar as we love suffering and give proof of this love by practice and by daily living this spirit. We must remember these words of Jesus Christ, that we must bear our cross daily to be his disciples.

TALBA

Alla tal-ħolqien kollu, li għoġbok tagħti lill-Isqof San Polikarpu

post qalb il-martri, agħtina li bl-interċezzjoni tiegħu

li waqt li naqqsmu miegħu fil-kalċi ta’ Kristu, aħna nqumu għall-ħajja eterna bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.

Bi Kristu sidna ibnek, li jgħix u jsaltan flimkien

mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen (Kolletta)

Missierna ...

Page 49: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

48 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, l-24 ta’ Frar It-Tmien Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

Is-Seba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Samwel 26: 2.7-9.12-13.22-23 Il-Mulej telqek f’idejja llum, imma jien ma

ridtx immidd idejja fuq il-midluk tal-Mulej. 2. Salm 102:1-4.8 u 10.12-13 Ħanin u twajjeb il-Mulej. 3. 1 Korintin 15: 45-49 Għad nilbsu x-xbieha tal-bniedem tas-sema. 4. Luqa 6: 27-38 Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Ma nkunux qegħdin nesaġeraw kieku ngħidu li, kull bniedem li għandu s-sens, jaħseb li l-affermazzjoni tal-Vanġelu tallum hija waħda li timbuttak. Hekk hu kieku mhux għax dak li qiegħed jgħidha hu Ġesù, li għal kulħadd, insara u m’humiex, mhux biss huwa persuna eċċezzjonali, imma ġarrab huwa stess dawn il-proposti f’sitwazzjoni agħar minn hekk. Min imbagħad jemmen li l-kliem ta’ Ġesù jiġbru fihom l-awtorita t’Alla, ma jistax ma jħossx sens qawwi ta’ skumdita quddiem din l-istedina li mhux biss tirrakkomanda l-passivita tan-nuqqas ta’ vjolenza, imma tqanqalna biex nimpenjaw ruħna b’mod attiv biex inħobbu saħansitra lill-għadu vjolenti jew wiċċu tost. Irridu nammettu li dawn il-kliem ta’ Ġesù huma tassew imbarazzanti.

Ma tridx wisq biex tifhem li f’kull soċjeta fejn il-vjolenti jkunu dejjem tollerati, l-għedewwa dejjem maħfura, fejn min jisraqlek mantell tgħatih anke l-libsa, l-inġustizzja u l-vjolenza jinfirxu fil-wisgħa. Madankollu l-kelma ta’ Ġesù hi ċara, l-eżempji konkreti, l-evidenza tal-proposti diffiċli tmerihom. Jekk nisimgħu b’qalbna ħielsa minn kalkoli u suspetti, inħossu li l-esiġenzi banali tal-Vanġelu huma veri, loġiċi u mimlijin bl-għerf għalina u għal kulħadd. Fil-fatt b’dawn il-kelmiet Ġesù jirrivelalna li Alla hu mħabba u li l-imħabba mhix biss hi ċ-ċentru tal-ħajja t’Alla imma anke tagħna li aħna x-xbieha tiegħu; anzi li l-unika rejalta vera hi l-imħabba.

Hi ħaġa loġika l-istedina ta’ Ġesù li jiġbor u jwettaq kull liġi fil-kmandament tal-imħabba t’Alla u tal-proxxmu, u ma nagħmlux limiti għall-imħabba lejn Alla u lejn proxxmu. Ma nagħmlux limiti għall-imħabba li min-natura tagħha hi sħiħa. Għal min għażel li jħobb fil-fatt, m’hemmx għażla oħra ħlief l-imħabba li tingħata kompletament lil kull krejatura tajba jew ħażina, sew jekk jistħoqqilha jew le. Dan li jrid ifisser Ġesù bil-kliem “ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid, isilfu bla ma tistennew xi ħaġa lura, u l-ħlas tagħkom ikun kbir; u tkunu wlied Alla l-Għoli, li hu tajjeb ma' l-ingrati u l-ħżiena.” (Lq

Page 50: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 49

6:35). Din hi l-proposta l-iktar umana u sabiħa li seta’ jagħmlilna Alla: jekk narawha assurda hu għaliex tgħallimna naħsbu u ngħixu b’mod tant fqir li sirna assurdi anke magħna nfusna tant li naħsbu li hekk hi n-normalita. Bil-Beatitudnijiet, Ġesù jrid ireġġa’ lura għall-għaqda r-razza umana, tant maqsuma fiha nfisha li tħoss il-bżonn li ttella’ ħitan ġodda u twaqqa’ l-pontijiet li jeżistu; toħloq firdiet, separazzjoni, konflitti, tiġġustifika saħansitra l-vjolenza u l-armi bħala l-uniku mezz biex isseħħ ġustizzja.

