22
Fergħa 1:Travel Grants Linjigwida u Regolamenti

CEF Touring Guidelines MLT

Embed Size (px)

DESCRIPTION

For more information visit www.maltaculture.com

Citation preview

Page 1: CEF Touring Guidelines MLT

| 1Guidelines and Regulations

Malta Arts Fund

Komunitajiet Kreattivi(Creative Communities)

Fergħa 1:Travel GrantsLinjigwida u Regolamenti

Page 2: CEF Touring Guidelines MLT

Skadenzi fl-2015 Notifika tar-riżultatPerjodu ta’

implimentazzjoni tal-proġett

Project duration

22 ta’ Mejju 2015 15 ta’ Ġunju 2015 16 ta’ Ġunju 2015 16 ta’ Ġunju 2016 Sa tmien (8) xhur

31 ta’ Lulju 2015 18 ta’ Awwissu 2015 1 ta’ Settembru 2015 1 ta’ Settembru 2016 Sa tmien (8) xhur

18 ta’ Settembru 2015 14 ta’ Ottubru 2015 1 ta’ Novembru 2015 1 ta’ Novembru 2016 Sa tmien (8) xhur

30 ta’ Novembru 2015 16 ta’ Diċembru 2015 1 ta’ Jannar 20161 ta’ Jannar 2017 Sa tmien (8) xhur

Għotja Massima Baġit allokat għal kull sessjoni

€2,000 €8,000

Fergħa 1: Travel Grants

Page 3: CEF Touring Guidelines MLT

Werrej

X’għandek tagħmel biex tapplika? 4

Kif tressaq l-applikazzjoni tiegħek 4

Definizzjonijiet 6

X’inhuma ‘travel grants’? 8

X’inhuma l-għanijiet ta’ din l-għajnuna? 8

X’se tkopri din l-għajnuna? 8

X’għandek tippreżenta – dokumenti meħtieġa 10

Eliġibbilta 11

X’inhuma l-kriterji tal-għajnuna? 13

Il-proċess tal-evalwazzjoni 15

X’jiġri wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek? 16

Komunikazzjoni tar-riżultati 17

Proċedura ta’ lment 18

Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-proġett 20

Rapport 21

Page 4: CEF Touring Guidelines MLT

| 4 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

X’għandek tagħmel biex tapplika?1. Aqra sew dawn il-linji gwida u regolamenti.

2. Ara jekk l-idea tiegħek tistax tiġi indirizzata permezz ta’ dan il-fond.

3. Niżżel l-applikazzjoni minn fuq is-sit www.maltaculture.com

4. Imxi pass pass mal-applikazzjoni. Imla t-template tal-baġit u ppreżenta l-istimi.

5. Huwa importanti li tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek sad-data li għandek indikata fil-linji gwida u r-regolamenti.

F’każ ta’ diffikultà, jew mistoqsijiet ċemplilna fuq 2339 7000 matul il-ġimgħa bejn id-09:00 u n-12:30 jew bejn is-14:00 u l-17:00. Tista’ wkoll tiktbilna fuq [email protected].

Kif tressaq l-applikazzjoni tiegħekNIŻŻEL L-APPLIKAZZJONI MINN WWW.MALTACULTURE.COM. IMLA L-APPLIKAZZJONI TIEGĦEK PASS PASS U WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET KOLLHA.

TISTA’ TRESSAQ L-APPLIKAZZJONI TIEGĦEK FLIMKIEN MAD-DOKUMENTI KOLLHA MEĦTIEĠA KIF ĠEJ:

� Billi tibgħat email fuq [email protected] sa 12:00 (nofsinhar) tad-data tal-iskadenza. Huwa importanti li f’din l-istess email tinkludi d- dokumenti addizzjonali kollha meħtieġa skont kif rikjest minn dawn il-linji gwida u regolamenti. Fl-aħħar paġna tal-applikazzjoni li titlob il-firma tal-applikant trid tinkludi l-firma tiegħek (firma elettronika jew scan tal-aħħar paġna).

