223
Ġustizzja u Konsumaturi EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur Biex is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi

EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

  • Upload
    others

  • View
    11

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

Ġustizzja u Konsumaturi

EDIZZJONI 2018

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur

Biex is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi

Page 2: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

1

1. SOMMARJU EŻEKUTTIV ....................................................................................... 5

2. KEJL TAL-PRESTAZZJONI TAS-SWIEQ TAL-KONSUMATUR ...................... 10

2.1. Kejl tal-prestazzjoni tas-swieq tal-konsumatur ............................................... 10

2.2. L-Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq ................................................................ 10

2.3. Preżentazzjoni tar-riżultati .............................................................................. 11

3. VALUTAZZJONI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SWIEQ MILL-

KONSUMATURI ..................................................................................................... 13

3.1. Riżultati ġenerali ............................................................................................. 13

3.2. Valutazzjonijiet tas-swieq – differenzi bejn il-pajjiżi ..................................... 17

3.3. Valutazzjoni ta’ gruppi tas-suq differenti ........................................................ 25

3.3.1. Valutazzjoni ġenerali ......................................................................... 25

3.3.2. Ir-riżultati skont ir-raggruppament ta’ swieq .................................... 28

3.4. Differenzi soċjodemografiċi fil-valutazzjonijiet tas-swieq ............................. 51

3.5. Valutazzjoni tal-komponenti differeni tas-swieq ............................................ 55

3.5.1. Kumparabbiltà ................................................................................... 55

3.5.2. Fiduċja ............................................................................................... 59

3.5.3. Aspettattivi ........................................................................................ 62

3.5.4. Għażla ................................................................................................ 64

3.5.5. Problemi u detriment ......................................................................... 67

4. INDIKATURI ADDIZZJONALI ............................................................................. 75

4.1. Ilmenti ............................................................................................................. 75

4.2. Bdil .................................................................................................................. 77

4.2.1. Faċilità tal-bdil .................................................................................. 80

4.2.2. Raġunijiet għan-nuqqas ta’ bdil ........................................................ 82

4.3. Penetrazzjoni tas-suq ....................................................................................... 85

4.4. Prezzijiet .......................................................................................................... 88

4.5. Is-sikurezza ...................................................................................................... 95

5. ANNESS ................................................................................................................... 98

5.1. L-ismijiet tas-suq ............................................................................................. 98

5.2. Klassifikazzjonijiet nazzjonali tas-swieq ...................................................... 102

1. IL-BELĠJU ............................................................................................................. 102

1.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 102

1.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 103

1.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 104

2. IL-BULGARIJA ...................................................................................................... 106

2.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 106

2.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 107

2.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 108

3. IR-REPUBBLIKA ĊEKA ....................................................................................... 110

Page 3: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

2

3.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 110

3.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 111

3.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 112

4. ID-DANIMARKA .................................................................................................. 114

4.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 114

4.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 115

4.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 116

5. IL-ĠERMANJA ...................................................................................................... 118

5.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 118

5.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 119

5.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 120

6. L-ESTONJA ............................................................................................................ 122

6.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 122

6.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 123

6.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 124

7. L-IRLANDA ........................................................................................................... 126

7.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 126

7.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 127

7.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 128

8. IL-GREĊJA ............................................................................................................. 130

8.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 130

8.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 131

8.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 132

9. SPANJA .................................................................................................................. 134

9.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 134

9.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 135

9.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 136

10. FRANZA ................................................................................................................. 138

10.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 138

10.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 139

10.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 140

11. IL-KROAZJA .......................................................................................................... 142

11.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 142

11.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 143

11.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 144

12. L-ITALJA ................................................................................................................ 146

12.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 146

12.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 147

Page 4: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

3

12.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 148

13. ĊIPRU ..................................................................................................................... 150

13.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 150

13.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 151

13.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 152

14. IL-LATVJA ............................................................................................................. 154

14.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 154

14.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 155

14.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 156

15. IL-LITWANJA ........................................................................................................ 153

15.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 153

15.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 154

15.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 155

16. IL-LUSSEMBURGU .............................................................................................. 157

16.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 157

16.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 157

16.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 158

17. L-UNGERIJA .......................................................................................................... 161

17.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 161

17.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 162

17.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 162

18. MALTA ................................................................................................................... 165

18.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 165

18.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 166

18.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 167

19. IN-NETHERLANDS .............................................................................................. 169

19.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 169

19.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 169

19.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 171

20. L-AWSTRIJA ......................................................................................................... 173

20.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 173

20.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 174

20.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 175

21. IL-POLONJA .......................................................................................................... 177

21.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 177

21.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 178

21.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 179

22. IL-PORTUGALL .................................................................................................... 181

Page 5: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

4

22.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 181

22.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 182

22.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 183

23. IR-RUMANIJA ....................................................................................................... 185

23.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 185

23.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 186

23.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 187

24. IS-SLOVENJA ........................................................................................................ 189

24.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 189

24.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 190

24.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 191

25. IS-SLOVAKKJA .................................................................................................... 193

25.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 193

25.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 194

25.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 195

26. IL-FINLANDJA ...................................................................................................... 197

26.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 197

26.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 198

26.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 199

27. L-IŻVEZJA ............................................................................................................. 201

27.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 201

27.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 202

27.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 202

28. IR-RENJU UNIT ..................................................................................................... 205

28.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 205

28.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 206

28.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 207

29. IN-NORVEĠJA ...................................................................................................... 209

29.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 209

29.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 209

29.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 210

30. L-IŻLANDA ........................................................................................................... 213

30.1. Prestazzjoni ġenerali...................................................................................... 213

30.2. Swieq tal-oġġetti............................................................................................ 214

30.3. Swieq tas-servizzi .......................................................................................... 215

Page 6: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

5

1. SOMMARJU EŻEKUTTIV

Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

lill-konsumaturi fil-pajjiżi tal-UE, fl-Iżlanda u fin-Norveġja. Is-sejbiet tat-Tabella ta’

Valutazzjoni huma ta’ interess għall-konsumaturi, għall-partijiet ikkonċernati mill-qasam tan-

negozju, għal dawk li jfasslu l-politika u għall-infurzaturi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll

f’dak nazzjonali. It-Tabelli ta’ Valutazzjoni1 jiġu ppubblikati ta’ kull sena, u jalternaw bejn

Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur2 (li tissorvelja l-ambjent tal-

konsumaturi fl-UE) u Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur (li ssegwi l-prestazzjoni tas-

swieq ewlenin mill-perspettiva tal-konsumaturi).

It-Tabelli ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur janalizzaw kif il-konsumaturi fl-UE,

fl-Iżlanda u fin-Norveġja jivvalutaw il-prestazzjoni tas-swieq ewlenin tal-oġġetti u tas-

servizzi. It-Tabelli ta’ Valutazzjoni jgħinu biex jidentifikaw swieq li mhumiex joħolqu l-

benefiċċji mistennija għall-konsumaturi u li, għaldaqstant, jista’ jkun li mhumiex qed jaħdmu

kif suppost. Is-sors ewlieni ta’ data statistika għat-Tabella ta’ Valutazzjoni hu stħarriġ fuq

skala kbira tal-esperjenzi u tal-perċezzjonijiet tal-konsumaturi dwar il-funzjonament tas-swieq

ewlenin fil-pajjiżi tal-UE, fl-Iżlanda u fin-Norveġja. L-edizzjoni tal-2018 tippreżenta r-

riżultati tal-istħarriġ3 imwettaq fl-2017 għal 40 suq

4.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni hi mqassma kif spjegat hawn taħt.

Kapitolu

1

Sommarju eżekuttiv.

Kapitolu

2

Jispjega l-metodoloġija.

Kapitolu

3

Jipprovdi r-riżultati ġenerali tal-istħarriġ, u jixħet dawl fuq id-differenzi bejn

il-pajjiżi u l-gruppi soċjodemografiċi. Janalizza wkoll ir-riżultati għal

raggruppamenti differenti ta’ swieq u għall-komponenti differenti tal-

Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq.

Kapitolu

4

Iħares lejn indikaturi addizzjonali, jiġifieri l-bdil, l-ilmenti, il-prezzijiet, u l-

kwistjonijiet relatati mas-sikurezza tal-konsumatur.

Annessi Jinkludu l-lista u d-definizzjoni tas-swieq koperti mit-Tabella ta’

Valutazzjoni. L-annessi jinkludu wkoll il-fajls nazzjonali tal-pajjiżi li fihom

il-prestazzjoni tas-swieq f’pajjiż partikolari tiġi analizzata meta mqabbla mal-

UE-28 u mal-edizzjonijiet preċedenti.

1

L-edizzjonijiet tat-Tabelli ta’ Valutazzjoni lkoll huma aċċessibbli fl-EU Bookshop

(https://publications.europa.eu/mt/web/general-publications/publications) jew fuq is-sit web tal-Kummissjoni

(https://ec.europa.eu/info/strategy/consumers/consumer-protection/evidence-based-consumer-policy/consumer-

scoreboards_mt). 2 L-aħħar edizzjoni: It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur — Edizzjoni tal-2017; SWD

(2017) 279. 3 GfK Il-monitoraġġ tas-swieq tal-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea 2017 — Rapport finali; il-verżjonijiet

preċedenti huma aċċessibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/strategy/consumers/consumer-protection/evidence-

based-consumer-policy/market-monitoring_mt jew fl-EU Bookshop. 4 Il-lista ta’ swieq li fihom sar l-istħarriġ għall-edizzjoni tal-2018 hi inkluża fl-Anness.

Page 7: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

6

Is-sejbiet ewlenin

Il-valutazzjoni tas-swieq mill-konsumaturi fl-2017 tkompli bit-tendenza pożittiva

osservata mill-2010 ’l hawn, filwaqt li żżid ftit mat-titjib sinifikanti li ġie osservat fl-2015.

Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ konsumatur għadha l-karatteristika personali li tinfluwenza l-

aktar il-valutazzjoni minnu tas-swieq.

Għad li sar titjib ċar għall-konsumaturi b’mod ġenerali mill-aħħar edizzjoni tat-Tabella ta’

Valutazzjoni, l-istampa għadha tvarja kemxejn bejn is-swieq u l-pajjiżi. Għad hemm

problemi f’ċerti oqsma.

F’kuntest ekonomiku li qiegħed jitjieb, sforzi biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi

f’setturi importanti bħal fis-servizzi finanzjarji, l-utilitajiet u t-telekomunikazzjoni jaf qed

iġibu riżultati pożittivi għall-konsumaturi. Madankollu, dawn iridu jiġu kkonsolidati aktar

u ser ikunu jeħtieġu enfasi konsistenti fuq l-infurzar.

Il-valutazzjoni tas-swieq mill-konsumaturi fl-2017 tkompli bit-tendenza pożittiva osservata

mill-2010 ’l hawn, filwaqt li żżid ftit mat-titjib sinifikanti li ġie osservat fl-2015

Il-valutazzjoni ġenerali mill-konsumaturi tal-prestazzjoni tas-swieq fl-2017 tjiebet b’medja ta’

0.3 punti meta mqabbla mal-2015 għas-swieq kollha mistħarrġa. Iż-żieda, għad li hi anqas

ċara u aktar ikkuntrastata, xorta waħda ssostni t-titjib importanti li ġie osservat sentejn ilu u

qed tkompli t-tendenza pożittiva osservata mill-2010 ’l hawn.

Is-swieq fil-Punent tal-Ewropa għad għandhom prestazzjoni aħjar għall-konsumaturi, li

għandhom probabbiltà anqas li jirrapportaw li ltaqgħu ma’ problemi. Madankollu, b’ħarsa

madwar l-UE kollha, l-akbar titjib inkiseb fil-Lvant tal-Ewropa. Is-swieq fin-Nofsinhar tal-

Ewropa għadhom kemxejn lura f’termini tal-prestazzjoni ġenerali.

Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ konsumatur għadha l-karatteristika personali li tinfluwenza l-

aktar il-valutazzjoni minnu tas-swieq

Saret analiżi multivarjata fuq il-bażi tal-karatteristiċi soċjoekonomiċi tar-rispondenti. Din

uriet li s-sitwazzjoni finanzjarja personali ta’ konsumatur hi l-fattur li l-aktar li jinfluwenza kif

dan jivvaluta l-komponenti differenti li jsawru l-Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq (MPI). Il-

konsumaturi li qed ibatu biex ilaħħqu mal-ħajja għandhom tendenza li jivvalutaw is-swieq

b’mod anqas favorevoli minn gruppi ta’ konsumaturi oħra, u dawn isibuha aktar diffiċli li

jbiddlu l-fornitur (madankollu mhumiex wisq anqas inklinati li jbiddlu). Karatteristiċi

soċjoekonomiċi oħra, bħall-età, il-ġeneru jew il-livell ta’ edukazzjoni jidhru li jaqdu ċertu

rwol fil-valutazzjoni mill-konsumaturi tas-swieq, għad li wieħed ferm iżgħar. Dawn is-sejbiet

huma konsistenti ma’ dawk tal-edizzjoni preċedenti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni, li fiha sar

għall-ewwel darba dan it-tip ta’ analiżi.

Page 8: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

7

Il-konsumaturi madwar l-UE jimpurtahom ukoll bejn wieħed u ieħor daqs xulxin minn kull

wieħed mill-ħames komponenti tal-MPI — il-“kumparabbiltà”, il-“fiduċja”, l-“għażla”, l-

“aspettattivi” u l-“problemi u detriment” — meta jivvalutaw is-swieq. Espressa bħala

perċentwali, il-ponderazzjoni mogħtija lil kull wieħed mill-komponenti mill-konsumaturi

tvarja bejn 19 % u 21 % f’livell aggregat, bil-“fiduċja”, l-“aspettattivi”, u l-“problemi u

detriment” li dehru li jgħoddu aktar (21 %) mill-“għażla” u mill-“kumparabbiltà” (19 %).

Għas-servizzi tas-swieq, il-“fiduċja” hi bħala medja ftit aktar importanti milli hi fis-swieq tal-

oġġetti. Differenzi aktar ċari bejn l-importanza marbuta mill-konsumaturi ma’ komponenti

differenti tal-MPI jidhru meta jiġu analizzati l-pajjiżi individwali u speċjalment il-pari tal-

pajjiżi u tas-swieq. Il-konsumaturi f’ċerti pajjiżi tat-Tramuntana għandhom tendenza li jagħtu

valur ferm akbar lill-fiduċja milli lill-għażla, speċjalment fi swieq bħall-“provvista tal-ilma”,

is-“servizzi ferrovjarji”, is-“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” u s-“servizzi

tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”.

Għad li sar titjib ċar għall-konsumaturi b’mod ġenerali mill-aħħar edizzjoni tat-Tabella ta’

Valutazzjoni, l-istampa għadha tvarja kemxejn bejn is-swieq u l-pajjiżi. Għad hemm

problemi f’ċerti oqsma

Għad li b’mod ġenerali jidher li s-swieq sejrin aħjar għall-konsumaturi, tfeġġ stampa kemxejn

imħallta fil-livell tas-swieq individwali u tar-“raggruppamenti” tas-swieq. Ir-raggruppamenti

tas-“servizzi bankarji” u tal-“utilitajiet” mill-ġdid qed juru l-aktar titjib notevoli, hekk kif kien

il-każ fl-edizzjoni preċedenti. Madankollu, dawn għadhom fil-wieħed minn erbgħa inferjuri

tal-prestazzjoni meta mqabbla ma’ raggruppamenti oħra tas-swieq. Mill-ewwel edzzjoni tat-

Tabella ta’ Valutazzjoni, is-“servizzi bankarji” kienu r-raggruppament ta’ servizzi bl-agħar

prestazzjoni primarjament minħabba l-prestazzjoni batuta tas-swieq għall-“ipoteki” u għall-

“investimenti, pensjonijiet personali privati u titoli”, minkejja t-titjib osservat fl-2017 għal

dawn iż-żewġ swieq. Barra minn hekk, hemm differenzi sostanzjali fil-prestazzjoni tas-swieq

fir-raggruppament tas-“servizzi bankarji” fost il-pajjiżi, eż. differenza ta’ 25.6 punti bejn l-

ogħla u l-anqas klassifikazzjoni għall-“kontijiet tal-bank” u differenza ta’ 25 punt għall-

“ipoteki”. Ir-raggruppament tal-“utilitajiet” għadu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni

medja sa baxxa, primarjament minħabba l-prestazzjoni batuta tas-swieq tal-“provvista tal-

ilma” u tas-“servizzi tal-elettriku”. Minkejja dan, iż-żewġ swieq tjiebu fl-2017.

Mir-raggruppamenti tas-swieq kollha, ir-raggruppament tat-“telekomunikazzjoni” għad

għandu l-akbar sehem ta’ konsumaturi li qed jesperjenzaw problemi (16.9 %). Għandu wkoll

l-akbar sehem ta’ konsumaturi li qed jilmentaw fuq dawn il-problemi (85.3 % tal-konsumaturi

jilmentaw meta jesperjenzaw problemi). L-erba’ swieq tas-servizzi li jifformaw dan ir-

raggruppament huma dawk bl-agħar prestazzjoni għas-subkomponent tal-“problemi” tal-MPI.

Raggruppament tas-swieq ieħor li għadu mhuwiex jissodisfa lill-konsumaturi b’mod ġenerali

hu r-raggruppament tal-“oġġetti awtomobilistiċi”, li jġib punteġġ ħażin fil-“fiduċja”, fl-

“aspettattivi”, fl-“għażla” u fil-“kumparabbiltà”. Id-detriment fir-raggruppament tal-“oġġetti

awtomobilistiċi” hu konsiderevoli wkoll. Is-swieq individwali li jsawru r-raggruppament tal-

“oġġetti awtomobilistiċi” jikklassifikaw fost l-agħar mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa. Is-

suq għal karozzi użati b’mod partikolari hu bil-bosta s-suq tal-oġġetti bl-agħar

klassifikazzjoni.

Hekk kif qed titjieb l-ekonomija, sforzi biex tiżdied il-protezzjoni tal-konsumaturi f’setturi

importanti bħas-servizzi finanzjarji, l-utilitajiet u t-telekomunikazzjoni jaf iġibu benefiċċji

għall-konsumaturi. Madankollu dawn l-iżviluppi jeħtieġu li jiġu kkonsolidati aktar (anki

Page 9: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

8

permezz ta’ aġġornamenti leġiżlattivi kurrenti) u ser ikunu jeħtieġu enfasi konsistenti fuq l-

infurzar fis-snin li ġejjin

L-isforzi leġiżlattivi fl-aħħar snin immiraw biex isaħħu l-protezzjoni tal-konsumaturi f’oqsma

bħas-servizzi finanzjarji fil-livell tal-konsumaturi, it-telekomunikazzjoni u l-enerġija. Parti

ċentrali minn dawn l-isforzi kienet l-iżgurar li l-konsumaturi jkollhom aċċess għall-

informazzjoni t-tajba b’mod ċar u puntwali biex jagħmlu l-għażliet tagħhom. Filwaqt li parti

minn din il-leġiżlazzjoni għad trid tiġi implimentata, u l-kuntest ekonomiku aktar favorevoli

jista’ jaqdi wrol ukoll fil-ġudizzju tal-konsumaturi, is-sejbiet ta’ din l-edizzjoni tat-Tabella ta’

Valutazzjoni jindikaw (u hekk ukoll is-sejbiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015) li s-swieq

qed imorru aħjar b’mod ġenerali għall-konsumaturi.

Il-“fiduċja” ilha titjieb b’mod konsistenti mill-2013, iżda fl-2017 tjiebet b’mod marġinali biss

meta mqabbla mal-2015. 10.1 % biss tar-rispondenti esprimew livelli baxxi ta’ fiduċja li l-

fornituri/l-bejjiegħa bl-imnut jirrispettaw ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (dan hu

1.6 pp. anqas milli fl-2015). Żewġ terzi tal-konsumaturi huma ssodisfati bl-għażla ta’ prodotti

u ta’ servizzi offruti, u anqas jirrapportaw li ltaqgħu ma’ problemi meta mqabbla mal-2015

(8.5 % tar-rispondenti, tnaqqis ta’ 1.1pp.). Hu aktar probabbli li l-konsumaturi jiltaqgħu ma’

problemi fis-swieq tas-servizzi milli fis-swieq tal-oġġetti (9.3 % vs 7.2 % fis-swieq tal-

oġġetti). Anqas konsumaturi qed ibiddlu, iżda dan hu primarjament dovut għal nuqqas ta’

interess (69 % tar-rispondenti qalu li ma kinux interessati li jbiddlu). Ħafna mill-konsumaturi

jagħżlu pakketti ta’ servizzi oħra mal-istess fornitur. Perċentwal żgħar biss mill-konsumaturi

jirrifjutaw milli jbiddlu minħabba li sabu diffikultajiet (5 %).

It-titjib jista’ jiġi osservat ukoll fis-swieq li l-konsumaturi għandhom tendenza li jagħtu

valutazzjoni baxxa tagħhom. Pereżempju, is-suq għall-“ipoteki” għandu prestazzjoni inferjuri

għall-konsumaturi meta mqabbel ma’ swieq tas-servizzi oħra, iżda b’mod ġenerali l-

prestazzjoni tiegħu tjiebet l-aktar minn kwalunkwe suq mill-2015 ’l hawn (b’2.0 punti). Kien

hemm ukoll tnaqqis fin-numru ta’ konsumaturi li rrapportaw li esperjenzaw problemi fis-suq

tal-ipoteki (-1.9 pp. meta mqabbla mal-2015). Is-suq għall-“provvista tal-ilma” għadu qed

jikklassifika fil-qiegħ tas-swieq mistħarrġa, iżda tjieb ħafna wkoll (b’1.2 punti) mill-2015.

Id-“detriment” (jiġifieri telf finanzjarju jew ieħor) xorta waħda għadu mdaqqas f’ħafna swieq,

u saħansitra aktar fis-swieq tas-servizzi. Barra minn hekk, filwaqt li ħafna swieq jidhru li

jissodisfaw l-aspettattivi tal-konsumaturi (sa gradi li jvarjaw), dan mhux bilfors ifisser li dawk

is-swieq għandhom prestazzjoni tajba f'termini tal-MPI ġenerali.

Għaldaqstant, għad hemm lok għal titjib. Fokus b’saħħtu fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar

effettiv ta’ regoli ġodda dwar il-konsumaturi ser ikun essenzjali wkoll biex jiġi żgurat li t-

tibdiliet riċenti jkunu effettivi u li l-konsumaturi ma jkollhomx jikkuntentaw b’anqas. Il-

Kummissjoni ppreżentat “Patt Ġdid għall-Konsumaturi” fil-11 ta’ April 20185

wara

evalwazzjoni approfondita tal-leġiżlazzjoni ewlenija dwar il-konsumaturi6. Iż-żewġ proposti

għad-Direttiva jimmodernizzaw id-drittijiet tal-konsumaturi u jipprovdu għal għodod ġodda

għall-konsumaturi biex jiddefendu drittijiethom u jiksbu rimedju. Dawn il-proposti jinkludu

5 Ara “Patt ġdid għall-Konsumaturi: Il-Kummissjoni ssaħħaħ id-drittijiet tal-konsumaturi tal-UE u l-infurzar”;

http://europa.eu/rapid/press-release_IP-18-3041_mt.htm 6 Kontroll tal-Idoneità tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni u evalwazzjoni tad-Direttiva dwar

id-Drittijiet tal-Konsumaturi, it-tnejn ippubblikati f’Mejju 2017, ara: http://ec.europa.eu/newsroom/just/item-

detail.cfm?item_id=59332, u Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-2013 dwar ir-

Rimedju Kollettiv, ippubblikat fil-25 ta’ Jannar 2018: COM(2018) 40.

Page 10: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

9

wkoll miżuri biex tissaħħaħ id-deterrenza u titjieb il-konformità, bħal penali aktar

b’saħħithom biex jiġi indirizzat l-aktar ksur transfruntier serju.

Page 11: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

10

2. KEJL TAL-PRESTAZZJONI TAS-SWIEQ TAL-KONSUMATUR

2.1. Kejl tal-prestazzjoni tas-swieq tal-konsumatur

It-Tabelli ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur janalizzaw kif il-konsumaturi fl-UE, fl-

Iżlanda u fin-Norveġja jivvalutaw il-prestazzjoni tas-swieq ewlenin għall-oġġetti u għas-

servizzi tal-konsum. Il-prestazzjoni tas-swieq tiġi vvalutata permezz ta’ ħames komponenti:

il-“kumparabbiltà”, il-“fiduċja”, il-“problemi u detriment”, l-“aspettattivi” u l-“għażla”. L-

esperjenza tal-konsumatur tiġi ssorveljata wkoll permezz ta’ mistoqsijiet dwar l-ilmenti u l-

bdil (fi swieq partikolari).

Is-sors ewlieni ta’ data statistika għat-Tabelli ta’ Valutazzjoni hu l-Istħarriġ ta’ Monitoraġġ

tas-Swieq. L-Istħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq hu stħarriġ dwar l-esperjenzi u l-

perċezzjonijiet tal-konsumaturi dwar il-funzjonament tas-swieq tal-konsumatur fil-pajjiżi

kollha tal-UE, fl-Iżlanda u fin-Norveġja. L-istħarriġ isir fost il-konsumaturi li dan l-aħħar

xtraw oġġetti jew servizzi fis-swieq ivvalutati. L-edizzjoni tal-2018 tat-Tabella ta’

Valutazzjoni hi bbażata fuq l-istħarriġ li sar fl-20177. Il-kwestjonarju ma ġiex modifikat għall-

edizzjoni tal-2017 ħlief għall-mistoqsija dwar il-bdil, li ġiet irfinata biex issir distinzjoni bejn

deċiżjonijiet ta’ tibdil tal-fornitur minn dawk ta’ tibdil tas-servizzi mal-istess fornitur.

It-Tabelli ta’ Valutazzjoni jissorveljaw 52 suq tal-konsumatur. Mill-2015, il-frekwenza tal-

istħarriġijiet varjat skont is-swieq: 30 suq tal-konsumatur (oġġetti u servizzi) ġew mistħarriġa

kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, filwaqt li t-22 li kien fadal kienu koperti jew mill-istħarriġ

tal-2015 jew inkella tal-2017. Il-lista ta’ swieq koperti fl-edizzjoni tal-2018 hi pprovduta fl-

anness.

Dan it-tibdil fil-grupp ta’ swieq mistħarrġa għandu implikazzjonijiet għat-tqabbil li sar fi ħdan

din it-Tabella ta’ Valutazzjoni bejn l-edizzjonijiet. Għandu wkoll implikazzjonijiet għat-

tqabbil mal-istħarriġ tal-2013 li kopra 40 suq. B’mod partikolari, ta’ min jinnota li s-somma

alġebrajka tad-differenzi bejn l-2017-2015 (30 suq) u bejn l-2015 u l-2013 (40 suq) għall-

aggregati fuq is-swieq kollha, is-swieq tal-oġġetti kollha u s-swieq tas-servizzi kollha ma

tirrappreżentax id-differenza bejn l-2017 u l-2013 (40 suq). Dan japplika b’mod konsistenti

matul it-Tabella ta’ Valutazzjoni kollha.

2.2. L-Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq

L-Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq (MPI) hu l-pedament tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-

Swieq tal-Konsumatur. Hu indikatur kompost, li jkejjel kemm imur tajjeb suq partikolari

skont il-konsumaturi fuq il-bażi tal-komponenti fit-tabella ta’ hawn taħt:

7 Ir-rapport tal-kuntrattur “Monitoring consumer markets in the European Union 2017” (minn hawn ’il quddiem

GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017) hu ppubblikat fl-istess ħin bħat-Tabella ta’ Valutazzjoni.

Page 12: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

11

Tabella 1: Ħarsa ġenerali lejn il-komponenti tal-MPI

Kumparabbiltà Kemm hu faċli/diffiċli li tqabbel l-offerti?

Fiduċja Il-konsumaturi jafdaw li l-bejjiegħa bl-imnut/il-fornituri

jirrispettaw il-liġijiet dwar il-konsumaturi?

Problemi u detriment Is-sehem ta’ konsumaturi li ltaqgħu ma’ problemi u l-firxa tad-

dannu (inkluż iżda mhux limitat għad-dannu finanzjarju)

Aspettattivi Suq partikolari jilħaq l-aspettattivi tal-konsumaturi?

Għażla Il-konsumaturi huma ssodisfati bin-numru ta’ bejjiegħa bl-

imnut/fornituri fis-suq?

L-MPI jvarja minn 0 sa 100 u jippermetti lill-konsumaturi jikklassifikaw is-swieq mistħarrġa

fit-Tabella ta’ Valutazzjoni.

Il-metodoloġija li hi l-bażi tal-kalkolu tal-indikatur kompost ġiet rieżaminata b’mod estensiv

fl-2015 f’kooperazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni8

. Ir-rieżami

vvalida r-robustezza tal-qafas kunċettwali u l-istruttura statistika tal-indikatur. Ipprovda wkoll

modi għall-irfinar ulterjuri tal-MPI. Pereżempju, il-ħames komponent, “għażla”, żdied mal-

kalkolu, u hekk ukoll ponderazzjoni tal-komponenti differenti fuq il-bażi tal-

klassifikazzjonijiet tar-rispondenti9.

Il-kumparabbiltà mat-Tabelli ta’ Valutazzjoni ġiet ippreżervata kemm jista’ jkun. Biex ikun

hemm kumparabbiltà mad-data tal-2013, l-indikaturi tal-2017 reġgħu ġew ikkalkolati bl-użu

tal-metodoloġija l-antika. Fejn jintwerew it-tendenzi, dawn huma bbażati fuq data

komparabbli għalkollox.

2.3. Preżentazzjoni tar-riżultati

Ir-riżultati fit-Tabella ta’ Valutazzjoni huma ppreżentati skont is-swieq, aggregati għall-UE

jew f’raggruppamenti ta’ pajjiżi u/jew ta’ swieq. Għall-aggregat tal-UE, id-data għas-sena

2017 (kif ukoll id-data li tikkonċerna tibdiliet bejn l-2017 u l-2015, bejn l-2017 u l-2013, u

bejn l-2015 u l-2013) tirreferi għall-UE-28, filwaqt li dawk għat-tibdiliet bejn is-sena 2013 u

s-snin preċedenti tirreferi għall-UE-27 (mingħajr il-Kroazja). Ir-riżultati mill-Iżlanda u min-

Norveġja huma enfasizzati matul it-Tabella ta’ Valutazzjoni fejn ikunu partikolarment

rilevanti.

8 Marcos Dominguez-Torreiro, Stergios Athanasoglou, Pawel Stano (2015). Consumer Markets Scoreboards

refinement, further development and analysis of micro-data. Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-

Riċerka. Disponibbli fuq:

http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC99640/kjna27724enn.pdf. 9 Ħarsa ġenerali aktar komprensiva lejn it-tibdiliet metodoloġiċi introdotti fl-2015 hi pprovduta fl-edizzjoni tal-

2016 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur.

Page 13: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

12

Tibdiliet statistikament sinifikanti huma indikati fit-tabelli rilevanti10

(ħlief fit-taqsima 3.3)

b’asterisk (*).

Peress li wħud mis-swieq jiġu mistħarrġa f’intervalli itwal (erba’ sni minflok sentejn għal lista

ċentrali ta’ swieq), ir-riżultati aggregati jitqabblu biss għas-swieq mistħarrġa kemm fl-2015

kif ukoll fl-2017.

Ħarsa ġenerali lejn ir-raggruppamenti reġjonali

Fejn rilevanti, ir-riżultati huma ppreżentati skont ir-raggruppamenti reġjonali kif definiti fit-

Tabella 2 ta’ hawn taħt.

Tabella 2: Ħarsa ġenerali lejn ir-raggruppamenti reġjonali

pajjiżi tat-

Tramuntana tal-

UE/Tramuntana

id-Danimarka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-

Finlandja, l-Iżvezja

pajjiżi tan-

Nofisnhar tal-

UE/Nofsinhar

il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Portugall

pajjiżi tal-

Punent tal-

UE/Punent

il-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, il-Lussemburgu,

in-Netherlands, l-Awstrija, ir-Renju Unit

pajjiżi tal-Lvant

tal-UE/Lvant

il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, l-Ungerija,

il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja

Bażi ta’ data tad-disseminazzjoni

Ħafna mid-data li fuqha hi bbażata t-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur hi

aċċessibbli permezz ta’ pjattaforma ta’ disseminazzjoni onlajn11

.

10

Ħlief għat-taqsima 3.3 fejn is-sinifikat statistiku mhuwiex rapportat. Meta jkun irrapportat, is-sinifikat

statistiku hu kkalkolat fil-livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, jiġifieri l-ipoteżi nulla ta’ ebda differenza ġiet irrifjutata fil-

livell ta’ probabbiltà ta’ 5 %. Dan jimplika li kull meta tibdil ma kienx statistikament sinifikanti, tqies bħala

żero. 11

https://ec.europa.eu/info/policies/consumers/consumer-protection/evidence-based-consumer-policy/consumer-

scoreboards_mt#dissemination-database

Page 14: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

13

3. VALUTAZZJONI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SWIEQ MILL-KONSUMATURI

Din it-taqsima tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tippreżenta r-riżultati ġenerali tal-Istħarriġ ta’

Monitoraġġ tas-Swieq 2017 (fit-28 pajjiż tal-UE, fl-Iżlanda u fin-Norveġja) u tħares aktar

mill-qrib lejn l-eżitu skont is-swieq, il-pajjiżi u l-komponenti tal-MPI. L-impatt tal-

karattersitiċi soċjoekonomiċi hu analizzat f’subtaqsima separata wkoll.

3.1. Riżultati ġenerali

Il-valutazzjoni tas-swieq mill-konsumaturi fl-2017 tkompli bit-tendenza pożittiva osservata

mill-2010 ’l hawn, filwaqt li żżid ftit mat-titjib sinifikanti li ġie osservat fl-2015

Il-valutazzjoni ġenerali mill-konsumaturi tal-prestazzjoni tas-swieq tjiebet b’medja ta’ 0.3

punti għas-swieq mistħarrġa kollha12

meta mqabbla mal-2015, u bi 3.3 punti meta mqabbla

mal-2013. Għad li ż-żidiet fl-2017 huma aktar modesti meta mqabbla mal-edizzjoni ta’ qabel,

ir-riżultati ġenerali jsostnu t-titjib sinifikanti osservat fl-2015 u jkomplu t-tendenza pożittiva

osservata mill-2010 ’l hawn.

Tabella 3: Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq (MPI) — UE-28, is-swieq kollha13

Sors: GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

L-istħarriġ tal-2017 juri kuntrasti akbar bejn is-swieq milli fl-2015, bl-MPI għas-“servizzi

bankarji” u għall-“utilitajiet” li esperjenza l-akbar titjib

Meta mqabbel mal-2015, l-MPI żdied b’0.1 punt bħala aggregat fis-seba’ swieq tal-oġġetti

mistħarrġa, filwaqt li żdied b’0.3 punti fit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2017 kif

ukoll fl-2015. Uħud mis-swieq raw deterjorament meta mqabbla mal-edizzjoni ta’ qabel.

Pereżempju, 2 mis-7 swieq tal-oġġetti u 7 mit-23 suq tas-servizzi raw deterjorament bejn l-

2015 u l-2017. Madankollu meta mqabbla mal-2013, kull wieħed mill-15-il suq tal-oġġetti

mistħarrġa żied il-prestazzjoni ġenerali tiegħu fl-2017, u hekk ukoll il-25 suq tas-servizzi

mistħarrġa.

Fost il-15-il suq tal-oġġetti, l-aħjar prestazzjoni ġiet irrapportata għan-“nuċċalijiet u lentijiet”,

segwiti minn “apparati domestiċi żgħar” u minn “prodotti tal-ħalib” (l-ebda wieħed minn

dawn is-swieq tal-oġġetti ma ġie mistħarreġ fl-2015). Għall-kuntrarju, is-suq għal “karozzi

użati” jinsab fil-qiegħ tal-klassifikazzjoni (hekk kif kien fl-2015), preċedut minn “karozzi

ġodda” u “laħam u prodotti tal-laħam”. Madankollu, għad li s-suq tal-“laħam u prodotti tal-

12

Kif spjegat fit-taqsima 2.1, is-somma alġebrajka tad-differenzi bejn l-2017-2015 (30 suq) u l-2015-2013 (40

suq) għall-aggregati fis-swieq kollha, fis-swieq tal-oġġetti kollha u fis-swieq tas-servizzi kollha ma

tirrappreżentax id-differenza bejn l-2017-2013 (40 suq), minħabba d-differenza fin-numru ta’ swieq

komparabbli mistħarrġa fl-aħħar żewġ stħarriġijiet. It-tibdil fl-ambitu tas-swieq bejn l-2015 u l-2017 ukoll

jirriżulta f’diskrepanzi possibbli bejn id-differenzi tal-2015-2013 murija f’din l-edizzjoni ta’ din it-Tabella ta’

Valutazzjoni fir-rigward ta’ dawk murija fl-edizzjoni tal-2016 (it-12-il Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-

Konsumatur). Dan hu l-każ tul din it-Tabella ta’ Valutazzjoni kollha. Barra minn hekk, il-komputazzjoni tal-

MPI użat biex titqabbel id-data mill-2017 u mill-2015 (MPI) tvarja mill-komputazzjoni użata biex titqabbel id-

data mill-2015 u mill-2013 (MPI tat-tendenza). Differenzi statistikament sinifikanti fil-livell ta’ probabbiltà ta’

5 % huma indikati b’asterisks. 13

Rigward l-aggregat tal-UE (ara wkoll it-taqsima 2.3), id-data għas-sena 2017, kif ukoll għat-tibdiliet bejn l-

2017-2015, l-2017-2013 u l-2015-2013 tirreferi għall-UE-28, filwaqt li dawk għat-tibdiliet bejn is-sena 2013 u

s-snin preċedenti tirreferi għall-UE-27 (l-UE-28 mingħajr il-Kroazja).