Il-kliem tal-Vanġelu jindikaw il-mod biex kull persuna terġa ssir kif kienet fil-proġett oriġinali t’Alla, bniedem mhux maqsum fih innifsu, sempliċi, safi f’qalbu tant li jara lil Alla wiċċ imb’ wiċċ. Għalhekk lill-bniedmin imkissra, li aħna, Ġesù jistaqsina biex ma naqdux żewġ sidien, li ma nifirdux il-proxxmu f’min nistgħu inħobbu u f’min nistgħu nobgħodu; li ma niġġudikawx b’kejl differenti; li ma nifirdux il-ħajja f’dak li naħsbu u dak li nagħmlu... u dan kollu mingħajr ma nittraskuraw il-preċetti mingħajr ma nitraskuraw id-doveri tal-ġustizzja, anzi inwassluhom sal-milja tal-imħabba.

Mhux forsi Alla qiegħed jipretendi wisq minn din l-umanita li diġa għajjiena minħabba li tipprova almenu tiggarantixxi d-drittijiet, f’dinja nieqsa mill-imħabba u li qiegħda tissogra li toħloq kuntradizzjoni bejn l-eżiġenza tal-ġustizzja li tbiegħed lill-bnedmin mill-imħabba u dawk tal-imħabba li jbiegħedu lill-bnedmin mill-ġustizzja, bir-riżultat li jwarrbu kemm waħda u kemm l-oħra?

Fuq kollox mhux il-kas li l-perfezzjoni radikali evanġelika issir diżumana? Le għaliex hi mhix dak li Alla jippretendi minna, imma don ġeneruż, mhux ikkundizzjonat, li biex nirċevuh irridu biss nagħmlu tagħna l-istedina ta’ Iżakk tas-Sirja: “Jalla fuq il-miżien tiegħek tegħleb dejjem il-ħniena, sa dak il-mument li fih tħoss ġewwa fik dik il-ħniena li Alla jħoss għad-dinja”.

Minn “La Realta` e` Cristo” – Don davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 18, l-1 punt

God is pleased to unite intimately with pure souls, who have no attachment to sin. Still, he does not wish them to become too strongly attached to his gifts, for this attachment in a soul is a defect that displeases him, because it shows that the soul is not seeking God but the gift of God and its own satisfaction. This is why, when God makes use of consolation to strengthen souls and to give them a chance to rest a little after undergoing trials and tribulations, they must accept this little refreshment with a simple view of God’s good pleasure, without being complacent about the personal enjoyment they find there. The three Apostles who accompanied Jesus Christ on Mount Tabor lacked this balance. Unfamiliar with God’s ways, they were more eager to prolong the delight they were enjoying in this mystery than to contemplate God’s greatness and goodness, which on this occasion ought to have filled their minds and absorbed all their attention. As a result, the exterior glory of Jesus Christ vanished in a moment and disappeared from their sight. That is God’s way. He deprives us of the sensible pleasure found in consolation when we are too attached to it and enjoy it with too much self-satisfaction.

Page 51: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

50 SIGNUM FIDEI

TALBA O Alla,

li ridtna nisimgħu lil ibnek l-għażiż, itmagħna bl-ikel tal-kelma tiegħek,

u agħmel li nsaffu l-għajnejn ta’ ruħna ħalli nithennew

bid-dehra tal-glorja tiegħek. B’ibnek Ġesù Kristu sidna,

li jgħix u jsaltan mal-Ispirtu s-Santu, f’Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Missierna ...