� Billi tibgħat kopja stampata u oħra elettronika fuq pen drive bil-posta rreġistrata f’dan l-indirizz:

Kunsill Malti għall-Arti16, Casa Scaglia,Triq Mikiel Anton Vassalli,Valletta.

Page 5: CEF Touring Guidelines MLT

| 5 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

� Huwa importanti li t-timbru tal-posta jkun jindika d-data ta’ skadenza jew data qabel id-data ta’ skadenza.

jew

� Billi tippreżenta kopja stampata u oħra elettronika inti stess fl-indirizz li ġej:

Kunsill Malti għall-Arti16, Casa Scaglia,Triq Mikiel Anton Vassalli,Valletta.

Inti mitlub/a tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek direttament fl-uffiċċji tal-Kunsill Malti għall-Arti mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9:00 u 12:00 u bejn is-13:30 u l-16:30. Dakinhar tal-iskadenza indikata, naċċettaw applikazzjonijiet biss sa nofsinhar (12:00). Ma nistgħux naċċettaw applikazzjonijiet li jaslu wara l-ħin indikat.

Huwa importanti li f’kull każ tiffirma l-applikazzjoni u d-dikjarazzjonijiet mehmużin magħha qabel dawn jingħataw lill-Kunsill Malti għall-Arti. B’hekk tkun qed tikkonferma li taċċetta l-kundizzjonijiet tal-fond hekk kif spjegati permezz ta’ dawn il-linji gwida u regolamenti, u fl-applikazzjoni nnifisha. Applikazzjonijiet li mhumiex iffirmati awtomatikament ma jiġux aċċettati.

Tinħareġ konferma għal kull applikazzjoni li tasal għand il-Kunsill. F’każ li ma tirċivix ilkonferma mingħand l-Amministraturi tal-Fond fi żmien jumejn, nitolbuk tibgħat tgħidilna minnufih.

F’idejk biex tippreżenta applikazzjoni kompluta u ddettaljata kif meħtieġ u mfisser f’dawn ir-regolamenti. F’każ li ma jkunx hemm l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx tista’ tiġi pproċessata u evalwata.

L-applikazzjonijiet u d-dokumenti ma jingħatawx lura lill-applikanti wara l-evalwazzjoni.

Page 6: CEF Touring Guidelines MLT

| 6 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

Definizzjonijiet

Applikant

Applikant huwa l-individwu li japplika għall-fond/l-għajnuna jew ir-rappreżentant legali tal-organizzazzjoni li tapplika għall-fond/l-għajnuna.

Applikazzjoni

Applikazzjoni hija l-ġabra ta’ dokumenti li jitressqu għand il-Kunsill, li tinkludi d-dokumenti kollha obbligatorji u kull anness għall-formola tal-applikazzjoni mressqa minn applikant eliġibbli.

Benefiċjarju

Benefiċjarju huwa dak li jirċievi l-fond/l-għajnuna. Il-benefiċjarju huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proposta ffinanzjata mill-Cultural Export Fund.

Eliġibbiltà

L-applikazzjonijiet jiġu analizzati l-ewwel nett f’termini ta’ eliġibbiltà. Il-proposti li ma jitqisux eliġibbli f’termini tal-punti stabbiliti ma jiġux ipproċessati u ma jgħaddux mill-proċess ta’ evalwazzjoni.

Evalwatur

Il-Kunsill Malti għall-Arti jaħtar tim ta’ evalwazzjoni għal kull sejħa.

Grupp

Grupp jista’ jkun iffurmat minn għadd ta’ persuni kemm jekk għandhom personalità ġuridika kemm jekk le. Wieħed jew waħda mill-persuni involuti jrid/trid tieħu/jieħu r-rwol ta’ mexxej/ja u jkollhom ir-responsabbiltà legali prinċipali biex jimmaniġġjaw dan il-proġett u l-għotja. Din il-persuna trid tkun ċittadin/a Malti/ja jew ikollu/ha permess ta’ residenza Maltija jew ċertifikat ta’ ċittadinanza Maltija jew passaport Malti.