Is-swieq kollha 80,2

Swieq tal-oġġetti 82,7

Swieq tas-servizzi 78,7

+0.1 +0.9* +1.4*

+0.3* +3.5* +3.4* +0.7* +0.8* -0.1*

MPI

2017Differenza

2017-2015

Differenza

2017-2013

Differenza

2015-2013

Differenza

2013-2012

Differenza

2012-2011

Differenza

2011-2010

+0.3* +3.3* +3.2* +0.4* +0.9* +0.4*

+0.1* +2.9* +2.8*

Page 15: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

14

laħam” għandu klassifikazzjoni relattivament baxxa, dan irreġistra t-tieni l-akbar titjib fil-

punteġġ tal-MPI tiegħu fost is-swieq tal-oġġetti kollha mistħarrġa fl-2017 (żieda ta’ 0.7 punti

kontra żiedja medja ta’ 0.1 punt). L-akbar żieda fil-punteġġ tal-MPI fost is-swieq tal-oġġetti

kienet għall-“fjuwil għall-vetturi” (żieda ta’ 0.9 punti mill-2015 u 5.2 punti mill-2013). Għall-

kuntrarju, l-akbar tnaqqis fl-MPI deher għall-“karozzi ġodda” (tnaqqis ta’ 0.6 punti). Dan it-

tnaqqis jista’ jkun marbut mal-iskandlu “Dieselgate”14

li faqqa’ tard fl-2015, u xeħet lil dan is-

suq fit-tieni l-anqas pożizzjoni mis-swieq tal-oġġetti kollha fl-2017. Dan is-suq irreġistra

wkoll l-iżgħar żieda (żieda ta’ 0.8 punti) mill-2013 mill-15-il suq mistħarrġa kollha kemm

huma f’dawn iż-żewġ edizzjonijiet.

Fost il-25 suq tas-servizzi, it-tliet swieq bl-aqwa prestazzjoni huma: is-“servizzi tal-kura

personali” (mhux mistħarrġa fl-2015), l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” (ikklassifikata l-

ewwel fl-2015) u l-“btajjel u ġiti f’pakkett wieħed”. L-agħar tliet swieq tas-servizzi fl-2017

baqgħu l-istess bħal dawk li kienu fl-2013 u fl-2015, iżda jinsabu f’ordni differenti din id-

darba. Is-“servizzi tal-proprjetà immobbli” jinsab fl-aħħar pożizzjoni (hekk kif kien fl-2015),

segwit mill-“prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (it-tielet l-aħħar fl-

2015) u l-“ipoteki” (it-tieni l-aħħar fl-2015), minkejja żidiet fil-punteġġi tal-MPI għaż-żewġ

swieq imsemmija l-aħħar. Is-suq tal-“ipoteki” rreġistra l-akbar żieda fl-MPI fost is-swieq tas-

servizzi mill-2015 (+2.0 punti), segwit mis-swieq tal-“provvista tal-ilma” (+1.2 punti) u tas-

“servizzi tal-gass” (+1.1 punt). Fuq nota negattiva, is-“servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija

tal-vetturi” (-0.9 punti), is-“servizzi tal-proprjetà immobbli” (-0.7 punti) u l-“assigurazzjoni

tal-vetturi” (-0.5 punti) irreġistraw l-akbar tnaqqisiet fil-punteġġi tal-MPI meta mqabbla mal-

2015 mis-swieq tas-servizzi kollha mistħarrġa.

14

Il-kwistjoni ġiet irrapportata ħafna fil-midja, ara pereżempju: https://euobserver.com/dieselgate

Page 16: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

15

Illustrazzjoni 1: Klassifikazzjoni tas-swieq ibbażata fuq l-Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq15

Sors: GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

It-Taqsima 3.3 tanalizza f’aktar dettall l-evoluzzjoni maż-żmien tal-MPI għal disa’

raggruppamenti ta’ swieq u l-fatturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħhom.

15

Minħabba l-evoluzzjoni tal-grupp ta’ swieq mistħarrġa fis-snin differenti, id-differenzi tal-2011-2010, 2012-

2011, 2013-2012, 2015-2013 mhumiex disponibbli għal kull suq. Għall-istess raġuni, mhuwiex possibbli li

jitqabblu b’mod dirett l-indikaturi minn edizzjonijiet differenti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni. Fi ħdan it-Tabella

ta’ Valutazzjoni, differenzi statistikament sinifikanti fil-livell ta’ probabbiltà ta’ 5 % huma indikati b’asterisks.

Page 17: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

16

Il-ħames komponenti tal-MPI (“kumparabbiltà”, “fiduċja”, “problemi u detriment”,

“aspettattivi” u “għażla”) huma fil-parti l-kbira importanti indaqs għall-konsumaturi meta

jivvalutaw il-prestazzjoni tas-swieq

Mill-2015, ir-rispondenti ntalbu jikklassifikaw, għal kull suq, l-importanza ta’ kull wieħed

mill-ħames komponenti tal-MPI16

(“kumparabbiltà”, “fiduċja”, “problemi u detriment”,

“aspettattivi” u “għażla”), bl-għan li jkun hemm fehim aħjar tal-fatturi wara l-valutazzjoni

mill-konsumaturi tal-prestazzjoni tas-swieq. Għat-tqabbil, l-importanza relattiva ta’ kull

komponent hi espressa f’perċentwali fil-Figuri 2 u 3.

Ir-riżultati fl-2017 huma komparabbli ma’ dawk osservati fl-2015. Dawn juru li l-komponenti

differenti għandhom ponderazzjoni bejn wieħed u ieħor indaqs fil-valutazzjonijiet mill-

konsumaturi tal-prestazzjoni tas-swieq. F’livell aggregat, il-varjazzjoni tal-importanza

marbuta mal-ħames komponenti tal-MPI hi relattivament żgħira, u tvarja bejn 19 % u 21 %.

B’mod ġenerali, il-komponenti “fiduċja”, “problemi u detriment” u “aspettattivi” huma

meqjusa bħala ftit aktar importanti (21 %) minn “kumparabbiltà” u “għażla” (it-tnejn 19 %).

Madankollu, jistgħu jiġu osservati xi differenzi speċifiċi għas-swieq. Pereżempju, meta

mqabbla mal-medja, il-konsumaturi jorbtu importanza relattivament inferjuri mal-“għażla” u

mal-“kumparabbiltà” (it-tnejn 18 %) fis-suq tas-“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija

offlajn”, u aktar mal-“fiduċja” (22 %). Simili għall-2015, l-uniċi swieq oħra li fihom jingħata

punteġġ b’importanza relattivament baxxa lil komponent (18 % għall-“għażla”) huma s-swieq

għas-“servizzi ferrovjarji” u għas-“servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-

underground” (it-tnejn taħt ir-“raggruppament tat-trasport”), u għas-“servizzi postali” u għall-

“provvista tal-ilma” (it-tnejn taħt ir-raggruppament tal-“utilitajiet”). Dan jista’ jkun dovut

għall-kompożizzjoni primarjament monopolistika ta’ dawn is-swieq f’ċerti pajjiżi, u b’hekk

għall-ponderazzjoni inferjuri mogħtija lill-“għażla”. Madankollu, fl-2017 il-konsumaturi

jidhru li jikklassifikaw l-importanza tal-“għażla” ftit aktar għas-swieq tal-“elettriku” u tal-

“gass” milli fl-2015, sitwazzjoni li tista’ tindika l-involviment li qed jikber tal-konsumaturi

fis-swieq liberalizzati tal-enerġija.

Il-korrelazzjonijiet bejn il-“punteġġ tal-prestazzjoni” riċevut minn kull komponent u l-

importanza relattiva tiegħu għandhom tendenza li jkunu negliġibbli. Dan juri li l-valutazzjoni

tal-prestazzjoni ta’ kull komponent u l-importanza relattiva assenjata lilu mir-rispondenti

jkejlu affarijiet differenti17

.

16

L-importanza assenjata lil kull komponent tal-MPI minn rispondenti individwali mbagħad tintuża għall-

ponderazzjoni tal-komponenti fil-punteġġ aggregat tal-MPI. 17

L-indiċijiet tal-korrelazzjoni kkalkolati fuq il-ħames komponenti jvarjaw bejn -0.024 u +0.125.

Page 18: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

17

Illustrazzjoni 2: Klassifikazzjoni tal-importanza skont is-suq

Sors: GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

3.2. Valutazzjonijiet tas-swieq – differenzi bejn il-pajjiżi

Waqt li nħarsu lejn l-importanza relattiva tal-komponenti tal-MPI (bħala medja għas-swieq

kollha) fost il-pajjiżi mistħarrġa (miġbura fil-qosor fl-Illustrazzjoni 3), insibu li l-konsumaturi

fil-pajjiżi kollha tal-UE jagħtu importanza bejn wieħed u ieħor komparabbli lill-komponenti

Page 19: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

18

differenti tal-MPI. Madankollu, dawn jorbtu ftit aktar importanza mal-komponenti għall-

“fiduċja”, għall-“aspettattivi” u għall-“problemi u detriment”.

Illustrazzjoni 3: Importanza relattiva tal-komponenti skont il-pajjiżi

Sors: GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Madankollu, hemm xi differenzi speċifiċi għall-pajjiżi. Pereżempju, l-akbar “dispersjoni” fost

il-ponderazzjonijiet relattivi (jiġifieri d-differenza bejn il-komponent mogħti l-anqas

importanza u l-komponent mogħti l-akbar importanza) mogħtija mill-konsumaturi lill-

komponenti differenti tal-MPI tinstab fi grupp ta’ primarjament pajjiżi tat-Tramuntana tal-UE,

b’mod partikolari fl-Iżvezja (4.8 pp.), fid-Danimarka (4.5 pp.), fil-Finlandja u fin-Netherlands

(it-tnejn 3.8 pp.), u fl-Estonja (3.6 pp.). In-Norveġja (5.6 pp.) u l-Iżlanda (4.0 pp.) ukoll juru

dispersjoni għolja. F'dawn is-seba’ pajjiżi, il-konsumaturi jorbtu aktar importanza mal-

komponenti “fiduċja”, “problemi u detriment” u “aspettattivi”, u anqas mal-komponenti

“għażla” u “kumparabbiltà” meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

Jistgħu jiġu osservati differenzi ulterjuri meta jingħaqdu d-data dwar il-pajjiżi u d-data dwar

is-swieq. Pereżempju, is-suq tal-“provvista tal-ilma” fin-Norveġja u fl-Iżvezja jispikka meta

mqabbel ma’ pajjiżi oħra, b’differenzi ta’ 15 u 12-il punt perċentwali rispettivament bejn l-

importanza marbuta mal-komponenti tal-“fiduċja” u tal-“għażla” (fiż-żewġ pajjiżi, il-

konsumaturi xeħtu importanza akbar fuq il-“fiduċja” milli fuq l-“għażla”). U fin-Norveġja,

għas-swieq tas-“servizzi ferrovjarji”, tas-“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn”

u tas-“servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”, l-importanza

marbuta mal-komponenti differenti tinfirex fuq medda ta’ 10 pp., bil-komponent tal-“għażla”

li kien l-anqas importanti. Għal kwalunkwe taħlita oħra ta’ data tal-pajjiżi u tas-swieq, id-

differenza bejn il-ponderazzjonijiet relattivi massimi u minimi hi ta’ anqas minn 9 pp.

B’mod ġenerali, ir-riżultati deskritti hawn fuq jirriflettu dawk tal-edizzjoni preċedenti tat-

Tabella ta’ Valutazzjoni. Dan jissuġġerixxi li, filwaqt li l-konsumaturi f’pajjiżi differenti jista’

Page 20: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

19

jimportahom aktar minn aspett wieħed jew ieħor tal-prestazzjoni tas-swieq (li minnu nnifsu

hu interessanti li jiġi nnotat), it-tali differenzi mhumiex ir-raġuni għad-differenzi fil-punteġġi

tal-MPI osservati bejn is-swieq u l-pajjiżi. B’hekk, id-dispersjoni fil-punteġġi tal-MPI fost il-

pajjiżi murija fl-Illustrazzjoni 4 tirrifletti d-differenzi propji f’kif il-konsumaturi jivvalutaw il-

prestazzjoni tas-swieq tul id-diversi komponenti tal-MPI, u mhux effett statistiku ta’

preferenzi diversi tal-konsumaturi għall-komponenti speċifiċi.

Page 21: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

20

Illustrazzjoni 4: Il-pajjiżi bl-aqwa u bl-agħar prestazzjoni f’termini tal-MPI18

18

Is-swieq murija fil-graffs (minbarra l-aggregati tas-swieq) huma dawk li għalihom il-varjazzjoni tal-MPI fost

il-pajjiżi hi l-ogħla.

Is-swieq kollha

Is-swieq tal-oġġetti

Is-servizzi tal-Elettriku

Il-provvista tal-ilma

Is-swieq tas-servizzi Is-servizzi tal-lokomotivi

93

,8

87

,6

85

,4

84

,1

76

,3

68

,8

67

,7

58

,2

57

,3

0

10

20

30

40

50

60

70

80

90

100

HU SI LU AT EU28 EL IT ES BG

89

,6

85

,0

84

,8

84

,1

80

,2

76

,4

75

,0

74

,8

73

,20

10

20

30

40

50

60

70

80

90

100

HU SI LU AT EU28 IT BG ES HR

91

,1

85

,9

85

,6

85

,0

82

,7

80

,2

80

,1

77

,1

74

,2

0

10

20

30

40

50

60

70

80

90

100

HU SI LU AT EU28 SE LV BG HR

88

,7

84

,5

84

,3

83

,6

78

,7

74

,0

73

,7

72

,6

71

,5

0

10

20

30

40

50

60

70

80

90

100

HU SI LU AT EU28 IT BG HR ES

92

,4

88

,2

85

,3

84

,6

77

,0

68

,1

67

,2

67

,2

63

,1

0

10

20

30

40

50

60

70

80

90

100

HU SI FI AT EU28 ES HR IT BG

87

,3

87

,2

86

,5

86

,1

76

,8

70

,3

70

,1

63

,4

62

,5

0

10

20

30

40

50

60

70

80

90

100

EE LT HU SI EU28 IT UK RO BG

Page 22: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

21

Sors: GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Ir-rabtiet mal-kompetittività u mal-kundizzjonijiet tal-konsumaturi

Analiżi tar-riżultati tat-tabella ta’ valutazzjoni tal-2015 minn perspettiva usa’ ssuġġeriet li l-

prestazzjoni tas-swieq kienet marbuta mal-kompetittività u mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-

konsumaturi. Għad li possibilment jidhru anqas milli fl-edizzjoni ta’ qabel, jistgħu jiġu

identifikati korrelazzjonijiet simili meta jiġu analizzati r-riżultati tal-2017.

Pereżempju, hemm korrelazzjoni modesta bejn il-Prodott Domestiku Gross (PDG) per capita

fil-livell tal-pajjiżi19

u tnejn mill-komponenti tal-MPI, jiġifieri l-“fiduċja” u l-“problemi u

detriment” (+0.4 għaż-żewġ komponenti). Din il-korrelazzjoni tista’ tirrifletti rabta li

tissaħħaħ b’mod reċiproku, fejn minn naħa ekonomija aktar affluwenti taqdi aħjar lill-

konsumaturi, u min-naħa l-oħra l-konsumaturi li huma fiduċjużi li drittijiethom huma garantiti

għandhom probabbiltà (akbar) li jaqdu bis-sħiħ ir-rwol tagħhom bħala aġenti ekonomiċi, u

b'hekk jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku.

Barra minn hekk, tista’ tiġi osservata korrelazzjoni negattiva modesta bejn l-Indikatur tar-

Regolamentazzjoni tas-Suq tal-Prodotti (OECD)20

u l-komponent “aspettattivi” (-0.37). L-

Indikaturi tar-Regolamentazzjoni tas-Suq tal-Prodotti jkejlu kemm ir-regoli nazzjonali

jrawmu l-kompetizzjoni. Il-korrelazzjoni negattiva tissuġġerixxi li f’pajjiżi fejn is-swieq huma

aktar miftuħa għall-kompetizzjoni u għall-intraprenditorija, in-negozji jidhru li jissodisfaw

kemxejn aħjar l-aspettattivi tal-konsumaturi.

Finalment, is-swieq jidhru li jmorru aħjar fejn l-ambjent ikun favorevoli għall-konsumaturi.

Dan jista’ jitqies fil-korrelazzjoni pożittiva (0.49) bejn l-MPI u l-Indiċi tal-Kundizzjonijiet tal-

Konsumatur21

.

19

Sors: Eurostat. Fl-analiżi, intuża l-PDG per capita fl-Istandards tal-Paritajiet tal-Akkwist biex jitqiesu d-

differenzi fl-għoli tal-ħajja madwar l-UE. Id-data dwar il-PDG hi mill-2016. 20

L-Indikaturi tar-Regolamentazzjoni tas-Suq tal-Prodotti (OECD) huma sett komprensiv u

internazzjonalment komparabbli ta’ indikaturi li jkejjel il-grad kemm il-politiki jippromwovu jew jinibixxu

l-kompetizzjoni f’qosma tas-suq tal-prodotti fejn il-kompetizzjoni hi vijabbli. Dawn ikejlu l-ambjent

regolatorju u tas-suq fl-ekonomija sħiħa. L-indikatur użat f’din l-analiżi (2015) hu wieħed kompost li jkopri

l-oqsma li ġejjin: il-kontroll mill-istat, l-ostakoli għall-intraprenditorija u l-ostakoli għall-kummerċ u għall-

investiment. 21

Sors: It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur. L-Indiċi tal-Kundizzjonijiet tal-

Konsumatur hu indikatur kompost, ikkalkolat fil-livell tal-pajjiżi, li jagħmel valutazzjoni komparattiva tal-

ambjenti nazzjonali tal-konsumatur fuq il-bażi ta’ tliet pilastri: L-Għarfien u l-Fiduċja, il-Konformità u l-

Infurzar, u l-Ilmenti u s-Soluzzjoni għat-Tilwim. L-analiżi ta’ hawn fuq hi bbażata fuq is-CCI għall-2016 u

fuq l-MPI għall-2017.

Page 23: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

22

Illustrazzjoni 5: Indiċi tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur (2016) u Indikatur tal-Prestazzjoni

tas-Suq (2017)

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur 2016 għall-Indiċi tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur

(2016) u GfK Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017 għall-kalkolu tal-Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq (2017)

Is-swieq imorru aħjar għall-konsumaturi fir-reġjun tal-Punent meta mqabbla mal-bqija

tal-UE, iżda d-distakk mill-pajjiżi tal-Lvant qed jonqos

Meta jħares lejn id-differenzi reġjonali madwar l-UE, wieħed ikun jista’ jara li tul l-aħħar

sentejn, l-MPI żdied l-aktar għall-konsumaturi mil-Lvant tal-Ewropa (+1.5 punti). Żidiet

qawwijin għal-Lvant tal-Ewropa ġew innotati fl-edizzjonijiet preċedenti tat-Tabella ta’

Valutazzjoni wkoll. Fil-pajjiżi tal-Punent, tan-Nofsinhar u tat-Tramuntana, l-MPI baqa’

relattivament stabbli.

Tabella 4: Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq (MPI) skont ir-reġjun tal-UE, is-swieq kollha

Sors: GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Minkejja dan, il-punteġġi medji għat-Tramuntana, għal-Lvant u speċjalment għan-Nofsinhar

tal-Ewropa lkoll huma anqas mill-medja tal-UE-28. Għad li l-pajjiżi tan-Nofsinhar għadhom

lura meta mqabbla mal-bqija tal-UE, id-distakk bejn il-Lvant u l-Punent jidher li qed jiċkien.

Differenzi reġjonali simili jistgħu jinstabu meta wieħed iħares lejn ir-raggruppamenti

differenti tas-swieq. L-MPI hu sistematikament ogħla fil-Punent tal-Ewropa milli fir-reġjuni l-

oħra kollha, b’valuri anqas li ġeneralment jiġu osservati fin-Nofsinhar tal-Ewropa. Bħala

Page 24: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

23

medja, id-differenza fl-MPI bejn ir-reġjun tal-Punent u tan-Nofsinhar hi ta’ 6.3 punti, iżda dan

id-distakk jikber għal aktar minn 10 punti għar-raggruppamenti tat-“telekomunikazzjoni”, tal-

“utilitajiet” u tas-“servizzi bankarji”.

Tabella 5: Differenzi reġjonali fil-valutazzjoni tas-swieq (2017) 22

Sors: GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Kif diġà ġie osservat fit-Tabella ta’ Valutazzjoni preċedenti, id-dispersjoni fil-prestazzjoni

tas-swieq hi akbar għas-swieq tas-servizzi milli għas-swieq tal-oġġetti. Dan jista’ jkun marbut

man-negozjabbiltà transfruntiera inferjuri tas-servizzi, li tista’ tirriżulta fi pressjoni

kompetittiva kumparabbilment anqas. Dan hu minnu b’mod partikolari għar-raggruppamenti

tas-“servizzi bankarji” u tas-servizzi tan-netwerks.

Ħarsa aktar mill-qrib lejn is-swieq individwali turi li l-varjanza tal-MPI madwar l-UE hi l-

akbar għas-“servizzi tal-elettriku”, għall-“provvista tal-ilma”, għas-“servizzi ferrovjarji”,

għall-“ipoteki” u għas-“servizzi tat-telefonija mobbli”23

. Il-varjanza tal-MPI madwar l-UE hi

l-anqas għall-“Akkomodazzjoni għall-btajjel”, għall-“btajjel u ġiti f’pakkett wieħed”, għan-

“nuċċalijiet u lentijiet”, għas-“servizzi tal-kura personali” u għas-“servizzi tal-linji tal-ajru”.

Korrelazzjoni negattiva kbira (-0.79) tista’ tiġi osservata bejn il-varjanza tal-MPIs fost il-

pajjiżi tal-UE u l-punteġġi medji tal-MPI għall-UE (Illustrazzjoni 6). Din is-sejba, li hi

konsistenti mal-edizzjonijiet preċedenti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni24

, tissuġġerixxi li swieq

aktar integrati għandhom tendenza li jmorru aħjar.

22

L-ittri jiddenotaw sinifikat statistiku għat-tqabbil bejn ir-reġjuni u l-UE-28. Il-medji għandhom jitqiesu

statistikament ferm differenti, ħlief meta l-par ta’ kategoriji jkollu ittra komuni (fil-kolonna biswit fuq il-

lemin). Pereżempju “is-swieq kollha” Tramuntana (79.8) mhuwiex statistikament sinifikanti mil-Lvant

(79.7) peress li dawn jaqsmu l-istess ittra (A). 23

Il-varjanza tal-MPI tittieħed bħala kejl tat-tixrid (il-varjanza tal-MPI ta’ suq partikolari u mkejla madwar l-

Istati Membri tal-UE) u tinħadem kif ġej:

∑[𝑀𝑃𝐼(𝐽)𝑖 − 𝑀𝑃𝐼(𝐽)𝐸𝑈]2

28

28

𝑖=1

𝑤ℎ𝑒𝑟𝑒 𝑀𝑃𝐼(𝐽)𝑖 𝑖𝑠 𝑡ℎ𝑒 𝑀𝑃𝐼 𝑓𝑜𝑟 𝑚𝑎𝑟𝑘𝑒𝑡 𝐽 𝑖𝑛 𝑐𝑜𝑢𝑛𝑡𝑟𝑦 𝑖

𝑎𝑛𝑑 𝑀𝑃𝐼(𝐽)𝐸𝑈𝑖𝑠 𝑡ℎ𝑒 𝑎𝑣𝑒𝑟𝑎𝑔𝑒 𝑀𝑃𝐼 𝑓𝑜𝑟 𝑚𝑎𝑟𝑘𝑒𝑡 𝐽 𝑖𝑛 𝑡ℎ𝑒 𝐸𝑢𝑟𝑜𝑝𝑒𝑎𝑛 𝑈𝑛𝑖𝑜𝑛

24 Korrelazzjonijiet simili ġew irrapportati fl-edizzjonijiet tal-2012, tal-2014 u tal-2016 ta’ din it-Tabella ta’

Valutazzjoni.

Page 25: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

24

Illustrazzjoni 6: Il-varjanza fl-MPIs skont il-pajjiżi u l-punteġġ medju tal-MPI tal-UE-28

Sors: Stimi proprji bbażati fuq GfK- Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Meta mqabbla mal-2010, id-dispersjoni fil-prestazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE kibret f’ħafna

mis-swieq li kienu regolarment koperti mill-Istħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq, bl-eċċezzjoni

tas-“servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”, tal-“btajjel u ġiti

f’pakkett wieħed”, tas-“servizzi ferrovjarji” u tal-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” (ara t-

Tabella 6). Barra minn hekk, f’termini relattivi, l-akbar żidiet fid-dispersjoni tal-MPI bejn l-

2010 u l-2017 huma osservati għall-“prodotti elettroniċi”) (kważi 1.8 darbiet), segwiti mis-

“servizzi postali” u mill-“provvista tal-internet” (it-tnejn 1.55 darbiet). Dan jindika

diskrepanzi persistenti, u saħansitra li qed jikbru, fil-prestazzjoni tas-swieq tal-konsumatur

f’pajjiżi differenti.

Page 26: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

25

Tabella 6: Id-dispersjoni tal-MPI (koeffiċjent tal-varjazzjoni25

) fost il-pajjiżi26

Sors: stimi proprji bbażati fuq GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq (2010-2017)

3.3. Valutazzjoni ta’ gruppi tas-suq differenti

3.3.1. Valutazzjoni ġenerali

Is-swieq individwali mistħarrġa ġew raggruppati tematikament fid-disa’ raggruppamenti tas-

swieq li ġejjin: “oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa”, “oġġetti (semi)durabbli”,

“oġġetti awtomobilistiċi”, “telekomunikazzjoni”, “trasport”, “utilitajiet”, “servizzi

bankarji”, “servizzi tal-assigurazzjoni”, u “servizzi ta’ rikreazzjoni”27.

Minn dawn id-disa’ raggruppamenti, sitta huma msawra minn swieq mistħarrġa b’mod

regolari f’kull stħarriġ mill-2015 ’l hawn28

. It-tliet raggruppamenti li jifdal jinkludu grupp ta’

swieq mistħarreġ bi frekwenzi li jvarjaw, jiġifieri mhux kollha kienu koperti fl-aħħar żewġ

25

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni hu kkalkolat bħala l-proporzjon bejn id-devjazzjoni standard u l-medjafost il-

pajjiżi tal-UE (it-tnejn fuq data mhux ponderata skont id-daqs tal-pajjiżi). 26

Huma biss swieq koperti fl-edizzjonijiet kollha tal-Istħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq li jintwerew fit-tabella.

L-MPI użat f’dawn il-kalkoli hu kkalkolat skont definizzjoni li tippermetti għal tqabbil maż-żmien. 27

Is-swieq tas-servizzi li ġejjin ma ġew ikklassifikati f’ebda grupp: “kura personali”, “proprjetà immobbli”,

“manutenzjoni u tiswija ta’ vetturi”, u “kiri ta’ vetturi”. 28

Is-sitt raggruppamenti huma: “oġġetti awtomobilistiċi”, “telekomunikazzjoni”, “trasport”, “utilitajiet”,

“servizzi bankarji” u “servizzi tal-assigurazzjoni”.

Page 27: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

26

edizzjonijiet tal-istħarriġ29

. Għal dawn it-tliet raggruppamenti, mhi kkalkolata ebda differenza

mill-perjodu ta’ referenza ta’ qabel. Madankollu, peress li d-differenzi 2017-2013 jistgħu jiġu

kkalkolati għal kull raggruppament, is-swieq kollha mistħarrġa fl-2017 jistgħu jittieħdu

f’kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-analiżi ta’ hawn taħt.

Biex tinġabar fil-qosor u tiġi ppreżentata b’mod ċar id-data dwar ir-raggruppamenti intuża

approċċ ibbażat fuq kull wieħed minn erbgħa30

(bħal fl-edizzjonijiet preċedenti tat-Tabella ta’

Valutazzjoni). Il-punteġġi tal-MPI u tal-komponenti kollha huma kategorizzati f’erba’ gruppi

bl-użu tal-iskema tal-kuluri fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

• Aħdar skur għal “prestazzjoni għolja”: il-punteġġ ta’ dan ir-raggruppament ta’ swieq hu l-

ogħla wieħed minn erbgħa (l-aqwa 25 % tar-riżultati).

• Aħdar ċar għal “prestazzjoni medja sa għolja”: il-punteġġ ta’ dan ir-raggruppament ta’

swieq hu ogħla mill-medjan iżda anqas mill-wieħed minn erbgħa ta’ fuq nett (50-75 % tar-

riżultati).

• Oranġjo “prestazzjoni medja sa baxxa”: il-punteġġ ta’ dan ir-raggruppament ta’ swieq hu

anqas mill-medjan iżda ogħla mill-wieħed minn erbgħa tal-qiegħ (25-50 % tar-riżultati).

• Aħmar għal “prestazzjoni baxxa”: il-punteġġ ta’ dan ir-raggruppament ta’ swieq hu l-anqas

wieħed minn erbgħa (l-agħar 25 % tar-riżultati).

It-Tabella 7 turi r-riżultati globali għal kull raggruppament ta’ swieq u l-evoluzzjoni tagħhom

fil-perjodu 2010-2017.

F’termini ġenerali, il-punteġġi tal-MPI għar-raggruppamenti kollha tas-swieq jindikaw titjib

ta’ bejn 0.1 u 0.8 punti mill-2015 (ħlief għat-tnaqqis marġinali ta’ 0.1 punt fir-raggruppament

tat-“telekomunikazzjoni”). Meta mqabbla mal-2013, ir-raggruppamenti ta’ swieq kollha

rreġistraw żieda konsiderevoli, li tvarja minn 2.4 sa 5.2 punti, bir-raggruppament ta’ “oġġetti

bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa” li mexa mill-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja

sa baxxa għal dak bi prestazzjoni medja sa għolja.

Tabella 7: Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq (MPI) għal kull raggruppament ta’ swieq31

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

29

Dan jikkonċerna r-raggruppamenti li ġejjin: “oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa”, “oġġetti

(semi)durabbli”, u “servizzi ta’ rikreazzjoni”; ħarsa ġenerali lejn is-swieq mill-istħarriġ hi pprovduta fl-

anness. 30

L-istima ta’ kull wieħed minn erbgħa (għall-MPI, il-komponenti u indikaturi oħra tiegħu), kif rapportati fl-

Istħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq, issir bl-użu tal-funzjoni Quartile.INC f’Excel. Il-bażi għall-kalkolu ta’

kull wieħed minn erbgħa hi jew il-punteġġ tal-MPI (Tabella 7) jew inkella l-punteġġ tal-komponenti (Tabella

8) tas-swieq individwali għall-oġġetti u għas-servizzi b’mod separat. Pereżempju, il-kulur aħdar ċar għal

“oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa” jindika li l-MPI ta’ dan ir-raggruppament jaqa’ fil-wieħed

minn erbgħa b’50-75 % tar-riżultati tal-15-il suq tal-oġġetti. 31

F'din it-taqsima (3.3), id-differenzi fil-punteġġi bejn l-edizzjonijiet differenti huma rrapportati

indipendentement mis-sinifikat statistiku tagħhom. Il-kuluri mmarkati fil-kolonni jindikaw għal liema wieħed

minn erbgħa l-MPI tar-raggruppament ta’ swieq appartjena fl-2017, fl-2015, fl-2013, fl-2012, fl-2011 u fl-

2010 rispettivament.

Page 28: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

27

Meta mqabbla mal-2015, l-aktar żidiet notevoli huma fir-raggruppamenti tal-“utilitajiet” u tas-

“servizzi bankarji” (+0.8 u +0.7 punti rispettivament). Madankollu, meta mqabbla ma’

raggruppamenti oħra, kemm l-“utilitajiet” kif ukoll is-“servizzi bankarji” għadhom fil-wieħed

minn erbgħa t’isfel (prestazzjoni medja sa baxxa u prestazzjoni baxxa, rispettivament). Fost

ir-raggruppamenti t-tajbin, l-“oġġetti awtomobilistiċi” baqgħu fil-wieħed minn erbgħa bi

prestazzjoni baxxa mill-2010, minkejja li rreġistraw żieda kostanti fil-prestazzjoni tul is-snin

(+0.1 punt fl-2017). Tista’ tiġi osservata sitwazzjoni simili għar-raggruppament tas-“servizzi

bankarji”.

It-Tabella 8 tipprovdi ħarsa ġenerali aktar granulari lejn kif diversi komponenti tal-MPI

jixprunaw ir-riżultati f’kull raggruppament ippreżentat hawn fuq.

Tabella 8: Komponenti tal-MPI: il-fatturi li jixprunaw il-prestazzjoni tar-raggruppamenti ta’

swieq32

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

B’kunsiderazzjoni tad-disa’ raggruppamenti, jista’ jiġi osservat li dak tal-“oġġetti

awtomobilistiċi” hu l-uniku raggruppament bi prestazzjoni batuta fl-erba’ komponenti tal-MPI

kollha kemm huma u f’subkomponent wieħed (“detriment”), ħlief għas-subkomponent

“problemi”, li għalih jinsab fil-wieħed minn erbgħa medju sa baxx. Fuq l-istess nota, il-

valutazzjoni relattivament batuta għar-raggruppament tas-“servizzi bankarji” ġejja mill-fatt li

dan għandu tlieta mill-komponenti tal-MPI tiegħu u subkomponent wieħed (“detriment”)

fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni baxxa (il-komponent “għażla” jinsab fil-wieħed minn

erbgħa medju sa għoli, flimkien mas-subkomponent “problemi”).

Ir-raggruppamenti tat-“telekomunikazzjoni” u tal-“utilitajiet” huma kkaratterizzati minn

prestazzjoni medja sa baxxa b’mod ġenerali, bir-raggruppament tat-“telekomunikazzjoni” li

wera punteġġ partikolarment ħażin fis-subkomponent “problemi” (li għalih it-

“telekomunikazzjoni” tinsab fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni baxxa). Ir-raggruppament

“utilitajiet” għandu klassifikazzjoni baxxa ħafna għall-“kumparabbiltà” u għall-“għażla”

(jinsab fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni baxxa għal dawn iż-żewġ komponenti).

“Għażla” jidher ukoll li hu bil-bosta l-komponent tal-MPI bl-agħar punteġġ għar-

raggruppament tat-trasport (fejn jinsab fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni baxxa), għad li

r-raggruppament għandu prestazzjoni kemxejn sodisfaċenti b’mod ġenerali (fil-wieħed minn

erbgħa bi prestazzjoni medja sa għolja). Ir-raggruppament “servizzi ta’ rikreazzjoni” hu r-

raggruppament tas-servizzi bl-aqwa punteġġ, segwit mir-raggruppament “assigurazzjoni”. Ir-

raggruppament “assigurazzjoni’ hu kkaratterizzat minn punteġġ baxx ħafna fuq id-

“detriment” (li għalih jinsab fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni batuta), għad li sehem

baxx mill-konsumaturi b’mod ġenerali jesperjenza problemi f’dan is-settur. Is-“servizzi ta’

rikreazzjoni” u l-“oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa” huma ż-żewġ

raggruppamenti l-oħra li għalihom is-subkomponent tal-“problemi” hu vvalutat bħala ferm

32

Din it-taqsima (3.3) tħares lejn iż-żewġ subkomponenti “problemi” u “detriment” b’mod separat (minflok lejn

il-komponent ġenerali “problemi u detriment).

Page 29: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

28

sodisfaċenti (fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni għolja). Għal “oġġetti (semi)durabbli”,

il-komponenti “fiduċja” jġib bil-bosta l-ogħla punteġġ mid-disa’ raggruppamenti kollha

kemm huma. Dan, flimkien mal-punteġġi tal-prestazzjoni medja sa għolja għall-

“kumparabbiltà”, għall-“aspettattivi” u għall-“għażla”, jista’ jirrappreżenta l-prestazzjoni

ġenerali tajba tar-raggruppament “oġġetti (semi)durabbli”. “Oġġetti bl-imnut b’konsum fuq

firxa wiesgħa” u “oġġetti (semi)durabbli” huma r-raggruppamenti li juru l-ogħla punteġġ

ġenerali tal-MPI mir-raggruppamenti kollha evalwati.

3.3.2. Ir-riżultati skont ir-raggruppament ta’ swieq

It-taqsimiet li ġejjin jippreżentaw riżultati aktar dettaljati skont kull raggruppament ta’ swieq.

Dawn jixħtu dawl fuq is-similaritajiet u d-differenzi kemm fi ħdan il-komponenti tar-

raggruppamenti kif ukoll bejn is-swieq li jappartjenu għall-istess raggruppament. Għal kull

raggruppament ta’ swieq, il-grafika ewlenija tippreżenta l-punteġġi tal-MPI u tal-komponenti

fl-2017, u d-differenza mqabbla mal-2013 (fil-korsiv fil-kantuniera ta’ fuq lejn ix-xellug).

Fejn applikabbli, il-grafika tippreżenta wkoll id-differenzi meta mqabbla mal-201533

. Is-

sehem mill-baġit tal-unitajiet domestiċi li jintefaq fuq kull raggruppament ta’ swieq hu

pprovdut ukoll fil-kantuniera tax-xellug tal-graff34

. Eżempju ta’ kif tinterpreta l-viżwali u l-

kuluri rispettivi hu pprovdut hawn taħt35

.