Page 52: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 51

It-Tnejn, il-25 ta’ Frar Id-Disa’ Dehra ta’ Lourdes

San Alwiġ Versiglia – isqof, u San Kallistu Caravario – presbiteru u martri San Tarasju - patrijarka ta’ Kostantinopli (730-807)

Il-Beata Adeodata Pisani – verġni u reliġjuża Il-Beatu Sebastjan minn Aparicio - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Bin Sirak 1, 1-10 L-għerf kien maħluq qabel kollox. 2. Salm 92: 1ab.1ċ-2.5 Il-Mulej isaltan, il-kobor libes. 3. Mark 9: 14-29 Jiena nemmen. Għinni fil-fidi nieqsa tiegħi.

Nota: Mill-Istorja tal-Istitut: Il-25 ta’ kull xahar hija ġurnata ddedikata għal talb u sagrifiċċji għall-vokazzjonijiet fl-Istitut. Noffru l-ġurnata tal-lum għal dan il-għan.

SAN LWIĠI VERSIGLIA U SAN KALLISTO CARAVARIO (†1930) - martri

Dawn kienu Salesjani ta’ Don Bosco, missjunarji fiċ-Ċina.

Lwiġi Versiglia Lwiġi Versiglia kien fost l-ewlenin missjunarji Salesjani li marru ċ-Ċina fl-1906, u kien jaħdem f’Macao. Fl-1921 ġie maħtur isqof u mibgħut fis-Sud bħala vigarju appostoliku fi Shiu Chow. Hemm, hu waqqaf skejjel u seminarji. Fl-1930 beda vjaġġ fuq ix-xmara Pak-Kong biex iżur lill-Insara tiegħu f’Lin-Chow meta kien maqtul mill-briganti flimkien ma’ Kallisto Caravario. Kallisto Caravario Kallistu kien ingħaqad mas-Salesjani fl-1918 u telaq lejn iċ-Ċina fl-1924 flimkien mal-Isqof Versiglia li kien 30 sena ikbar minnu. Ħadem għal sentejn fit-Timor u kien ordnat saċerdot għall-missjoni ta’ Lin-Chow, fiċ-Ċina, fl-1929 u kien fi triqtu għal dan il-post mal-isqof tiegħu meta t-tnejn kienu maqtulin mill-briganti fil-25 ta’ Frar 1930, waqt li ppruvaw jeħilsu minn taħt idejhom tliet tfajliet Ċiniżi. Il-mertu tagħhom huwa li taw ħajjithom biex isalvaw dik ta’ oħrajn. It-tnejn ġew iddikjarati qaddisin flimkien ma’ għadd kbir ta’ martri fiċ-Ċina mill-Papa San Ġwann Pawlu II fis-Sena tal-Ġublew 2000. IL-BEATA MARIJA ADEODATA PISANI Il-Beata Marija Adeodata Pisani twieldet f’Napli fid-29 ta’ Diċembru 1806. Daħlet fil-monasteru ta’ San Pietru fl-Imdina nhar il-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-1828 meta kellha 22 sena u fit-8 ta’ Marzu 1830 hi għamlet il-professjoni reliġjuża

Page 53: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

52 SIGNUM FIDEI

solenni. Fiż-żmien li għexet bejn l-erba’ ħitan tal-monasteru hi ngħatat diversi karigi. Ġiet eletta badessa fl-1851 u fis-sentejn li għamlet tmexxi l-monasteru hija saħħet ir-riforma tal-ħajja komunitarja b’aktar osservanza lejn ir-regoli monastiċi. Hija spikkat fit-talb u s-sagrifiċċju u dejjem fittxet il-ħajja ta’ perfezzjoni. Marija Adeodata mietet fil-25 ta’ Frar 1855 fl-età ta’ tmienja u erbgħin sena. Riflessjoni: Minn fejn nistgħu nitgħallmu din il-ħila għat-tolleranza, din l-umiltà tal-qalb, u fejn se nsibu t-triq li twassalna għal din l-imġiba, jekk mhux billi nħobbu naqbdu t-toroq li jurina Kristu, li għallimna bl-eżempji tiegħu: jiġifieri billi nrawmu fina l-virtù tal-fidi, tat-tama u tal-imħabba? Dawn [il-virtujiet] jgħinuna biex nimxu din it-triq. Mingħajr il-fidi ma nistgħux nimxu fit-triq irjali tal-misteri ta' Alla. Il-fidi tiftħilna għajnejna u tgħallimna. Fejn ma hemmx fidi, ma hemmx dawl u lanqas ħjiel ta' triq li tieħu għat-tajjeb.