Page 7: CEF Touring Guidelines MLT

| 7 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

Individwu

Individwi li japplikaw għall-fond/l-għajnuna jridu jkunu ċittadini Maltin jew ikollhom permess ta’ residenza f’Malta jew ċertifikat ta’ residenza Maltija jew passaport Malti.

‘Travel Grants’

Għajnuna għall-ivvjaġġar fuq perjodu qasir ta’ żmien li jgħin il-mobbiltà ta’ artisti Maltin jew artisti bbażati Malta lejn pjattaformi bħal residenzi, taħriġ u żvilupp professjonali, għajnuna għall-esplorazzjoni fuq terminu qasir ta’ żmien, parteċipazzjoni f’showcases, festivals, sessjonijiet ta’ networking, konferenzi u fieri, Tiftix għal sħab potenzjali għal proġetti ta’ skambju jew kollaborazzjoni u riċerka ffukata fuq il-prattika artistika.

Page 8: CEF Touring Guidelines MLT

| 8 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

FERGĦA 1

‘Travel grants’

1. X’inhuma ‘Travel Grants’?‘Travel Grants’ huma parti mill-istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti għall- internazzjonalizzazzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi. L-għajnuna tindirizza l-mobbiltà tal-artisti u operaturi fil-qasam kulturali lejn pajjiżi barranin għal raġuni waħda jew aktar minn fost dawn li ġejjin:

�� Residenzi għall-artisti/kittieba;

�� Taħriġ u żvilupp professjonali;

�� “Go-see” jew għajnuna għal esplorazzjoni fuq perjodu qasir ta’ żmien;

�� Parteċipazzjoni f’festivals, showcases, sessjonijiet ta’ networking, konferenzi u fieri;

�� Tiftix għal sħab potenzjali għal proġetti ta’ skambju jew kollaborazzjoni

�� Riċerka ffukata fuq il-prattika artistika.

2. X’inhuma l-għanijiet ta’ din l-għajnuna?‘Travel Grants’ għandhom l-għan li jgħinu l-mobbiltà ta’ artisti u operaturi fil-qasam kulturali biex jesploraw, jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, jibnu networks u jimpenjaw irwieħhom f’kollaborazzjonijiet internazzjonali.

3. X’se tkopri din l-għajnuna?Din l-għajnuna tista’ tkopri sa 100% tal-ispejjeż involuti biex jiġi implimentat il-proġett tal-mobbiltà. Dawn l-ispejjeż jistgħu jinkludu:

� L-ivvjaġġar (fl-Economy Class)

� Akkomodazzjoni (Standard)

Page 9: CEF Touring Guidelines MLT

| 9 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

� Tariffi għall-parteċipazzjoni (għal festivals, konferenzi, sessjonijiet ta’ networking jew programmi ta’ żvilupp u taħriġ)

� Assikurazzjoni u Visa

� Freight

Jistaw jingħataw EUR 1,000 addizzjonali bħala għajnuna u assistenza fil-każ ta’ vjaġġar ta’ artisti b’diżabbiltà.

Kull applikazzjoni se tiġi evalwata individwalment abbażi tal-kriterji tal-istess skema.

Il-baġit għandu jinkludi wkoll kull dħul li hu assigurat, dak li għadu mhuwiex assigurat, u kwalunkwe dħul ieħor ippjanat mill-proġett ta’ mobbiltà tiegħek. L-ammonti mhux assigurati u li huma mitluba mill-fond għandhom jiġu kwalifikati u allokati bħala ‘Ammont mitlub’ mill-fond. Inti tista’ titlob sa’ 100% tal-ispejjeż marbuta mal-proġett ta’ mobbiltà.

NB: Kull baġit irid jinkludi kemm id-dħul kif ukoll l-ispejjeż.

Jekk jogħġbok ara t-tabella tal-baġit fil-formola ta’ applikazzjoni.