33

Id-differenzi meta mqabbla mal-2015 jintwerew biss meta jkunu ġew mistħarrġa numru suffiċjenti ta’ swieq

li jsawru raggruppament kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017. 34 Għall-fini ta’ korrispondenza tas-swieq, jintuża l-Istħarriġ tal-Eurostat dwar il-Baġit tal-Unitajiet Domestiċi

(HBS) (hbs_str_t211). Intgħażlu l-aktar kategoriji rilevanti ta’ prodotti u ta’ servizzi biex tiġi prodotta stima

ġenerali għal kull raggruppament ta’ swieq. 35 Il-kuluri jindikaw f’liema wieħed minn erbgħa jidher kull riżultat fuq il-bażi tad-data għas-swieq tas-

servizzi jew tal-oġġetti kollha. Pereżempju, suq tas-servizzi ppreżentat bl-aħdar skur jinsab fil-wieħed minn

erbgħa ta’ fuq nett mir-riżultati tas-swieq tas-servizzi kollha.

Page 30: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

29

Illustrazzjoni 7: Kif taqra r-riżultati għal kull raggruppament ta’ swieq

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

3.3.2.1. Oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa

Ir-raggruppament “oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa” hu msawwar minn ħames

swieq, ilkoll ikkaratterizzati minn frekwenza għolja ta’ xiri u ta’ użu/konsum. L-oġġetti f’dan

ir-raggruppament għandhom karattru kemxejn ġeneriku u huma prodotti li faċilment jistgħu

jinxtraw minn firxa ta’ bejjiegħa bl-imnut differenti. Flimkien, dawn is-swieq jirrappreżentaw

12 % tal-baġit medju tal-unitajiet domestiċi.

Id-differenza mill-punteġġ medju tal-2015,

meta disponibbli, hija indikata fir-rokna ta' fuq tal-lemin

Il-kodiċi tal-kulur jirrifletti għal liema

kwartili kienet tappartjeni kull dimensjoni fl-2015, meta disponibbliIs-swieq li huma

inklużi fir-raggruppament tas-

suq

% tal-baġit domestiku minfuq fir-

raggruppament tas-suq (data tal-Eurostat tal-2010)

Il-kodiċi tal-kulur jirrifletti għal liema

kwartili kienet tappartjeni kull dimensjoni fl-2013

% HBS:x%

• Suq B

• Suq A

• Suq C

• Suq D

Detrimentx.x

Komparabbiltàx.x

x.x

Aspettattivix.x

x.x

% Problemix.x%

x.x

Fiduċjax.x

x.x

Għażlax.x

MPI Medjaxx.x

xx.x

Il-kodiċi tal-kulur jirrifletti għal liema kwartili

kien jappartjeni kull suq

Id-differenza mill-punteġġ medju tal-2013

hija indikata fir-rokna ta' fuq tax-xellug bil-korsiv.

Punteġġ medju għal kull

dimensjoni għar-raggruppament tas-suq

xx.x

x.x

x.x

x.x

x.x

x.xx.x

Page 31: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

30

Illustrazzjoni 8: “Oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa” — punteġġi tal-prestazzjoni

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Ir-raggruppament tal-“oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa” ra l-akbar żieda fl-

MPI fost ir-raggruppamenti ta’ oġġetti bejn l-2013 u l-2017

Dan ir-raggruppament hu wieħed miż-żewġ raggruppamenti ta’ oġġetti bl-aqwa prestazzjoni

(flimkien ma’ “oġġetti (semi)durabbli”), b’MPI medju fil-wieħed minn erbgħa medju sa għoli.

Meta mqabbel mal-2013, il-punteġġ tiegħu żdied bi 3.0 punti, u dan ifisser li r-raggruppament

m’għadux fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medju sa għoli għall-MPI.

Għall-komponenti individwali tal-MPI, ir-raggruppament hu assoċjat ma’ prestazzjoni tajba

ħafna kemm għas-subkomponent tal-“problemi” kif ukoll għas-subkomponent tad-

“detriment”. Il-prestazzjoni tajba tal-“oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa” fis-

subkomponent tad=“detriment” aktarx li hi dovuta għall-prodotti b’valur relattivament baxx li

wieħed jistenna li jsib f’dan ir-raggruppament. Il-“kumparabbiltà” u l-“għażla” huma l-

komponenti li jidhru fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa għolja, filwaqt li l-

“fiduċja” u l-“aspettattivi” għadhom fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa baxxa.

Is-swieq li jsawru dan ir-raggruppament għandhom prestazzjoni mħallta. Mill-ħames swieq,

il-“prodotti tal-ħalib” u x-“xarbiet alkoħoliċi” għandhom prestazzjoni għolja, u “prodotti

tal-kura personali” għandhom prestazzjoni medja sa għolja. Madankollu, il-“mediċini mhux

bir-riċetta” għandhom prestazzjoni medja sa baxxa, filwaqt li s-suq għal-“laħam u prodotti tal-

laħam” għadu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni baxxa, minkejja li rreġistra t-tieni l-

ogħla żieda għall-punteġġ ġenerali tal-MPI meta mqabbel mal-2015 kif ukoll mal-2013. Meta

mqabbel mal-2015, dan is-suq esperjenza tnaqqis notevoli fis-sehem ta’ konsumaturi li

esperjenzaw problemi (-3.4 pp.), u tnaqqis sinifikanti fid-“detriment” (-0.5 punti). Jidher li l-

fiduċja tal-konsumaturi f'dan is-suq partikolari qed tirkupra wara l-valutazzjoni batuta fl-2013

(aktarx li kienet influwenzata mit-tifqigħa tal-iskandlu tal-laħam taż-żiemel matul dak il-

perjodu).

Page 32: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

31

F’Marzu 2017 ġie adottat ir-Regolament il-ġdid dwar il-Kontrolli Uffiċjali36

biex jipprovdi

qafas uniku għall-kontrolli uffiċjali kollha tul il-katina agroalimentari. Għad li r-Regolament

mhuwiex speċifiku għas-settur tal-laħam, ir-regoli armonizzati l-ġodda tal-UE huma

mistennija jiżguraw is-sikurezza alimentari u standards għolja għas-saħħa tal-pjanti, għas-

saħħa tal-annimali u għat-trattament xieraq tal-annimali. Dawn huma mistennija jipprevjenu l-

frodi wkoll. Bir-regoli dwar il-kontroll ibbażat fuq ir-riskju, il-frekwenzi tal-kontrolli ser

ikunu marbuta mar-riskji li prodott jew proċess jippreżenta għal frodi, għas-saħħa, għas-

sikurezza, u għat-trattament xieraq tal-annimali (u f’ċerti każijiet għall-ambjent). Fatturi oħra

se jiġu kkunsidrati wkoll, bħar-rekord tal-konformità fl-imgħoddi tal-operatur jew il-

probabbiltà li l-konsumaturi jitqarrqu dwar il-proprjetajiet, il-kwalità, il-kompożizzjoni jew il-

pajjiż ta’ oriġini tal-ikel.

Sadanittant, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kienet qed tintensifika permezz ta’

diversi netwerks, bħan-Netwerk tal-UE dwar il-Frodi Alimentari, li twaqqaf bħala rispons

għall-kriżi tal-laħam taż-żiemel. In-Netwerk tal-UE dwar il-Frodi Alimentari jfittex li

jipprovdi assistenza amministrattiva transfruntiera aktar effiċjenti għad-detezzjoni u għall-

ġlieda kontra l-frodi fil-katina alimentari. Għaddejja wkoll ħidma biex ikomplu jittejbu u jiġu

integrati l-għodod differenti għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Għodda tal-IT dedikata ġdida37

ilha implimentata sa mill-2015 biex tippermetti lill-membri

tan-Netwerk tal-UE dwar il-Frodi Alimentari biex jiskambjaw informazzjoni rapidament dwar

każijiet potenzjali ta’ frodi transfruntiera. Fl-2017, b’kollox ġew skambjati 178 każ permezz

tan-netwerk, żieda meta mqabbla mal-2015, meta ġew skambjati ftit aktar minn 100. Aktar

riċentement, il-Kummissjoni ħarġet sett ta’ linji gwida38

f’Settembru 2017 dwar kif għandhom

jiġu applikati u infurzati l-liġijiet rilevanti tal-UE dwar l-ikel u l-protezzjoni tal-konsumaturi.

Dan kien bi tweġiba għat-tħassib f’ċerti pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa li l-konsumaturi f’dawn

il-pajjiżi kienu qed jinbiegħu prodotti tal-ikel jew konsumabbli oħra ta’ kwalità inferjuri minn

pajjiżi oħra, minkejja li l-imballaġġ u l-markar ikunu identiċi. Il-linji gwida se jgħinu lill-

awtoritajiet nazzjonali biex jiddeterminaw jekk kumpanija hix qed tikser id-dritt tal-UE meta

tkun qed tbigħ il-prodotti tagħha b’dan il-mod f’pajjiżi differenti. Barra minn hekk,

metodoloġija ta’ ttestjar komuni għall-ġbir ta’ evidenza xjentifika komparabbli fuq din il-

kwistjoni qed tiġi żviluppata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, b’sostenn

mill-Istati Membri u mill-partijiet kkonċernati. Il-metodoloġija tqiegħdet għad-dispożizzjoni

f’Ġunju 201839

.

3.3.2.2. Oġġetti (Semi)durabbli

Ir-raggruppament ta’ swieq tal-“oġġetti (semi)durabbli” jinkludi seba’ swieq, li flimkien

jirrappreżentaw 3 % mill-baġit tal-unitajiet domestiċi tal-konsumaturi. Dawn is-swieq

għandhom tendenza li jkollhom frekwenza ta’ xiri anqas iżda frekwenza ta’ użu akbar. Dan ir-

raggruppament għandu prestazzjoni tajba, b’MPI daqs dak tal-“oġġetti bl-imnut b’konsum fuq

firxa wiesgħa”, filwaqt li l-oġġetti mixtrija fi kwalunkwe wieħed mis-seba’ swieq ta’ dan ir-

raggruppament tipikament ikunu aktar għoljin.

36

Ir-Regolament (UE) 2017/625, ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142. 37

Is-Sistema ta’ Assistenza u ta’ Kooperazzjoni Amministrattivi (AAC). 38 C(2017) 6532 final. 39

http://europa.eu/rapid/press-release_IP-18-4122_mt.htm

Page 33: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

32

Illustrazzjoni 9: “Oġġetti (semi)durabbli” - punteġġi tal-prestazzjoni

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Ir-raggruppament tal-“oġġetti (semi)durabbli” għandu prestazzjoni sodisfaċenti b’mod

ġenerali — minkejja dan, ċerti swieq fir-raggruppament iġibu punteġġ ftit ogħla jew anqas

mill-medja tal-UE

Flimkien mal-“oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa”, ir-raggruppament tal-“oġġetti

(semi)durabbli” hu dak bl-aqwa prestazzjoni fost ir-raggruppamenti tal-oġġetti, b’MPI medju

ta’ 83.6. Il-punteġġ tiegħu żdied b’2.8 punti meta mqabbel mal-2013.

Il-prestazzjoni tajba tar-raggruppament hi xprunata mis-swieq bi prestazzjoni għolja tan-

“nuċċalijiet u lentijiet” u tal-“apparati domestiċi żgħar”. Il-“prodotti elettroniċi” u l-“prodotti

ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” jinsabu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa

għolja, filwaqt li l-“għamara u tagħmir tad-dar”, il-“prodotti tal-ICT” u l-“ilbies u żraben”

jinsabu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa baxxa. Is-suq imsemmi l-aħħar hu l-

uniku wieħed minn dan ir-raggruppament li jikklassifika anqas mill-medja għas-swieq tal-

oġġetti kollha (b’0.9 punti). Jikklassifika fil-11-il post mill-15-il suq tal-oġġetti vvalutati.

Ir-raggruppament tal-“oġġetti (semi)durabbli” għandu prestazzjoni għolja fil-“fiduċja” u

prestazzjoni medja sa għolja għall-“kumparabbiltà”, għall-“aspettattivi” u għall-“għażla”. Il-

punteġġ għall-“fiduċja” hu l-uniku wieħed li biddel il-wieħed minn erbgħa mill-2013, u tela’

għal dak bi prestazzjoni għolja.

Minkejja dawn l-aspetti pożittivi, ir-raggruppament għadu fil-wieħed minn erbgħa bi

prestazzjoni medja sa baxxa kemm għas-subkomponent tal-“problemi” kif ukoll għas-

subkomponent tad-“detriment”. Diversi swieq fir-raggruppament kienu fil-mira ta’ attivitajiet

ta’ infurzar koordinati mill-UE. Pereżempju, fl-2015 il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet

tal-UE għall-protezzjoni tal-konsumatur wettqu skrinjar koordinat ta’ 743 sit web madwar l-

Page 34: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

33

UE dwar il-kwalità tal-informazzjoni disponibbli għall-konsumaturi qabel ma jixtru (l-hekk

imsejħa informazzjoni prekuntrattwali40

). B’mod ġenerali, ġew ikkonfermati irregolaritajiet

f’436 każ (63 %). Fost dawn is-siti web, ftit aktar minn nofshom kienu jappartjenu għal swieq

li huma parti mir-raggruppament tal-“oġġetti (semi)durabbli”41

. Is-sena ta’ qabel, l-

awtoritajiet kienu skrinjaw kif is-siti web li jbigħu elettroniċi tal-konsum ikkonformaw mal-

leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-garanziji. Dan il-proċess ta’ skrinjar skopra riżultati simili għall-

iskrinjar tal-201542

Il-ksur identifikat fiż-żewġ każijiet ingħata segwitu mill-awtoritajiet

nazzjonali biex tinkiseb konformità. Tard fl-2015, il-Kummissjoni adottat proposta għal

direttiva43

dwar il-bejgħ onlajn ta’ oġġetti bħala parti mill-impenn tagħha skont l-istrateġija

għal suq uniku diġitali. Il-proposta għandha l-għan li tarmonizza r-regoli ewlenin dwar il-

kuntratti tal-konsumaturi dwar il-konformità u r-rimedji. In-negozjati interistituzzjonali

esponew il-ħtieġa li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta biex din tkopri wkoll il-

bejgħ “offlajn” (bejgħ li ma jitlestiex onlajn) u tiġi evitata sitwazzjoni li fiha regoli differenti

jkunu japplikaw skont il-kanal tal-bejgħ. F’Ottubru 2017, il-Kummissjoni emendat il-proposta

tagħha kif xieraq44

.

3.3.2.3. Oġġetti awtomobilistiċi

Ir-raggruppament “oġġetti awtomobilistiċi” fih tliet swieq marbuta mat-trasport motorizzat

personali: il-“fjuwil għall-vetturi”, il-“karozzi ġodda” u l-“karozzi użati”. Flimkien, dawn is-

swieq jammontaw għal madwar 8 % tal-baġit medju tal-unitajiet domestiċi.

40

Din l-informazzjoni hi rregolata mid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur. https://ec.europa.eu/info/live-

work-travel-eu/consumers/enforcement-consumer-protection/eu-wide-screening-websites-sweeps_mt#pre-

contractual-information-sweep 41

Madwar 29 % kienu siti web li jbigħu ħwejjeġ, żraben u aċċessorji tal-moda, 15 % kienu qed ibigħu oġġetti

elettroniċi u apparati domestiċi, u 12 % kienu qed ibigħu għamara u tiżjin tad-dar. 42

https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/consumers/enforcement-consumer-protection/sweeps_mt 43

COM/2015/0635 final. 44

http://europa.eu/rapid/press-release_MEX-17-4325_en.htm (bħalissa mal-koleġiżlaturi).

Page 35: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

34

Illustrazzjoni 10: “Oġġetti awtomobilistiċi” — punteġġi tal-prestazzjoni

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Ebda titjib għar-raggruppament tal-“oġġetti awtomobilistiċi” b’mod ġenerali, minkejja

żieda sinifikanti fil-prestazzjoni tas-suq tal-fjuwil għall-vetturi

Dan ir-raggruppament għandu prestazzjoni batuta ħafna b’mod ġenerali, b’MPI medju fl-

agħar wieħed minn erbgħa, fejn ilu sa mill-2010. Meta mqabbel mal-2015, kien hemm żieda

marġinali biss ta’ 0.1 punt fil-punteġġ tal-MPI tar-raggruppament ġenerali. Madankollu, iż-

żieda kienet ferm akbar bejn l-2013 u l-2017 (+ 2.8).

Għall-2017, l-erba’ komponenti tal-MPI tal-“fiduċja”, tal-“aspettattivi”, tal-“għażla” u tal-

“kumparabbiltà”, kif ukoll is-subkomponent tad-“detriment” jinsabu fil-wieħed minn erbgħa

bl-agħar prestazzjoni. Meta mqabbel mal-2015, il-komponent tal-“kumparabbiltà” naqas mill-

wieħed minn erbgħa medju sa baxx, u s-subkomponent tad-“detriment” naqas mill-wieħed

minn erbgħa medju sa għoli. Is-subkomponent tal-“problemi” issa hu l-uniku indikatur fil-

wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa baxxa, għad li hawn ukoll kien hemm

deterjorament fil-prestazzjoni (f'termini relattivi), peress li dan is-subkomponent kien fil-

wieħed minn erbgħa medju sa għoli fl-2015.

Ir-riżultati tar-raggruppament ta’ swieq huma konformi għalkollox mar-riżultati fil-livell tas-

swieq individwali. Is-suq għall-“karozzi użati” kklassifika, mill-ġdid, fl-aħħar post mis-swieq

tal-oġġetti kollha vvalutati, b’ebda titjib mill-2015 ’l hawn. Is-swieq għall-“karozzi ġodda” u

għall-“fjuwil għall-vetturi” jikklassifikaw it-tieni mill-aħħar u r-raba’ mill-aħħar

rispettivament mill-15-il suq tal-oġġetti. Il-prestazzjoni tas-suq għall-“karozzi ġodda” naqset

b’0.6 punti mill-2015, xprunata l-aktar minn tnaqqisiet fil-komponenti tal-“kumparabbiltà”,

tal-“fiduċja” u tal-“aspettattivi”. Madankollu, is-suq għall-“fjuwil għall-vetturi” tejjeb il-

punteġġ tal-MPI ġenerali tiegħu b’0.9 punti mill-2015.

Fis-suq għall-“karozzi użati”, għandu jiġi enfasizzat li għad hemm differenza sinifikanti (22

punt) fl-MPI bejn il-pajjiż bl-ogħla klassifikazzjoni u dak bl-anqas klassifikazzjoni fl-UE (5.1

Page 36: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

35

punt akbar mill-medda tas-swieq tal-oġġetti tal-UE-28). Dan hu dovut għall-valutazzjoni

batuta ta’ dan is-suq mill-konsumaturi mir-reġjun tal-Lvant, għall-kuntrarju ta’ dawk li

jirresjedu fil-pajjiżi tal-Punent, bil-pajjiżi bl-anqas punteġġ (il-Bulgarija u l-Kroazja) li raw

tnaqqis sinifikanti fil-punteġġi tal-MPI tal-konsumaturi.

Ir-raggruppament tal-“oġġetti awtomobilistiċi” ilu diversi snin bi prestazzjoni baxxa.

Madankollu, hu possibbli li l-valutazzjoni tal-konsumaturi kienet affettwata mill-iskandlu

“Dieselgate” li beda fl-2015 hekk kif it-tweġiba tal-manifatturi tal-karozzi għall-konsumaturi

fl-Ewropa baqgħet ma ssodisfatx l-aspettattivi. F’Settembru 2017, wara indikazzjonijiet

persistenti li ħafna mill-karozzi affettwati kienu għadhom ma ssewwewx, l-awtoritajiet

nazzjonali tal-konsumaturi madwar l-UE esiġew li Volkswagen45

minnufih issewwi l-karozzi

affettwati kollha. Dan kien parti minn azzjoni koordinata taħt ir-Regolament dwar il-

Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi46

mill-awtoritajiet tal-konsumaturi tal-UE biex

jiġi żgurat li l-grupp Volkswagen jikkonforma mal-liġi dwar il-konsumatur.

Barra minn hekk, f’tentattiv biex tiġi żgurata konformità mad-dritt tal-UE dwar il-livelli reali

tal-emissjonijiet tal-vetturi, il-Kummissjoni sostniet lill-Istati Membri bielli żviluppat

metodoloġija ta’ ttestjar komuni għall-iskrinjar għall-“apparati ta’ manipulazzjoni” installati

fil-karozzi li jistgħu jkunu qed jalteraw ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorji. Hi ppubblikat

gwida47

kmieni fl-2017 biex tgħin lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jivvalutaw jekk manifattur

tal-karozzi hux qed juża apparati ta’ manipulazzjoni jew strateġiji oħra li jwasslu għal

emissjonijiet ogħla mill-vettura barra miċ-ċiklu tat-test u janalizzaw humiex teknikament

ġustifikati. Minn Settembru 2017, il-mudelli tal-karozzi ġodda kollha ser ikollhom jgħaddu

minn testijiet tal-emissjonijiet ġodda u aktar affidabbli48

f’kundizzjonijiet tas-sewqan tad-

dinja reali, kif ukoll test tal-laboratorju mtejjeb, qabel ma jkunu jistgħu jinstaqu fit-toroq

Ewropej.

3.3.2.4. Servizzi ta’ rikreazzjoni

Ir-raggruppament ta’ swieq tas-“servizzi ta’ rikreazzjoni” jinkludi tliet swieq li

jirrappreżentaw 9 % mill-baġit medju tal-unitajiet domestiċi.

45

http://europa.eu/rapid/press-release_IP-17-3102_mt.htm 46

ĠU L364 datat id-9.12.2004. 47

C(2017) 352 final. 48

http://europa.eu/rapid/press-release_IP-17-2822_mt.htm

Page 37: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

36

Illustrazzjoni 11: “Servizzi ta’ rikreazzjoni” — punteġġi tal-prestazzjoni

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Is-“servizzi ta’ rikreazzjoni” jkomplu bi aqwa minn dik tar-raggruppamenti ta’ servizzi l-

oħra kollha, għad li l-konsumaturi kklassifikaw is-suq tal-“Akkomodazzjoni għall-btajjel”

agħar milli għamlu sentejn ilu

Dan ir-raggruppament għadu bi prestazzjoni sodisfaċenti ħafna, bi tnejn mill-komponenti

tiegħu, (‘kumparabbiltà” u “għażla”) u tnejn mis-subkomponenti tiegħu (“problemi” u

“detriment”) li jinsabu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni għolja. Konsegwentement, ir-

raggruppament għadu jikklassifika fl-aqwa post mis-sitt raggruppamenti ta’ servizzi kollha. Il-

komponenti tal-“fiduċja” u tal-“aspettattivi” huma l-uniċi żewġ indikaturi li esperjenzaw

tibdil fil-wieħed minn erbgħa, hekk kif niżlu livell wieħed ta’ wieħed minn erbgħa u żewġ

livelli ta’ wieħed minn erbgħa rispettivament (mill-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni

għolja). Meta mqabbel mal-2013, ir-raggruppament ra żieda ta’ 2.4 punti fil-punteġġ tal-MPI

ġenerali tiegħu.

L-unika eċċezzjoni għall-prestazzjoni ġenerali tajba ħafna ta’ dan ir-raggruppament ta’ swieq

hi s-suq għas-“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn”. Filwaqt li s-swieq għall-

“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u għall-“btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” huma kklassifikati

fit-tieni u fit-tielet pożizzjoni rispettivament mill-25 suq tas-servizzi kollha vvalutati, is-

“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” ikklassifika fl-14-il post u jinsab fil-

wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa baxxa.

Meta mqabbel mal-valutazzjonijiet fis-snin ta’ qabel, tiġi osservata xejra mħallta, bis-suq

għall-“btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” li ra żieda fil-punteġġ tal-MPI ġenerali tagħha ta’ 0.6

punti meta mqabbel mal-2015, filwaqt li l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” irreġistra tnaqqis

ta’ 0.3 punti matul l-istess perjodu, xprunat mit-tnaqqis fil-komponenti tal-“aspettattivi” u tal-

“għażla”. Finalment, is-suq għas-“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn”

Page 38: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

37

irreġistra żieda ta’ 1.0 punt mill-2013, primarjament minħabba żieda konsistenti fil-

“kumparabbiltà” u fil-“fiduċja”. Mit-tliet swieq f’dan ir-raggruppament, is-suq għas-“servizzi

tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” hu l-uniku wieħed fejn id-differenza fl-MPI (22.7

punti) bejn il-pajjiż bl-ogħla klassifikazzjoni u bl-anqas klassifikazzjoni hi akbar mid-

differenza medja fis-swieq tas-servizzi tal-UE-28 (b’5.5 punti).

Sehem mhux negliġibbli mill-ilmenti tal-konsumaturi li jirċievi n-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej

tal-Konsumaturi hu relatat ma’ btajjel f’pakkett wieħed, ma’ prodotti time-share u ma’

akkomodazzjoni f’lukandi. Fl-2016, pereżempju, mill-45 016-il ilment49

riċevuti, kważi 2 000

(4.38 % mit-total) irreferew għal prodotti time-share u għal btajjel f’pakkett wieħed. Fl-2015,

5 % tal-ilmenti kienu jikkonċernaw prodotti time-shar u btajjel f’pakkett wieħed. Fl-2016, in-

Netwerk għall-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi skrinja aktar minn 300 sit ta’

tqabbil tal-prezzijiet u ta’ prenotazzjoni tal-vjaġġi biex tiġi verifikata l-konformità tagħhom

mal-liġijiet dwar il-konsumatur50

L-awtoritajiet identifikaw irregolaritajiet f’67 % tas-siti web

skrinjati li aktar tard ingħataw segwitu biex tinkiseb konformità. Ħafna mill-problemi li ġew

individwati kienu:

il-prezz muri l-ewwel mhuwiex l-istess bħall-prezz finali;

il-prezz totali (jew il-mod kif ġie kkalkolat) mhuwiex ċar;

l-offerti promozzjonali ma jeżistux fil-verità;

l-esperjenzi maqsuma mill-utenti ma jkunux ippreżentati b’mod ċar u trasparenti.

Id-Direttiva tal-2015 dwar il-Vjaġġi Kollox Inkluż51

, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2018,

tkompli żżid il-protezzjoni offruta lill-konsumaturi li jixtru pakketti tradizzjonali

predominantament imsawra mill-operaturi tal-ġiti. Id-Direttiva testendi din il-protezzjoni

wkoll għal pakketti ppersonalizzati mixtrija onlajn jew offlajn. Il-modernizzazzjoni tar-regoli

tal-1990 (abbozzati meta l-internet kien għadu fit-tfulija tiegħu) tfisser li miljuni ta’ ċittadini

tal-UE li jivvjaġġaw u li jagħżlu pakketti ppersonalizzati ser igawdu l-istess drittijiet bħal

dawk li jixtru pakketti tal-ivvjaġġar tradizzjonali lesti. Barra minn hekk, protezzjoni bażika hi

pprovduta għall-hekk imsejħa arranġamenti tal-ivvjaġġar konnessi.

3.3.2.5. Servizzi tal-assigurazzjoni

Ir-raggruppament ta’ swieq tas-“servizzi tal-assigurazzjoni” jinkludi tliet swieq u

jirrappreżenta 2 % mill-baġit medju tal-unitajiet domestiċi. Dan ir-raggruppament hu bbażat

fuq il-ħtieġa tal-konsumaturi li jimmaniġġjaw ir-riskji u għandu karattru aktar utilitarju minn

uħud mir-raggruppamenti l-oħra.

49

http://ec.europa.eu/internal_market/scoreboard/performance_by_governance_tool/european_consumer_centre_

network/index_en.htm 50

http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-17-845_en.htm 51

ĠU L 326 datat il-11.12.2015.

Page 39: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

38

Illustrazzjoni 12: “Servizzi tal-assigurazzjoni” — punteġġi tal-prestazzjoni

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Id-“detriment” għall-konsumaturi naqas b’mod sinifikanti fis-servizzi tal-assigurazzjoni

iżda għadu relattivament għoli, bis-suq tal-“assigurazzjoni tad-dar” li ġab l-agħar punteġġ

fid-“detriment” mill-25 suq tas-servizzi kollha vvalutati

Dan ir-raggruppament ta’ swieq għandu prestazzjoni pjuttost tajba, ikklassifika fit-tieni post

mis-sitt raggruppamenti ta’ servizzi fl-MPI ġenerali. Bejn l-2015 u l-2017, ir-raggruppament

naqas mill-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni għolja għall-wieħed minn erbgħa bi

prestazzjoni medja sa għolja, minkejja żieda fl-MPI ta’ 0.2 punti matul is-sentejn. Il-

prestazzjoni għall-“kumparabbiltà” hi allinjata mal-prestazzjoni ġenerali tas-suq f’termini tal-

wieħed minn erbgħa (medju sa għoli). Il-punteġġi tal-“fiduċja” u tal-“aspettattivi” huma fil-

wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa baxxa. L-“għażla” hi kklassifikata fil-wieħed

minn erbgħa bi prestazzjoni għolja, u hekk ukoll is-sehem ta’ konsumaturi li esperjenzaw

problemi. Madankollu, id-“detriment” assoċjat għal dawk il-konsumaturi li jesperjezaw

problemi għadu sproporzjonatament għoli (u għalhekk jinsab fil-wieħed minn erbgħa bi

prestazzjoni baxxa), minkejja t-tnaqqis b’0.3 punti fid-“detriment” fl-aħħar sentejn.

Il-prestazzjoni ġenerali sodisfaċenti tar-raggruppament hi xprunata mis-swieq għall-

“assigurazzjoni tal-vetturi” u għall-“assigurazzjoni tad-dar”, li t-tnejn jinsabu fil-wieħed minn

erbgħa bi prestazzjoni għolja u jikklassifikaw il-ħames u s-sitt rispettivament mill-25 servizz

fl-MPI ġenerali tagħhom. Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, is-suq tal-“assigurazzjoni privata tal-

ħajja” jikklassifika fis-16-il post mis-swieq tas-servizzi kollha, għad li rreġistra żieda

konsiderevoli ta’ 0.6 punti fil-punteġġ tal-MPI ġenerali tiegħu. Il-fattur ewlieni għal dan it-

titjib fil-punteġġ tal-MPI għall-“assigurazzjoni privata tal-ħajja” kien tnaqqis sinifikanti fid-

“detriment” b’0.6 punti meta mqabbel mal-2015. Madankollu, il-komponenti għall-

“kumparabbiltà” u għall-“aspettattivi” għal dan is-suq it-tnejn għadhom ferm anqas mill-

medja tal-UE għas-servizzi kollha. Fost it-tliet swieq li huma parti minn dan ir-

Page 40: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

39

raggruppament, is-suq għall-“assigurazzjoni tad-dar” juri bil-bosta l-ogħla livell ta’

“detriment” mill-25 suq tas-servizzi kollha kemm huma.

Il-prodotti tal-assigurazzjoni huma “oġġetti kredenzjali”, li l-kwalità tagħhom ma tistax tiġi

stabbilita bis-sħiħ fil-mument tax-xiri. Minħabba l-mod li bih tiġi fornita l-assigurazzjoni, il-

konsumaturi spiss ibatu biex jixtru l-kopertura t-tajba. Minbarra li hi kkaratterizzata minn

assimetrija fl-informazzjoni (bil-kumpaniji tal-assigurazzjoni li spiss ikollhom għad-

dispożizzjoni tagħhom firxa ta’ data sattistika li tippermettilhom jistmaw il-livell ta’ riskju), l-

assigurazzjoni hi wkoll qasam li fih jitħaddmu diversi preġudizzji skont l-imġiba. Pereżempju,

ġudizzju ħażin sistematiku tal-probabbiltajiet jista’ jwassal biex il-konsumaturi jippreferu

prodotti li jkopru telf żgħir bi probabbiltà għolja li jseħħu, minflok telf bi probabbiltà baxxa

iżda impatt kbir. Problema oħra hi l-“preġudizzju tad-disponibbiltà”, li jista’ jiġbed l-

attenzjoni tal-konsumaturi lejn il-kopertura li spiss tkun irreklamata f’suq speċifiku, filwaqt li

jwassal biex jiġu injorati riskji oħra li mhumiex daqstant notevoli iżda li xorta waħda jkunu

preżenti. It-taħlita ta’ dawn il-fatturi tista’ tirriżulta f’assigurazzjoni eċċessiva għalja f’ċerti

oqsma, filwaqt li tħalli lill-konsumaturi esposti għal riskji finanzjarji sostanjali minħabba

sottoassigurazzjoni f’oqsma oħra.

F’Ottubru 2017, il-Kummissjoni ppubblikat ir-riżultati ta’ studju dwar l-imġiba52

fuq it-teħid

ta’ deċiżjonijiet tal-konsumaturi meta jixtru assigurazzjoni mhux tal-ħajja. L-istudju wera li l-

konsumaturi ma jitħallewx jiksbu l-aħjar prezzijiet minħabba preġudizzji dwar l-imġiba u ż-

żmien u l-isforz meħtieġ biex jitqabblu l-alternattivi. L-istudju identifika wkoll bħala

rapġunijiet għar-rati baxi ta’ xiri transfruntier tal-assigurazzjoni li l-konsumaturi jew ma jafux

li hu possibbli li jixtru assigurazzjoni fi Stat Membru ieħor tal-UE, jew inkella huma mħassba

li jista’ jkun diffiċli li tinstab soluzzjoni għal problemi ma’ assiguraturi barranin. L-ogħla

pagament eċċessiv tal-primjum kien ikkawżat minn konsumaturi li jagħżlu deduċibbli żgħar

wisq53

, u mhux mill-għażla ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni bi prezz eċċessiv jew mill-

assigurazzjoni ta’ riskju għalxejn. Bħala medja, dan l-iżball fid-deċiżjoni ammonta għal EUR

44 għal kull rispondent għall-kontenut tad-dar u għal EUR 48 għall-assigurazzjoni tal-vetturi,

ekwivalenti għal 19 % u għal 11 % rispettivament tal-primjum medju mħallas.

Id-Direttiva l-ġdida dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni54

, li tidħol fis-seħħ fl-201855

,

tistabbilixxi qafas modernizzat u regoli tal-kondotta għall-bejjiegħa kollha tal-assigurazzjoni,

inklużi dawk li jbigħu direttament lill-konsumaturi. Tintroduċi wkoll regoli ġodda u mtejba

dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi biex tgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażliet informati.

B’mod partikolari, id-Dokument il-ġdid ta’ Informazzjoni dwar il-Prodott tal-Assigurazzjoni

jipprovdi lill-konsumaturi b’informazzjoni bażika dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni b’mod

sempliċi u ċar u f’format standardizzat biex jagħmilha faċli biex jitqabblu l-prodotti offruti.

52

Fost affarijiet oħra, l-istudju: (i) ittestja kif il-konsumaturi jistgħu jiġu megħjuna jieħdu deċiżjonijiet aħjar, (ii)

ta stima tal-iffrankar potenzjali fil-primjums tal-assigurazzjoni, u (iii) ġabar data dwar l-industrija.

http://ec.europa.eu/newsroom/just/item-detail.cfm?item_id=117420 53

Id-“deduċibbli” (magħruf ukoll bħala “eċċess”) hu s-sehem ta’ kwalunkwe dannu li jrid jitħallas mid-detentur

ta’ polza assigurat. Pereżempju, deduċibbli ta’ EUR 100 tfisser li d-dannu ta’ EUR 90 irid jitħallas kollu

kemm hu mid-detentur ta’ polza. Madankollu, jekk id-detentur ta’ polza jġarrab dannu ta’ EUR 1 000, dan

iħallas EUR 100, u l-assiguratur iħallas EUR 900. 54

Direttiva 2016/97/KE. 55

COM(2017) 792.

Page 41: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

40

3.3.2.6. Trasport

Ir-raggruppament ta’ swieq tat-“trasport” jinkludi tliet swieq, li lkoll huma marbuta mat-

trasport personali, u lkoll għandhom frekwenzi ta’ użi li jvarjaw. Dan is-suq jirrappreżenta 1

% mill-baġit medju tal-unitajiet domestiċi.

Illustrazzjoni 13: “Trasport” — punteġġi tal-prestazzjoni

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

B’mod ġenreali, ir-raggruppament tat-“trasport” baqa’ fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni

medja sa għolja mill-2011 ’l hawn. Fl-2017, l-MPI ġenerali tiegħu żdied b’0.2 punti meta

mqabbel mal-2015, u b’4.3 punti meta mqabbel mal-2013. Bħal fl-edizzjoni preċedenti tat-

Tabella ta’ Valutazzjoni, il-“kumparabbiltà” u l-“fiduċja” huma vvalutati b’mod favorevoli

ħafna (ir-raggruppament tat-“trasport” għadu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni għolja

għal dawn iż-żewġ komponenti). Barra minn hekk, l-“aspettattivi” u d-“detriment” it-tnejn

jinsabu fil-wieħed minn erbgħa medju sa għoli b’tibdiliet negliġibbli mill-2015. Mill-ġdid, ir-

raggruppament għandu prestazzjoni anqas sodisfaċenti għall-“problemi”, fejn jikklassifika fil-

wieħed minn erbgħa medju sa baxx. Minkejja tnaqqis ta’ 1.1 pp. f’dan is-subkomponent mill-

2015, is-sehem ta’ konsumaturi li esperjenza probemi fir-raggruppament tat-trasport għadu

ogħla mill-medja tas-servizzi kollha (9.3 %).