Il-Beata Anna ta' S. Bartilmew

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 175, silta mit-3 punt Yet it would be of little use to be enlightened by the light of faith if we did not live according to the Christian spirit and if we did not observe the maxims of the holy Gospel. The main purpose of faith is to lead us to practice what we believe. This made Saint James say that faith is dead which is not accompanied by good works. You believe, he adds, that there is one God; you do well; the devils also believe this, but we are justified by our works, not by faith alone. Be convinced that the main conversion is that of the heart and that without it the conversion of the mind is quite sterile. This is why if you strive to strengthen your faith, let it be in order to increase your piety.

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni Nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-Knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala Nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 54: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 53

It-Tlieta, is-26 ta’ Frar Sant’Anna Line – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Bin Sirak 2: 1-13 Ħejji ruħek għat-tiġrib. 2. Salm 36: 3-4.18-19.27-28.39-40 Erħi fil-Mulej it-triq tiegħek. 3. Mark 9: 30-37 Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il- bnedmin. SANTA ANNA LINE (c. 1565 - † 1601) - martri Din hija waħda mill-40 martri Ingliżi li l-Papa Pawlu VI kkanonizza flimkien fl-

1970. Hi u żewġha huma eżempju erojku ta’ dedikazzjoni minn lajċi fi żmien ta’ persekuzzjoni.

Anna née Heigham kienet bint ġenituri Kalvinisti akkaniti; ikkonvertiet għar-reliġjon Kattolika flimkien ma’ ħuha meta kien għad ma kellhiex 20 sena. Minħabba f’hekk it-tnejn kienu maqtugħin mill-wirt.

Fl-1585, meta hi kellha dsatax-il sena, iżżewġet lil Roger Line ikkonvertit tal-età tagħha li malajr ġie arrestat għax kien imur għall-quddies. Huwa wkoll kien ġie maqtugħ mill-wirt u miet fl-eżilju fil-Fjandra fl-1594.

Anna sabet ruħha f’faqar kbir u bdiet tieħu ħsieb dar kbira f’Londra, li Fr. John Gerard, Ġiżwita, kien fetaħ biex jilqa’ fiha lill-qassisin fiz-żmien tal-persekuzzjoni Protestanta.

Minkejja s-saħħa dgħajfa tagħha, Anna kienet tagħmel kollox f’din id-dar, tant li kienu laqqmuha s-“Sinjura Marta”. Hi wriet li kienet mara ta’ kapaċità, diskreta, u ġentili. Fil-ħin liberu tagħha kienet tgħallem lit-tfal u taħdem ir-rakkmu.

Wara l-ħarba famuża ta’ Fr. Gerard mit-Torri ta’ Londra fl-1597, hi marret f’dar oħra. Biex id-dedikazzjoni tagħha tkun permanenti u aktar kompleta, Anna ħadet il-voti ta’ faqar, kastità u ubbidjenza u, minkejja l-periklu, nuqqas ta’ saħħa u uġigħ ta’ ras kważi kontinwu, kienet tgawdi paċi kbira.

Il-folla kbira li nġabret filgħodu kmieni nhar il-Kandlora tas-sena 1601 qanqlet suspett, u meta waslu l-pulizija, il-qassis kien diġà ħarab, imma sabu kamra mimlija nies u kollox lest għall-quddiesa. Anna ġiet arrestata u mitfugħa l-ħabs.

Fis-26 ta’ Frar hi kienet akkużata li laqgħet għandha saċerdot: il-prova prinċipali kien l-altar li nstab fid-dar. Instabet ħatja u kkundannata għall-mewt; qatluha l-għada. Hi laqgħet is-sentenza tagħha għall-mewt bil-ferħ għax hi kienet spiss tgħid lil Fr. Gerard: “Jien nixtieq, aktar minn kollox, li mmut għal Kristu.”