Dokumentazzjoni mal-baġit

Inti mitlub/a tippreżenta kopji ta’ kwalunkwe stima li tista’ tagħti indikazzjoni tal-ispiża stmata mal-baġit tiegħek. Fil-każ li l-istimi ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti, inti tista’ tipprovdi l-ispiża stmata abbażi ta’ spejjeż standard għal proġetti ta’ mobbiltà.

Trid tiġi pprovduta dokumentazzjoni wkoll f’każ ta’ sorsi oħra ta’ fondi u sponsorships (u sponsorships in-kind).

Page 10: CEF Touring Guidelines MLT

| 10 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

4. X’għandek tippreżenta - Id-dokumenti meħtieġaId-dokumenti msemmija f’punti 1 sa 2 huma kollha obbligatorji u meħtieġa għall-analiżi qabel ma jitressqu għall-evalwazzjoni. Jekk ma tippreżentax dawn id-dokumenti, l- applikazzjoni titqies ineliġibbli.

1. Applikazzjoni mimliija, iffirmata u ddatata.

2. Kopja tal-karta tal-identità Maltija tiegħek jew tal-permess ta’ residenza hawn Malta jew taċ-ċertifikat ta’ ċittadinanza Maltija tiegħek jew tal-passaport Malti tiegħek.

Hija r-responsabbiltà tiegħek biex tippreżenta d-dokumenti kollha mitluba fl-applikazzjoni u permezz ta’ dan id-dokument qabel l-iskadenza indikata. Ir-rappreżentanti tal- Kunsill Malti għall-Arti mhux se jivverifikaw l-applikazzjoni tiegħek meta tkun qed tippreżentaha.

Applikazzjonijiet li jingħataw wara 12:00 (nofsinhar) tal-iskadenza rispettiva ma jiġux aċċettati.

Id-deċiżjoni dwar il-finanzjament tittieħed abbażi tal-livell tal-informazzjoni mressqa.

Page 11: CEF Touring Guidelines MLT

| 11 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

5. EliġibbiltàIl-proġetti mressqa jiġu l-ewwel nett analizzati f’termini ta’ eliġibbiltà mill-evalwaturi. Il-proposti ineliġibbli f’termini tal-punti hawn taħt ma jibqgħux jiġu pproċessati u ma jgħaddux għall-evalwazzjoni.

Eliġibbli

�� Mobbiltà

Mobbiltà lejn pajjiżi barranin għal raġuni waħda jew aktar minn dawn:

�� Residenzi għall-artisti/kittieba;

�� Taħriġ u żvilupp;

�� “Go-see” jew għotjiet għal esplorazzjoni fuq tul qasir ta’ żmien;

�� Parteċipazzjoni f’festivals, showcases, sessjonijiet ta’ networking, riċerka għal sħab, konferenzi u fieri;

�� Tiftix għal sħab potenzjali potenzjali għal proġetti ta’ skambju jew kollaborazzjoni

�� Riċerka ffukata fuq il-prattika artistika.

�� Żmien

Mobbiltà artistika li ttul massimu ta’ tmien (8) xhur.

�� Spejjeż

100% tal-ispejjeż li ma jaqbżux l-EUR 2000. L-ispejjeż eliġibbli huma:

� L-ivvjaġġar (fl-Economy Class)

� Akkomodazzjoni (standard)

� Tariffi għall-parteċipazzjoni (għal festivals, konferenzi, sessjonijiet ta’ networking jew programmi ta’ żvilupp u taħriġ)

� Assikurazzjoni u Visa

� Freight

Page 12: CEF Touring Guidelines MLT

| 12 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

Jistgħu jingħataw EUR 1,000 addizzjonali bħala għajnuna u assistenza fil-każ ta’ vvjaġġar ta’ artisti b’diżabbiltà.