Bl-eċċezzjoni tas-servizzi tal-linji tal-ajru, il-konsumaturi għadhom qed jipperċepixxu l-

għażla bħala limitata fis-swieq tar-raggruppament tat-trasport

Għażla insuffiċjenti ta’ fornituri hi komponent li jaffettwa b’mod negattiv il-valutazzjonijiet

tal-konsumaturi ta’ dan ir-raggruppament. Dan hu partikolarment minnu għas-“servizzi

ferrovjarji” u għas-“servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”, fejn

is-sodisfazzjon bl-“għażla” ġiet ivvalutata bħala t-tieni l-anqas u t-tielet l-anqas rispettivament

mill-25 suq tas-servizzi kollha. Dan kien il-każ fl-2015 ukoll. Min-naħa l-oħra, l-“għażla” fis-

settur tal-linji tal-ajru hi vvalutata b’mod pjuttost favorevoli (għandha s-sitt l-ogħla punteġġ

fost is-swieq tas-servizzi kollha), għad li ma tjibitx fl-aħħar sentejn. Madankollu, ta’ min

Page 42: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

41

jinnota li l-“għażla” ngħatat punteġġ baxx ta’ importanza għas-“servizzi ferrovjarji” u għas-

“servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (it-tieni l-anqas u t-tielet

l-anqas rispettivament). Dan jindika li l-konsumaturi jimportahom mill-puntwalità u mill-

konsistenza tat-tali servizzi aktar mill-fatt li jkollhom numru ta’ fornituri minn xiex jagħżlu.

Mit-tliet swieq li huma parti minn dan ir-raggruppament, is-“servizzi ferrovjarji”56

bil-bosta

hu dak ivvalutat l-anqas favorevoli mill-konsumaturi. Dan is-suq jinsab fil-wieħed minn

erbgħa bi prestazzjoni baxxa, hekk kif kien fl-2015, u l-ħames l-anqas punteġġ fl-MPI

ġenerali. Minbarra l-“għażla”, fejn il-punteġġ tiegħu hu notevolment baxx, is-suq tas-“servizzi

ferrovjarji” għandu wholl sehem ogħla ta’ konsumaturi li jesperjenzaw problemi meta

mqabbel mal-medja għas-swieq tas-servizzi kollha. Is-suq tas-“servizzi ferrovjarji” hu

kkaratterizzat minn waħda mill-akbar differenzi fil-punteġġ tal-MPI bejn il-pajjiż tal-UE bl-

ogħla klassifikazzjoni u bl-anqas klassifikazzjoni (24.8 punti), b’żewġ Stati Memrbi li ġabu

punteġġ notevolment baxx (il-Bulgarija u r-Rumanija b’62.5 u bi 63.4 punti rispettivament).

Is-“servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”57

jinsab fil-wieħed

minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa għolja, u jikklassifika tliet postijiet anqas mill-medja

tal-UE tas-servizzi kollha fl-MPI. Is-sodisfazzjon tal-konsumaturi bl-għażla f’dan is-suq hi

notevolment baxxa, u sehem relattivament għoli mill-konsumaturi jesperjenzaw problemi.

Bħal fis-“servizzi ferrovjarji”, id-differenza (19.8 punti) fl-MPI bejn il-pajjiż bl-ogħla punteġġ

u bl-anqas punteġġ fl-UE hi akbar mill-medja tas-swieq tas-servizzi, bil-konsumaturi fl-Italja,

f’Malta u fil-Bulgarija li vvalutaw is-swieq tagħhom bl-agħar prestazzjoni fl-UE-28.

Għall-kuntrarju, is-suq tas-“servizzi tal-linji tal-ajru” hu s-suq f’dan ir-raggruppament li

rċieva l-aktar valutazzjoni favorevoli mill-konsumaturi. Minkejja tnaqqis ta’ 0.4 punti mill-

2015, dan hu s-suq tas-servizzi bir-raba’ l-ogħla klassifikazzjoni fl-MPI, b’punteġġ għoli

ħafna għall-“kumparabbiltà”, għall-“fiduċja” u għall-“aspettattivi”. Għad li s-sehem mir-

rispondenti li jesperjenzaw problemi hu anqas mill-medja tas-servizzi kollha tal-UE, il-livell

ta’ “detriment” meta t-tali problemi jseħħu hu t-tielet l-ogħla mis-servizzi kollha. It-trasport

kien wieħed mill-oqsma ewlenin tal-ilmenti riċevuti min-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-

Konsumaturi. Fl-2016, dawn kienu jirrappreżentaw 36 % tal-ilmenti kollha.

Fl-aħħar snin, l-UE żviluppat sett sħiħ ta’ drittijiet tal-passiġġieri, li japplikaw

indipendentement mill-modalità tat-trasport. Kemm jekk jivvjaġġaw bl-ajru, bil-ferrovija,

b’bastiment, b’xarabank jew bil-kowċ fl-Ewropa, il-passiġġieri jibbenefikaw mid-drittijiet li

jinkludu d-dritt għal informazzjoni preċiża u puntwali, u d-dritt għal diversi forom ta’

assistenza f’sitwazzjonijiet ta’ ttardjar u/jew ta’ tħassir. Uħud minn dawn id-drittijiet qed jiġi

riveduti biex tiġi mmodernizzata u mtejba l-protezzjoni tal-passiġġieri filwaqt li jitqiesu l-

interessi kummerċjali. Fl-2013, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta58

biex tirriforma l-

leġiżlazzjoni eżistenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru (u r-responsabbiltà tal-linji tal-

ajru). Din il-proposta għadha fil-proċess leġiżlattiv. Fl-2017, il-Kummissjoni adottat proposta

li taġġorna d-drittijiet mogħtija lill-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-ferrovija. F’Lulju 2018 tidħol

fis-seħħ Direttiva ġdida dwar arranġamenti ta’ vjaġġi kollox inkluż u ta’ vjaġġi konnessi li

tkompli ssaħħaħ id-drittijiet tal-konsumatur.

56

Ċipru u Malta m’għandhomx servizzi ferrovjarji u allura mhumiex inklużi f’din l-analiżi. 57

Għal Ċipru, għal Malta u għal-Lussemburgu, dan is-suq jinkludi s-servizzi tal-karozzi tal-linja lokali biss. 58

COM(2013) 130 final.

Page 43: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

42

3.3.2.7. Utilitajiet

Ir-raggruppament ta’ swieq tal-“utilitajiet” jgħaqqad flimkien erba’ swieq. F’ħafna pajjiżi,

dawn l-erba’ swieq għandhom numru limitat ta’ fornituri. Is-servizzi f’dan ir-raggruppament

jintużaw fuq bażi ta’ kuljum jew frekwenti u jammontaw għal 5 % tal-baġit tal-unitajiet

domestiċi.

Illustrazzjoni 14: “Utilitajiet” — punteġġi tal-prestazzjoni

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

L-MPI medju għal dan ir-raggruppament jinsab fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja

sa baxxa, hekk kif kien il-każ kemm fl-2015 kif ukoll fl-2013. Madankollu, l-MPI żdied b’4.1

punt mill-2013 u b’0.8 punti mill-2015. Ir-raggruppament hu kkaratterizzat minn żewġ gruppi

distinti ta’ servizzi, bi prestazzjonijiet li jikkuntrastaw ħafna. “Is-servizzi postali” u s-“servizzi

tal-gass” jinsabu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa għolja, filwaqt li l-

“provvista tal-ilma” u s-“servizzi tal-elettriku” jaqgħu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni

baxxa.

L-istess stampa kuntrastanti tista’ tiġi osservata għall-komponenti u għas-subkomponenti

differenti vvalutati. L-“aspettattivi” jinsab fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa

għolja, filwaqt li l-“problemi”, id-“detriment” u l-“fiduċja” lkoll għandhom prestazzjoni

medja sa baxxa. Il-komponenti tal-MPI li għadhom b’valutazzjoni baxxa ħafna huma l-

“kumparabbiltà” u l-“għażla” (it-tnejn jinsabu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni baxxa)

b’żieda marġinali biss mill-2015 ’l hawn. Il-valutazzjoni baxxa tal-konsumaturi tista’ tkun

dovuta għall-fatt li f’ċerti pajjiżi dawn is-swieq jista’ jkun għad fihom monopolji jew

għandhom kompetizzjoni baxxa ħafna (jekk is-suq dan l-aħħar biss infetaħ).

Prestazzjoni kuntrastanti tas-swieq tal-enerġija

Meta jiġu analizzati s-swieq individwali li jappartjenu għal dan ir-raggruppament, is-“servizzi

tal-elettriku” hu s-suq ivvalutat bl-anqas mod favorevoli mill-konsumaturi. Jikklassifika fit-22

post mill-25 suq tas-servizzi kollha, b’żieda fil-punteġġ tal-MPI ta’ 1.0 punt mill-2015 (il-

Page 44: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

43

punteġġ tal-MPI tiegħu baqa’ jitjieb b’mod konsistenti mill-2011 ’l hawn). Meta mqabbel

mal-2015, mill-komponenti tal-MPI kollha tiegħu l-akbar żieda ġiet osservata għall-“għażla”,

aktarx konsegwenza tal-liberalizzazzjoni kurrenti tas-suq. Is-“servizzi tal-elettriku” raw ukoll

tnaqqis mill-2015 fis-sehem ta’ konsumaturi li esperjenzaw problemi. Id-differenza kbira

ħafna fl-MPI bejn il-pajjiż tal-UE bl-ogħla klassifikazzjoni u dak bl-anqas klassifikazzjoni

f’dan is-suq (36.5 punti, li hu 19.3 punti akbar mill-medda tas-swieq tas-servizzi kollha tal-

UE-28) tindika suq bi prestazzjoni mħallta, li hu vvalutat bħala l-anqas sodisfaċenti mill-

konsumaturi fin-Nofsinhar tal-Ewropa (il-valutazzjoni tagħhom tas-“servizzi tal-elettriku” hi

11.7 punti anqas mill-medja tal-UE-28). Minkejja dan, iż-żewġ pajjiżi fil-qiegħ fil-punteġġ

tal-MPI (il-Bulgarija u Spanja) it-tnejn żiedu l-punteġġi tagħhom b’5.5 u bi 3.1 punt

rispettivament mill-2015 ’l hawn.

Fl-2017, il-Kummissjoni ħarġet ir-riżultati ta’ studju dwar id-detriment għall-konsumaturi fl-

UE59

, li indika l-kobor tad-detrimenti li l-konsumaturi jġarrbu minħabba servizzi tal-elettriku

li ma jaħdmux kif suppost fl-UE. L-istudju stima li d-detriment finanzjarju totali wara r-

rimedju tul l-aħħar 12-il xahar fl-UE-28 kien ta’ bejn EUR 1.9 biljun u EUR 6.4 biljun.

Għall-kuntrajru, is-suq għas-“servizzi tal-gass” għandu prestazzjoni medja sa għolja, u

kklassifika fid-disa’ post mis-swieq tas-servizzi kollha. Il-punteġġ tal-MPI tiegħu żdied b’1.1

punt mill-2015, u hemm ferm anqas varjazzjoni bejn il-punteġġi tal-pajjiż bl-ogħla

klassifikazzjoni u dak bl-anqas klassifikazzjoni meta mqabbel mas-suq tal-elettriku (22.5

punti għas-suq tas-“servizzi tal-gass” meta mqabbla ma’ 36.5 għas-suq tas-“servizzi tal-

elettriku”), bi Spanja bl-agħar prestazzjoni. Il-pajjiżi li kklassifikaw fl-aħħar tmien

pożizzjonijiet għall-MPI ma esperjenzaw ebda titjib fil-valutazzjoni tal-konsumaturi mill-

2015 ’l hawn. Fin-Nofsinhar tal-Ewropa, u f’ċerti pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa, is-suq tas-

“servizzi tal-gass” iġib punteġġ anqas mill-medja tal-UE. Rigward is-“servizzi tal-elettriku”,

l-akbar żieda fl-MPI hi fl-“għażla”. Madankollu, il-konsumaturi jorbtu importanza inferjuri

għall-għażla kemm fis-“servizzi tal-gass” kif ukoll fis-“servizzi tal-elettriku” meta mqabbla

ma’ aspetti oħra tal-prestazzjoni tas-swieq.

Hemm sforzi ssoktati fil-livell tal-UE biex is-settur tal-enerġija jsir aktar kompetittiv u

sostenibbli filwaqt li l-konsumaturi jiksbu offerta aħjar. F’Novembru 2016, il-Kummissjoni

ppreżentat pakkett ġdid ta’ miżuri60

, bl-għan li jiġi pprovdut il-qafas leġiżlattiv stabbli

meħtieġ biex jiffaċilita t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa – u b’hekk jittieħed pass importanti

lejn il-ħolqien tal-Unjoni tal-Enerġija. Dawn il-proposti għal “Enerġija Nadifa għall-Ewropej

kollha” huma maħsuba biex jgħinu lis-settur tal-enerġija tal-UE jsir aktar stabbli, kompetittiv,

sostenibbli u idoneu għas-seklu 21. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-pakkett hu li jipprovdi

lill-konsumaturi b’offerta tajba dwar l-enerġija.

Bħalissa l-Kummissjoni qed tagħmel studju dwar l-enerġija61

li jinvestiga kif iċ-ċarezza, il-

kumparabbiltà u t-trasparenza fis-suq tal-enerġija jistgħu jissaħħew permezz tal-informazzjoni

pprovduta lill-konsumaturi tal-enerġija f’fażijiet differenti tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq

tal-enerġija. L-istudju se jassisti l-ħidma tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-Ewropej ikollhom

aċċess għal informazzjoni aħjar u għal aktar possibbiltajiet biex ikunu attivi fis-suq tal-

59

https://ec.europa.eu/info/publications/study-measuring-consumer-detriment-european-union_mt. L-istudju ta

stima tad-detriment għall-konsumaturi f’sitt swieq differenti — servizzi tat-telefonija mobbli; ilbies, żraben u

basktijiet; servizzi ferrovjarji; apparati domestiċi kbar; servizzi tal-elettriku; u self, kreditu u karti tal-kreditu.

B’mod partikolari, dan iffoka fuq Franza, l-Italja, il-Polonja u r-Renju Unit.

60

https://ec.europa.eu/energy/en/news/commission-proposes-new-rules-consumer-centred-clean-energy-

transition. 61

L-istudju dwar is-swieq tal-konsumatur dwar informazzjoni prekuntrattwali u kontijiet fis-suq tal-enerġija —

ċarezza u kumparabbiltà mtejba.

Page 45: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

44

enerġija, kif ukoll kontroll akbar fuq l-ispejjeż tal-enerġija tagħhom. Dan iħares lejn l-

istandardizzazzjoni tal-offerti u tal-kontijiet tal-enerġija biex jiżgura ċarezza u kumparabbiltà

akbar, u jissuġġerixxi disinji aħjar għall-kontijiet tal-enerġija. L-istudju jeżamina wkoll il-

fatturi ewlenin li jaqtgħu qalb il-konsumaturi tal-enerġija milli jbiddlu l-fornitur. Finalment, l-

għodod ta’ tqabbil tal-prezzijiet fis-settur tal-enerġija qed jiġu eżaminati u se jiġu identifikati

skemi (indipendenti) ta’ verifika għat-tali għodod.

Il-fiduċja fis-suq tas-servizzi postali għadha għolja, iżda l-konsumaturi mill-pajjiżi Nordiċi

huma anqas sodisfatti

Is-“servizzi postali” hu s-suq l-ieħor f’dan ir-raggruppament li jaqsam il-wieħed minn erbgħa

bi prestazzjoni medja sa għolja mas-suq tas-“servizzi tal-gass”. Jikklassifika fit-tmien

pożizzjoni fil-punteġġ tal-MPI, b’ebda tibdil sinifikanti meta mqabbel mal-2015. Għall-

komponenti individwali tiegħu, tista’ tiġi nnotata żieda żgħira fil-komponenti

“kumparabbiltà” u “għażla”, filwaqt li l-komponent “aspettattivi” naqas b’mod marġinali.

B’mod ġenerali, il-fiduċja fis-suq hi għolja u s-servizzi offruti jissodisfaw l-“aspettattivi” tal-

konsumaturi. Minkejja dan, is-sehem tal-konsumaturi li jesperjenzaw problemi fis-suq tas-

“servizzi postali” hu ogħla mill-medja tas-servizzi kollha, filwaqt li d-“detriment” imġarrab

hu marġinalment ogħla mil-livell medju.

B’mod ġenerali, is-suq iġib punteġġi tajbin fil-Punent u fil-Lvant tal-Ewropa, filwaqt li ċerti

pajjiżi mir-reġjun tat-Tramuntana, bħad-Danimarka, il-Finlandja u l-Iżvezja raw l-akbar

tnaqqis fil-valutazzjoni mill-konsumaturi għal dan is-suq (tnaqqis ta’ bejn 4.7 u 8.7 punti).

F’April 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw Regolament dwar il-konsenja tal-

pakketti transfruntiera62

. Dan kien parti minn pjan estiż biex tingħata spinta lill-kummerċ

elettroniku u lill-kummerċ elettroniku transfruntier b’mod partikolari, peress li din hi wieħed

mir-riżultati skont l-istrateġija għal suq uniku diġitali. Ir-regoli l-ġodda huma mistennija

jagħmlu t-tali servizzi aktar trasparenti u affordabbli u jżidu s-sorveljanza regolatorja tas-suq

tal-pakketti tal-UE. Skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda, il-fornituri tal-konsenja tal-pakketti

ser ikollhom jiżvelaw il-prezzijiet għas-servizzi li jużaw il-konsumaturi individwali u l-

kumpaniji ż-żgħar, li l-Kummissjoni se tippubblika fuq sit web. F’konformità mad-Direttiva

dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, in-negozjanti ser ikollhom jipprovdu lill-konsumaturi wkoll

b’informazzjoni ċara dwar l-għażliet ta’ konsenja transfruntiera disponibbli u t-tariffi pagabbli

mill-konsumaturi għall-konsenja tal-pakketti transfruntiera. In-negozjanti ser ikollhom

jipprovdu wkoll lill-klienti bi proċeduri dwar l-ilmenti tal-klijenti, fejn applikabbli. Ir-regoli l-

ġodda diġà daħlu fis-seħħ u ser ikunu applikabbli bis-sħiħ fl-201963

.

Il-kumparabbiltà u l-għażla jitjiebu fis-suq għall-provvista tal-ilma, iżda l-konsumaturi

mhumiex sodisfatti b’mod ġenerali

Finalment, is-suq għall-“provvista tal-ilma” hu suq bi prestazzjoni baxxa, u kklassifika fid-19-

il post mill-25 suq tas-servizzi. Is-suq ra żieda ta’ 1.2 punti fil-punteġġ tal-MPI ġenerali

tiegħu meta mqabbel mal-2015, bl-akbar żieda għall-“kumparabbiltà” u għall-“għażla”

(jiġifieri ż-żewġ komponenti li bil-bosta ġabu l-anqas punteġġi għall-“provvista tal-ilma” fost

is-swieq tas-servizzi l-oħra kollha). Dan is-suq għandu punteġġ aħjar mill-medja fil-

“problemi”, u tejjeb ukoll f’dan l-indikatur b’0.9 pp. meta mqabbel mal-2015.

Il-valutazzjoni mill-konsumaturi tas-suq tal-“provvista tal-ilma” fost l-Istati Membri hi

kemxejn eteroġena. Hemm differenza ta’ 29.3 punti fl-MPI bejn il-pajjiż tal-UE bl-ogħla

62

http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2018/04/12/council-adopts-cross-border-parcel-

delivery-rules-to-boost-e-commerce/. 63

F’nofs Diċembru 2017, intlaħaq ftehim provviżorju mill-koleġiżlaturi tal-UE.

Page 46: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

45

klassifikazzjoni u dak bl-agħar klassifikazzjoni. Ċerti pajjiżi fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-

Ewropa, bħall-Bulgarija, l-Italja, il-Kroazja u Spanja jispikkaw bħala l-pajjiżi fejn il-

konsumaturi jagħtu l-agħar klassifikazzjoni lil dan is-suq fl-UE.

3.3.2.8. Telekomunikazzjoni

Ir-raggruppament ta’ swieq tat-“telekomunikazzjoni” jinkludi erba swieq, li jirrappreżentaw

3 % mill-baġit medju tal-unitajiet domestiċi. Dan ir-raggruppament hu kkaratterizzat mill-

approċċ tiegħu msejjes fuq abbonamenti, numru aktar limitat ta’ fornituri, u użu ta’ kuljum li

tipikament jitħallas b’tariffi fix-xahar. L-“iggruppar” tas-servizzi jiġi offrut pjuttost spiss

ukoll lill-konsumaturi għal ħafna mis-servizzi fir-raggruppament.

Illustrazzjoni 15: “Telekomunikazzjoni” — punteġġi tal-prestazzjoni

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Il-valutazzjoni mill-konsumaturi tal-prestazzjoni tas-swieq f’dan ir-raggruppament hi kemxejn

konsistenti, bi tliet swieq fil-wieħed minn erbgħa medju sa baxx u suq wieħed (is-suq għall-

“provvista tal-internet”) fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni baxxa. Is-suq għall-“provvista

tal-internet” niżel fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni baxxa f’din l-edizzjoni biss, filwaqt

li fl-2015 kien għadu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa baxxa.

L-inċidenza għolja ta’ problemi li jaffaċċjaw il-konsumaturi tniżżel il-prestazzjoni ġenerali

tar-raggruppament tat-“telekomunikazzjoni”

Meta jiġu analizzati d-diversi komponenti, subkomponenti u indikaturi, l-agħar valutazzjoni

għar-raggruppament tat-“telekomunikazzjoni” hi għall-“problemi”. Bħala medja, 16.9 % tal-

konsumaturi esperjenzaw problemi bl-erba’ swieq tas-servizzi, li varjaw minn 14.6 % tal-

konsumaturi li esperjenzaw problemi fis-“servizzi tat-telefonija fissa” sa 20.3 % li

esperjenzaw problemi fil-“provvista tal-internet”. Dan jagħmel dawn is-swieq l-agħar erba’

swieq tas-servizzi mill-25 kollha għall-“problemi”. L-istess jgħodd għall-komponent tal-

Page 47: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

46

“problemi u detriment” (“problemi” u “detriment” kombinati), fejn dawn l-erba’ servizzi

jikklassifikaw fl-aħħar erba’ pożizzjonijiet mill-25 swieq tas-servizzi kollha. Dan minkejja l-

fatt li l-livell individwali tad-“detriment” esperjenzat meta jqumu l-problemi hu allinjat mal-

medja tas-servizzi kollha (prestazzjoni medja sa għolja). Il-“kumparabbiltà” f’dan ir-

raggruppament hi daqstant ieħor allinjata mal-medja tal-UE (prestazzjoni medja sa għolja),

filwaqt li l-“fiduċja”, l-“għażla”, u l-“aspettattivi” lkoll jinsabu fil-wieħed minn erbgħa bi

prestazzjoni medja sa baxxa.

Is-swieq tat-“telekomunikazzjoni” għandhom prestazzjoni li tvarja madwar l-Ewropa, bil-

konsumaturi min-Nofsinhar tal-Ewropa li huma bil-bosta l-anqas sodisfatti

Is-“suq tal-abbonamenti tat-TV” jikklassifika fit-13-il pożizzjoni mill-25 servizz fl-MPI,

b’ebda żieda statistikament sinifikanti mill-2015 ’l hawn. Mill-2015, il-komponent tal-

“fiduċja” żdied, filwaqt li l-komponenti u s-subkomponenti kollha l-oħra baqgħu stabbli. Il-

prestazzjoni tas-suq hi l-agħar fil-Kroazja u fil-Portugall (bil-Portugall li ra tnaqqis ta’ 5.9

punti fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni), filwaqt li l-pajjiżi fir-reġjun tal-Punent jivvalutaw il-

prestazzjoni tiegħu bl-anqas mod favorevoli.

Is-suq għas-“servizzi tat-telefonija fissa” għandu prestazzjoni medja sa baxxa, u kklassifika

fis-17-il post mill-25 suq tas-servizzi. Il-punteġġ tal-MPI ġenerali tiegħu baqa’ stabbli mill-

2015 għall-2017, u rreġistra biss żieda fil-komponent tal-“kumparabbiltà” u tnaqqis fl-

“aspettattivi”, it-tnejn għadhom totalment allinjati mal-medja tal-UE tas-servizzi kollha. Is-

sehem ta’ konsumaturi li esperjenzaw problemi għadu għoli u ma wera ebda tibdil

statistikament sinifikanti meta mqabbel mal-2015. Is-suq tas-“servizzi tat-telefonija fissa” hu

vvalutat l-aktar favorevoli fir-reġjuni tal-Punent tal-Ewropa u l-anqas favorevoli fin-Nofsinhar

tal-Ewropa: Spanja, il-Kroazja u l-Italja (il-pajjiżi li jikklassifikaw l-anqas fl-UE) ma raw

ebda żieda fil-punteġġi tal-MPI tagħhom. Madwar l-UE, hemm differenza kbira fl-MPI bejn

il-pajjiż tal-UE bl-ogħla klassifikazzjoni u dak bl-agħar klassifikazzjoni (26.5 punti).

Is-suq għas-“servizzi tat-telefonija mobbli” jikklassifika fit-18-il post mill-25 suq tas-servizzi,

eżatt taħt is-“servizzi tat-telefonija fissa”. Il-punteġġ tal-MPI ġenerali tiegħu ma ra ebda tibdil

mill-2015, minkejja tnaqqis fil-“kumparabbiltà” u fl-“għażla”. Il-komponent tal-“fiduċja”

għadu notevolment baxx fis-suq għas-“servizzi tat-telefonija mobbli”. Barra minn hekk, is-

sehem ta’ konsumaturi li esperjenzaw problemi għadu kemxejn għoli (17.5 %) minkejja

tnaqqis ta’ 2.5 pp. tul l-aħħar sentejn. Id-differenza l-kbira (27.2 punti) fl-MPI bejn il-pajjiżi

tal-UE bl-ogħla klassifikazzjoni u bl-agħar klassifikazzjoni tirrifletti l-prestazzjoni ħażina ta’

dan is-suq fil-pajjiżi tan-Nofsinhar. Tlieta mill-erba’ pajjiżi bl-agħar prestazzjoni għas-

“servizzi tat-telefonija mobbli” (Spanja, l-Italja u l-Portugall) jappartjenu għal dan ir-reġjun

(bil-Kroazja li għandha t-tieni l-agħar prestazzjoni) u esperjenzaw jew ebda titjib jew

tnaqqisiet kbar fil-punteġġi tal-MPI ġenerali tagħhom mill-2015 ’l hawn.

Is-suq għall-“provvista tal-internet” jikklassifika fl-20 post mill-25 suq tas-servizzi. L-MPI

tiegħu naqas b’0.4 punti mill-2015 ’l hawn, u s-suq issa jinsab fil-wieħed minn erbgħa bi

prestazzjoni baxxa. L-akbar fattur wara dan it-tnaqqis hu tnaqqs fil-punteġġ tal-“aspettattivi”

tiegħu, li issa hu kklassifikat marġinalment taħt il-medja tal-UE. Il-“provvista tal-internet” hu

s-suq bl-akbar sehem ta’ konsumaturi li jesperjenzaw “problemi” (20.3 %) u bl-anqas punteġġ

fil-“problemi u detriment”. Fost il-pajjiżi kollha mistħarrġa, hemm differenzi konsiderevoli

fil-prestazzjoni tas-suq, bl-aktar kundizzjonijiet favorevoli fil-Punent u fil-Lvant tal-Ewropa,

u l-anqas kundizzjonijiet favorevoli fir-reġjun tan-Nofsinhar. L-anqas punteġġi jistgħu

jinstabu fi Spanja, fl-Italja, fl-Irlanda u fil-Kroazja.

Page 48: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

47

Biex tindirizza l-frammentazzjoni tas-suq fis-swieq tat-telekomunikazzjoni, fl-2015 l-UE

adottat ir-Regolament dwar is-Suq Uniku fit-Telekomunikazzjoni64

. Dan żgura għall-ewwel

darba il-prinċipju ta’ newtralità tan-netwerk fl-UE u beda l-proċess biex jitneħħew it-tariffi

tar-roaming. L-abolizzjoni tat-tariffi tar-roaming fissret li, minn nofs Ġunju 2017, ċittadini

Ewropej li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE setgħu “jużaw il-mowbajl qishom qegħdin f’pajjiżhom” u

jħallsu l-prezzijiet domestiċi għal kwalunkwe telefonata, SMS jew data roaming. Dan hu

eżempju ta’ azzjoni mill-UE li għandha impatt dirett fuq il-ħajjiet taċ-ċittadini tal-UE. Din id-

dispożizzjoni ppromwoviet ukoll l-użu tas-servizzi tat-telefonija mobbli, li bbenefika kemm

lill-konsumaturi kif ukoll lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni.

F’Settembru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat proposti għal rivoluzzjoni ambizzjuża tal-qafas

regolatorju tat-telekomunikazzjoni65

. Wieħed mill-għanijiet tal-proposti kien li jitħeġġeġ l-

investiment f’netwerks b’kapaċità għolja ħafna u jiġi aċċellerat l-aċċess pubbliku għall-Wi-Fi

għaċ-ċittadini Ewropej. Ir-regoli proposti fittxew li jissodisfaw id-domanda li qed tikber fost

il-konsumaturi Ewropej għal aktar konnettività u jsaħħu l-kompetittività tas-settur tat-

“telekomunikazzjoni” tal-UE.

3.3.2.9. Servizzi bankarji

Ir-raggruppament ta’ swieq tas-“servizzi bankarji” jirrappreżenta 0.2 % biss mill-baġit medju

tal-unitajiet domestiċi66

u jinkludi erba’ swieq. Madankollu, dan ir-raggruppament hu

direttament marbut mal-finanzi u mal-introjtu tal-konsumaturi, u għalhekk jaqdi rwol ferm

aktar importanti milli s-sehem tal-baġit tiegħu jista’ jissuġġerixxi.

64

ĠU L 310, 26.11.2015, pp. 1-18. 65

http://ec.europa.eu/competition/sectors/telecommunications/overview_en.html

http://europa.eu/rapid/press-release_IP-16-3008_mt.htm

L-enfasi hi mixħuta fuq: approċċ konsistenti tas-suq uniku għall-politika dwar l-ispettru; l-indirizzar tal-

frammentazzjoni regolatorja; l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi; l-inċentivar tal-investiment f’netwerks tal-

broadband b’veloċità għolja; u qafas istituzzjonali regolatorju aktar effettiv. 66

Dan ġej prinċipalment mill-fatt li fil-każ ta’ “self, kreditu u karti tal-kreditu” u “ipoteki”, huma inklużi biss

imposti assoċjati mas-self.

Page 49: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

48

Illustrazzjoni 16: “Servizzi bankarji” — punteġġi tal-prestazzjoni

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Is-“servizzi bankarji” għadu r-raggruppament tas-servizzi bl-agħar prestazzjoni mindu ġew

ippubblikati l-ewwel edizzjonijiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni. L-MPI tar-raggruppament

żdied b’0.7 punti mill-2015, iżda l-komponenti u s-subkomponenti individwali bħall-

“kumparabbiltà”, il-“fiduċja”, l-“aspettattivi” u d-“detriment” għadhom bi prestazzjoni baxxa

(l-erba’ kollha jinsabu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni baxxa). Il-punteġġi għall-

“għażla” u għall-“problemi” juru riżultati aħjar, biż-żewġ indikaturi fil-wieħed minn erbgħa bi

prestazzjoni medja sa għolja. Is-sehem ta’ konsumaturi li esperjenzaw problemi naqas bi 3.8

pp. mill-2013.

Minkejja xi titjib, il-konsumaturi għadhom mhumiex sodisfatti bil-prestazzjoni tas-swieq

tal-“prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” u tal-“ipoteki”.

Il-prestazzjoni ħażina ta’ dan ir-raggruppament hi xprunata mis-suq tal-“prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati67

u titoli” u mis-suq tal-“ipoteki”. Iż-żewġ swieq

jinsabu fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni baxxa.

Is-suq għall-“prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” hu t-tieni l-agħar

suq tas-servizzi bl-agħar valutazzjoni fl-MPI ġenerali, minkejja żieda ta’ 0.8 punti mill-2015

’l hawn. Dan is-suq għandu l-anqas punteġġ mill-25 suq tas-servizzi kollha għall-

“kumparabbiltà”. Għandu wkoll punteġġi baxxi ħafna għall-“fiduċja” u għall-“aspettattivi”.

Għad li s-sehem ta’ konsumaturi li jesperjenzaw problemi f’dan is-suq jinsab taħt il-medja tal-

UE għas-servizzi kollha u naqas b’mod sinifikanti mill-2015 ’l hawn (bi 3.2 punti), id-

“detriment” medju assoċjat ma’ dawn il-problemi hu kemxejn għoli. Madwar l-UE, il-

punteġġi tas-swieq huma ogħla mill-medja tas-swieq tal-UE-28 fil-Punent tal-Ewropa, u

anqas mill-medja tas-swieq tal-UE-28 fir-reġjuni l-oħra. Spanja, il-Bulgarija u l-Kroazja huma

67

L-istħarriġ fost il-konsumaturi kien immirat lejn il-pjanijiet tal-pensjoni personali privata, jiġifieri

sitwazzjonijiet li fihom l-individwi indipendentement xtraw u għażlu aspetti materjali tal-arranġamenti.

Page 50: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

49

l-pajjiżi bl-agħar prestazzjoni fl-UE fl-MPI ġenerali, b’ebda titjib mill-2015 ’l hawn. L-

Ungerija hi l-pajjiż li rreġistra l-akbar titjib fl-MPI mill-2015 ’l hawn (+9.0), Ċipru ra żieda

fil-valutazzjoni mill-konsumaturi b’5.4 punti mill-2015.

L-“ipoteki” hu s-suq bit-tielet l-agħar valutazzjoni mill-25 suq tas-servizzi, għad li l-MPI

tiegħu żdied b’2.0 punti mill-2015 ’l hawn. Il-“kumparabbiltà”, il-“fiduċja” u l-“aspettattivi”

huma vvalutati bħala baxxi ħafna (fir-raba’ l-agħar pożizzjoni fost is-swieq l-oħra kollha),

minkejja żieda ta’ 0.2, 0.3 u 0.2 punti rispettivament mill-2015 ’l hawn. Għad li anqas

konsumaturi qed jesperjenzaw problemi (7.8 %, tnaqqis ta’ 1.9 pp. mill-2015 ’l hawn), id-

“detriment” assoċjat hu t-tieni l-ogħla mill-25 suq tas-servizzi kollha. Hemm differenza kbira

(25.0 punt) fl-MPI bejn il-pajjiż bl-aqwa klassifikazzjoni u dak bl-agħar klassifikazzjoni f’dan

is-suq. Il-valutazzjonijiet huma aktar favorevoli fil-Punent tal-Ewropa milli fir-reġjun tal-

Lvant, filwaqt li l-anqas punteġġi jinsabu fin-Nofsinhar tal-Ewropa. Spanja, Ċipru, il-

Bulgarija u l-Kroazja huma l-pajjiżi fejn is-suq tal-“ipoteki” hu kklassifikat fl-aħħar post. Il-

Bulgarija hi l-uniku pajjiżi minn dawn l-erbgħa li ra titjib fil-punteġġ tal-MPI tiegħu (ta’ 3.2

punti) mill-2015 ’l hawn.

Fl-2014, l-UE ħolqot regoli u standards ġodda għas-suq tal-ipoteki bl-adozzjoni tad-Direttiva

dwar l-Ipoteki68

. Id-Direttiva għandha l-għan li tkompli tintegra s-suq tal-ipoteki tal-UE u żżid

il-protezzjoni tal-konsumatur. Pereżempju, din tistabbilixxi obbligi ta’ informazzjoni ġodda li

jiżguraw li l-konsumaturi jiġu pprovduti b’informazzjoni dettaljata u ċara dwar it-termini tal-

ipoteki. Id-Direttiva tagħti wkoll lill-konsumaturi d-dritt għal ripagament bikri tal-ipoteki

tagħhom (simili għar-regoli diġà fis-seħħ għall-ftehimiet dwar il-kreditu għall-konsumatur).

Ir-regoli l-ġodda japplikaw għall-ipoteki mogħtija minn Marzu 2016, u aktarx li

kkontribwixxew għall-valutazzjoni mtejba tas-suq tal-ipoteki mill-konsumaturi murija f’din l-

edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni.

Is-suq għas-“self, kreditu u karti tal-kreditu” jġib punteġġ allinjat mal-medja tas-suq tas-

servizzi kollha, filwaqt li dak għall-“kontijiet tal-bank” jġib punteġġ ftit inferjuri

Is-suq tal-“kontijiet tal-bank” jinsab fil-wieħed minn erbgħa bi prestazzjoni medja sa għolja

(għall-kuntrarju ta’ medja sa baxxa fl-2015), u kklassifika fil-11-il post mill-25 suq tas-

servizzi kollha. Madankollu, l-MPI tiegħu ma nbidilx b’mod sinifikanti mill-2015 ’l hawn. Il-

“kumparabbiltà”, il-“fiduċja” u l-“aspettattivi” għadhom anqas mill-medja tas-servizzi kollha

tal-UE-28, filwaqt li l-“għażla” għadha ogħla mil-livelli medji tal-UE. Mill-2015 ’l hawn,

kemm il-“problemi” kif ukoll id-“detriment” naqsu (b’1.7 pp. u b’0.4 punti rispettivament).