Lill-folla li nġabret f’Tyburn hija qaltilhom: “Jiena ġejt issentenzjata għall-mewt għax tajt kenn lil qassis Kattoliku, u tant m’għandix indiema li għamilt hekk li b’qalbi kollha nixtieq li flok wieħed nilqa’ elf.” Imbagħad hija bieset il-forka, qagħdet għarkopptejha u bdiet titlob. Kellha biss xi 35 sena.

Page 55: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

54 SIGNUM FIDEI

Santa Anna Line tista’ titqies bħala mudell u patruna tan-nisa li jieħdu ħsieb id-djar tas-saċerdoti.

Riflessjoni: Ġesù jmur biex ibati b'pass mgħaġġel, u b'hekk uriena li hu joqgħod għar-rieda tal-Missier ukoll fl-aktar ħwejjeġ diffiċli: huwa jgħaddi quddiem kulħadd, meta l-ħaġa tfisser li jġerraħ umiljazzjonijiet u turmenti. Hu jgħid lill-Appostli: “Intom tafu li jumejn oħra l-Għid u li Bin il- Bniedem se jingħata biex isallbuh”. Se jitwettqu l-ħwejjeġ kollha li kienu nkitbu mill-profeti: hu se jingħata lill-qassisin ewlenin u lill-kittieba, u huma jikkundannawh għall-mewt u jagħtuh lill-ġentili biex jgħadduh biż-żmien, jifflaġellawh u jsallbuh: fit-tielet jum iqum. Meta tarak fit-tiġrib, għid bi spirtu qawwi: “Ara, sejrin Ġerusalemm ma' Ġesù: qabel ma naslu miegħu fis-sema, jeħtieġ inbatu hawn, fuq l-art. Jew immutu, jew inbatu.”

San Nerik de Ossó

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mit-3 punt

Although in this life we sigh under the weight of our bodies and long to be free of this burden, it is God who created us for this very purpose and who gave us his Holy Spirit as a pledge. It is, then, up to God to direct our path straight toward heaven, so that we may surely arrive there. For this reason, it was as the Son of God that Jesus Christ became the Author of our eternal salvation. Salvation, as the Prophet says, comes from God; perfection likewise comes from him. As Saint James assures us, every excellent grace and perfect gift come from on high and descend from the Father of lights. Beg God, therefore, to lead you on the way to heaven by the path he has traced out for you.

TALBA Mulej ġedded fija x-xbiha tiegħek meta l-prijoritajiet jintilfu ġos-sħab

u s-sejħa tiegħi, bħala Nisrani, tibda tnemnem. Għinni nerġa’ niskopri mill-ġdid li s-saltna

tiegħek qiegħda ġewwa fija: - l-assikurazzjoni li Inti tgħix fija,

li nagħraf li jiena opra ta’ arti li ħarġet minn idejk, li nerġa’ nintebaħ bil-kwalitajiet sbieħ, li nirringrazzja u li napprezza,

li nqanqal fija dik il-virtù li naħfer dak li jidher li m’hemmx maħfra għalih, niġġedded f’dik l-esperjenza li xejn ma jista’ jifridni mill-imħabba tiegħek,

li nafda l-imgħoddi tiegħi, fil-ħniena tiegħek, il-preżent fl-imħabba tiegħek,

il-ġejjieni fil-providenza tiegħek. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 56: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 55

L-Erbgħa, is-27 ta’ Frar L-Għaxar Dehra ta’ Lourdes

San Gabrijel tal-Addolorata - reliġjuż (1838-1862) San Leonardu - isqof ta’ Sivilja (600)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Bin Sirak 4: 12-22 Dawk li jħobbu l-għerf, iħobbhom il- Mulej. 2. Salm 118: 165.168.171.172.174.175 Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek. 3. Mark 9, 38-40 Min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna. SAN GABRIJEL TAL-ADDOLORATA (1838-1862) - reliġjuż

Twieled f’Assisi fl-1 ta’ Marzu 1838 u għammduh fl-istess jum u semmewh għal San Franġisk. Missieru, Santo Possenti, li bħala gvernatur tal-Istati Pontifiċji ħtieġlu jiċċaqlaq minn post għal ieħor, fl-aħħar mar joqgħod għal kollox fi Spoleto, u għalhekk il-qaddis għadda tfulitu f’din il-belt.