Ineliġibbli

�� Mobbiltà li mhijiex direttament relatata mal-arti

�� Proġetti ta’ mobbiltà ta’ natura self-sustainable

�� Per diems

�� Spejjeż ta’ mobbiltà għall-akkumpanjaturi1

�� Mobbiltà lejn il-gżejjer Maltin

�� Mobbiltà fl-arċipelagu Malti

�� Proġetti ta’ mobbiltà ta’ studenti li huma parti mill-istudji tagħhom

�� Modules individwali f’kors li, b’mod sħiħ, huwa itwal minn tmien (8) xhur

�� Spejjeż tal-mobbiltà li huma diġà koperti minn organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi, minn programm ieħor ta’ fondi pubbliċi mmexxi minn jew immexxi mal-Kunsill Malti għall-Arti jew minn aġenzija pubblika oħra, jew minn dipartiment tal-Gvern jew minn Ministeru

�� Mobbiltà li diġà bdiet

�� Mobbiltà li tkun diġà seħħet qabel in-notifika tar-riżultati

�� Tariffi artistiċi

�� Spejjeż retrospettivi, bl-eċċezzjoni tal-biljetti għall-ivvjaġġar u dawk l-ispejjeż li jsiru sabiex tiġi kkonfermata l-parteċipazzjoni fl-attività relatata mal-mobbiltà qabel ma jiġu kkomunikati r-riżultati. Dan il-ħlas ma jinfluwenzax u ma jaffettwax il-proċess tal-evalwazzjoni.

�� Applikazzjonijiet li mhumiex kompluti, kif spjegat aktar ’il fuq.

Kull applikazzjoni eliġibbli tiġi mbagħad evalwata skont il-kriterji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida u Regolamenti.

1 F’każ ta’ mobbiltà ta’ individwi taħt is-sittax-il sena u artisti b’diżabbiltà, jistgħu jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tal- akkumpanjaturi, skont il-każ.

Page 13: CEF Touring Guidelines MLT

| 13 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

6. X’inhuma l-kriterji tal-iskema?Kull applikazzjoni eliġibbli tiġi evalwata abbażi tal-kriterji ta’ evalwazzjoni li ġejjin:

�� Il-mertu artistiku tal-proġett ta’ mobbiltà, ir-rilevanza artistika tal-programm jew l-opportunità, u l-opportunità għall-iżvilupp

�� L-engagement fuq livell internazzjonali

�� L-immaniġġjar professjonali u finanzjarju tal-proġett ta’ mobbiltà

Dawn li ġejjin huma l-mistoqsijiet marbuta direttament mal-kriterji u li se jintużaw mill-evalwaturi biex jaslu għad-deċiżjoni tagħhom.

Kriterju 1: Mertu artistiku, rilevanza u żvilupp

1. Il-pjattaforma proposta, hija sinifikanti u xierqa? F’dan l-istadju tal-karriera tal-applikant/i, kemm hi rilevanti din l-opportunità ta’ mobbiltà barra minn Malta għall-istess applikant/i? (25 punt)

2. Kemm hi opportunità tajba għall-iżvilupp tal-prattika professjonali tal-artist/i involuti? (10 punti)

Total: 35 punt

Kriterju 2: L-engagement fuq livell internazzjonali

1. Din il-mobbiltà lejn pajjiż barrani se tressaq lill-applikant/i lejn kuntest internazzjonali professjonali? (20 punt)

2. Din il-mobbiltà se tipprovdi l-opportunità biex ikun hemm aktar networking u kollaborazzjoni internazzjonali? (15-il punt)

TOTAL: 35 punt

Page 14: CEF Touring Guidelines MLT

| 14 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

Kriterju 3: Immaniġġjar u finanzi

1. Kemm hu realistiku l-baġit propost? (15-il punt)

2. L-applikazzjoni tipprovdi biżżejjed evidenza tal-abbiltà tal-applikant li jimmaniġġja din l-attività (inkluż immaniġġjar finanzjarju u kofinanzjament, fejn meħtieġ) b’mod responsabbli u b’suċċess? (15-il punt)

Total: 30 punt

Page 15: CEF Touring Guidelines MLT

| 15 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

7. Il-Proċess ta’ EvalwazzjoniDan il-fond huwa kompetittiv, bi kriterji fissi.

Kif hemm speċifikat aktar ’il fuq, kull kriterju għandu abbinat miegħu numru ta’ marki. Biex proġett jiġi kkunsidrat għall-finanzjament, irid iġib mhux anqas minn marka medja ta’ 60 marka.