Barra minn hekk, is-sehem ta’ konsumaturi li biddlu l-fornitur bankarju naqas b’1.8 pp. bejn l-

2015 u l-2017. Bħal fil-każ tal-“ipoteki”, hemm varjazzjoni kbira fil-punteġġi tal-MPI bejn il-

pajjiż tal-UE bl-aqwa klassifikazzjoni u dak bl-agħar klassifikazzjoni għas-suq tal-“kontijiet

tal-bank” (25.6 punti). L-ogħla punteġġi jinsabu fir-reġjun tal-Punent. Għall-kuntrarju, il-

pajjiżi mir-reġjuni tan-Nofsinhar għandhom prestazzjoni anqas mill-medja, b’punteġġi

partikolarment baxxi fi Spanja, f’Ċipru u fl-Italja.

Finalment, is-suq għas-“self, kreditu u karti tal-kreditu” jinsab fil-wieħed minn erbgħa bi

prestazzjoni medja sa għolja. Dan is-suq hu kklassifikat fl-10 post mill-25 suq tas-servizzi

mistħarrġa, minkejja tnaqqis fil-punteġġ tal-MPI tiegħu b’0.4 punti fl-aħħar sentejn. L-akbar

fatturi wara dan it-tnaqqis huma tnaqqisiet fil-komponenti tal-“għażla” u tal-“aspettattivi”, li

għadhom jikklassifikaw f’livell ogħla mill-medja tas-servizzi kollha tal-UE u huma allinjati

mal-medja tas-servizzi kollha tal-UE rispettivament. Għall-kuntrarju, il-“kumparabbiltà” u l-

“fiduċja” ma tjibux bejn l-2015 u l-2017 u għadhom ftit taħt il-medja tas-servizzi kollha tal-

UE. Is-sehem ta’ konsumaturi li esperjenzaw problemi f’dan is-suq naqas mill-2015 ’l hawn (-

68

ĠU L 60/34 datat it-28.2.2014.

Page 51: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

50

0.8 pp.) u għadu anqas mill-medja tal-UE-28. Madwar l-UE, il-prestazzjoni hi aħjar fil-Punent

u fin-Nofsinhar tal-Ewropa, filwaqt li r-reġjuni tan-Nofsinhar u tal-Lvant jivvalutaw is-suq bl-

anqas mod favorevoli. Is-suq għandu l-agħar prestazzjoni f’Ċipru, fi Spanja u fil-Greċja.

Ir-riżultati ta’ studju tal-Kummissjoni dwar id-detriment għall-konsumatur fl-UE69

wera li fost

is-sitt setturi vvalutati, il-livell medju ta’ detriment finanzjarju ta’ wara r-rimedju għal kull

problema kien it-tieni l-ogħla għas-suq tas-“self, kreditu u karti tal-kreditu”. Id-detriment

f’dan is-suq varja bejn EUR 83.0 u EUR 154.9. Bl-aggregazzjoni tar-riżultati tul l-aħħar 12-il

xahar fil-pajjiżi differenti tal-UE-28, id-detriment finanzjarju totali ta’ wara r-rimedju għas-

“self, kreditu u karti tal-kreditu” jvarja bejn EUR 1.3 biljun u EUR 8.8 biljun. Dan juri l-firxa

tat-tħassib fost il-konsumaturi għal dan is-settur finanzjarju partikolari.

Il-kundizzjonijiet tal-konsumatur jistgħu jkunu mistennija jkomplu jitjiebu hekk kif jiġu

implimentati diversi siltiet ta’ leġiżlazzjoni adottati fl-aħħar snin. Mill-2016 ’l hawn, id-

Direttiva dwar il-Kontijiet ta’ Pagament70

għamlitha eħfef għall-konsumaturi biex ibiddlu l-

kontijiet tal-bank. Id-Direttiva tintroduċi wkoll rekwiżiti ta’ informazzjoni ġodda għat-tariffi

marbuta ma’ kont tal-bank, li ser ikunu japplikaw mill-2018. Dawn ir-rekwiżiti ser iżidu t-

trasparenza tal-informazzjoni dwar it-tariffi għall-konsumaturi. Il-preżentazzjoni

standardizzata tal-informazzjoni dwar it-tariffi ewlenin fid-Dokument il-ġdid ta’

Informazzjoni dwar it-Tariffi għandha tgħin lill-konsumaturi jqabblu l-offerti differenti fis-

suq. L-applikazzjoni tar-Regolament dwar it-tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta’

pagament ibbażati fuq karti fl-2016 illimitat dawn it-tariffi u għenet biex jitnaqqsu l-ispejjeż.

F’Marzu 2017, il-Kummissjoni adottat pjan ta’ azzjoni71

biex tkompli ssaħħaħ is-suq uniku

tal-UE għas-servizzi finanzjarji fil-livell tal-konsumaturi. Il-pjan ta’ azzjoni segwa

konsultazzjoni estensiva mal-partijiet kkonċernati, u fih sensiela ta’ miżuri li jimmiraw li

jżidu l-fiduċja fost il-konsumaturi, inaqqsu l-ostakoli regolatorji li jifdal, u jsostnu l-iżvilupp

ta’ servizzi diġitali innovattivi. B’mod partikolari, dawn l-azzjonijiet għandhom l-għan li

jtejbu l-proċess għall-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kredizja meta jingħata s-self għall-

konsumaturi. Dawn għandhom ukoll l-għan li jesploraw modi kif jiġu indirizzati d-djun

eċċessivi. Kif imħabbar fil-pjan ta’ azzjoni, il-Kummissjoni nediet studju dwar l-imġiba

mmirat lejn l-istudjar ta’ kif id-diġitalizzazzjoni tas-suq għas-servizzi finanzjarji fil-livell tal-

konsumaturi se taffettwa lill-konsumaturi. L-istudju se jixħet enfasi partikolari fuq id-

divulgazzjoni ta’ informazzjoni fl-istadju ta’ reklamar u prekuntrattwali. Fl-2018, il-

Kummissjoni se tniedi wkoll l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE dwar il-kreditu għall-

konsumaturi.

69

https://ec.europa.eu/info/publications/study-measuring-consumer-detriment-european-union_mt. L-istudju

stima d-detriment għall-konsumatur f’sitt swieq differenti (inklużi l-kreditu u l-karti tal-kreditu) f’erba Stati

Membri tal-UE. 70

ĠU L 257 datat il-28.08.2014. 71

COM (2017) 139.

Page 52: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

51

3.4. Differenzi soċjodemografiċi fil-valutazzjonijiet tas-swieq

L-edizzjoni preċedenti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni introduċiet għall-ewwel darba tekniki

statistiċi multivarjati72

biex tanalizza kif il-valutazzjonijiet tal-konsumatur jistgħu jvarjaw

skont il-karatteristiċi soċjodemografiċi differenti. Fl-edizzjoni tal-2017, l-analiżi multivarjata

ma saritx biss għas-swieq kollha mistħarrġa, iżda anki skont ir-raggruppamenti ta’ swieq,

f’tentattiv biex jiġu identifikati x-xejriet speċifiċi għal gruppi ta’ swieq partikolari.

Persuni li jbatu biex ilaħħqu mal-ħajja huma aktar negattivi fil-valutazzjonijiet tagħhom

tal-prestazzjoni tas-swieq

Ħarsa aktar mill-qrib lejn il-karatteristiċi soċjoekonomiċi tar-rispondenti tagħti tagħrif

interessanti, għad li dawn il-karatteristiċi ma jidhrux li jinfluwenza ħafna kif il-konsumaturi

jivvalutaw is-swieq b’mod ġenerali. Id-differenza relattivament żgħira ta’ 4.8 punti73

bejn l-

ogħla u l-anqas punteġġ medju tal-MPI fost is-swieq kollha (li hu espress fuq skala minn 0 sa

100) mogħti mill-gruppi soċjodemografiċi differenti tkun tal-anqas tissuġġerixxi hekk.

Mis-sett ta’ karatteristiċi soċjoekonomiċi kkunsidrati għall-istħarriġ, is-sitwazzjoni finanzjarja

tar-rispondent tidher li hi l-aktar waħda li tinfluwenza. Dan juri li n-nies li jbatu

finanzjarjament huma aktar negattivi fil-valutazzjonijiet tagħhom minn konsumaturi oħra. In-

nies li jbatu finanzjarjament isibuha aktar diffiċli wkoll li jbiddlu l-fornitur tas-servizzi jew

tal-oġġetti tagħhom. Madankollu, il-probabbiltà ta’ tbiddil tal-fornitur ma tidhirx li hi

influwenzata mis-sitwazzjoni finanzjarja tar-rispondenti. Għall-kuntrarju, dawk

b’diffikultajiet finanzjarji jidhru li jilmentaw anqas minn konsumaturi oħra meta jkollhom

problema li jkun ta’ min tittieħed azzjoni dwarha. Id-distakk bejn dawk li jsibuha “faċli

ħafna” li jlaħħqu mal-ħajja u dawk li jsibuha “diffiċli ħafna” hu l-akbar għall-komponent tal-

MPI “fiduċja” (0.7 punti).

In-nisa u l-anzjani għandhom tendenza li jkunu aktar pożittivi fil-valutazzjonijiet tagħhom

tal-prestazzjoni tas-swieq u anqas inklinati li jbiddlu l-fornitur

Il-ġeneru jidher li jinfluwenza l-evalwazzjonijiet tal-konsumaturi wkoll, bin-nisa li

ġeneralment jivvalutaw is-swieq b’mod aktar favorevoli (u jagħtu punteġġ tal-MPI ogħla)

mill-irġiel. L-istess jista’ jiġi osservat għal kull wieħed mill-komponenti tal-MPI (b’mod

partikolari għall-“fiduċja”, fejn id-differenza bejn il-valutazzjonijiet mill-irġiel u l-

valutazzjonijiet min-nisa hi ta’ 0.374

). Barra minn hekk, in-nies huma ftit anqas probabbli li

jbiddlu l-fornitur, filwaqt li ma tista’ tiġi osservata ebda differenza statistikament sinifikanti

bejn l-irġiel u n-nisa fit-tendenza li jilmentaw jew fil-valutazzjoni ta’ jekk hux faċli li tbiddel.

72

Tekniki statistiċi multivarjati jagħmluha possibbli li jiġi stmat l-impatt ta’ kull varjabbli indipendenti (eż. il-

ġeneru) filwaqt li jsir kontroll għall-varjabbli indipendenti l-oħra (eż. l-età, l-edukazzjoni, il-kundizzjoni tax-

xogħol, is-suq, il-pajjiż, eċċ.). L-analiżi saret fuq il-mikrodata mill-edizzjoni tal-2017 tal-Istħarriġ ta’

Monitoraġġ tas-Swieq u tkopri l-UE-28. Il-Mudell Lineari Ġenerali ġie applikat għall-varjabbli dipendenti

kollha, ħlief għal dawk espressi bħala binarji (problemi u bdil) li għalihom intużaw il-mudelli logit. Hemm

aktar informazzjoni disponibbli fir-rapport finali ta’ GfK (parti 1) dwar l-Istħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq

2017. 73

Din tirreferi għad-differenza fl-MPI bejn il-konsumaturi li ddikjaraw li hu diffiċli ħafna li jlaħħqu mal-ħajja

(76.3) u dawk li ddikjaraw li hu relattivament faċli li jlaħħqu mal-ħajja (81.1). Dan jirrappreżenta żieda fil-

medja osservata fl-2015 (4.1 punt). 74

Għall-“fiduċja” id-differenza hi ta’ 0.27 filwaqt li hi ta’ 0.24 għall-“għażla” u ta’ 0.22 għall-“aspettattivi”.

Minħabba l-arrotondar, din mhix viżibbli fit-tabella 9, fejn minflok hi ppreżentata bħala differenza ta’ 0.3

punti għat-tliet komponenti kollha kemm huma.

Page 53: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

52

In-nies akbar fl-età (55 sena u aktar) għandhom tendenza li jivvalutaw is-swieq b’mod ftit

aktar favorevoli minn gruppi ta’ età oħra, kemm fil-livell tal-indikatur kompost kif ukoll fil-

livell tal-komponenti. Madankollu, id-differenza bejn dawk li għandhom tal-anqas 65 sena u

dawk ta’ bejn 18 u 34 qatt ma taqbeż iż-0.1 għall-komponenti differenti tal-MPI. Barra minn

hekk, il-propensità ta’ tbiddil tal-fornitur tonqos mal-età, iżda l-età ma tidhirx li tinfluwenza l-

probabbiltà ta’ lmentar jew il-valutazzjoni dwar kemm hu faċli li tbiddel (ma tista’ tiġi

osservata ebda differenza statistikament sinifikanti).

Il-livell ta’ edukazzjoni tal-konsumatur jidher li għandu korrelazzjoni negattiva: (i) mal-

punteġġi tal-MPI, (ii) mal-komponenti tal-punteġġi tal-MPI u (iii) mal-indikatur dwar il-

faċilità tal-bdil. Dan jissuġġerixxi li l-konsumaturi b’livell ogħla ta’ edukazzjoni huma aktar

esiġenti. Min-naħa l-oħra, ma tista’ tiġi osservata ebda xejra fil-probabbiltà ta’ lmentar u dwar

il-probabbiltà ta’ bdil tal-fornitur. Mill-komponenti tal-MPI, il-“kumparabbiltà” turi l-akbar

differenza (+0.3) bejn in-nies bl-anqas livell ta’ edukazzjoni u nies b’edukazzjoni għolja.

Il-konsumaturi li l-lingwa nattiva tagħhom mhix lingwa uffiċjali fil-pajjiż jew fir-reġjun fejn

jgħixu għandhom tendenza li jkollhom idea aktar negattiva dwar il-funzjonament tas-swieq,

għad li dan mhuwiex il-każ għall-komponenti tal-MPI kolha (eż. għall-“kumparabbiltà”, il-

kuntrarju hu minnu). Mill-ħames komponenti tal-MPI, l-akbar differenza bejn il-konsumaturi

li l-lingwa nattiva tagħhom mhix lingwa uffiċjali u l-bqija tal-popolazzjoni tista’ tiġi osservata

fil-livell ta’ kemm l-“aspettattivi” huma ssodisfati mill-prodotti/mis-servizzi (-0.2)75

Il-

konsumaturi li l-lingwa nattiva tagħhom mhix lingwa uffiċjali fil-pajjiż jew fir-reġjun fejn

jgħixu għandhom ukoll probabbiltà anqas li jilmentaw jekk jiltaqgħu ma’ problemi, iżda ma

tista’ tiġi osservata ebda differenza statistikament sinifikanti (fir-rigward tal-kelliema mhux

nattivi) rigward il-propensità ta’ dawn il-konsumaturi li jbiddlu jew rigward il-perċezzjoni

tagħhom dwar il-faċilità tal-bdil.

L-effett tad-drawwiet tal-użu tal-internet jew tal-okkuġazzjoni fuq il-valutazzjoni mill-

konsumaturi tas-swieq hu anqas ovvju

Ma hemm ebda xejra ċara bejn l-użu tal-internet mill-konsumaturi u l-valutazzjoni tagħhom

tal-prestazzjoni tas-swieq. Tabilħaqq, l-ogħla punteġġi tal-MPI huma osservati kemm fost in-

nies li qatt ma użaw l-internet u dawk li jużawh ta’ kuljum. Dan jista’ jiġi osservat ukoll għal

ħafna mill-komponenti tal-MPI. Minkejja dan, l-utenti regolari tal-internet (jiġifieri ż-żewġ

gruppi li jużaw l-internet “tal-anqas darba fil-ġimgħa” jew “kuljum”) għandhom probabbiltà

akbar li jilmentaw fil-każ ta’ problemi meta mqabbla ma’ nies li qatt ma jużaw l-internet. U

dawk li ma jużawx l-internet affattu għandhom probabbiltà anqas li jbiddlu l-fornitur meta

mqabbla ma’ gruppi li jużaw l-internet.

L-okkupazzjoni ma jidhirx li taqdi rwol sinifikanti fil-valutazzjoni tas-swieq, għad li l-

maniġers u ħaddiema mhux manwali oħra jivvalutaw is-swieq b’mod aktar favorevoli minn

nies li jaħdmu għal rashom u ħaddiema manwali. Il-punteġġ tal-MPI hu l-ogħla għall-istudenti

li wkoll huma l-anqas probabbli li jilmentaw f’każ ta’ problemi. Il-maniġers huma aktar

inklinati li jbiddlu l-fornitur minn kwalunkwe grupp ieħor.

75

Għall-għażla, id-differenza kkalkolata b’ċifri mhux arrotondati hi ta’ -0.1.

Page 54: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

53

Tabella 9: Medji stmati76

tal-valutazzjonijiet tal-konsumaturi skont il-gruppi soċjodemografiċi

GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017 (*) L-indikatur dwar l-ilmenti użat f’din l-analiżi multivarjata

hu varjabbli binarja ta’ 1 jekk il-persuna lmentat dwar il-problema esperjenzata mal-bejjiegħ bl-imnut/mal-

fornitur, mal-manifattur jew ma’ parti terza (u ta’ 0, jekk le).

Jistgħu jiġu osservati sejbiet komparabbli għar-raggruppament ta’ swieq differenti

L-applikazzjoni tal-analiżi multivarjata għar-raggruppament ta’ swieq differenti (Tabella 10)

tipprovdi stampa ġeneralment simili, għad li xi ftit differenti f’xi dettalji.

Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ konsumaturi hi l-karatteristika soċjoekonomika bl-akbar

influwenza fuq il-punteġġi tal-MPI tiegħu għad-disa’ raggruppament ta’ swieq kollha kemm

huma, għad li din tvarja skont l-iggruppar tas-swieq. Id-differenza bejn il-valutazzjoni tal-

76

It-tabella turi l-medji stmati tal-mudell għal kull varjabbli dipendenti skont il-valuri differenti tal-varjabbli

indipendenti (li mhux bilfors jaqblu mal-valuri kkalkolati permezz ta’ tabulazzjoni kroċjata sempliċi li ma

tqisx l-interazzjoni mal-varjabbli indipendenti li jifdal). Barra minn hekk, dawn il-medji għandhom jitqiesu

statistikament ferm differenti, ħlief meta l-par ta’ kategoriji jkollu ittra komuni (ara l-kolonna biswit fuq il-

lemin). Meta kategorija tkun assoċjata ma’ inbjank, dan ifisser li hi tkun statistikament sinifikantement

differenti mill-kategoriji l-oħra kollha. L-ittri użati fit-tabella m’għandhom ebda tifsira peress li dawn

jintużaw biss għat-tqabbil tal-kategoriji. Pereżempju, l-Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq (MPI) hu ta’ 80.1

għan-nisa u ta’ 79.5 għall-irġiel, u d-differenza hi statistikament sinifikanti (iż-żewġ kategoriji huma assoċjati

ma’ inbjank). Għall-kuntrarju, il-medja stmata tal-MPI hi ta’ 80.5 (“DE”) fost il-maniġers u ta’ 80.3 (“CD”)

fost l-irtirati, iżda din id-differenza mhix statistikament sinifikanti (it-tnejn għandhom l-ittra “D”). Fuq l-

istess nota, l-MPI għall-ħaddiema għal rashom li hu ta’ 79.8 (“A”) hu statistikament sinifikantement

differenti mill-MPI għall-kategoriji l-oħra kollha relatati mal-okkupazzjoni, ħlief għal dak tan-nies li jaħdmu

f’okkupazzjonijiet manwali (79.9 u assoċjati ma’ “AB”).

Page 55: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

54

konsumaturi bl-akbar diffikultajiet biex ilaħħqu mal-ħajja u l-valutazzjoni ta’ dawk il-

konsumaturi li jsibuha “faċli ħafna” li jlaħħqu mal-ħajja tvarja minn 3.5 punti għal “oġġetti

semidurabbli” sa 7.6 punti għas-“servizzi bankarji” (jiġifieri dawk il-konsumaturi bl-akbar

diffikultajiet li jlaħħqu mal-ħajja għandhom valutazzjoni inferjuri ta’ dawn iż-żewġ

raggruppament ta’ swieq milli dawk il-konsumaturi li jsibuha “faċli ħafna” li jlaħħqu mal-

ħajja).

In-nisa ġeneralment ikollhom valutazzjoni aktar pożittiva tas-swieq tal-konsumatur mill-

irġiel. Dan hu minnu għar-raggruppament ta’ swieq kollha. B’mod ġenerali, id-differenzi fil-

punteġġi tal-MPI bejn l-irġiel u n-nisa huma kemxejn żgħar, u jvarjaw minn 2.2 għas-swieq

tal-“oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa”, tal-“oġġetti awtomobilistiċi” u tas-

“servizzi tal-assigurazzjoni” sa 1.2 għas-“servizzi bankarji” u għas-“servizzi tat-trasport”.

L-ilsien nattiv jaqdi rwol f’sitta mid-disa’ raggruppamenti analizzati. B’mod partikolari, għar-

raggruppament tas-“servizzi ta’ rikreazzjoni”, l-akbar differenza fil-punteġġi tal-MPI hi bejn

dawk li bħala lsien nattiv għandhom (waħda mil-)lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż fejn jgħixu u

dawk bil-kontra, differenza ta’ 3.2 (jiġifieri kelliema nattivi tal-lingwa jew tal-lingwi uffiċjali

tal-pajjiż fejn jgħixu taw valutazzjoni ogħla tas-suq tas-“servizzi ta’ rikreazzjoni” minn nies li

m’għandhomx bħala lsien nattiv waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż fejn jgħixu). Min-naħa l-

oħra, fir-raggruppament tal-“utilitajiet”, nies li l-ilsien nattiv tagħhom hu differenti mil-lingwa

uffiċjali tal-pajjiż ta’ residenza tagħhom jidhru li jivvalutaw is-swieq b’mod aktar pożittiv

minn gruppi oħra.

It-tendenza tan-nies akbar fl-età (dawk ta’ 55 sena u aktar) biex jivvalutaw is-swieq b’mod

aktar favorevoli tista’ tiġi osservata għar-raggruppamenti tal-“oġġetti (semi)durabbli”, tal-

“oġġetti awtomobilistiċi”, tat-“trasport”, u tal-“utilitajiet”. Madankollu, ma hemm ebda xejra

ċara skont il-koorta tal-età għar-raggruppamenti tas-swieq li jifdal. Lanqas ma tista’ tiġi

osservata xi xejra ċara għall-użu tal-internet jew għall-okkupazzjoni. Madankollu, iż-żewġ

riżultati li ta’ min jiġu nnotati huma li: (i) dawk li jużaw l-internet ta’ kuljum għandhom

tendenza li jivvalutaw is-suq għal “oġġetti (semi)durabbli” b’mod aktar favorevoli minn

oħrajn, u (ii) nies li jfittxu impjieg jivvalutaw is-“servizzi bankarji” b’mod anqas favorevoli

minn oħrajn.

Page 56: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

55

Tabella 10: Medji stmati tal-Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Suq (MPI) għal raggruppament ta’

swieq differenti skont il-gruppi soċjodemografiċi

Sors: GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

3.5. Valutazzjoni tal-komponenti differeni tas-swieq

It-taqsimiet li ġejjin jippreżentaw ir-riżultati tal-komponenti individwali tal-MPI fil-livell tal-

UE, bil-medja mis-swieq kollha u mill-pajjiżi kollha. It-tweġibiet inġabru bl-użu ta’ skala

minn 0 sa 10 punti, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor.

3.5.1. Kumparabbiltà

Biex jagħmlu għażliet informati, il-konsumaturi jridu jkunu kapaċi jifhmu u jqabblu offerti

differenti. Meta l-karatteristiċi u l-prezzijiet ta’ prodotti jiġu ppreżentati b’mod kumpless u

mhux ċar, dawn jistgħu jxekklu l-ħila tal-konsumaturi li jfittxu l-aqwa offerta. Dan jista’

jwassal għal detriment għall-konsumatur u jnaqqas il-kompetizzjoni, u b’hekk jagħmel ħsara

lill-effiċjenza ekonomika ġenerali. Jagħmel ukoll ħsara lill-fiduċja tal-konsumaturi fil-

bejjiegħa bl-imnut/fil-fornituri.

Il-kumparabbiltà fis-swieq tal-oġġetti għadha eħfef milli fis-swieq tas-servizzi

Il-punteġġ medju tal-“kumparabbiltà” għas-swieq kollha hu ta’ 7.5. Madankollu, bħal fir-

riżultati tat-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-imgħoddi, is-swieq tal-oġġetti (7.8) iġibu punteġġ

Page 57: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

56

aħjar mis-swieq tas-servizzi (7.3). Il-punteġġ medju għall-“kumparabbiltà” żdied b’mod

marġinali meta mqabbel mal-2015, u żdied b’0.3 punti meta mqabbel mal-2013 kemm għall-

medja tas-swieq tal-oġġetti kollha kif ukoll għall-medja tas-swieq tas-servizzi kollha.

Kif muri fil-Figura 17 ta’ hawn taħt, fost is-swieq tal-oġġetti, it-tqabbil jibqa’ l-aktar diffiċli

fil-“karozzi użati”, segwit minn “karozzi ġodda”, minn “mediċini mhux bir-riċetta” u minn

“laħam u prodotti tal-laħam”. Fl-2015, il-“karozzi użati” kien ukoll is-suq li fih it-tqabbil kien

l-aktar diffiċli, segwit minn “mediċini mhux bir-riċetta” u minn “karozzi ġodda”. Fost is-

swieq tas-servizzi, is-suq għall-“prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”

għadu fil-qiegħ tal-klassifikazzjoni (bħal fl-2015), segwit mis-“servizzi tal-proprjetà

immobbli” u mill-“provvista tal-ilma”.

Meta mqabbla mal-2015, l-unika żieda fil-faċilità tal-“kumparabbiltà” (+0.2) fost is-swieq tal-

oġġetti hi osservata għall-“mediċini mhux bir-riċetta”. Dan kien ukoll is-suq bl-akbar żieda

fil-“kumparabbiltà” bejn l-2013 u l-2017, flimkien mal-“apparati domestiċi żgħar” u mal-

“fjuwil għall-vetturi” (li lkoll raw titjib ta’ 0.4 punti fil-kumparabbiltà bejn l-2013 u l-2017).

Fost is-servizzi, is-swieq bl-akbar żieda fil-punteġġi tal-“kumparabbiltà” meta mqabbla mal-

2015 huma l-“provvista tal-ilma” u l-“ipoteki” (it-tnejn żdiedu b’0.2 punti). Meta mqabbla

mal-2013, l-akbar żidiet huma osservati għas-“servizzi ferrovjarji” u għas-“servizzi tal-gass”

(li t-tnejn raw titjib ta’ 0.6 punti). B’mod partikolari, meta mqabbla mal-2013, wieħed biss

mill-40 suq mistħarrġa ma żdiedx fil-punteġġ tal-“kumparabbiltà” tiegħu (“karozzi ġodda”).

Kif enfasizzat fl-edizzjonijiet preċedenti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni, is-servizzi għandhom

tendenza li jkunu aktar kumplessi minn oġġetti tanġibbli. Dan jista’ jispjega, sa ċertu punt, il-

punteġġi inferjuri fil-“kumparabbiltà” għas-servizzi. F’ċerti każijiet, il-konsumaturi tas-

servizzi huma obbligati jqabblu l-prodotti raggruppati għall-kuntrarju ta’ servizz wieħed.

Page 58: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

57

Illustrazzjoni 17: Komparabbiltà

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Bħal fl-2015, l-Istati Membri tal-Punent tal-Ewropa (7.7) taw punteġġi ogħla mill-medja

għall-“kumparabbiltà”, filwaqt li l-Istati Membri tat-Tramuntana (6.9) jagħtu l-anqas

punteġġi. L-anqas evalwazzjonijiet tal-“kumparabbiltà” jinsabu fil-Kroazja (6.4), fl-Iżvezja

(6.5) u fid-Danimarka (6.7), filwaqt li l-konsumaturi tal-Ungerija jagħtu l-ogħla valutazzjoni

(8.7).

B’mod ġenerali, il-“kumparabbiltà” hi vvalutata mill-konsumaturi bħala t-tieni l-anqas

komponent importanti wara l-“għażla”. Il-“kumparabbiltà” hi meqjusa marġinalment aktar

importanti għas-swieq tal-oġġetti milli għas-swieq tas-servizzi. Il-konsumaturi fis-suq tas-

“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” jorbtu l-anqas importanza mal-

“kumparabbiltà”. Swieq bħall-“provvista tal-ilma”, is-“servizzi ferrovjarji”, is-“servizzi

postali”, ix-“xarbiet alkoħoliċi” u s-“servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-

Page 59: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

58

underground” ukoll huma klassifikati ’l isfel fl-importanza li l-konsumaturi assenjaw għall-

“kumparabbiltà”. Ħafna minn dawn is-swieq imsemmija l-aħħar għandhom karattru

monopolistiku jew inkella ġew liberalizzati aktar riċentement f’xi Stati Membri. Madankollu,

il-konsumaturi jagħtu importanza ferm akbar lill-“kumparabbiltà” fi swieq li għandhom

karattru reġjonali bħall-“Akkomodazzjoni għall-btajjel”, il-“btajjel u ġiti f’pakkett wieħed”

jew is-“servizzi tal-linji tal-ajru”, b’mod allinjat mal-“ipoteki” u mal-“assigurazzjoni tal-

vetturi”. Dawn jorbtu wkoll importanza akbar magħha fis-swieq għall-oġġetti (semi)durabbli

bħall-“prodotti tal-ICT”, l-“apparati domestiċi żgħar” u l-“prodotti elettroniċi”. Dawn is-

swieq kollha jinvolvu prodotti b'valur għoli, u allura importanti li l-konsumaturi jkunu kapaċi

jiddinstingwu l-aħjar offerti disponibbli.

F’Ottubru 2017, il-Kummissjoni ppubblikat is-sejbiet ta’ studju fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet

mill-konsumaturi fis-servizzi tal-assigurazzjoni77

. L-istudju wera li siti ta’ tqabbil jistgħu

jkunu effettivi biex jgħinu lill-konsumaturi jagħmlu l-għażliet tagħhom jekk jiġu ssodisfati

ċerti kundizzjonijiet (eż. it-tqabbil irid ikun objettiv, u r-riżultati jridu jkunu ppreżentati biċ-

ċar). Id-Direttiva dwar il-Kontijiet ta’ Pagament78

, adottata fl-2014, tgħin biex jiġi żgurat li

jiġu ssodisfati wħud minn dawn il-kundizzjonijiet. Din id-Direttiva introduċiet l-obbligu

għall-Istati Membri biex jiżguraw li tal-anqas sit web ta’ tqabbil wieħed ikun disponibbli

għall-konsumaturi biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-kontijiet tal-bank differenti offruti.

Studju kurrenti tal-Kummissjoni79

fis-swieq tas-servizzi tal-enerġija se jipprovdi tagħrif

ulterjuri. L-istudju qed jeżamina r-rekwiżiti minimi meħtieġa għall-kontijiet u għall-

informazzjoni prekuntrattwali. L-għan hu li jiżdiedu ċ-ċarezza, il-kumparabbiltà u t-

trasparenza tal-kundizzjonijiet kuntrattwali, tal-prezzijiet tal-enerġija u tal-informazzjoni dwar

il-konsum. L-istudju se juża esperimenti dwar l-imġiba biex jidentifika u jittestja modi

differenti kif tiġi ppreżentata informazzjoni prekuntrattwali u formats tal-kontijiet. L-istudju

se jibni wkoll fuq it-tieni studju tal-Kummissjoni tas-suq tal-elettriku80

u l-istudju tiegħu tal-

għodod ta’ tqabbil u skemi ta’ verifika ta’ partijiet terzi81

. Se jeżamina wkoll kwistjonijiet

speċifiċi b’għodod ta’ tqabbil tal-prezzijiet fis-settur tal-enerġija, skemi ta’ verifika tal-

identità fejn dawn ikunu jeżistu, u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar prattika

madwar l-UE għal ċerti rekwiżiti għall-għodod ta’ tqabbil.

Fl-2016, il-Kummissjoni aġġornat il-gwida tagħha dwar id-Direttiva dwar Prattiki

Kummerċjali Żleali82

, billi pprovdiet ċerti kriterji ewlenin li jridu jiġu rrispettati mis-siti ta’

tqabbil (eż. l-identifikazzjoni tar-reklamar; informazzjoni dwar il-kopertura tat-tqabbil;

informazzjoni dwar il-kriterji użati għall-klassifikazzjoni; informazzjoni dwar il-frekwenza

tal-aġġornamenti; il-kriterji applikati fit-tqabbil). Il-Gwida tinkorpora l-prinċipji ewlenin

għall-għodod ta’ tqabbil83

, li ġew żviluppati minn grupp ta’ partijiet kkonċernati taħt it-

tmexxija tal-Kummissjoni. L-għan tagħha hu li tgħin lill-operaturi tat-tali siti jikkonformaw

aħjar mad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali u tassisti fl-implimentazzjoni tagħha.

77

http://ec.europa.eu/newsroom/just/item-detail.cfm?item_id=117420 78

ĠU L257/2014 datat it-28.8.2014. 79

Dwar informazzjoni prekuntrattwali u kontijiet fis-suq tal-enerġija — ċarezza u kumparabbiltà mtejba. Dan l-

istudju mistenni jiġi ppubblikat fl-2018. 80

http://ec.europa.eu/newsroom/just/item-detail.cfm?item_id=53331

Is-sejbiet mill-Istudju tal-2016 dwar l-Elettriku ġew ippubblikati f’Novembru 2015 flimkien mal-

Komunikazzjoni tal-2015 dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija.

http://ec.europa.eu/priorities/energy-union/state-energy-union/index_en.htm; ara b’mod partikolari “Energy

Consumer Trends 2010 – 2015”, SWD(2015) 249 final, 18.11.2015. 81

https://ec.europa.eu/info/publications/comparison-tools-and-third-party-verification-schemes_mt 82

SWD(2016) 163 final. 83

https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/consumers/unfair-treatment/unfair-treatment-policy-

information_mt#comparison-tools

Page 60: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

59

Barra minn hekk, hemm diversi siltiet ta’ leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi li diġà eqed jiġu

implimentati (eż. Direttiva dwar il-Kontijiet ta’ Pagamnet) jew inkella qed jiġu nnegozjati (fit-

telekomunikazzjoni u fl-enerġija) biex jiżguraw li l-konsumaturi f’dawn is-setturi jkollhom

aċċess għal siti web tat-tqabbil affidabbli.

3.5.2. Fiduċja

Dan l-indikatur ikejjel kemm il-konsumaturi jqisu li l-fornituri jew il-bejjiegħa bl-imnut f’suq

partikolari huma sħab affidabbli li jirrispettaw ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Il-

fiduċja hi neċessarja biex il-konsumaturi jħossuhom kunfidenti u jkunu involuti b’mod attiv

f’suq.

Il-fiduċja tal-konsumaturi hi l-anqas fis-swieq tal-“karozzi użati” u tas-“servizzi tal-

proprjetà immobbli” u d-distakk bejn dawn iż-żewġ swieq u s-swieq l-oħra qed jikber

Il-punteġġ medju tal-“fiduċja” għas-swieq kollha hu ta’ 7.3 u żdied b’mod marġinali biss

mill-2015 ’l hawn. Madankollu, bejn l-2013 u l-2017, il-“fiduċja” żiedet il-punteġġ tagħha

b’0.5 punti. 10.1 % biss mir-rispondenti esprimew tħassib li l-fornituri/il-bejjiegħa bl-imnut

ma jirrispettawx ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur billi taw lill-“fiduċja” punteġġ

baxx ħafna (bejn 0 u 4). Is-sehem ta’ rispondenti li taw punteġġ baxx ħafna għall-“fiduċja”

naqas b’1.6 pp. meta mqabbel mal-2015 u b’4.4 pp. meta mqabbel mal-2013. Il-fiduċja fil-

bejjiegħa bl-imnut (7.5) għadha ogħla mill-fiduċja fil-fornituri ta’ servizzi (7.1), b’żieda

marġinali għaż-żewġ kategoriji mill-2015 ’l hawn. Iż-żewġ kategoriji raw żieda ta’ 0.5 mill-

2013 ’l hawn.

Is-suq tal-“karozzi użati” għad għandu l-anqas punteġġ fil-“fiduċja” (6.2) mis-swieq kollha (li

jinkludu kemm l-oġġetti kif ukoll is-servizzi), b’ebda żieda mill-2015 ’l hawn. L-anqas

punteġġ li jsegwi ingħata lis-“servizzi tal-proprjetà immobbli” (6.3). Dawn iż-żewġ swieq

kellhom ukoll l-anqas punteġġ għall-“fiduċja” fost is-swieq tal-oġġetti u tas-servizzi

korrispondenti kollha fl-2015. Il-“fjuwil għall-vetturi” hu s-suq tal-oġġetti li esperjenza l-

akbar żieda fil-punteġġ tal-“fiduċja” meta mqabbel kemm mal-2015 kif ukoll mal-2013 (+0.2

u +0.9 rispettivament), segwit fiż-żewġ każijiet mis-suq għal-“laħam u prodotti tal-laħam”

(+0.1 u +0.8 rispettivament). Għas-servizzi, is-suq tal-“ipoteki” biss wera żieda akbar minn

0.1 punt fil-punteġġ tal-“fiduċja” tiegħu meta mqabel mal-2015 (+0.3). Meta mqabbla mal-

2013, l-akbar żidiet fil-punteġġi tal-“fiduċja” għas-servizzi huma osservati għas-“servizzi

ferrovjarji”, għall-“ipoteki”, għall-“kontijiet tal-bank” u għas-“servizzi tal-gass” (l-erba’

swieq kollha kemm huma raw żieda ta’ 0.8).

Filwaqt li l-punteġġ għall-“fiduċja” żdied għall-40 suq kollha kemm huma meta mqabbla mal-

2013, erba’ swieq mistħarrġa kemm fl-2017 kif ukoll fl-2015 raw tnaqqis marġinali (-0.1) fil-

punteġġ tagħhom. Wieħed minn dawn is-swieq hu dak tas-“servizzi tal-proprjetà immobbli”,

li kklassifika fit-tieni l-agħar pożizzjoni mill-40 suq kollha kemm huma fil-punteġġ tiegħu

għall-“fiduċja”.