Fil-kulleġġ tal-Brothers ta’ De La Salle ġewwa Spoleto, Francesco kien maħbub ħafna minn sħabu. Kien jirbaħ medalji tad-deheb billi jiġi l-ewwel fis-suġġetti u fil-Filosofija. Kien jinteressa ruħu fit-teatru u fil-kaċċa, u kien iħobb ukoll il-ballijiet, tant li sħabu kienu jsibuh bħala l-ballerin. Kien ukoll tefa’ għajnejh fuq tfajla.

Iżda b’għaġeb kbir tan-nies ta’ Spoleto, fil-21 ta’ Settembru 1856, l-għada tal-gradwazzjoni tiegħu, ta’ 18-il sena, telaq biex jibda n-novizzjat mal-Patrijiet Passjonisti f’Morrovalle, u għażel l-isem ta’ Gabrijel tal-Addolorata. Sena wara għamel il-professjoni reliġjuża.

Fin-novizzjat, sar mudell tal-osservanza u tal-perfezzjoni mhux biss għal sħabu, iżda wkoll għall-patrijiet anzjani u saħansitra għas-sekulari tal-inħawi ta’ Morrovalle.

Mill-ittri li kiteb u min-noti personali, nindunaw li hu bena l-qdusija tiegħu prinċipalment fuq żewġ pilastri: id-devozzjoni lejn il-Madonna u r-rebħa totali tiegħu nnifsu permezz ta’ attenzjoni għall-ħwejjeġ żgħar. Huwa kiteb: “Meta Alla tani l-vokazzjoni tiegħi, hu sawwab fuqi waħda mill-aqwa grazzji tiegħu. Jiena rrid inpattilu billi nagħtih l-aqwa ħaġa li għandi – l-imħabba kollha ta’ qalbi.”

F’waħda mill-ittri tiegħu kiteb: “Il-ġenna tiegħi huma d-duluri tal-maħbuba ommi Marija.” F’ittra oħra stqarr kemm kien iħossu hieni fil-ħajja reliġjuża tiegħu u jgħid li, kieku ż-żgħażagħ kellhom ikunu jafuh dan, żgur li kienu jagħżlu lilha u mhux il-pjaċiri tad-dinja li jgħaddu f’tebqa t’għajn.

Huwa kellu tentazzjonijiet kbar biex iżeblaħ ’l Alla u biex ma jemminx. Fl-aħħar lejl qabel miet hu ġarrab id-dlam tas-salib u kien assaltat b’fantasiji

Page 57: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

56 SIGNUM FIDEI

u tentazzjonijiet qarrieqa. Iżda l-aħħar siegħa kienet waħda ta’ paċi kbira hekk kif hu qabad ix-xbiha favorita ta’ Marija Addolorata u sejjaħ isimha.

Il-qaddis miet fis-27 ta’ Frar 1862 bil-marda tat-tiżi, f’Isola del Gran Sasso, fl-Italja, tlett ijiem qabel ma għalaq erbgħa u għoxrin sena, meta kien għadu rċieva biss l-ordnijiet minuri u kien kważi lest għas-saċerdozju.

San Gabrijel tal-Addolorata ġie ddikjarat beatu minn San Piju X fl-1908. Fost dawk preżenti għall-okkażjoni, kien hemm dik li darba kienet in-namrata tiegħu. Kien iddikjarat qaddis fl-1920. Huwa ġie msejjaħ San Alwiġi ta’ żmienna u mudell taż-żgħażagħ.

Riflessjoni, ‘Kif għandha tinqara l-Iskrittura’: Fl-Iskrittura mqaddsa għandna nfittxu l-verità, mhux il-ġmiel ta’ kliem. Dan il-Ktieb divin għandu jinqara bl-istess spirtu li bih kien miktub. Infittxu fih il-ġid ta’ ruħna u mhux il-kliem sabiħ. Il-kotba tar-ruħ, għalkemm ikunu miktubin ħafif, għandna nieħdu pjaċir naqrawhom daqs kotba oħra ta’ xi għerf kbir. Meta niġu biex naqraw xi ktieb, m’għandniex infittxu jekk l-awtur tiegħu kienx għaref jew le, biss l-imħabba tal-verità għandha ġġagħalna naqrawh. M’għandniex infittxu min kitbu; biss naraw x’inhu li fih miktub. Il-bnedmin jgħaddu, jintemmu; imma l-verità t’Alla tibqa’ għal dejjem. Alla jitkellem magħna b’bosta manjieri, bla ma jfittex wiċċ ħadd.