Xorta waħda dan jiddependi mil-livell ta’ kompetizzjoni u mid-disponibbiltà tal-fondi. Għalhekk ma jfissirx li jekk ġibt 60 marka jew aktar, awtomatikament se tikkwalifika għall-fondi. Il-Bord tal-Evalwazzjoni jista’ jiddeċiedi li ma jallokax it-total tal-fondi disponibbli għal dik is-sejħa, fil-każ li l-proġetti ma jilħqux ċertu livell f’termini tal-kriterji tal-fond.

Meta joħorġu r-riżultati, tiġi ppubblikata l-ordni tal-proġetti skont il-marki li jkunu

ngħataw. Jiġu ppubblikati biss l-ismijiet tal-proġetti magħżula u ffinanzjati, filwaqt li

fil-każ ta’ proġetti li ma jintgħażlux għall-fond, jiġi ppubblikat biss in-numru ta’ referenza ta’ dawk l-istess proġetti.

Il-Bord ta’ Evalwazzjoni jista’ jitlob kjarifika min-naħa tiegħek tul l-evalwazzjoni; madankollu dan ma jfissirx li l-proġett tiegħek se jingħata l-fondi. Il-korrispondenza tintbagħat biss mill-Amministratur tal-Fondi tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Page 16: CEF Touring Guidelines MLT

| 16 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

8. X’jiġri wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek?Il-proposti l-ewwel jiġu analizzati f’termini ta’ eliġibbiltà. Il-proposti li mhumiex eliġibbli f’termini tal-proċedura stabbilita b’dawn il-linji gwida ma jiġux ipproċessati u ma jiġux evalwati.

Wara li tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek lill-Kunsill Malti għall-Arti, isir proċess ta’ evalwazzjoni minn Bord imwaqqaf apposta li jevalwa l-proposta tiegħek. Fid-data indikata hawn fuq, tirċievi t-tweġiba min-naħa tal-Bord tal-Evalwazzjoni. Mal-ittra jkun hemm il-formola tal-evalwazzjoni li fiha jiġi spjegat għaliex il-Bord ħa dik id-deċiżjoni partikolari, skont il-kriterji tal-Fond.

F’każ ta’ diffikultajiet dwar ir-riżultat tiegħek, iktbilna fuq [email protected]

fi żmien ħamest (5) ijiem minn meta tirċievi r-riżultat.

Page 17: CEF Touring Guidelines MLT

| 17 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

9. Komunikazzjoni tar-riżultatiIr-riżultati ta’ kull sejħa (jekk il-proġett hux se jingħata l-fondi, jekk il-proġett mhuwiex se jingħata fondi, jekk huwiex ineliġibbli) joħorġu fid-dati indikati fil-linji gwida. Ma tingħata l-ebda informazzjoni dwar il-proċess ta’ evalwazzjoni qabel ma joħroġ ir-riżultat uffiċjali finali. Kull forma ta’ solleċitazzjoni awtomatikament tiskwalifika l-applikazzjoni tiegħek.

L-informazzjoni kollha li tasal għand l-Amministrazzjoni tal-Fond, il-Manager tal-Fond u l-evalwaturi se tiġi kkunsidrata bħala informazzjoni kunfidenzjali, kemm matul u kemm wara l-proċess ta’ evalwazzjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-kunfidenzjalità fil-każ ta’ proġetti li jingħataw il-fondi se tiġi inkluża fil-kuntratt li jingħata mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Page 18: CEF Touring Guidelines MLT

| 18 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

10. Proċedura ta’ lmentJekk tressaq ilment, dan mhux se jaffettwa l-possibbiltà li tirċievi għajnuna mill-Fond fil-futur. L-ilmenti kollha se jiġu trattati b’mod kunfidenzjali.