Page 61: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

60

Illustrazzjoni 18: Fiduċja

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Il-konsumaturi fil-Punent tal-Ewropa jagħtu valutazzjonijiet ogħla mill-medja għall-“fiduċja”

(7.8), filwaqt li l-punteġġi huma anqas mill-medja fir-reġjuni tan-Nofsinhar (6.5) u tal-Lvant

(7.0). L-anqas punteġġi fil-“fiduċja” huma rrapportati fil-Bulgarija u fil-Kroazja (it-tnejn 6.1),

filwaqt li l-konsumaturi fl-Ungerija (8.6) u fil-Lussemburgu (8.2) għandhom l-ogħla fiduċja

fil-bejjiegħa bl-imnut u fil-fornituri ta’ servizzi mill-pajjiżi kollha tal-UE-28.

B’mod ġenerali, il-“fiduċja” hi meqjusa importanti ħafna mill-konsumaturi tal-UE li

jirrapportawha bħala t-tielet l-aktar komponent importanti, ftit biss taħt “aspettattivi” u

Page 62: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

61

“problemi u detriment”. Bħal fl-edizzjoni preċedenti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni, jistgħu jiġu

osservati ċerti differenzi reġjonali. Il-konsumaturi mill-Istati Membri tal-Punent jorbtu l-anqas

importanza mal-“fiduċja” minkejja l-fatt li ħafna minnhom jidhru li jafdaw lin-negozji b’mod

ġenerali (ħlief għan-Netherlands u għall-Belġju, fejn il-punteġġi għall-“fiduċja’ huma baxxi).

L-Istati Membri tat-Tramuntana jagħtu l-“fiduċja” bil-bosta l-akbar importanza, segwiti mill-

Istati Membri tan-Nofsinhar. Il-konsumaturi mir-reġjun tal-Lvant jivvalutaw l-importanza tal-

komponent tal-“fiduċja” fl-istess livell bħall-Ewropej tal-Punent.

Il-pjattaformi onlajn huma parti sinifikanti minn ekonomija diġitali li qed tiffjorixxi u hu

kruċjali li dawn joperaw f’kundizzjonijiet li jiżguraw il-fiduċja, it-trasparenza u l-ġustizzja

għall-utenti tagħhom.

Studju riċenti mill-Kummissjoni dwar it-trasparenza tal-pjattaformi onlajn84

investiga kif

trasparenza akbar fit-tfittxijiet u fl-għażla tal-prodotti u tas-servizzi fil-pjattaformi onlajn

taffettwa l-fiduċja u l-imġiba tal-konsumaturi. L-istudju kkonkluda li l-informazzjoni dwar il-

kriterji ta’ klassifikazzjoni u l-ordni li fiha jiġu ppreżentati r-riżultati tat-tfittxijiet

jinfluwenzaw l-għażla tal-prodotti. Barra minn hekk, l-istudju wera li meta negozjant terz

jagħmilha ċara li hu jipprovdu drittijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur, dan iżid il-probabbiltà

ta’ xirja, u jirriżulta f’fiduċja u f’kunfidenza akbar. L-istudju wera wkoll li l-wiri bi

prominenza tal-esperjenzi maqsuma mill-utenti fuq is-sit web iwassal għal żieda ta’ 200 % fil-

probabbiltà tal-għażla ta’ oġġett/ta’ servizz, u hekk ukoll il-prodott li jirċievi l-aktar esperjenzi

pożittivi fost l-utenti. L-istudju jirrakkomanda sensiela ta’ miżuri li għandhom jimplimentaw

il-pjattaformi onlajn biex tiżdied it-trasparenza għall-konsumaturi.

Mod importanti ieħor biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi hu l-infurzar effettiv tar-

regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Biex is-swieq jiffunzjonaw sew, in-negozji jridu

jkunu jafu li se jinqabdu u jiġu ssanzjonati talli ma jikkonformawx mar-regoli dwar il-

konsumaturi. Hu kruċjali wkoll li l-konsumaturi jemmnu li n-negozji se jiġu ssanzjonati talli

ma jirrispettawx ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u li l-konsumaturi jkollhom il-

mezz biex jeżerċitaw drittijiethom meta jkun hemm bżonn. Il-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi

dwar il-konsumaturi u l-kummerċjalizzazzjoni, u l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar id-

Drittijiet tal-Konsumatur f’Mejju 2017 indikaw ċerti oqsma fejn jista’ jsir titjib immirat (eż.

dwar it-trasparenza tal-pjattaformi). Madankollu, dan il-Kontroll tal-Idoneità kkonferma li l-

liġi dwar il-konsumatur għadha idonea, għad li xeħet dawl fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar.

Diversi inizjattivi riċenti tal-Kummissjoni għandhom l-għan li jsaħħu l-effikaċja tal-infurzar.

Ir-Regolament dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur85

jipprovdi qafas u l-

kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ infurzar tal-konsumaturi.

Waħda mir-raġunijiet ewlenin li għalihom dan ir-Regolament ġie mmodernizzat fl-2017

kienet li jissaħħaħ l-infurzar koordinat. Fil-11 ta’ April 2018, il-Kummissjoni ressqet “Patt

Ġdid għall-Konsumaturi”86

li kien jinkludi żewġ proposti leġiżlattivi. Dawn il-proposti ser

84

Dan l-istudju ħa perspettiva tal-imġiba. Ivvaluta: il-kriterji għar-riżultati tat-tiftix (u l-karatteristiċi tal-

preżentazzjoni ta’ dawn); l-identità tal-partijiet kontraenti; u l-kontrolli tal-kwalità fuq l-esperjenzi maqsuma,

il-klassifikazzjonijiet u s-sistemi ta’ approvazzjoni tal-konsumaturi.

https://ec.europa.eu/info/publications/behavioural-study-transparency-online-platforms-2018_mt 85

Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-

kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-

konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004.

http://eur-lex.europa.eu/legal-

content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32017R2394&qid=1517481607078&from=mt 86

Ara “Patt ġdid għall-Konsumaturi: Il-Kummissjoni ssaħħaħ id-drittijiet tal-konsumaturi tal-UE u l-infurzar”;

http://europa.eu/rapid/press-release_IP-18-3041_mt.htm

Page 63: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

62

isaħħu d-drittijiet tal-konsumaturi billi jimmodernizzaw ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-

konsumatur. Pereżempju, il-konsumaturi li jixtru fi swieq onlajn ser ikunu jafu jekk humiex

qed jixtru mingħand negozjant jew individwu, u għalhekk ser ikunu jafu jekk japplikwax il-

liġijiet dwar il-konsumatur jew le. Il-proposti se jintroduċu wkoll mekkaniżmi msaħħa għar-

rimedju individwali u kollettiv meta jinkisru d-drittijiet tal-konsumatur. Barra minn hekk,

dawn ser ikun fihom mekkaniżmi aktar b’saħħithom biex jiskoraġġixxu l-ksur, b’mod

partikolari penali akbar għall-aktar ksur transfruntier serju tal-liġijiet dwar il-konsumatur.

3.5.3. Aspettattivi

Il-komponent tal-“aspettattivi” jkejjel kemm is-servizzi jew il-prodotti offruti jissodisfaw l-

aspettattivi tal-konsumatur. Għaldaqstant, dan il-komponent jintuża bħala mezz kif tinstab is-

sodisfazzjon tal-konsumatur, u jitqies bħala indikatur importanti għall-intenzjoni tal-

konsumaturi li jerġgħu jixtru.

Is-servizzi tal-elettriku u l-provvista tal-ilma jissodisfaw l-aspettattivi tal-konsumaturi għad

li l-konsumaturi jsibu li dawn iż-żewġ swieq m’għandhomx prestazzjoni tajba b’mod

ġenerali

Fost is-swieq kollha, il-punteġġ medju għall-komponent tal-“aspettattivi” (7.8) naqas b’mod

marġinali meta mqabbel mal-2015, iżda żied il-punteġġ tiegħu b’0.4 punti meta mqabbel mal-

2013. F’konformità mas-snin ta’ qabel, l-“aspettattivi” għas-swieq tal-oġġetti (8.1) irċieva

punteġġ akbar milli għas-swieq tas-servizzi (7.7). Fl-2017, 5.4 % biss mir-rispondenti tal-UE

taw punteġġ baxx ħafna (jiġifieri punteġġ ta’ bejn 0 u 4) għall-komponent tal-“aspettattivi”.

L-aspettattivi huma ssodisfati sal-ogħla grad fis-swieq għan-“nuċċalijiet u lentijiet” (8.5),

għall-“apparati domestiċi żgħar”, għax-“xarbiet alkoħoliċi”, għall-“prodotti tal-ħalib” u għas-

“servizzi tal-kura personali” (ilkoll 8.3). Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, l-aspettattivi huma

ssodisfati sal-anqas grad fis-“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” u fis-

“servizzi tal-proprjetà immobbli” (it-tnejn 6.8). Meta mqabbla mal-2015, l-uniċi żidiet

statistikament sinifikanti fil-punteġġi għall-“aspettattivi” fost is-swieq tal-oġġetti huma

osservati għall-“fjuwil għall-vetturi” u għal-“laħam u prodotti tal-laħam” (it-tnejn żdiedu bi

ftit ħafna, 0.1 punt). Dawn iż-żewġ swieq irreġistraw l-akbar żieda fl-“aspettattivi” meta

mqabbla mal-2013 (+0.7 u +0.5 punti rispettivament). L-akbar tnaqqis meta mqabbel mal-

2015 ġie osservat għall-“karozzi ġodda” (-0.2 punti). Għas-servizzi, l-“ipoteki” ra l-akbar

żieda meta mqabbla mal-2015 (+0.2 punti), filwaqt li s-“servizzi tal-proprjetà immobbli” ra l-

akbar tnaqqis (-0.2 punti). Meta mqabbla mal-2013, l-akbar żidiet fil-punteġġ għall-

“aspettattivi” huma rrapportati għas-“servizzi tal-gass” (+0.8 punti), għall-“ipoteki” u għas-

“servizzi ferrovjarji” (it-tnejn +0.7 punti).

Punteġġi għoljin fil-komponent tal-“aspettattivi” mhux bilfors ifissru li s-suq jikklassifika fuq

nett fil-punteġġ tal-MPI ġenerali. Minkejja korrelazzjoni b’saħħitha bejn il-komponent tal-

“aspettattivi” u l-MPI ġenerali (din il-korrelazzjoni hi ta’ 0.76 għas-swieq tal-oġġetti u 0.77

għas-swieq tas-servizzi), hemm ċerti swieq li fihom dan mhuwiex il-każ. B’mod partikolari,

is-swieq għas-“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn”, għas-“servizzi tat-tram,

tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” u għall-“kontijiet tal-bank” jikklassifikaw

f’livell anqas fl-“aspettattivi” milli fl-MPI ġenerali tagħhom (b’differenzi ta’ 11, 8 u 7

postijiet, rispettivament). L-oppost hu minnu għall-“provvista tal-ilma” u għas-“servizzi tal-

elettriku”, li jikklassifikaw ogħla fl-“aspettattivi” milli fl-MPI (b’differenzi rispettivi ta’ 13 u

10 postijiet). Minkejja dan, dawn is-swieq imsemmija l-aħħar jidhru li jipprovdu dak li kienu

qed jistennew il-konsumaturi.

Page 64: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

63

Illustrazzjoni 19: Aspettattivi

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Il-konsumaturi fit-Tramuntana u fil-Lvant tal-Ewropa (8.0) jagħtu valutazzjoni aħjar mill-

medja dwar kemm huma ssodisfati l-“aspettattivi” tagħhom, filwaqt li dawn il-punteġġi huma

anqas mill-medja fir-reġjun tan-Nofsinhar (7.5) u huma allinjati mal-medja tal-UE fil-Lvant

tal-Ewropa (7.8). Bħal fl-2015, il-pajjiżi fejn il-konsumaturi taw l-anqas punteġġi għal dan il-

komponent huma l-Bulgarija u l-Kroazja (it-tnejn 7.3), filwaqt li l-konsumaturi fl-Ungerija

taw l-ogħla punteġġ (8.8) għal kemm il-prodotti jew is-servizzi offruti jissodisfaw l-

aspettattivi tagħhom.

Il-konsumaturi jagħtu l-akbar importanza lill-“aspettattivi”, daqs il-“problemi u detriment”. L-

“aspettattivi” hu komponent daqstant ieħor importanti għas-swieq tal-oġġetti kif ukoll tas-

Page 65: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

64

servizzi. Mill-40 suq kollha vvalutati fl-2017, is-“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija

offlajn” kien is-suq li fih il-komponent tal-“aspettattivi” deher li jgħodd l-anqas bil-bosta.

Il-konsumaturi mill-pajjiżi tat-Tramuntana jagħtu l-akbar importanza lill-“aspettattivi”,

segwiti minn dawk fl-Istati Membri tal-Lvant. Il-konsumaturi mir-reġjuni tal-Punent u tan-

Nofsinhar jorbtu l-anqas importanza mal-komponent tal-“aspettattivi”, it-tnejn anqas mill-

medja tal-UE-28.

3.5.4. Għażla

Il-komponent tal-“għażla” tal-MPI jkejjel kemm il-konsumaturi huma sodisfatti bin-numru ta’

fornituri preżenti fis-swieq ivvalutati. Il-mistoqsija tal-istħarriġ ġiet modifikata ftit fl-201587

biex tkopri aħjar il-fehim ta’ dak li l-konsumaturi jqisu li hu għażla sodisfaċenti.

Għaldaqstant, it-tqabbil bejn is-snin tal-istħarriġ jista’ jsir biss bejn l-2015 u l-2017.

Il-konsumaturi huma aktar issodisfati bl-għażla ta’ fornituri fir-raggruppament tal-

utilitajiet iżda għad hemm lok fejn jista’ jsir aktar titjib

Il-punteġġ medju għall-“għażla” mogħti fis-swieq kollha hu ta’ 7.8, u dan żdied b’mod

marġinali biss mill-2015 ’l hawn. Madwar żewġ terzi tar-rispondenti (64 %) huma sodisfatti

bl-“għażla” (jiġifieri dawn taw punteġġ ta’ bejn 8 u 10 punti għal dan il-komponent), filwaqt

li 6 % mhumiex sodisfatti (punteġġ ta’ bejn 0-4 punti). Il-perċentwal ta’ konsumaturi mhux

sodisfatti bl-għażla disponibbli niżel b’1.4 pp. mill-2015 ’l hawn. Hekk kif kien il-każ ukoll

fl-2015, il-konsumaturi fl-2017 huma aktar kuntenti bin-numru ta’ bejjiegħa bl-imnut li

jistgħu jagħżlu minnhom fis-swieq tal-oġġetti milli bin-numru ta’ fornituri fis-swieq tas-

servizzi (il-punteġġi medji huma ta’ 8.2 għas-suq tal-oġġetti u ta’ 7.5 għas-suq tas-servizzi).

Meta mqabbla mal-2015, is-swieq tal-oġġetti wrew prestazzjoni stabbli filwaqt li s-swieq tas-

servizzi żdiedu b’mod marġinali biss.

Il-komponent tal-“għażla” għandu l-ogħla valutazzjonijiet fix-“xarbiet alkoħoliċi” u fil-

“prodotti tal-ħalib” (it-tnejn 8.5), segwit mill-“Akkomodazzjoni għall-btajjel”, mill-“prodotti

tal-kura personali” u mill-“apparati domestiċi żgħar” (ilkoll 8.4). Is-swieq tal-“utilitajiet” u

tat-“trasport” (ħlief għas-“servizzi tal-linji tal-ajru”) għandhom punteġġ kemxejn baxx fl-

“għażla”, ġeneralment anqas mill-punteġġ medju għas-swieq tas-servizzi. Iż-żewġ swieq li

jirċievu l-anqas punteġġi għall-“għażla” huma l-“provvista tal-ilma” (6.3) u s-“servizzi

ferrovjarji” (6.4). Minkejja dan, diversi swieq tal-“utilitajiet” li jikklassifikaw fin-nofs t’isfel

tat-tabella f’termini tal-“għażla” (jiġifieri “provvista tal-ilma”, “servizzi tal-elettriku” u

“servizzi tal-gass”) ukoll kellhom l-akbar żieda fil-punteġġ tagħhom għal dan il-komponent

bejn l-2015 u l-2017 (+0.2 punti, flimkien mas-swieq għall-“ipoteki” u għas-“servizzi ta’ kiri

tal-vetturi”).

L-“għażla” tgħodd l-aktar għall-konsumaturi fis-swieq għall-“ilbies u żraben” u għall-

“Akkomodazzjoni għall-btajjel”. Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, l-“għażla” ġġib punteġġ baxx

fl-importanza għas-“servizzi ferrovjarji” u għall-“provvista tal-ilma”, jiġifieri fis-swieq tas-

servizzi fejn il-fornituri huma anqas minħabba n-natura tagħhom.

Hemm korrelazzjoni pożittiva għolja bejn il-komponent tal-“għażla” u l-prestazzjoni ġenerali

tas-swieq kemm għas-swieq tal-oġġetti (0.68) kif ukoll għas-swieq tas-servizzi (0.70). Is-

swieq għas-“servizzi tat-telefonija mobbli”, għall-“provvista tal-internet” u għas-“servizzi tal-

87

Fl-edizzjonijiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni li ppreżentaw data qabel l-2015, il-konsumaturi ġew mistoqsija

jekk kinux jaħsbu li kellhom biżżejjed għażla; din il-mistoqsija assumiet b’mod impliċitu li l-għażla dejjem hi

aħjar, kunċett li fuqu nxteħet dubju skont it-tagħrif riċenti dwar l-imġiba.

Page 66: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

65

proprjetà immobbli” huma kklassifikati ogħla għall-“għażla” milli għall-MPI tagħhom (bi 11,

b’7 u b’7 postijiet rispettivament). Għall-kuntrarju, is-swieq għas-“servizzi tat-tram, tax-

xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”, għas-“servizzi tal-gass”, għall-“abbonamenti

tat-TV” u għas-“servizzi postali” huma kklassifikati ogħla għall-MPI milli għall-“għażla”

(rispettivament 11, 10, 8 u 8 postijiet ogħla), li aktarx jirrifletti d-disponibbiltà anqas tal-

fornituri f’dawn is-swieq.

Page 67: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

66

Illustrazzjoni 20: Għażla

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

F’termini tal-prestazzjoni, il-komponent tal-“għażla” jirċievi punteġġi ogħla mill-medja fil-

Punent tal-Ewropa (7.9). Dan iġib punteġġ ftit ogħla mill-mejda tal-UE fir-reġjuni tat-

Tramuntana u tal-Lvant (7.8) ukoll, u anqas mill-medja fin-Nofsinhar tal-Ewropa (7.3). L-

aħjar valutazzjonijiet tal-“għażla” jingħataw mill-konsumaturi mill-Ungerija (8.9) u mis-

Slovenja (8.3), filwaqt li l-anqas punteġġi fl-UE-28 jingħataw fil-Kroazja u fl-Italja (it-tnejn

7.2). Madankollu, l-anqas punteġġ mill-pajjiżi kollha fit-Tabella ta’ Valutazzjoni jingħata fl-

Iżlanda (7.1).

Page 68: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

67

Bħala medja, l-“għażla” hu meqjus l-anqas importanti fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Ewropa

(ħlief fil-Litwanja), filwaqt li jitqies bil-bosta l-aktar importanti fil-pajjiżi tal-Punent tal-

Ewropa. F’uħud mill-pajjiżi iżgħar bħal Ċipru u Malta, il-konsumaturi taw l-“għażla” punteġġ

għoli fl-importanza wkoll. Għal dawn il-pajjiżi b’mod partikolari, l-aħħar data tal-Eurostat

turi li sehem ħafna ogħla ta’ konsumaturi għandu tendenza li jixtri onlajn b’mod transfruntier

minn Stati Membri oħra tal-UE. Aktarx li jagħmlu dan biex jegħlbu l-provvista aktar limitata

ta’ oġġetti fis-swieq domestiċi tagħhom.

3.5.5. Problemi u detriment

Definizzjoni tad-detriment

Id-detriment għall-konsumatur jirriżulta meta l-eżiti tas-suq ma jilħqux il-potenzjal tagħhom,

u jirriżultaw f’telf fil-benessri (finanzjarju, tas-saħħa, eċċ.) għall-konsumaturi. Il-valutazzjoni

tad-“detriment” tinvolvi l-identifikazzjoni u l-kejl tan-natura u tal-kobor tad-detriment jew

tad-dannu evitat għall-konsumaturi.

Tista’ ssir distinzjoni bejn żewġ forom ta’ detriment għall-konsumatur: “detriment strutturali”

u “detriment personali”. Detriment strutturali hu marbut b’mod dirett mat-telf ta’ benessri

għall-konsumatur fil-livell aggregat (kif imkejjel mill-eċċess ex-ante tal-konsumatur)

minħabba falliment tas-suq jew falliment regolatorju. Id-detriment personali hu ddeterminat

fuq il-bażi tad-differenza bejn il-valur li l-konsumaturi raġonevolment stennew li jiksbu minn

oġġett jew minn servizz, u l-valur li fil-fatt jiksbu minnu, b’kunsiderazzjoni tal-problemi

esperjenzati mill-konsumaturi wara x-xirja.

Id-detriment personali hu partikolarment rilevanti għar-regoli dwar il-protezzjoni tal-

konsumatur, peress li dawn għandhom l-għan li jipprevjenu jew jimmitigaw l-eżiti negattivi

għall-konsumaturi.

Biex jitkejjel id-“detriment” imġarrab f’suq, iridu jitqiesu żewġ aspetti: il-prevalenza tal-

problemi u s-severità ta’ dawn il-problemi. L-ambitu tad-“detriment” se jiddependi mill-

prevalenza tal-problemi, iżda anki mis-severità ta’ dawn il-problemi, jiġifieri d-detriment

propju mġarrab mill-konsumatur li sab il-problema. Fit-taqsimiet ta’ hawn taħt, iż-żewġ

aspetti l-ewwel jiġu diskussi b’mod separat qabel ma jiġi rrapportat dwar iċ-ċifri ġenerali tad-

“detriment” fis-swieq.

3.5.5.1. Problemi

Is-subkomponent tal-“problemi” jesprimi s-sehem ta’ konsumaturi li esperjenzaw tal-anqas

problema waħda b’servizz/bi prodott jew mal-fornitur/mal-bejjiegħ bl-imnut f’suq partikolari.

Fil-maġġoranza tas-swieq mistħarrġa fl-2017, is-sehem ta’ konsumaturi li ltaqgħu ma’

problemi naqas meta mqabbel mal-2015

Bħala medja, madwar 8.5 % tar-rispondenti ltaqgħu ma’ problemi fl-40 suq mistħarrġa fl-

2017. Is-sehem ta’ konsumaturi li ltaqgħu ma’ problemi naqas meta mqabbel mal-2015 (-1.1

pp.) u mal-2013 (-1.2 pp.). Bħal fis-snin preċedenti tal-istħarriġ, sehem ogħla ta’ konsumaturi

rrapporta li esperjenza problemi fis-swieq tas-servizzi (9.3 %) milli fis-swieq tal-oġġetti

(7.2 %).

Għas-swieq tal-oġġetti, il-“karozzi użati”, il-“prodotti tal-ICT”, il-“prodotti elettroniċi” u

“karozzi ġodda” huma s-swieq bl-akbar sehem ta’ konsumaturi li esperjenzaw problemi. Dan

kien il-każ għal dawn is-swieq fl-2015 ukoll. Il-“laħam u prodotti tal-laħam” hu s-suq li tjieb

Page 69: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

68

l-aktar mill-aħħar stħarriġ (-3.4 pp. tal-konsumaturi rrapportaw problemi), u dan jidher li

indika li s-suq irkupra mill-iskandlu tal-laħam taż-żiemel tal-2013. Meta mqabbel mal-2013,

is-suq għall-“ilbies u żraben” irreġistra l-akbar titjib fil-“problemi” minn kwalunkwe suq (-2.5

pp.), filwaqt li s-suq għall-“prodotti elettroniċi” ra l-akbar tnaqqis (+3.0 pp.).

Fost is-swieq tas-servizzi, is-swieq li sawru r-raggruppament tat-“telekomunikazzjoni” huma

dawk li għalihom sehem akbar ta’ konsumaturi esperjenza problemi, tendenza li hi konsistenti

mal-edizzjonijiet preċedenti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni. Hu biss is-suq għas-“servizzi tat-

telefonija mobbli” li ra tnaqqis fil-“problemi” bejn l-2015 u l-2017 (-2.5 pp.); fit-tliet swieq l-

oħra tat-telekomunikazzjoni, ma jista’ jiġi osservat ebda tibdil statistikament sinifikanti f’dan

il-perjodu. Is-swieq tas-servizzi li tjiebu l-aktar b’mod ġenerali kienu l-“prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” u s-“servizzi tal-proprjetà immobbli”, li t-

tnejn irreġistraw tnaqqis fil-“problemi” ta’ -3.2 pp. Fuq nota pożittiva, kien hemm wieħed biss

mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa li fih aktar konsumaturi rrapportaw problemi fl-2017 milli

fl-2015 (jiġifieri l-“assigurazzjoni tal-vetturi”, +0.7 pp.), u dan jindika li l-kundizzjonijiet tas-

swieq tjiebu b’mod ġenerali.

Ir-reġjuni tan-Nofsinhar, tal-Lvant u tat-Tramuntana tal-Ewropa jirrapportaw sehem ogħla

mill-medja ta’ konsumaturi li esperjenzaw problemi (medja ta’ 11 %), filwaqt li l-konsumaturi

mill-Punent tal-Ewropa (6 %) huma l-anqas probabbli li jirrappotaw li esperjenzaw problema.

Il-Kroazja, il-Bulgarija u Spanja (ilkoll 15 %) huma l-pajjiżi bl-akbar sehem medju ta’

konsumaturi li jirrapportaw problemi fost l-40 suq mistħarrġa kollha kemm huma. L-anqas

sehem hu rrapportat fil-Lussemburgu, fil-Ġermanja, fi Franza u fl-Awstrija (ilkoll 2%),

segwiti mill-Ungerija (5 %).

Page 70: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

69

Illustrazzjoni 21: Problemi (perċentwal tar-rispondenti li rrapportaw problemi)

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

3.5.5.2. Severità tad-detriment

Il-mistoqsija dwar id-“detriment” żdiedet mal-istħarriġ fl-2015. Tistaqsi dwar kemm il-

konsumatur ġarrab telf finanzjarju jew detriment ieħor bħala riżultat ta’ esperjenzar ta’

problema. Il-mistoqsija ssir biss lil dawk ir-rispondenti li qalu li esperjenzaw problema fis-suq

mistħarreġ. Valur għoli f’dan l-indikatur jindika esperjenza negattiva.

Id-detriment li l-konsumaturi assoċjaw ma’ problema naqas f’nofs is-swieq mistħarrġa —

għadu l-ogħla għall-maġġoranza tas-“servizzi tal-assigurazzjoni” u tas-“servizzi bankarji”

kif ukoll għall-oġġetti awtomobilistiċi

Il-punteġġ medju tad-“detriment” għas-swieq kollha hu ta’ 5.4 punti, tnaqqis ta’ 0.2 punti

meta mqabbel mal-2015. Is-sehem ta’ konsumaturi li ġarrbu “detriment” għoli minħabba

Page 71: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

70

problema (dawk li taw punteġġ ta’ 8-10 lil dan il-komponent) naqas bi 3 pp. mill-2015 ’l

hawn (għal 28 %), filwaqt li s-sehem ta’ konsumaturi li esperjenzaw “detriment” baxx (dawk

li taw punteġġ ta’ bejn 0-4 punti) żdied bi 3 pp. (għal 34 %). “Telf finanzjarju jew detriment

ieħor” imġarrab hu ogħla għas-swieq tas-servizzi (5.6) milli għas-swieq tal-oġġetti (5.0).

Fost is-swieq tal-oġġetti, il-konsumaturi rrapportaw l-ogħla livell medju ta’ “detriment” fis-

swieq għall-“fjuwil għall-vetturi” u għall-“karozzi użati” (5.8 u 5.7 rispettivament). Dawn

huma ż-żewġ swieq li jew ma raw ebda tnaqqis fil-livell tad-“detriment” (“fjuwil għall-

vetturi”) jew inkella li raw l-iżgħar tnaqqis fil-livell tad-“detriment” (“karozzi użati”) mill-

2015 ’l hawn. L-akbar tnaqqis fid-“detriment” ġie rreġistrat fil-“mediċini mhux bir-riċetta” u

fil-“laħam u prodotti tal-laħam” (it-tnejn -0.5 punti). B’mod ġenerali, is-swieq kollha li

jappartjenu għar-raggruppament tal-“oġġetti bl-imnut b’konsum fuq firxa wiesgħa” (ħlief

“mediċini mhux bir-riċetta”) urew livell baxx ta’ “detriment”, u dan hu konsistenti mal-

prodotti b’valur baxx li jinstabu f’dawn is-swieq.

Fost is-swieq tas-servizzi, l-ogħla livell ta’ “detriment” ġie rrapportat fl-“assigurazzjoni tad-

dar”, fl-“ipoteki”, fis-“servizzi tal-linji tal-ajru”, fis-“servizzi tal-elettriku”, u fil-“prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”. L-akbar tnaqqis fid-“detriment” deher fl-

“assigurazzjoni privata tal-ħajja” (-0.6 punti), fis-“servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-

vetturi” u fl-“assigurazzjoni tal-vetturi” (it-tnejn -0.5 punti). Min-naħa l-oħra, is-“servizzi tal-

linji tal-ajru” kien l-uniku suq li fih il-livell ta’ “detriment” żdied (+0.2 punti).

Page 72: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

71

Illustrazzjoni 22: Severità tad-detriment

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Il-medja tal-UE-28 għad-“detriment” hi ta’ 5.4. Il-livelli rapportati ta’ “detriment” huma ferm

anqas minn din il-medja fit-Tramuntana tal-Ewropa (4.4 punti), u ftit anqas mill-medja fir-

reġjuni tal-Lvant u tal-Punent (it-tnejn 5.2). L-ogħla livell medju ta’ “detriment” jista’ jiġi

osservat fin-Nofsinhar tal-Ewropa (6.0), b’mod partikolari f’Ċipru (6.5), fil-Greċja (6.4), fi

Spanja (6.3) u f’Malta (6.2). F’postijiet oħra fl-Ewropa, il-konsumaturi li rrapportaw l-ogħla

livell ta’ “detriment” kienu mil-Lussemburgu (6.1), filwaqt li l-anqas livelli huma nnotati fid-

Danimarka (3.9) u fl-Iżvezja (4.1).

Page 73: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

72

F’Mejju 2017, il-Kummissjoni ppubblikat ir-riżultati ta’ studju88

dwar id-detriment għall-

konsumatur fl-UE. L-għan tal-istudju kien li jtejjeb il-kwalità u l-konsistenza tal-valutazzjoni

tad-detriment personali tal-konsumatur billi jiżviluppa metodoloġija sempliċi tal-ogħla livell

ta’ żvilupp tekniku biex jiġu identifikati u kkwantifikati l-inċidenza u l-firxa tiegħu. Il-

protezzjoni tal-konsumaturi, speċjalment dawk vulnerabbli, kontra detriment personali

sinifikanti hu kwistjoni ta’ ġustizzja. Iżda hu wkoll parti kritika mit-titjib tal-funzjonament

ġenerali tas-suq. Jekk il-konsumatur jkunu kunfidenti li għandhom xi protezzjoni kontra eżiti

negattivi imprevedibbli, ikollhom probabbiltà akbar li jieħdu sehem b’mod attiv fis-swieq

(pereżempju billi jbiddlu għal fornituri jew għal prodotti ġodda, jew billi jiġbdu attenzjoni

lejn problemi fis-suq permezz tal-ilmenti tagħhom).

Il-metodoloġija fl-istudju ġiet ittestjata fis-swieq għas-“servizzi tat-telefonija mobbli”, għall-

“ilbies, żraben u basktijiet”, għas-“servizzi ferrovjarji”, għall-“apparati domestiċi kbar”, għas-

“servizzi tal-elettriku” u għas-“self, kreditu u karti tal-kreditu”, f’erba’ Stati Membri tal-UE89

.

Fuq din il-bażi, saret estrapolazzjoni tad-detriment personali għall-konsumaturi għall-UE-28.

Hu stmat li fost dawn is-sitt swieq, il-konsumaturi fl-UE-28 ġarrbu detriment ta’ bejn EUR

20.3 biljun u EUR 58.4 biljun tul l-aħħar 12-il xahar. Dawn l-istimi jirreferu għas-somma tad-

detriment finanzjarju totali wara r-rimedju u t-telf ta’ żmien monetizzat. L-akbar inċidenza ta’

problemi ġiet irreġistrata fis-suq tas-servizzi tat-telefonija mobbli (kif ikkonfermat ukoll fit-

taqsima ta’ qabel). Id-detriment finanzjarju medju ta’ qabel ir-rimedju għal kull problema kien

l-akbar għall-apparati domestiċi kbar, b’valur li varja minn EUR 302.7 sa EUR 323.4. Dan

kien segwit mis-“self, kreditu u karti tal-kreditu” b’valur ta’ bejn EUR 139.0 u EUR 224.9.

Bħala medja, konsumaturi li esperjenzaw problemi rċivew l-ogħla livell ta’ rimedju fis-suq

tal-“ilbies, żraben u basktijiet”, u rkupraw bejn 50 % u 61 % mill-ispejjeż inizjali u mit-telf

tagħhom. Għall-kuntrarju, fis-suq tas-“servizzi tat-telefonija mobbli”, ir-rispondenti rkupraw

biss madwar 14 % tal-ispejjeż inizjali u tat-telf tagħhom. Fis-suq tas-“servizzi tal-elettriku”,

ir-rispondenti rkupraw bejn 12 % u 21 % tal-ispejjeż inizjali u tat-telf tagħhom.

3.5.5.3. Problemi u detriment90

Iż-żewġ taqsimiet preċedenti ddiskutew b’mod separat is-sehem ta’ konsumaturi li

esperjenzaw problemi u s-severità ta’ dawn il-problemi f’termini ta’ detriment personali

medju. Din it-taqsima tfittex li tanalizza l-istampa magħquda billi tħares lejn il-problemi u d-

detriment bħala ħaġa waħda. Tiddiskuti wkoll kemm dan il-komponent kombinat tal-

“problemi u detriment” ivarja fost is-swieq jew il-pajjiżi differenti mistħarrġa.

Il-komponent tal-“problemi u detriment” jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-inċidenza tal-problemi li

l-konsumaturi jesperjenzaw u l-livell ta’ “detriment” li jirrapportaw. Hu wieħed mill-ħames

komponenti li jintużaw biex jiġi stmat l-MPI ġenerali. Bħall-komponenti l-oħra tal-MPI, hu

kkodifikat biex punteġġ għoli jfisser prestazzjoni ġenerali aħjar. B’mod aktar speċifiku, jekk

ma ġiet esperjenzata ebda problema, mela jiġi assenjat punteġġ ta’ 10 għall-komponent. Jekk

ir-rispondent iltaqa’ ma’ problema, il-komponent tal-“problemi u detriment” jirrifletti l-

ammont ta’ “detriment”: aktar ma tkun għolja l-klassifikazzjoni tad-“detriment”, aktar ma

jkun baxx il-punteġġ tal-“problemi u detriment”.

Ir-raggruppament tat-“telekomunikazzjoni” għadu juri l-anqas punteġġ fil-problemi u

detriment — il-“provvista tal-internet” jispikka bħala l-agħar suq, filwaqt li s-“servizzi tat-

88

https://ec.europa.eu/info/publications/study-measuring-consumer-detriment-european-union_mt 89

Franza, l-Italja, il-Polonja u r-Renju Unit. 90

Fl-edizzjoni tal-2016 (it-12-il Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur), dan jissejjaħ “detriment

ġenerali”.

Page 74: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

73

telefonija mobbli” hu l-uniku suq tat-“telekomunikazzjoni” li l-prestazzjoni tiegħu tjiebet

mill-2015 ’l hawn.

Il-punteġġ medju rrapportat għas-swieq kollha hu ta’ 9.5, titjib ta’ 0.1 punt mill-2015 ’l hawn.

Bħal fl-edizzjoni preċedenti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni, kien hemm punteġġ ftit ogħla —

jiġifieri anaqas “detriment” ġenerali bħala riżultat tal-problemi esperjenzati — għas-swieq tal-

oġġetti (9.6) milli għas-swieq tas-servizzi (9.5). L-anqas punteġġ għall-“problemi u

detriment” hu rreġistrat għall-erba’ swieq fir-raggruppament tat-“telekomunikazzjoni”,

b’medda ta’ punteġġi minn 8.9 punti għall-“provvista tal-internet” (l-anqas mill-40 suq kollha

vvalutati) sa 9.2 għall-“abbonamenti tat-TV” u għas-“servizzi tat-telefonija fissa”. Swieq oħra

b’punteġġ baxx għall-komponent tal-“problemi u detriment” jinkludu s-“servizzi ferrovjarji”

u l-“karozzi użati” (it-tnejn 9.2).