L-Imitazzjoni ta’ Kristu, l-1 Ktieb, kap. V

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 171, silta mit-3 punt

Your work does not consist in making your disciples to be Christians but in helping them to be true Christians. This is all the more useful because it would avail them little to have received Baptism if they did not live according to the Christian spirit. To give this spirit to others, you have to possess it well. Recognize what this requires of you; it is, without doubt, to put into practice the holy Gospel. Read the Gospel frequently, then, with attention and affection, and let this be your principal study, but study it especially in order to put it into practice.

TALBA O Kristu,

inti li ħsilt saqajn id-dixxipli tiegħek, għalkemm inti l-imgħallem u l-Mulej,

neżżgħana mis-suppervja u eħlisna biex nagħmlu lil xulxin għemejjel ta’ mħabba,

bħalma int għamilt lilna. F’ismek nitolbu, sidna Ġesù Kristu,

li tgħix u ssaltan, Alla wieħed mal-Missier u l-Ispirtu s-Santu

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Magnificat

Missierna ...

Page 58: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 57

Il-Ħamis, it-28 ta’ Frar

Il-Ħdax-il Dehra ta’ Lourdes San Oswald – isqof († 992)

Il-Beata Madre Maria Caritas Brader - reliġjuża Il-Beatu Danjel Brottier - saċerdot (1876-1936)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Bin Sirak 5: 1-10 Toqgħodx tistenna biex iddur lejn il-Mulej. 2. Salm 1: 1-4 u 6 Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu. 3. Mark 9: 41-50 Jaħbatlek aħjar li tidħol b’id waħda fil-ħajja, milli tmur b’idejk it-tnejn fl-infern. MADRE MARIA CARITAS BRADER (1860-1943) - beata u fundatriċi Maria Josefa Carolina Brader twieldet f’Kaltbrunn fl-Isvizzera fl-14 ta’

Awwissu 1860. Missierha kien Joseph Sebastian Brader u ommha, Maria Anna Carolina Zahner. Maria Josefa Carolina kienet l-unika tifla li kellhom.

Maria Josefa kienet intelliġenti ħafna u fl-1880 ddeċidiet li minflok ma tmur l-Università tidħol mal-Franġiskani – u ħadet l-isem: Maria-Caritas (Karità).

Fl-1882 għamlet l-aħħar voti mas-sorijiet tal-klawsura. Fl-ewwel snin, b’permess speċjali, għallmet fl-iskola fejn kienet tmur bħala

tifla u wara ftit laħqet kap ta’ din l-iskola. Wara ftit il-Papa ta l-fakultà li l-Ordnijiet tas-Sorijiet Klawstrali jistgħu joħorġu jgħallmu.

Ġara li ħafna isqfijiet fil-pajjiżi tal-Missjoni talbuhom biex jiftħu l-iskejjel. L-Isqof Pedro Schumacher tal-Ekwador talab lis-Superjura Maria Hilf biex tibgħat xi sorijiet. Is-superjura stess, Madre Maria Bernarda Butler li ġiet ibbeatifikata fid-29 ta’ Ottubru 1995, flimkien ma’ ħames sorijiet fosthom Suor Maria Caritas, marru l-Ekwador.

Għal 5 snin Suor Maria Caritas kienet għalliema u katekista fil-belt ta’ Chone. Fl-1893 marret fil-belt ta’ Tuquerres fil-Kolombja. Iż-żona tal-appostolat

kienet tinkludi t-territorju ta’ xatt il-baħar, il-muntanji għoljin tal-Andes u l-pjanura tal-għoljiet ta’ madwar l-Andes. In-nies kienu fqar immens u l-kundizzjonijiet tal-ħajja kienu perikolużi ħafna. Suor Maira Caritas kellha mħabba kbira għal dawn in-nies u għamlet minn kollox biex ittaffilhom il-problemi tagħhom.