Bażi għall-ilmenti

Inti tista’ tilmenta rigward:

Anomaliji u irregolaritajiet proċedurali matul il-proċess ta’ sottomissjoni u evalwazzjoni f’termini tal-proċeduri stipulati f’dawn il-linji gwida u regolamenti.

Ma jistgħux isiru lmenti dwar:

• Il-policies u l-proċeduri tal-Kunsill għall-Arti jew tal-Gvern;

• Il-merti tal-applikazzjoni f’termini tal-kriterji stipulati f’dawn il-linji gwida u regolamenti.

L-ilmenti jistgħu jsiru biss mill-applikant innifsu/innifisha.

Kif tressaq ilment

L-ewwel fażi:

L-ilmenti għandhom isiru bil-miktub u b’mod ċar kemm jista’ jkun. L-ilment irid

jiddikjara l-bażi tal-ilment u r-raġunijiet li wasslu għalih, filwaqt li jipprovdi spjegazzjoni ddettaljata b’dokumentazzjoni u testimonjanzi rilevanti dwar ir-raġuni għaliex dak/dik li jkun/tkun qed iressaq/tressaq l-ilment iqis/tqis li seħħew irregolaritajiet fil-proċedura/i stipulata/i f’dawn il-linji gwida u regolamenti jew fir-regoli u r-regolamenti standard ta’ governanza tajba li jiggvernaw is-settur pubbliku. Id-deċiżjoni fl-aħħar tal-proċess tal-ilment hija finali.

L-ilmenti għandhom jintbagħtu lid-Direttur Strateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti. Għandek tagħmel dan fi żmien ħamest (5) ijiem mill-ġurnata li fiha jintbagħatlek ir-riżultat. Normalment inti tirċievi tweġiba għall-ilment tiegħek fi żmien għaxart (10) ijiem mingħand id-Direttur Strateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti.

F’każ illi t-tweġiba ma tkunx waħda sodisfaċenti, il-Kunsill Malti għall-Arti jsejjaħ Bord

u l-ilment tiegħek jerġa’ jiġi diskuss.

Meta tkun qed tuża l-proċedura ta’ lment tagħna, qed taċċetta li nistgħu nużaw l-informazzjoni għall-iskop ta’ dan l-ilment.

Id-deċiżjoni ta’ dan il-Bord hija waħda finali.

Page 19: CEF Touring Guidelines MLT

| 19 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

It-tieni fażi:

Jekk il-kwistjoni ma tiġix solvuta fl-ewwel stadju, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Ombudsman.

L-Ombudsman j/tipprovdi servizz indipendenti u imparzjali bejn il-Gvern u l-istituzzjonijiet u l-pubbliku. Hu jew hi għandu/ha s-setgħa li j/tiddeċiedi jekk j/tinvestigax l-ilment jew le.

Jekk l-Ombudsman j/tinvestiga l-ilment tiegħek u jsib/ssib li dan huwa ġustifikat, hu jew hi se j/tirrakkomanda modi kif il-Kunsill Malti għall-Arti jista’ jindirizza din il-kwistjoni u kif jevita sitwazzjonijiet simili fil-futur.

L-Ombudsman j/taħdem skont il-linji gwida u l-proċeduri tiegħu jew tagħha, u aħna nissuġġerixxu li tkun familjari magħhom. Tista’ ssibhom fuq www.ombudsman.org.mt L-Ombudsman ma jistax ibiddel deċiżjonijiet li jittieħdu mill-fond jew ibiddel ir-responsabbiltajiet legali tagħna jew il-policies dwar kif jingħataw il-fondi

Page 20: CEF Touring Guidelines MLT

| 20 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

12. Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-proġett Jekk l-applikazzjoni tiegħek tiġi approvata u tiġi allokat il-fondi, inti se tintalab li tiġi l-Kunsill Malti għall-Arti biex tiffirma l-kuntratt li jispeċifika l-kundizzjonijiet tal-għajnuna. Meta taċċetta l-fondi, inti qed taċċetta li l-isem fuq l-applikazzjoni, it-titlu tal-proġett u deskrizzjoni żgħira tal-proġett flimkien mal-ammont mogħti jistgħu jiġu ppubblikati mill-Kunsill Malti għall-Arti.