F’ħarsa lejn il-klassifikazzjonijiet tas-swieq separati għall-oġġetti fi: (i) “problemi” (ii)

“detriment” minħabba problema/i, u (iii) “problemi u detriment”, is-suq għall-“prodotti tal-

kura personali” għandu prestazzjoni tajba b’mod ġenerali. Hu kklassifikat fi ħdan l-aqwa tliet

postijiet għat-tliet dimensjonijiet kollha diskussi. Għall-kuntrarju, is-suq tal-“karozzi użati”

jikklassifika fil-qiegħ għall-“problemi u detriment”, bl-ogħla sehem ta’ konsumaturi li

esperjenzaw problemi u bit-tieni l-ogħla livell ta’ “detriment” minħabba l-problema/i. Fost is-

swieq tal-oġġetti l-oħra, għad li s-swieq għal “mediċini mhux bir-riċetta” u għal “fjuwil għall-

vetturi” għandhom prestazzjoni tajba fl-indikatur tal-“problemi”, dawn it-tnejn huma

kklassifikati fil-qiegħ fost is-swieq fil-livelli ta’ “detriment”. Għaldaqstant, il-

klassifikazzjonijiet relattivament tajbin għall-“problemi u detriment” iridu jiġu indirizzati

b’ċertu galbu.

Fost is-swieq tas-servizzi, is-“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” u s-“servizzi

tal-kura personali” t-tnejn huma kklassifikati fi ħdan l-aqwa tliet postijiet għall-“problemi”,

għad-“detriment” jew għall-“problemi u detriment”. Dan jindika prestazzjoni tajba b’mod

uniformi. Il-fatt li l-erba swieq li jappartjenu għar-raggruppament tat-“telekomunikazzjoni”

kklassifikaw fl-agħar erba’ postijiet fil-“problemi u detriment” jirrifletti s-sehem għoli ta’

konsumaturi li qed jesperjenzaw problemi aktar mil-livell medju ta’ “detriment” ikkawżat

minn dawn il-problemi. L-akbar diskrepanza bejn it-tliet dimensjonijiet diskussi tinsab fis-suq

għall-“assigurazzjoni tad-dar”, li jikklassifika fit-tielet l-aqwa post għall-“problemi” u fil-

qiegħ għal-livell ta’ “detriment” minħabba l-problema/i affaċċjata/i. Sitwazzjoni simili tista’

tiġi osservata għall-“assigurazzjoni tal-vetturi”, fejn hemm differenza ta’ 15-il post bejn iż-

żewġ dimensjonijiet. Mill-ġdid, hawnhekk, minkejja l-klassifikazzjoni ġenerali relattivament

tajba għal dawn iż-żewġ swieq tal-assigurazzjoni, wieħed m’għandux jinjora li meta jqumu

problemi, id-“detriment” li jirriżulta jista’ jkun kemxejn sinifikanti għall-konsumaturi.

Page 75: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

74

Illustrazzjoni 23: Problemi u detriment

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Meta jiġu analizzati d-differenzi reġjonali, l-ogħla punteġġ għall-komponent tal-“problemi u

detriment” jinsab fil-Punent tal-Ewropa (9.7), filwaqt li l-anqas punteġġ jinsab fir-reġjuni tan-

Nofsinhar (9.3). Il-konsumaturi mil-Lvant tal-Ewropa jesperjenzaw punteġġ anqas mill-medja

tal-UE għall-“problemi u detriment” (9.4), filwaqt li dawk li jirresjedu fir-reġjun tat-

Tramuntana tal-Ewropa huma allinjati mal-medja tal-UE (9.5). L-akbar punteġġ għall-

“problemi u detriment” (jiġifieri l-anqas livell ta’ “detriment” li rriżulta mill-problemi

esperjenzati) hu rrapportat fil-Ġermanja, fi Franza, fil-Lussemburgu u fl-Awstrija (9.9). L-

anqas punteġġ għall-“problemi u detriment” (jiġifieri l-ogħla livell ta’ “detriment” li rriżulta

mill-problemi esperjenzati) jinsab fi Spanja (9.1), segwita mill-Kroazja u mill-Bulgarija (it-

tnejn 9.2).

Il-komponent tal-“problemi u detriment” hu meqjus mill-konsumaturi bħala l-aktar importanti

mill-ħames komponenti tal-MPI, flimkien mal-“aspettattivi”. Il-konsumaturi jixħtu

Page 76: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

75

importanza akbar għalih fis-swieq tas-servizzi milli fis-swieq tal-oġġetti. L-Ewropej tat-

Tramuntana jagħtu importanza relattiva ferm ogħla lill-“problemi u detriment” mill-

konsumaturi fil-bqija tal-Ewropa, segwiti mill-konsumaturi min-Nofsinhar tal-Ewropa li

jikklassifikaw l-importanza ta’ dan il-komponent ogħla mill-medja tal-UE-28. Ċerti pajjiżi tal-

Punent tal-Ewropa bħal Franza, il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Lussemburgu jagħtu punteġġ ta’

importanza ferm anqas għall-“problemi u detriment” milli fil-bqija tal-Ewropa.

4. INDIKATURI ADDIZZJONALI

4.1. Ilmenti

L-ilmenti mill-konsumaturi huma għodda siewja għan-negozji biex itejbu l-prestazzjoni

tagħhom, peress li dawn jindikaw kwistjonijiet li jdejqu lill-konsumaturi jew li jipprevjenu l-

ħolqien ta’ relazzjonijiet fit-tul mal-klijenti. Dawn huma indikatur siewi wkoll għall-

awtoritajiet nazzjonali, peress li jindikaw oqsma fejn jista’ jkun hemm bżonn ta’ intervent

pubbliku, fil-forma ta’ attivitajiet ta’ infurzar jew ta’ azzjoni leġiżlattiva.

Is-sehem ta’ konsumaturi li lmentaw meta affaċċjaw problema hu anqas milli kien fl-2015,

iżda ogħla milli kien fl-2013

Fl-2017, ħafna mill-konsumaturi (76.8 %) li rrapportaw li esperjenzaw problema lmentaw

dwarha. Il-propensità ta’ lmentar naqset meta mqabbla mal-2015, kemm għas-swieq tal-

oġġetti (-3.9 pp.) kif ukoll tas-servizzi (-1.6 pp.). Madankollu, konsumaturi fl-2017 li

esperjenzaw problema kienu għadhom aktar probabbli li jilmentaw milli fl-2013 (+1.5 pp.

aktar għal problemi b’oġġetti, u +3.4 pp. għal problemi b’servizzi).

Fost is-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, is-sehem ta’

konsumaturi li lmentaw meta esperjenzaw problema naqas b’mod sinifikanti fi tliet swieq,

jiġifieri “mediċini mhux bir-riċetta” (-18.1 pp.), “laħam u prodotti tal-laħam” (-17.7 pp.) u

“fjuwil għall-vetturi” (-14.6 pp.). Is-sehem ta’ konsumaturi li lmentaw meta esperjenzaw

problema baqa’ stabbli fl-erba’ swieq l-oħra. Il-konsumaturi għandhom probabbiltà akbar li

jilmentaw dwar problemi fis-swieq għall-“għamara u tagħmir tad-dar”, għall-“prodotti

elettroniċi” u għall-“prodotti tal-ICT”. Huma l-anqas inklinati li jilmentaw għal “mediċini

mhux bir-riċetta”, għal “xarbiet alkoħoliċi” u għal “prodotti tal-kura personali”.

Stampa aktar imħallta tfeġġ meta jiġu analizzati t-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-

2015 kif ukoll fl-2017, fejn is-sehem ta’ konsumaturi li lmentaw naqas f’10 swieq meta

mqabbla mal-2015, żdied fi 3, u baqa’ stabbli fl-10 l-oħra. Is-sehem ta’ konsumaturi li

lmentaw żdied fis-swieq għall-“ipoteki” (+6.2 pp.), għas-“servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (+5.1

pp.) u għall-“btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” (+3.5 pp.), filwaqt li l-aktar tnaqqis notevoli jista’

jiġi osservat għall-“kontijiet tal-bank” (-10.1 pp.), għas-“servizzi ta’ manutenzjoni u ta’

tiswija tal-vetturi” (-7.6 pp.) u għall-“assigurazzjoni tal-vetturi” (-6.8 pp.).

L-anqas ishma ta’ konsumaturi li jirrapportaw li għamlu lmenti kienu fis-swieq għas-“servizzi

tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”, għas-“servizzi tal-logħob tal-

azzard u tal-lotterija offlajn”, għas-“servizzi tal-kura personali”, għas-“servizzi ferrovjarji”,

għall-“provvista tal-ilma” u għas-“servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi”. Għall-

kuntrarju, is-suq għall-“provvista tal-internet” għandu l-ogħla sehem ta’ persuni li lmentaw,

segwit mis-swieq għas-“servizzi tat-telefonija fissa”, għall-“abbonamenti tat-TV”, għas-

“servizzi tat-telefonija mobbli”, għall-“btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” u għas-“servizzi ta’ kiri

tal-vetturi”.

Page 77: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

76

Illustrazzjoni 24: Ilmenti

Sors: GfK — Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017 — Bażi: konsumaturi li esperjenzaw problema

Il-konsumaturi jilmentaw primarjament mal-bejjiegħ u mal-fornitur ta’ servizz u l-

konsumaturi fir-reġjun tan-Nofsinhar jilmentaw l-aktar

Il-konsumaturi ġew mistoqsija wkoll ma’ minn ilmentaw91

. B’ħarsa lejn il-medja għas-swieq

kollha, il-konsumaturi għandhom probabbiltà akbar li jilmentaw mal-bejjiegħ jew mal-

fornitur ta’ servizz (61.2 %), kif diġà ġie osservat fl-istħarriġijiet preċedenti, segwiti mill-

ilmenti mal-ħbieb u mal-familja (28.8 %). Madwar 5.0 % tar-rispondenti lmentaw direttament

mal-manifattur, iżda din l-alternattiva hi disponibbli biss f’ċerti swieq fejn din il-parti tkun

91

Setgħu jiġu mmarkati aktar minn tweġiba waħda.

Page 78: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

77

tista’ tiġi identifikata92

. Is-sehem ta’ rispondenti li lmentaw b’mod dirett mal-manifattur fl-

2017 hu komparabbli mas-sehem osservat fl-2015, iżda ogħla (+0.6 pp.) milli fl-2013.

Is-sehem ta’ lmenti indirizzati lil korpi terzi, bħal awtorità pubblika, organizzazzjoni tal-

konsumatur jew l-ombudsman, ukoll baqa’ l-istess bħal fl-2015, iżda żdied (+0.5 pp.) meta

mqabbel mal-2013. Il-konsumaturi huma aktar inklinati li jilmentaw ma’ korp terz għal

problemi esperjenzati meta jixtru servizzi (9.7 %) milli meta jixtru oġġetti (5.1 %).

Tabella 11: Il-perċentwal ta’ konsumaturi li lmentaw skont il-kanal93

Sors: GfK Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017 — Bażi: il-konsumaturi li esperjenzaw tal-anqas problema waħda bis-

servizz/bil-prodott jew mal-fornitur/mal-bejjiegħ bl-imnut f’suq partikolari. Id-differenzi huma espressi f’punti perċentwali.

Jistgħu jiġu osservati ċerti differenzi reġjonali. Is-sehem ta’ konsumaturi li jilmentaw hu

anqas mill-medja tal-UE-28 fir-reġjuni tal-Lvant (-5.3 pp.), tan-Nofsinhar (-4.4 pp.) u tal-

Punent (-2.0 pp.), filwaqt li hu ogħla mill-medja fir-reġjun tan-Nofsinhar (+6.5 pp.).

Tabella 12: Il-perċentwal ta’ konsumaturi li lmentaw skont il-gruppi reġjonali94

Sors: GfK Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017 — Bażi: il-konsumaturi li esperjenzaw tal-anqas problema waħda bis-

servizz/bil-prodott jew mal-fornitur/mal-bejjiegħ bl-imnut f’suq partikolari.

4.2. Bdil

Indikatur tajjeb biex titkejjel il-prestazzjoni tas-swieq tas-servizzi kkaratterizzati minn

kuntratti fuq terminu twil ta’ abbonament hu l-possibbiltà ta’ tbiddil faċilment tal-fornitur. Il-

konsumaturi huma aktar probabbli li jfittxu għall-aktar offerti vantaġġużi fi swieq fejn il-bdil

92 Jekk jogħġbok kun af li l-bażi għal din iċ-ċifra hi s-swieq kollha fejn din it-tweġiba kienet disponibbli. L-

għażla tat-tweġiba “lil manifattur” kienet possibbli biss għas-swieq tas-servizzi li ġejjin: is-“servizzi ta’

manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien”, is-“servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi”, is-“servizzi tat-

telefonija fissa”, is-“servizzi tat-telefonija mobbli” u l-“provvista tal-internet”. Fost is-swieq tal-oġġetti, il-

mistoqsija kienet tapplika għas-swieq kollha ħlief għall-“fjuwil għall-vetturi”. 93

Id-differenzi huma espressi f’punti perċentwali. 94

Id-differenzi huma espressi f’punti perċentwali.

Page 79: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

78

tal-fornitur hu faċli. Min-naħa tiegħu, dan hu tajjeb għall-kompetizzjoni, peress li l-fornituri

jitħeġġu joffru servizzi bi prezzijiet u b’livelli ta’ kwalità li jissodisfaw id-domandi tal-

konsumaturi.

Madankollu, mhuwiex dejjem faċli li jiġi stabbilit xi jkun is-sehem ottimali ta’ konsumaturi li

jbiddlu l-fornitur f’suq speċifiku li jkun sejjer tajjeb. Jista’ jkun hemm ħafna raġunijiet

għaliex wieħed m’għandux ibiddel fornitur. L-ewwel nett, il-konsumaturi jistgħu jkunu

sodisfatti bis-servizz u/jew bil-fornitur kurrenti tagħhom. It-tieni, jaf sempliċiment ma jkunux

jafu li hu possibbli li jbiddlu. It-tielet, il-konsumaturi jistgħu jipperċepixxu l-bdil bħala diffiċli

jew għali wisq u, b’hekk, ma jaqblilhomx. Ir-rati tal-bdil jistgħu jkunu influwenzati wkoll

mil-livell ta’ regolamentazzjoni u/jew ta’ kompetizzjoni f’ċertu suq.

Il-mistoqsija dwar il-bdil ġiet irfinata ftit fl-istħarriġ tal-2017 biex tkopri aħjar uħud mill-

problemi kuntestwali deskritti hawn fuq. B’mod partikolari, ir-rispondenti ntalbu jipprovdu r-

raġunijiet għall-bdil jew għan-nuqqas ta’ bdil (fejn xieraq) u/jew jiċċaraw jekk sempliċiment

biddlux is-servizzi li xtraw jew biddlux ukoll lill-fornitur.

Meta mqabbla mal-2015, anqas konsumaturi jbiddlu l-fornitur f’ħafna mis-swieq tas-

servizzi mistħarrġa

B’mod ġenerali, 9.4 % tal-konsumaturi fit-1395

-il suq tas-servizzi mistħarrġa biddlu l-fornitur

fl-2017. Din iċ-ċifra tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1.1 pp. mill-2015, f’konformità mat-tendenza

ta’ tnaqqis osservata bejn l-2010 u l-2013 iżda tikkuntrasta maż-żieda (+1.7 pp.) li dehret bejn

l-2013 u l-2015. Bejn l-2015 u l-2017, ma kien hemm ebda żieda fis-sehem ta’ konsumaturi li

jbiddlu l-fornitur f'xi wieħed mit-13-il suq mistħarrġa.

Tabella 13: Il-bdil tal-fornitur skont ir-raggruppament ta’ swieq96

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Il-konsumaturi għandhom l-aktar probabbiltà li jbiddlu l-fornitur fis-swieq għall-

“assigurazzjoni tal-vetturi”, għas-“servizzi tat-telefonija mobbli” u għall-“prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”. Għandhom l-anqas probabbiltà li jbiddlu l-

fornitur fis-swieq għall-“kontijiet tal-bank”, għall-“ipoteki”, għall-“assigurazzjoni privata tal-

ħajja” u għall-“assigurazzjoni tad-dar”.

95

Il-mistoqsijiet dwar il-bdil saru biss għat-13-il suq li ġejjin: il-“kontijiet tal-bank”, is-“servizzi tal-elettriku”,

is-“servizzi tat-telefonija fissa”, is-“servizzi tal-gass”, l-“assigurazzjoni tad-dar”, il-“provvista tal-internet”,

il-“prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”, is-“self, kreditu u karti tal-kreditu”, is-

“servizzi tat-telefonija mobbli”, l-“ipoteki”, l-“assigurazzjoni privata tal-ħajja”, l-“abbonamenti tat-TV”, u l-

“assigurazzjoni tal-vetturi”. 96

Għar-raggruppament tal-“utilitajiet”, is-sehem ta’ konsumaturi li biddlu l-fornitur ġie vvalutat biss għas-

swieq tas-“servizzi tal-elettriku” u tas-“servizzi tal-gass”, filwaqt li ma ġiex ivvalutat għas-swieq tas-

“servizzi tal-ilma” u tas-“servizzi postali”.

Page 80: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

79

Illustrazzjoni 25: Il-bdil tal-fornitur skont is-suq

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Is-sehem ta’ rispondenti li biddlu l-fornituri hu ogħla mill-medja fin-Nofsinhar (12.0 %), fit-

Tramuntana (11.1 %) u fil-Lvant (10.3 %) tal-Ewropa, iżda anqas mill-medja fil-Punent tal-

Ewropa (7.6 %). Ir-Renju Unit (14.4 %), il-Belġju (14.0 %) u Spanja (13.9 %) għandhom l-

akbar ishma ta’ konsumaturi li biddlu l-fornitur, filwaqt li l-anqas ishma ta’ konsumaturi li

biddlu l-fornitur jistgħu jinstabu fil-Lussemburgu (2.4 %), fi Franza (3.5 %) u fl-Awstrija

(3.6 %).

Anqas konsumaturi biddlu servizz mal-istess fornitur meta mqabbla mal-2013

Barra minn hekk, 3.3 % tar-rispondenti kollha biddlu servizz mal-istess fornitur fl-2017. Din

iċ-ċifra tiżdied b’2.4 punti meta mqabbla mal-201397

. Is-sehem ma żdiedx f’xi wieħed mis-

swieq tas-servizzi mistħarrġa.

Il-konsumaturi għandhom l-akbar probabbiltà li jbiddlu s-servizzi iżda mhux il-fornitur fis-

swieq għall-“prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”, għall-

“abbonamenti tat-TV” u għas-“servizzi tat-telefonija mobbli”, filwaqt li għandhom l-anqas

probabbiltà li jbiddlu għall-“assigurazzjoni tad-dar”.

97

Il-mistoqsija dwar il-bdil tas-servizz mal-istess fornitur saret fl-2013 u fl-2017 biss.

Page 81: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

80

Illustrazzjoni 26: Il-bdil tas-servizz mal-istess fornitur skont is-suq

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Filwaqt li ħafna mis-servizzi ma wrew ebda tibdil statistikament sinifikanti, l-akbar tnaqqis

mill-2013 ’l hawn fis-sehem ta’ nies li biddlu s-servizz iżda mhux il-fornitur huma għas-

“servizzi tat-telefonija mobbli” (-8.4 pp.), għall-“provvista tal-internet” (-6.2 pp.) u għas-

“servizzi tat-telefonija fissa” (-4.9 pp.). L-ewwel żewġ swieq jikklassifikaw fil-għoli għas-

sehem ta’ konsumaturi li biddlu l-fornitur, iżda din iż-żieda ma tpattix għat-tnaqqis drastiku

fil-bdil tas-servizz mal-istess fornitur.

4.2.1. Faċilità tal-bdil

Il-faċilità tal-bdil tiżdied f’4 biss mit-13-il suq tas-servizzi mistħarrġa

Il-konsumaturi li kienu biddlu fi ħdan il-perjodu ta’ referenza ntalbu jevalwaw ukoll l-

esperjenza tagħhom u jikklassifikaw kemm kien faċli li jbiddlu. Il-punteġġ medju (7.7 punti

minn 10) tjien bi ftit biss mill-2015 ’l hawn (+0.1), filwaqt li t-titjib ġenerali mill-2013 ’l

hawn kien akbar (+0.2). Madwar żewġ terzi (65 %) tal-konsumaturi sabuha faċli li jbiddlu (u

taw l-esperjenza tagħhom tal-bdil punteġġ ta’ bejn 8 u 10 punti) filwaqt li 11 % biss sabuha

diffiċli (taw punteġġ ta’ bejn 0 u 4 punti).

F’ċerti swieq tas-servizzi, il-faċilità tal-bdil tjiebet b’mod sinifikanti bejn l-2015 u l-2017.

Dan kien il-każ għall-“ipoteki” u għas-“servizzi tat-telefonija mobbli” (fiż-żewġ swieq, il-

faċilità tal-bdil tjiebet b’+0.5). Min-naħa l-oħra, il-bdil sar aktar diffiċli bejn l-2015 u l-2017

għall-“abbonamenti tat-TV” (-0.3).

Page 82: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

81

Tabella 14: Il-faċilità tal-bdil tal-fornitur skont ir-raggruppament ta’ swieq98

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

F’analiżi tar-raggruppament ta’ swieq, il-bdil tal-fornitur hu vvalutat bħala l-eħfef għall-

konsumaturi fir-raggruppament tas-“servizzi tal-assigurazzjoni”. Iż-żewġ swieq li rċivew l-

ogħla punteġġ għal dan l-indikatur huma l-“assigurazzjoni tal-vetturi” u l-“assigurazzjoni tad-

dar”. Min-naħa l-oħra, il-konsumaturi sabuha partikolarment diffiċli li jbiddlu l-fornitur fit-

“telekomunikazzjoni” u fis-“servizzi bankarji”, bis-“servizzi tat-telefonija fissa”, l-

“abbonamenti tat-TV”, l-“ipoteki”, il-“prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u

titoli” u l-“provvista tal-internet” li kklassifikaw fil-qiegħ tal-iskala. Is-servizzi offruti fis-

swieq tas-“servizzi tat-telefonija fissa” u tal-“abbonamenti tat-TV”, fejn madwar 2 minn kull

10 rispondenti jsibuha diffiċli li jbiddlu l-fornitur, spiss ikunu parti minn iggruppar ta’

servizzi, li aktarx li jikkomplika l-proċess tal-bdil.

98

Għar-raggruppament tal-“utilitajiet”, is-sehem ta’ konsumaturi li biddlu l-fornitur ġie vvalutat biss għas-swieq

tas-“servizzi tal-elettriku” u tas-“servizzi tal-gass”, filwaqt li ma ġiex ivvalutat għas-swieq tas-“servizzi tal-

ilma” u tas-“servizzi postali”.

Page 83: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

82

Illustrazzjoni 27: Il-faċilità tal-bdil tal-fornitur skont is-suq

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Il-medja madwar l-UE għall-faċilità tal-bdil fost is-swieq fejn seħħ bdil fl-2017 kienet ta’ 7.7.

Ir-rispondenti fil-Lvant (8.2) u fit-Tramuntana (8.1) tal-Ewropa taw klassifikazzjonijiet ogħla

mill-medja għall-faċilità tal-bdil, filwaqt li l-Ewropej tal-Punent taw klassifikazzjonijiet ogħla

mill-medja, għad li f’livell ftit anqas (7.8). Il-konsumaturi mir-reġjuni tan-Nofsinhar tal-

Ewropa bil-bosta taw l-agħar valutazzjonijiet għall-faċilità tal-bdil (7.2). Il-konsumaturi min-

Norveġja u mit-tliet pajjiżi Baltiċi jsibu l-bdil l-eħfef, filwaqt li l-konsumaturi Spanjoli u

Awstrijaki jevalwaw il-bdil bħala l-anqas faċli.

4.2.2. Raġunijiet għan-nuqqas ta’ bdil

In-nuqqas ta’ interess għadu r-raġuni predominanti għan-nuqqas ta’ bdil tal-fornitur —

ftit huma mħassba dwar id-diffikultajiet jew fil-fatt batew biex ibiddlu

L-edizzjonijiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ qabel l-2015 urew li, fost il-konsumaturi li

biddlu l-fornitur u dawk li ma biddluhx, dawk li ma biddlux taw punteġġi sistematkament

anqas meta vvalutaw il-faċilità tal-bdil. Biex jiġi mifhum jekk din il-valutazzjoni

konsistentement inferjuri kinitx dovuta għal esperjenza agħar waqt tentattiv ta’ bdil jew

minħabba sempliċi perċezzjonijiet dwar id-diffikultajiet previsti, l-aħħar żewġ stħarriġijiet

inkludew mistoqsija dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ bdil lil dawk ir-rispondenti li ma

kinux biddlu.

Page 84: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

83

Fost is-subgrupp tal-konsumaturi li ma biddlux il-fornitur jew is-servizz mal-istess fornitur,

ħafna mir-rispondenti (69 %) qalu li ma kinux interessati li jbiddlu. Madwar 9 % ma

ppruvawx ibiddlu għaliex ħasbu li jkun diffiċli wisq, filwaqt li 5 % fil-fatt ippruvaw iżda

qatgħu qalbhom minħabba l-ostakoli li sabu. 17 % oħra semmew “raġunijiet oħra” talli ma

biddlux, mingħajr ma speċifikaw x’kienu dawn ir-raġunijiet.

Illustrazzjoni 28: Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ bdil tal-fornitur skont is-suq

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017 — Bażi: Ir-rispondenti li ma biddlux il-fornitur u ma biddlux

is-servizz mal-istess fornitur

Fil-livell tas-swieq individwali, il-konsumaturi għandhom l-akbar probabbiltà li jgħidu li

mhumiex interessati li jbiddlu għall-“kontijiet tal-bank” u għas-“self, kreditu u karti tal-

kreditu” (għal dawn iż-żewġ swieq, 74 % tal-konsumaturi jgħidu li mhumiex interessati li

jbiddlu), segwiti mit-tliet servizzi tal-assigurazzjoni, jiġifieri l-“assigurazzjoni tal-vetturi”, l-

“assigurazzjoni privata tal-ħajja” u l-“assigurazzjoni tad-dar” (72 %, 71 % u 70 % tal-

konsumaturi rispettivament jgħidu li mhumiex interessati li jbiddlu). Id-diffikultà eċċessiva

fil-bdil kienet ir-raġuni ċċitata għall-konsumaturi tas-“servizzi tal-elettriku” (13 %), tal-

“ipoteki” u tas-“servizzi tal-gass” (it-tnejn 11 %). L-“ipoteki” (8 %) kien is-suq bl-akbar

sehem ta’ konsumaturi li jgħidu li ppruvaw ibiddlu iżda sabu l-ostakoli, segwiti mill-

“provvista tal-internet” (6 %).

F’ħarsa lejn id-diversi reġjuni tal-Ewropa, l-Ewropej tat-Tramuntana (79 %) huma bil-bosta

dawk li għandhom l-akbar probabbiltà li jsemmu nuqqas ta’ interess li jbiddlu l-fornitur,

segwiti mill-Ewropej tan-Nofsinhar u tal-Lvant (it-tnejn 75 %). Il-konsumaturi mill-Punent

tal-Ewropa għandhom l-anqas probabbiltà li jsemmu nuqqas ta’ interess bħala r-raġuni għan-

nuqqas ta’ bdil (62 %) u huma l-grupp li għandu l-akbar probabbiltà li jirrapporta li jaħseb li l-

bdil jista’ jkun diffiċli wisq (13 % tal-konsumaturi mill-Punent tal-Ewropa jibżgħu li jkun

Page 85: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

84

diffiċli wisq, meta mqabbla ma’ medja ta’ 5 % fost ir-rispondenti mit-tliet reġjuni l-oħra

kollha). Il-konsumaturi mill-Punent tal-Ewropa huma wkoll l-aktar probabbli li ppruvaw

ibiddlu iżda affaċċjaw ostakoli relatati (6 % kontra 2 % biss fost l-Ewropej tat-Tramuntana).

Erba’ konsumaturi minn 10 ma biddlux il-fornitur għaliex irċivew offerta aħjar mill-

fornitur kurrenti tagħhom

Ħafna mill-konsumaturi li ma biddlux il-fornitur kienu jew irċivew offerta aħjar mingħand il-

fornitur tagħhom (39 %) jew inkella ma kinux interessati li jbiddlu l-fornitur (31 %). Xorta

waħda, kważi wieħed minn kull għaxra minn dan il-grupp ta’ rispondenti li ma biddlux il-

fornitur (9 %) indika li kien jaħseb li l-bdil tal-fornitur jista’ jkun diffiċli wisq, u 6 % qalu li

ppruvaw ibiddlu iżda qatgħu qalbhom minħabba l-ostakoli li sabu. Madwar 15 % tar-

rispondenti rreferew għal raġunijiet oħra għad-deċiżjoni tagħhom.

Illustrazzjoni 29: Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ bdil tal-fornitur (fost il-konsumaturi li biddlu

servizz mal-istess fornitur) skont is-suq

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017 — Bażi: ir-rispondenti li ma biddlux il-fornitur iżda biddlu

servizz mal-istess fornitur

Is-swieq fejn in-nies għandhom l-akbar probabbiltà li jgħidu li mhumiex interessati li jbiddlu

l-fornitur huma tal-“kontijiet tal-bank” (46 %) u tal-“prodotti tal-investiment, pensjonijiet

personali privati u titoli” (41 %). Sehem ferm iżgħar ta’ konsumaturi jgħid li mhuwiex

interessat li jbiddel il-fornitur għas-swieq tal-utilitajiet bħas-“servizzi tal-gass” (14 %) u s-

“servizzi tal-elettriku” (18 %). Il-konsumaturi għandhom probabbiltà akbar li jgħidu li hu

diffiċli wisq li jbiddlu l-fornitur għall-“assigurazzjoni privata tal-ħajja” (15 %), għall-

“assigurazzjoni tad-dar” (14 %) u għas-“servizzi tal-gass” (14 %). L-akbar sehem ta’

konsumaturi li jgħidu li fil-fatt ippruvaw ibiddlu l-fornitur iżda affaċċjaw ostakoli hu fis-suq

tal-“ipoteki” (11 %).

Page 86: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

85

Is-swieq fejn in-nies għandhom l-akbar probabbiltà li jindikaw li rċivew offerta aħjar mal-

istess fornitur huma: l-“assigurazzjoni tal-vetturi” (53 %), is-“servizzi tat-telefonija mobbli”

(51 %), is-“servizzi tal-elettriku” (46 %) u l-“provvista tal-internet” (45 %). Għall-kuntrarju,

l-anqas ishma ta’ konsumaturi li qalu li rċivew offerta aħjar mingħand il-fornitur tagħhom

stess kienu fil-“kontijiet tal-bank” (28 %), fl-“assigurazzjoni privata tal-ħajja” (30 %) u fl-

“assigurazzjoni tad-dar” (30 %). Kif ġie diskuss qabel, sehem iżgħar mill-medja ta’

konsumaturi fis-swieq għas-“servizzi tat-telefonija fissa” u għall-“abbonamenti tat-TV” jgħid

li r-raġuni għaliex ma biddilx il-fornitur hi għaliex irċieva offerta aħjar għal servizz mal-istess

fornitur. Dan hu konformi mas-sejba li l-għażla f’dawn iż-żewġ swieq (b’hekk, il-

kompetizzjoni fis-swieq) hi anqas minn dik ottimali.

4.3. Penetrazzjoni tas-suq

Għall-finijiet ta’ din it-Tabella ta’ Valutazzjoni, il-penetrazzjoni tas-suq99

għandha tinftiehem

bħala l-perċentwal tal-popolazzjoni li xtrat oġġett jew servizz fis-suq partikolari matul il-

perjodu ta’ referenza100

. Fl-illustrazzjoni ta’ hawn taħt, jista’ jiġi osservat li r-rati ta’

penetrazzjoni jvarjaw ħafna bejn is-swieq (jibdew minn livell baxx ta’ 21 % sa livell għoli ta’

91 %). F’ċerti każijiet, hemm differenzi kbar fil-penetrazzjoni tas-suq bejn l-Istati Membri

għal suq partikolari, għad li sa ċertu punt anqas milli bejn is-swieq. Ħarsa aktar bir-reqqa lejn

il-penetrazzjoni tas-suq tista’ tipprovdi tagħrif siewi dwar it-tibdil fis-suq u l-involviment tal-

konsumaturi tul is-snin fl-UE-28.

Mal-ewwel daqqa t’għajn, jidher li s-swieq fir-raggruppamenti tal-“oġġetti bl-imnut

b’konsum fuq firxa wiesgħa” u tal-“utilitajiet” għandhom tendenza li juru penetrazzjoni tas-

suq relattivament għolja, filwaqt li s-“servizzi finanzjarji” u l-“oġġetti awtomobilistiċi”

għandhom penetrazzjoni tas-suq relattivament baxxa. Is-swieq bl-ogħla livelli ta’

penetrazzjoni jinkludu l-“prodotti tal-ħalib” (91 %), il-“laħam u prodotti tal-laħam” (88 %) u

l-“ilbies u żraben” (87 %), filwaqt li dawk bl-anqas penetrazzjoni jinkludu s-“servizzi tal-

proprjetà immobbli” (21 %), il-“karozzi ġodda” (22 %) u s-“servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (24

%).

Meta mqabbla mal-2015, kien hemm tnaqqis fil-penetrazzjonijiet tas-suq tas-swieq finanzjarji

tas-“self, kreditu u karti tal-kreditu” (-8 pp.), tal-“prodotti tal-investiment, pensjonijiet

personali privati u titoli” (-4 pp.), tal-“ipoteki” (-1 pp.), u tal-“assigurazzjoni tad-dar” (-5 pp.).

Iżda minkejja dan it-tnaqqis, il-penetrazzjonijiet tas-suq għal dawn l-erba’ swieq għadhom

ogħla milli kienu fl-2013 (b’+6 pp., +1 pp., +4 pp. u 2 pp. rispettivament). Barra minn hekk,

is-“servizzi tat-telefonija fissa” (-2 pp.) u l-“btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” (-2 pp.) ukoll

urew penetrazzjoni anqas tas-suq meta mqabbla mal-2015. Meta mqabbla mal-2013, il-

penetrazzjoni tas-suq naqset biss għall-“manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (-3 pp.).

Is-swieq l-oħra kollha urew livell stabbli jew żieda fil-penetrazzjoni tas-suq. Meta mqabbla

mal-2015, l-aktar żieda notevoli fil-penetrazzjoni tas-suq seħħet għas-swieq li jappartjenu

għar-raggruppament tat-“telekomunikazzjoni”, bħall-“abbonamenti tat-TV” (+8 pp.), il-

“provvista tal-internet” (+5 pp.) u l-“prodotti elettroniċi” (+5 pp.). Meta mqabbla mal-2013,

seba’ swieq żiedu l-penetrazzjoni tagħhom b’10 pp. jew aktar. Dawn jinkludu: l-“għamara u

tagħmir tad-dar” (+16 pp.), il-“provvista tal-internet” (+14 %), il-“prodotti elettroniċi” (+14

pp.), is-“servizzi tat-telefonija mobbli” (+12 pp.), l-“assigurazzjoni tal-vetturi” (+11 pp.), il-

“prodotti tal-ħalib” (+10 pp.) u s-“servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (+10 pp.).

99

Din bdiet titkejjel fl-edizzjoni tal-2013 tal-Istħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq. 100

Bħala proporzjon tal-konsumaturi kollha li ġew skrinjati għas-suq rispettiv.

Page 87: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

86

Il-fatturi li jixprunaw il-penetrazzjoni tas-suq jinkludu l-frekwenza tax-xiri u l-baġit

disponibbli, iżda anki n-neċessità u d-disponibbiltà relattivi ta’ kull prodott. Għaldaqstant

jagħmel sens li jiġu analizzati s-swieq li jkopru l-ħtiġijiet primarji tal-konsumaturi (bħall-

“prodotti tal-ħalib” jew il-“laħam u prodotti tal-laħam”) b’penetrazzjoni għolja, għall-

kuntrarju ta’ swieq “lussużi” jew aktar speċjalizzati bħal “karozzi ġodda”, “prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” jew “btajjel u ġiti f’pakkett wieħed”.

Il-penetrazzjoni tas-suq għal kull wieħed mill-40 suq ġiet ikkalkolata wkoll fost il-pajjiżi

kollha biex jitkejjel il-kobor tal-varjazzjonijiet bejn il-pajjiżi. Għal uħud mis-swieq li

jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ kuljum tal-konsumaturi, ġiet osservata medda konsiderevolment

aktar ristretta fil-penetrazzjoni tas-suq, pereżempju fil-“prodotti tal-ħalib” (medda ta’ 11-il pp.

biss, b’penetrazzjoni tas-suq li tvarja bejn il-85 % u s-96 %) jew fil-“laħam u prodotti tal-

laħam” (medda ta’ 14-il pp. biss, b’penetrazzjoni tas-suq li tvarja bejn it-80 % u l-94 %).

Għall-kuntrarju, għal swieq oħra li għandhom tendenza li jiddependu mil-livell ta’ introjtu

disponibbli, tista’ tiġi osservata dispersjoni ferm usa’ fil-penetrazzjoni tas-suq fost il-pajjiżi.

Dawn is-swieq l-oħra jinkludu servizzi bħas-“servizzi tal-linji tal-ajru” (medda ta’ 46 pp.,

b’penetrazzjoni tas-suq li tvarja bejn 16 % u 62 %) jew “servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-

lotterija offlajn” (medda ta’ 45 pp., b’penetrazzjoni tas-suq ta’ bejn 18 % u 63 %). Finalment,

għal swieq li jiddependu fuq l-infrastruttura jew l-avvanzi teknoloġiċi, mhuwiex sorprendenti

li d-dispersjoni hi usa’ min-normal, hekk kif jista’ jidher fis-“servizzi tal-gass” (medda ta’ 45

pp., b’penetrazzjoni tas-suq li tvarja bejn 21 % u 66 %) jew fis-“servizzi tat-telefonija fissa”

(medda ta’ 42 pp, b’penetrazzjoni tas-suq li tvarja bejn 24 % u 66 %). Għas-“servizzi tat-

telefonija fissa”, spiss ikun il-każ li l-użu tal-mowbajls wassal għal tnaqqis fil-bżonn li

jinżamm ukoll servizzi tat-telefonija fissa fi ħdan unità domestika.