Bl-għajnuna ta’ saċerdot Ġermaniż, Father Reinaldo Herbrana, waqqfet kongregazzjoni, tas-Sorijiet Franġiskani ta’ Maria Immakulata, li tagħha saret l-ewwel superjura. L-ewwel sitt sorijiet kienu mill-Isvizzera u wara bdew ġejjin tfajliet Kolombjani.

Kienet tinkuraġġihom, tgħinhom biex jakkwistaw diplomi akkademiċi u kienet tgħidilhom: “Aktar ma tkunu infurmati, aktar tistgħu tagħmlu ġid għar-reliġjon qaddisa tagħna u l-glorja t’Alla.” Fuq kollox kienet tħabbrek biex jgħixu l-

Page 59: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

58 SIGNUM FIDEI

Ispirtu Franġiskan, u jgħożżu l-faqar biex ikunu jistgħu jgħinu lill-fqar u jkunu ta’ eżempju għalihom.

Kienet l-ewwel superjura ġenerali tal-kongregazzjoni l-ġdida mill-1893 sal-1919 u wara mill-1928 sal-1940 reġgħet saret superjura ġenerali u matul dawn is-snin għamlet il-viti tad-djar fl-Amerka.

Ta’ 80 sena talbet li ma tibqax superjura. Fis-27 ta’ Frar 1943 mietet fil-Belt ta’ Pasto fil-Kolombja. Fis-sena 2003, il-Papa San Ġwanni Pawlu ll bbeatifikaha.

Riflessjoni: Spiss nistaqsu: “Għaliex dan kellu jiġri lili?” Għalija l-aħjar tweġiba hi ħarsa lejn il-Kurċifiss – għalkemm ma ttinix tweġiba sħiħa, imma tagħmilli kuraġġ kbir. “(Alla) Lanqas lil ibnu stess ma ħafirha, imma tah għalina lkoll” (Rum. 8: 32). Jekk kien hemm xi ħadd li Alla ħabb dan kien żgur ibnu. Safrattant ara kif trattah – mhux hu, naturalment imma billi ħalla lill-għedewwa tiegħu jikkundannawh bla ħtija, jbiċċruh, jittorturawh, jinkuh u joqtluh. Meta għajjat: “Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?” Ir-risposta kienet silenzju sħiħ, imma żgur li dak il-ħin Alla kien qed iħobbu u jgħidlu: “Inti ibni l-għażiż; fik tistrieħ qalbi.”

“Sibt ’l Alla fid-Deżert”, Fr. Harry Formosa, SJ Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 5, silta mit-3 punt

How many would agree with this thought of Saint Bernard, that light and frivolous words in the mouth of a secular person may be only playful chatter, but in the mouth of a person consecrated to God, they are blasphemies? How many take to heart the words of Saint Dorotheus: “Let us be faithful in the slightest matters, lest they lead to regrettable consequences and unfortunate results”? To how many do not these words of Jesus Christ seem harsh? Blessed are the poor in spirit; it is harder for a rich man to enter heaven than for a camel to pass through a needle’s eye. For us, let us probe the depths of our hearts. Are they truly penetrated with what Jesus Christ said: Blessed will you be when people falsely say all sorts of evil against you?.

TALBA

Mulej, Alla tiegħi, nitolbok issaffili qalbi minn dak kollu li mhux “INT”

biex tkabbar fija l-bniedem ta’ ħajja interjuri u tħalli l-Ispirtu tiegħek iwettaq l-opra tiegħu fija,

jiffertilizzaha bil-preżenza tiegħu. Jiena nemmen, O Alla tiegħi, li l-paċi u l-libertà

ġejjin mill-Ispirtu tiegħek. O Alla tiegħi: għarrafni t-triqat tiegħek!

Bro Louis Camilleri

Missierna ...

Page 60: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 59

JGĦIX ĠESU’

F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 61: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

60 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-Melħ tad-Dinja, id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen. Direzzjoni: min jixtieq xi tagħrif dwar is-Signum Fidei jikkuntatja lil: Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 62: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi - WordPress.com...2019/02/02  · jien nirringrazzjak għad-doni tal-fidi, it-tama u l-imħabba, u nitolbok biex tagħmel dawn il-qawwa li bihom jiena

SIGNUM FIDEI 61