70% tal-ammont allokat lilek mill-fond jiġi pproċessat wara l-iffirmar tal-kuntratt. L-aħħar 30% jingħatawlek wara li r-rapport tiegħek jiġi approvat mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-logo tal-fond irid jintuża f’kull materjal relatat mal-proġett u, f’kull promozzjoni tal-proġett, għandu jiġi speċifikat li l-proġett ġie megħjun mill-Fond. Inti għandek tuża l-għajnuna biss għar-raġunijiet li ngħatatlek, skont il-proposta li ressaqt u skont il-kuntratt.

F’każ ta’ bidla fil-proġett propost tiegħek, għandek tavża lill-Kunsill Malti għall-Arti immedjatament u tistenna l-approvazzjoni qabel ma timplimenta l-bidla. Il-Kunsill Malti għall-Arti jista’ jibdel jew jirtira l-għotja mogħtija f’każ ta’ tibdil fil-proġett li ma jiġix approvat minn qabel jew li ma jitqiesx konformi mal-proposta inizjali kif iġġudikata mill-Bord ta’ Evalwazzjoni jew jekk il-Kunsill ma jiġix infurmat bit-tibdil f’ħin raġonevoli.

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirriżerva d-dritt li jibgħat rappreżentanti tiegħu kull ħin biex

jagħmlu monitoraġġ tal-proġett tiegħek waqt li jkun qed iseħħ u wara li jkun seħħ.

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirriżerva wkoll id-dritt li jirrevedi l-allokazzjoni finali jekk l-ispejjeż totali jkunu anqas minn dawk stmati fil-formola tal-applikazzjoni.

Page 21: CEF Touring Guidelines MLT

| 21 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

12. RapportMalli jispiċċa l-proġett, inti għandek tibgħat rapport iddettaljat (inkluż kopji tal-biljetti tal-embarkazzjoni u fatturi kif ukoll ritratti u materjal awdjoviżiv fejn applikabbli) li juri x-xogħol li twettaq u kif żviluppa l-proġett, sa mhux aktar tard minn sitt (6) ġimgħat wara li jintemm il-proġett tiegħek. Għandek tippreżenta wkoll kopji ta’ materjal pubbliċitarju, marketing u kull forma oħra ta’ dokumentazzjoni marbuta mal-proġett.

Huwa importanti li tippreżenta wkoll il-baġit finali flimkien mal-irċevuti kollha.

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirriżerva d-dritt li juża l-materjal relatat mal-proġett.

L-informazzjoni mogħtija tiġi evalwata mill-Uffiċjali tal-Kunsill Malti għall-Arti u, jekk

titqies sodisfaċenti, jingħatawlek l-aħħar 30% tal-ammont allokat lilek mill-Fond.

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirriżerva d-dritt li jirrevedi l-fondi f’każ li dawn ma jintużawx

u/jew jintużaw b’mod ħażin u/jew mhux skont l-applikazzjoni mressqa.

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirriżerva d-dritt li jieħu lura l-fondi f’każ li dawn mhux qed jintużaw u/jew qed jintużaw ħażin u/jew mhux skont il-baġit imressaq mal-applikazzjoni.

Page 22: CEF Touring Guidelines MLT

| 22 Cultural Export FundFergħa 1 : Travel Grants

KuntattiManager tal-Fond (interim): Elaine Falzon

Amministratriċi tal-Fond: Annalise Buttigieg

Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 23397000

jew tibgħat email fuq [email protected].