Page 88: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

87

Illustrazzjoni 30: Il-Penetrazzjoni tas-Suq skont is-swieq

Sors: Stħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq 2017

Meta tiġi analizzata l-korrelazzjoni bejn il-penetrazzjoni tas-suq u l-penetrazzjoni tas-suq fi

ħdan l-UE-28 għas-swieq kollha mistħarrġa fl-2017, tista’ tiġi osservata korrelazzjoni

pożittiva modesta (0.35). Mal-ewwel daqqa t’għajn, din tista’ tissuġġerixxi li l-konsumaturi

għandhom tendenza li jagħtu punteġġ ogħla għall-prestazzjoni ġenerali lis-swieq li fihom

aktar konsumaturi jkunu involuti. Madankollu, fil-livell tas-swieq individwali hemm

korrelazzjoni dgħajfa bejn il-prestazzjoni tas-swieq u l-penetrazzjoni tas-suq f'ċerti swieq fejn

ir-rata ta’ penetrazzjoni hi għolja, bħas-swieq għal-“laħam u prodotti tal-laħam” u għall-

“ilbies u żraben”. L-akbar korrelazzjonijiet jistgħu jinstabu fost is-swieq b’penetrazzjoni

inferjuri bħas-“servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” u s-“servizzi tal-proprjetà

Page 89: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

88

immobbli”. Għal kull wieħed minn dawn is-swieq, il-korrelazzjonijiet huma ftit ogħla minn

0.5.

4.4. Prezzijiet

It-tqabbil tal-prezz hu indikatur tajjeb ta’ integrazzjoni u ta’ prestazzjoni tas-swieq. F’suq

uniku, fejn l-oġġetti u s-servizzi jiċċaqalqu liberament, il-prezzijiet (b’mod partikolari għall-

oġġetti negozjabbli) għandhom jikkonverġu maż-żmien, għad li dejjem se jippersistu xi

differenzi101

.

Ħarsa aktar mill-qrib lejn l-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet (UE-28 = 100)102

fl-Istati Membri

(kif ikkumpilati mill-Eurostat) għall-konsum individwali attwali u l-komponenti ewlenin

tiegħu (Tabella 15) tislet it-tliet konklużjonijiet li ġejjin:

• Il-livelli tal-prezzijiet xorta waħda jvarjaw b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi, bil-livelli

tal-prezzijiet għall-konsum individwali attwali li jvarjaw minn 43.3 sa 140.6 (tifrix

kumparabbli għal dak osservat fl-edizzjoni preċedenti).

• Id-dispersjoni tal-prezzijiet tinħass ferm anqas għall-oġġetti (0.16) milli għas-servizzi,

li għalihom il-koeffiċjent tal-varjazzjoni fost l-Istati Membri hu l-ogħla (0.41)103

. Fost

l-oġġetti, il-prezzijiet ivarjaw aktar għal oġġetti mhux durabbli (0.19) milli għal

oġġetti durabbli u semidurabbli (it-tnejn 0.12).

• Fil-pajjiżi fejn il-prezzijiet għandhom tendenza li jkunu ogħla, il-prezzijiet għas-

servizzi, f’termini relattivi, huma ogħla minn dawk għall-oġġetti. Hemm korrelazzjoni

pożittiva b’saħħitha (qrib 1) bejn l-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet għall-konsum

individwali propju u d-differenza bejn l-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet tal-oġġetti u

tas-servizzi tal-konsum.

101

Fatturi bħall-ġeografija, id-demografija, id-densità tal-popolazzjoni u t-topografija jfissru li l-istrutturi tal-

ispejjeż bejn l-Istati Membri ser ivarjaw. 102

L-indiċi tal-livell tal-prezzijiet (UE-28 = 100) għall-pajjiż i u aggregat tan-nefqa partikolari jipprovdu

tqabbil bejn il-livell medju tal-prezzijiet fil-pajjiż i għal dak l-aggregat u l-livell medju ta’ prezzijiet għall-

istess aggregat fl-UE. Jekk l-indiċi tal-livell tal-prezzijiet ikun ogħla minn 100, il-pajjiż ikkonċernat ikun

relattivament aktar għali mill-UE u viċi versa. 103

Aktarx minħabba l-livelli differenti ta’ negozjabbiltà.

Page 90: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

89

Tabella 15: L-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet (UE-28 = 100) għall-konsum propju u l-

komponenti tiegħu (2016) skont l-Istati Membri104

Sors: stimi proprji bbażati fuq data tal-Eurostat (Paritajiet tal-Kapaċità tal-Akkwist, [prc_ppp_ind]

aġġornati fl-14.12.2017)

Il-prezzijiet huma ogħla f’pajjiżi aktar affluwenti

104

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni ġie kkalkolat bħala l-proporzjon bejn id-devjazzjoni standard u l-medjafost il-

pajjiżi tal-UE (it-tnejn fuq data mhux ponderata skont id-daqs tal-pajjiżi).

Page 91: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

90

Id-dispersjoni tal-prezzijiet fl-UE fil-parti l-kbira tirrifletti d-differenzi fil-kost lavorattiv. L-

Illustrazzjoni 31 turi li hemm korrelazzjoni pożittiva b’saħħitha (0.95) bejn l-indiċijiet tal-

livell tal-prezzijiet għall-konsum indivdwali propju u l-PDG per capita f’euro (użat bħala

indikatur għal-livelli tas-salarju).

Illustrazzjoni 31: L-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet għall-konsum individwali propju u għall-

PDG per capita f’euro (2016)105

Sors: Eurostat (Paritajiet tal-Kapaċità tal-Akkwist u Kontijiet Nazzjonali, [prc_ppp_ind] aġġornati fl-

14.12.2017 u [nama_10_pc] aġġornati fid-19.03.2018)

Barra minn hekk, l-Illustrazzjoni 32 turi d-distribuzzjoni tal-prezzijiet skont il-pajjiżi. L-

indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet għal tal-anqas 75% tal-intestaturi bażiċi106

huma ogħla mil-

livell tal-UE fil-Belġju, fid-Danimarka, fl-Irlanda, fi Franza, fl-Italja, fil-Lussemburgu, fl-

Awstrija, fil-Finlandja u fl-Iżvezja, iżda anqas mil-livell tal-UE fil-Bulgarija, fir-Repubblika

Ċeka, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, fil-Polonja, fir-Rumanija u fis-Slovakkja.

105

Il-Lussemburgu tħalla barra kemm mill-graff kif ukoll mill-komputazzjoni tal-linja ta’ rigressjoni minħabba li

hu element estrem. 106

Għall-fini tal-kalkolu tal-PPP (Parità tal-Kapaċità tal-Akkwist), l-aggregati ewlenin tan-nefqa (inkluż il-

PDG) jiġu disaggregati f’276 intestatura bażika. L-intestatura bażika tinsab fl-anqas livell ta’ aggregazzjoni,

li fih il-prodotti jiġu kampjunati u jinġabru l-prezzijiet tal-prodotti. Hu l-anqas livell li għalih il-pajjiżi

għandhom jipprovdu ponderazzjonijiet numeriċi tan-nefqa. Anqas mil-livell bażiku tal-intestatura hemm l-

oġġetti individwali tal-kampjun tal-prodott. Pereżempju, il-ġobon hu intestatura bażika u cheddar,

camembert, feta, gorgonzola, gouda, eċċ. huma prodotti individwali fiha.

Page 92: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

91

Illustrazzjoni 32: L-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet (2016) skont l-Istati Membri —

distribuzzjoni fost l-intestaturi bażiċi (box plot107

)

Sors: stimi proprji bbażata=u fuq data tal-Eurostat (Paritajiet tal-Kapaċità tal-Akkwist).

Id-dispersjoni tal-prezzijiet jaf qed terġa’ tonqos wara li kienet ilha snin tiżdied

Fl-2016, id-dispersjoni tal-prezzijiet fis-swieq tal-konsumatur kienet anqas meta mqabbla

mas-sena ta’ qabel għall-ewwel darba mill-2008 ’l hawn. Għad li d-dispersjoni ġenerali tal-

prezzijiet f’dawn is-swieq naqset tul il-perjodu 1999-2016 (Illustrazzjoni 33), il-koeffiċjent

tal-varjazzjoni kien ilu jiżdied mill-2008 wara snin ta’ tnaqqis. It-tibdiliet osservati aktarx li

(tal-anqas f’parti minnhom) jirriflettu l-veloċitajiet differenti tal-irkupru tal-ekonomiji tal-UE

wara l-kriżi ekonomika fl-2008. Jekk jiġi kkonfermat fis-snin li ġejjin, it-tnaqqis fl-2016 jista’

jimmarka punt ta’ bidla lejn aktar konverġenza mill-ġdid. Mis-swieq kollha osservati, l-akbar

tnaqqis fid-dispersjoni tal-prezzijiet (f’termini relattivi) seħħ għall-“ilbies u żraben” li għalih

il-koeffiċjent tal-varjazzjoni kważi naqas bin-nofs fil-perjodu 1999-2015, aktarx minħabba

pressjoni kompetittiva (internazzjonali) b’saħħitha.

107

Għal kull pajjiż, in-naħa ta’ fuq tal-kaxxa tirrappreżenta il-75 perċentil, in-naħa ta’ isfel tal-kaxxa

tirrappreżenta l-25 perċentil, u l-linja fin-nofs tirrappreżenta l-50 perċentil (il-medjan). Is-“snug” (il-linji li

jestendu min-naħa ta’ fuq u ta’ isfel tal-kaxxa) jirrappreżentaw l-ogħla valuri u dawk l-aktar baxxi li

mhumiex valuri iżolati jew estremi. Il-valuri iżolati u estremi (valuri aktar minn darba u nofs u tliet darbiet il-

firxa interkwartili) huma rrappreżentati, rispettivament, biċ-ċrieki u bl-istilel lil hinn mis-snug. Peress li l-box

plot tiddeskrivi d-dispersjoni fost l-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet individwali, il-medjan fin-nofs tal-kaxxa

mhux bilfors li jikkorrispondi għal-livell tal-prezz medju (ponderat) ippreżentat fit-tabelli u fl-

illustrazzjonijiet l-oħra fit-taqsima 4.4.

Page 93: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

92

Illustrazzjoni 33: Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni (UE108

) fuq l-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet

(PLI109

) għall-Konsum Attwali (AIC) u l-komponenti tiegħu

Sors: stimi proprji bbażati fuq data tal-Eurostat (Paritajiet tal-Kapaċità tal-Akkwist, [prc_ppp_ind]

aġġornati fl-14.12.2017)

It-Tabella 16 ta’ hawn taħt turi l-korrelazzjonijiet bejn l-indiċi tal-livell tal-prezzijiet u l-erba’

settijiet ta’ data li ġejjin: il-valutazzjonijiet mill-konsumaturi tal-prestazzjoni tas-swieq, il-

komponent tal-“kumparabbiltà”, il-komponent tal-“għażla”, u l-valutazzjonijiet tal-faċilità tal-

bdil.

F’xi każijiet il-prezzijiet jidhru li huma kemxejn marbuta mal-valutazzjoni mill-konsumaturi

tal-prestazzjoni tas-swieq, anki jekk l-evidenza disponibbli tkun kemxejn imħallta u jkun

diffiċli li jinħarġu konklużjonijiet. Minkejja dan, hemm xi korrelazzjonijiet interessanti.

Pereżempju, f’ċerti swieq tas-servizzi (“kura personali”, “servizzi postali” u “servizzi tat-

telefonija fissa”), il-prezzijiet huma korrelatati b’mod negattiv110

mal-prestazzjoni perċepita

tas-swieq. Korrelazzjoni negattiva bejn l-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet u l-punteġġi tal-

kumparabbiltà tal-MPI tista’ tiġi osservata fis-swieq li ġejjin: ix-“xarbiet alkoħoliċi”, l-“ilbies

u żraben”, il-“prodotti elettroniċi”, il-“fjuwil għall-vetturi”, il-“prodotti tal-kura personali”, is-

“servizzi tal-kura personali”, is-“servizzi tal-assigurazzjoni” kollha u s-“servizzi tal-

komunikazzjoni” (ħlief għas-“servizzi tat-telefonija mobbli”), il-“kiri ta’ karozzi”, l-

108

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni (CV) hu kkalkolat bħala l-proporzjon bejn id-devjazzjoni standard u l-medja

(mhux ponderata) sempliċi aritmetika tal-PLIs tal-pajjiżi tal-UE. Fil-kalkolu tas-CV, id-data għall-Kroazja

mhix inkluża mill-1999 sal-2002, ħlief għall-konsum tal-individwi attwali (li għalih hemm kopertura sħiħa

tad-data għas-snin kollha). 109

Għall-kuntrarju tal-bqija tal-illustrazzjonijiet u tat-tabelli rrapportati fit-taqsima 4.4, biex tiġi żgurata

kumparabbiltà fis-snin kollha rrapportati fl-illustrazzjoni 33, minflok intużat l-UE-27 = 100 għall-PLI. 110

Fit-Tabella 16, il-korrelazzjonijiet tqiesu statistikament sinifikanti meta l-valur-p kien ta’ 0.10 jew anqas. Il-

korrelazzjonijiet li huma statistikament sinifikanti fil-livell ta’ 0.05 (valuri p <= 0.05) huma mmarkati

b’żewġ asterisks (**), filwaqt li dawk sinifikanti fil-livell ta’ 0.10 (valuri p <=0.1) huma mmarkati b’asterisk

waħda (*).

Page 94: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

93

“abbonamenti tat-TV”, is-“servizzi ferrovjarji” u s-“servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-

metrò u tal-underground”.

Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tas-servizzi għandhom tendenza li jkunu anqas meta l-

bdil ikun eħfef (il-koeffiċjent tal-korrelazzjoni għandu medja ta’ -0.32). Dan ġie osservat

f’terz mis-swieq mistħarrġa fl-2017.

Finalment, il-prezzijiet jikkorrelataw b’mod negattiv mal-komponent tal-MPI “għażla” fis-

swieq għall-“prodotti elettroniċi”, għall-“mediċini mhux bir-riċetta”, għall-“fjuwil għall-

vetturi”, għas-“servizzi tal-kura personali” u għas-“servizzi tal-komunikazzjoni” kollha (ħlief

għall-“provvista tal-internet”). Dawn il-korrelazzjonijiet jissuġġerixxu li l-prezzijiet huma

orħos fejn il-konsumaturi jkunu sodisfatti bil-kumparabbiltà tal-offerti jew bl-offerta attwali

disponibbli f’ċerti swieq. Mhuwiex sorprendenti li l-faċilità tal-bdil tikkontribwixxi għal dan

ukoll.

Page 95: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

94

Tabella 16: Il-korrelazzjoni bejn il-valutazzjonijiet mill-konsumaturi (2017) u l-indiċijiet tal-

livell tal-prezzijiet (2016)111

Sors: Stima proprja bbażata fuq data mill-Istħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-Swieq (GfK) u mill-Eurostat

(Paritajiet tal-Kapaċità tal-Akkwist, [prc_ppp_ind] aġġornata fl-14.12.2017) 112

111

Iċ-ċelloli mdallma jixħtu dawl fuq il-korrelazzjonijiet statistikament sinifikanti li jkollhom is-sinjal mistenni

wkoll: eż., wieħed ikun jistenna li josserva indiċi tal-livell tal-prezzijiet anqas fi swieq fejn il-kumparabbiltà,

l-għażla u l-faċilità tal-bdil ikunu vvalutati b’mod aktar pożittiv.

Page 96: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

95

4.5. Is-sikurezza

L-iżgurar li l-prodotti fis-suq huma sikuri għall-konsumaturi hu kwistjoni importanti tal-

politika dwar il-konsumatur. Għaldaqstant, l-UE bniet qafas regolatorju solidu tul is-snin 113

biex tiżgura li l-prodotti mibjugħa lill-konsumaturi Ewropej ikunu sikuri. Ir-regoli komuni

dwar is-sikurezza qegħdin hemm biex jipproteġi lill-konsumaturi u jgħinu l-funzjonament tas-

suq uniku.

Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza madwar l-UE, il-leġiżlazzjoni toħloq qafas għall-

awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-swieq biex jikkooperaw u jaqsmu informazzjoni

dwar prodotti mhux sikuri li ġew individwati. L-għan hu li jiġu evitati jew kontenuti riskji

kemm jista’ jkun u li jiġu stabbiliti prattiki komuni dwar ir-rispons meta jinstabu prodotti

perikolużi.

Pedament ta’ din il-kooperazzjoni hi s-Sistema ta’ Twissija Rapida għal prodotti perikolużi

mhux tal-ikel (RAPEX), li fiha l-awtoritajiet114

responsabbli għas-sorveljanza tas-suq fil-

pajjiżi li jifformaw in-netwerk

115 jiskambjaw informazzjoni dwar prodotti mhux sikuri.

Hemm data kumparabbli limitata ħafna dwar is-sikurezza tal-prodotti disponibbli fl-UE.

Madankollu, l-eżitu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u tal-miżuri meħuda fuq prodotti

perikolużi notifikati fis-Sistema ta’ Twissija Rapida jista’ jipprovdi xi indikazzjoni dwar is-

sikurezza tal-prodotti. Madwar 2 000 twissija dwar prodotti mhux sikuri jiġu ċċirkolati ta’

kull sena permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida (2 201 twissija fl-2017). Dan jammonta

għal aktar minn 25 000 twissija mindu RAPEX twaqqfet għall-ewwel darba fl-2003.

Mill-2008, l-aktar kategoriji ta’ prodotti nnotifikati jinkludu “ġugarelli”, “vetturi bil-mutur”,

“ilbies, tessuti u oġġetti tal-moda”, “apparati u tagħmir elettriċi” u “oġġetti tal-indukrar tat-

tfal u tagħmir tat-tfal”. Ir-riskji tipiċi nnotifikati huma riskji ta’ korrimenti, riskji relatati ma’

sustanzi kimiċi u riskji ta’ fgar.

112

Biex tkun tista’ tiġi llinkjata data fil-livell tas-swieq skont definizzjoni komuni tas-swieq, id-data tal-

Eurostat dwar l-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet ġiet aggregata bl-użu tal-kategoriji tan-nefqa bħala

ponderazzjonijiet. Pereżempju, is-suq tal-“fjuwil għall-vetturi”, kif definit fl-Istħarriġ ta’ Monitoraġġ tas-

Swieq (MMS), jitqabbel ma’ aggregat li jinkludi l-prodotti li ġejjin kif definiti mill-Eurostat fil-livell tal-

intestatura bażika: diżil, petrol u fjuwils oħra għal tagħmir tat-trasport personali. F’ċerti każijiet ma kienx

possibbli li tinstab korrispondenza bejn is-swieq tal-MMS u l-prodotti/is-servizzi fil-livell tal-intestatura

bażika (għaldaqstant, dawn is-swieq ma jintwerewx fit-tabella). 113

Id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li hi

applikabbli għall-hekk imsejħa “prodotti armonizzati” (eż. ġugarelli, apparati elettriċi eċċ.). 114

https://ec.europa.eu/consumers/consumers_safety/safety_products/rapex/alerts/repository/content/pages/rape

x/index_en.htm 115

31 pajjiż li jinkludu t-28 Stat Membru tal-UE, flimkien mal-pajjiżi taż-ŻEE/tal-EFTA l-Iżlanda, il-

Liechtenstein u n-Norveġja.

Page 97: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

96

Illustrazzjoni 34: L-aktar ħames prodotti nnotifikati

Sors: Twissija rapida għal prodotti perikolużi — Rapport Annwali tal-2017

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom obbligu li jagħtu segwitu għal twissijiet dwar prodotti

perikolużi116

ċċirkolati fis-Sistema ta’ Twissija Rapida, u li jwieġbu kif xieraq meta

jindividwaw l-istess prodott fis-suq nazzjonali tagħhom. Imbagħad l-awtoritajiet jistgħu

jiddeċiedu dwar liema azzjoni għandhom jieħdu. Pereżempju, skont iċ-ċirkustanzi huma

jistgħu jordnaw l-irtirar tal-prodotti mhux sikuri mis-suq, jordnaw il-qerda tal-prodott, jew

isejħu lura l-prodotti mingħand l-utenti finali. Il-kumpaniji jistgħu jiddeċiedu wkoll li jieħdu

miżuri volontarji huma stess jekk jiskopru problema fis-sikurezza f’wieħed mill-prodotti

tagħhom li diġà jkun fis-suq.

Illustrazzjoni 35: L-aktar ħames riskji nnotifikati

Sors: Twissija rapida għal prodotti perikolużi — Rapport Annwali tal-2017

Għal prodotti ta’ prijorità partikolari, ta’ kull sena jiġu koordinati azzjonijiet ta’ infurzar

konġunti. Dawn l-azzjonijiet ta’ infurzar konġunti huma kkofinanzjati mill-Kummissjoni

Ewropea. Matul dawn l-azzjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali jżuru lil manifatturi, lil

importaturi jew lil bejjiegħa bl-imnut biex jispezzjonaw u jiġbru prodotti. Imbagħad kampjun

tal-prodotti jiġi ttestjat f’laboratorji akkreditati u jingħata segwitu mill-awtoritajiet fuq il-bażi

ta’ valutazzjoni tar-riskju komuni diskussa b’mod konġunt mill-awtoritajiet. Ta’ kull sena

twettqu bejn wieħed u ieħor ħames azzjonijiet ta’ sorveljanza tas-swieq konġunti speċifiċi

116

It-twissijiet jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

Page 98: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

97

għall-prodotti117

kif ukoll attivitajiet trażversali li fihom l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-

swieq jiddiskutu l-kwistjonijiet emerġenti jew il-prattiki komuni.

Finalment, għaddejjin ukoll inizjattivi biex is-sistema ta’ sikurezza tal-prodotti tiġi adattata

għal kanali ġodda ta’ distribuzzjoni hekk kif aktar konsumaturi Ewropej qed jixtru l-prodotti

onlajn. Il-bejgħ onlajn fl-UE rrappreżenta 20 % mill-bejgħ totali fl-2016118

. Dan il-perċentwal

aktarx li jkompli jiżdied fis-snin li ġejjin. Fl-2017, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż dwar is-

sorveljanza tas-suq ta’ prodotti mibjugħa onlajn li tipprovdi gwida lill-awtoritajiet nazzjonali

għall-infurzar ta’ regoli eżistenti dwar is-sikurezza tal-prodotti. Il-Kummissjoni hi involuta

wkoll fit-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni ma’ swieq onlajn ewlenin biex ittejjeb is-

sikurezza tal-prodotti mibjugħa onlajn.

117

Fl-2017, inħarġu rapporti dwar l-azzjonijiet konġunti għall-ostakoi għas-sikurezza għat-tfal, għall-ġugarelli,

għad-dwal LED u CFL, u għall-għodod motorizzati. 118

Sors: Eurostat http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/E-commerce_statistics

Page 99: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

98

5. ANNESS

5.1. L-ismijiet tas-suq

L-isem tas-suq Definizzjoni

Servizzi tal-linji tal-

ajru

Linji tal-ajru

Xarbiet alkoħoliċi Xarbiet alkoħoliċi — spirti, inbid, birra

Kontijiet tal-bank Ibbankjar — kont kurrenti, karti tad-debitu

Ilbies u żraben Ilbies (inklużi oġġetti magħmula apposta għal xi ħadd) u żraben —

ilbies tat-tfal, ilbies tan-nisa, ilbies tal-irġiel, ilbies għall-isport,

kpiepel, materjal għal ilbies, ferijiet, ilbies protettiv, handbags u

aċċessorji, żraben tat-tfal, żraben tan-nisa, żraben tal-irġiel, żraben

għall-isport, oħrajn

Prodotti tal-ħalib Ikel — prodotti tal-ħalib – ħalib, ġobon, butir, jogurt, krema, oħrajn

Servizzi tal-elettriku Elettriku

Prodotti elettroniċi Oġġetti elettroniċi (mhux tal-ICT/rikreazzjonali) — DVD players-

recorders, VCRs, TVs, CDs, Hi-Fis, CD players mhux portabbli,

media players, radji portabbli, kameras, kameras tal-vidjo, tagħmir

fotografiku, CDs (vojta), DVDs (vojta), tejps tal-awdjo u tal-vidjo

(vojta), oħrajn

Servizzi tat-telefonija

fissa

Servizzi tat-telefonija fissa, oħrajn

Fjuwil għall-vetturi Fjuwil għall-vetturi, petrol u diżil

Għamara u tagħmir tad-

dar

Tagħmir tad-dar, għamara (għamara bit-tapizzerija, għamara bla

tapizzerija, sodod u saqqijiet, għamara tal-kċina, għamara fitted,

fittings tal-banju, antikitajiet, għamara tal-ġilda, cots, siġġijiet

għoljin għat-trabi, għamara oħra għall-kamra tat-trabi, għamara tal-

ġnien, oħrajn, kisi tal-art (twapet, twapet u raggs, laminati,

ċeramika, injam, linoleum, kisi minn taħt, oħrajn), tessuti għad-dar

(friex, kuxxini, purtieri u persjani, drappijiet tal-għamara, oħrajn),

oġġetti tal-ħġieġ, oġġetti tal-mejda u utensili tad-dar (xaqquf,

utensili tat-tisjir u tal-pranzu, oġġetti tal-ħġieġ, oħrajn)

Servizzi tal-gass Gass

Akkomodazzjoni għall-

btajjel

Lukandi u Akkomodazzjoni għall-btajjel oħra — lukandi,

Akkomodazzjoni għall-btajjel oħra (eż. bed & breakfast, ħostel

għaż-żgħażagħ), siti tal-karavans, siti tal-kampijiet

Page 100: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

99

Assigurazzjoni tad-dar Assigurazzjoni — dar

Prodotti ta’

manutenzjoni tad-dar u

tal-ġnien

Oġġetti ta’ manutenzjoni u t-titjib tad-dar, materjali DIY, żebgħa,

kisi tal-ħitan, ċnut, barrakki tal-injam, għodod motorizzati (eż.

trapani, lupi), għodod mhux tal-elettriku, tagħmir/għodod tal-

ġardinaġġ (mhux tal-elettriku), lawn mowers, oħrajn

Prodotti tal-ICT Oġġetti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

(ICT) — kompjuters personali, kompjuters self-built, aċċessorji tal-

kompjuter, printers u skeners, konsowls tal-logħob, logħob

portabbli, softwer tal-kompjuter, aġġornamenti tas-softwer tal-

kompjuter, laptops, notebooks u tablet PCs, PDAs u smart phones,

strumenti tal-mowbajl, strumenti tat-telefown b’linja fissa, modems,

decoders, oħrajn

Provvista tal-internet Provvista tal-internet

Prodotti tal-

investiment,

pensjonijiet personali

privati u titoli

Ibbankjar — investimenti u titoli, pakketti ta’ investimenti, l-

immaniġġjar ta’ portafollli u ta’ fondi, pensjonijiet personali privati,

senserija finanzjarja u derivattivi

Self, kreditu u karti tal-

kreditu

Self, ibbankjar — kreditu, karti tal-kreditu, kards tal-ħwienet,

kreditu tal-konsumatur, kreditu li jdur

Laħam u prodotti tal-

laħam

Ikel — laħam, ħaruf, vitella, majjal, ċanga, pollam, laħam tal-

mogħoż, laħam tal-muntun, oħrajn

Servizzi tat-telefonija

mobbli

Servizzi tat-telefonija mobbli, messaġġi testwali, oħrajn

Ipoteki Ibbankjar — ipoteki

Karozzi ġodda Karozzi ġodda

Mediċini mhux bir-

riċetta

Mediċina li tista’ tinxtara mingħajr riċetta

Servizzi tal-logħob tal-

azzard u tal-lotterija

offlajn

Logħob tal-azzard u mħatri li jinvolvu valur fi flus ipprovdut f’lok

fiżiku — lotteriji, logħob tal-każinò, logħob tal-powker, tombla,

imħatri fuq l-isport (inklużi tlielaq taż-żwiemel u tal-klieb)

Btajjel u ġiti f’pakkett

wieħed

Ivvjaġġar u ġiti kollox inkluż, oħrajn

Prodotti għall-kura

personali

Kura personali — apparat elettriku, kożmetiċi, prodotti iġjeniċi

(inkluż ħrieqi), parrokki, prodotti tal-kura tax-xagħar, fwejjaħ,

imwies elettriċi u magni li jittrimmjaw ix-xagħar, hair driers, tongs

Page 101: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

100

tan-nokkli u pettnijiet tas-setting, oħrajn

Servizzi tal-kura

personali

Servizzi tal-kura personali — parrukkiera, ċentri/klabbs tad-dieta,

trattamenti tas-sbuħija, terapija tax-xagħar, terapija kożmetika,

servizzi ta’ kura tad-dwiefer, spas, sawni, banjijiet Torok

Servizzi postali Servizzi postali — korrispondenza, pakketti, posta rapida u l-bejgħ

ta’ bolol

Assigurazzjoni privata

tal-ħajja

Assigurazzjoni tal-ħajja — assigurazzjoni privata tal-ħajja li

tipprovdi benefiċċji finanzjarji lil persuna maħtura mal-mewt tal-

assigurat, inkluża assigurazzjoni ta’ dotazzjoni u tal-annwalitajiet

Servizzi tal-proprjetà

immobbli

Aġenti tal-proprjetà immobbli u aġenti tal-kiri tal-proprjetà

Karozzi użati Karozzi użati

Apparati domestiċi

żgħar

Apparati domestiċi żgħar — apparati għall-ipproċessar tal-ikel,

magni tal-kafè, ħdejjed tal-mogħdija, towsters, grilji, oħrajn

Nuċċalijiet u lentijiet Nuċċalijiet, ħġieġ, lentijiet, nuċċalijiet tax-xemx, oħrajn

Servizzi ferrovjarji Linji tal-ferroviji

Servizzi tat-tram, tax-

xarabank lokali, tal-

metrò u tal-

underground

Tram, xarabank lokali, metrò u underground

Abbonamenti tat-TV Abbonamenti tat-TV (mhux liċenzji tat-TV) — abbonamenti tan-

netwerk tat-TV bil-kejbil, abbonamenti tat-TV bis-satellita,

abbonamenti tat-televiżjoni diġitali terrestri, abbonamenti tan-

network tat-telefown/modem/internet/TV u tali servizzi oħrajn

b’kuntratt kontinwu (abbonament) (li ma jinkludix il-ħlasijiet tal-

liċenzja għal stazzjonijiet tas-servizz pubbliku)

Assigurazzjoni tal-

vetturi

Assigurazzjoni — karozza tat-trasport, vetturi oħrajn tat-triq,

dgħajjes, ajruplani

Servizzi ta’

manutenzjoni u ta’

tiswija tal-vetturi

Manutenzjoni u tiswija ta’ vetturi u trasport ieħor — garaxx ta’

frankiġja/negozjant, garaxx indipendenti, assistenza tat-triq, oħrajn

Servizzi ta’ kiri ta’

vetturi

Servizzi ta’ kiri — kiri ta’ karozzi, kiri ta’ muturi, kiri ta’ vannijiet,

kiri ta’ karavans, kiri ta’ dgħajjes, kiri ieħor

Provvista tal-ilma Provvista tal-ilma

Page 102: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

101

Page 103: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

102

5.2. Klassifikazzjonijiet nazzjonali tas-swieq

1. IL-BELĠJU

1.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fil-Belġju hu ta’ 79, li hu anqas mill-

medja tal-UE-28 (-1.2). Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 82 u għas-

swieq tas-servizzi hu ta’ 77.1; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28, b’0.8 u b’1.5 punti

rispettivament.

Il-Belġju jikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-swieq tas-“Servizzi tal-kura

personali” u tas-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi”.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Belġju baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, bis-suq tal-oġġetti kif

ukoll is-suq tas-servizzi li ma wrew ebda tibdil fil-punteġġ medju tal-MPI tagħhom.

Page 104: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

103

1.2. Swieq tal-oġġetti

It-tliet swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni tal-Belġju f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-

“Prodotti tal-ħalib”, in-“Nuċċalijiet u lentijiet” u l-“Fjuwil għall-vetturi”. Dawk it-tlieta bl-

agħar prestazzjoni huma l-“Karozzi użati”, il-“Prodotti tal-ICT” u l-“Laħam u prodotti tal-

laħam”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fil-Belġju, tlieta jġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-

28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom: il-“Fjuwil għall-vetturi” (+2.9), il-“Prodotti tal-

ħalib” (+1.8) u l-“Karozzi ġodda” (+1.7). Tmien swieq tal-oġġetti għandhom prestazzjoni

anqas mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-swieq għall-“Prodotti

tal-ICT” (-3.0), għall-“Prodotti elettroniċi” (-2.5), u għall-“Mediċini mhux bir-riċetta” (-2.1)

bl-agħar prestazzjoni meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti individwali misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, l-ebda

minnhom ma wera xi tibdil mill-2015 ’l hawn. Mill-ħmistax-il suq tal-oġġetti individwali

misħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, tnejn juru żieda fil-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-

2013 ’l hawn: il-“Fjuwil għall-vetturi” (+1.8) u l-“Prodotti tal-ħalib” (+1.9). Ma kien hemm

ebda tnaqqis fil-prestazzjoni tas-swieq tal-oġġetti individwali mill-2013 ’l hawn.

F’termini tal-prestazzjoni fil-livell tal-komponenti, il-Belġju jġib punteġġ anqas mill-medja

tal-UE-28 għall-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-għażla. Il-punteġġi tal-

komponenti tal-aspettattivi u tal-problemi u detriment huma ogħla mill-medja tal-UE-28.

Barra minn hekk, il-Belġju għandu livell anqas ta’ detriment119

fis-swieq tal-oġġetti tiegħu

b’mod ġenerali meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, filwaqt li s-sehem ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati huma

allinjati mal-medja tal-UE-28.

Meta mqabbla mal-2015, il-komponenti kollha baqgħu stabbli għas-swieq tal-oġġetti tal-

Belġju. Barra minn hekk, il-livell ta’detriment biss naqas mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-

sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-

problemi esperjenzati baqgħu stabbli matul dan il-perjodu.

Is-suq li ġab l-ogħla punteġġ f’termini ta’ komponent wieħed, meta mqabbel mal-medja tal-

UE-28, hu l-“Fjuwil għall-vetturi” (+0.8 fl-aspettattivi u +0.4 fl-għażla). Isegwuh hemm is-

swieq tal-“Prodotti tal-ħalib” (+0.5 fl-aspettattivi) u tal-“Karozzi ġodda” (+0.4 fl-aspettattivi u

+0.3 fil-kumparabbiltà). Għall-kuntrarju, is-suq tal-Belġju bl-agħar prestazzjoni f’termini ta’

komponent wieħed meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 hu l-“Mediċini mhux bir-riċetta” (-1.1

fil-kumparabbiltà), segwit mill-“Prodotti tal-kura personali”, mill-“Għamara u tagħmir tad-

dar” (it-tnejn -0.7 fil-kumparabbiltà), ix-“Xarbiet alkoħoliċi” (-0.6 fil-kumparabbiltà), u l-

“prodotti tal-ICT” (-0.5 fil-fiduċja).

Meta mqabbla mal-2015, is-swieq tal-“Fjuwil għall-vetturi” u tal-“Laħam u prodotti tal-

laħam” biss tjiebu f’termini ta’ komponent wieħed (+0.2 fl-aspettattivi). Għall-kuntrarju, is-

suq tal-“Prodotti tal-ICT” tal-Belġju ra l-akbar tnaqqis f’termini ta’ komponent wieħed mill-

2015 ’l hawn (-0.3 fil-kumparabbiltà), segwit mill-“Karozzi ġodda” (-0.3 fil-fiduċja), mill-

119

Is-subkomponent tad-detriment tal-MPI jivvaluta kemm in-nies ġarrbu telf finanzjarju jew detriment ieħor

bħala riżultat ta’ problema li jesperjenzaw. Il-komponent tal-problemi u detriment jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-

inċidenza tal-problemi li l-konsumaturi jesperjenzaw u l-livell ta’ detriment li jirrapportaw.

Page 105: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

104

“Fjuwil għall-vetturi” (-0.3 fil-kumparabbiltà), mill-“Prodotti elettroniċi” (-0.3 fl-għażla), u

mill-“Karozzi użati” (-0.3 fl-għażla).

1.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi tal-Belġju f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-

“Akkomodazzjoni għall-btajjel”, is-“Servizzi tal-kura personali” u l-“Btajjel u ġiti f’pakkett

wieħed”. L-agħar tlieta huma s-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”, il-“Prodotti tal-investiment,

pensjonijiet personali privati u titoli”, u s-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u

tal-underground”.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fil-Belġju, is-suq tal-“Ipoteki” biss (+2.1) għandu

prestazzjoni aħjar mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tiegħu, filwaqt li 14-il

suq għandhom prestazzjoni anqas mill-medja tal-UE-28. Is-swieq tas-servizzi bl-agħar

prestazzjoni f’termini tal-punteġġ tal-MPI, meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, huma s-

“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (-4.4), l-“abbonamenti

tat-TV” (-3.8) u s-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (-3.2).

Mit-23 suq tas-servizzi misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, żewġ swieq biss żiedu l-

punteġġ tagħhom mill-2015 ’l hawn: is-“Servizzi ferrovjarji” (+3.2) u l-“Akkomodazzjoni

għall-btajjel” (+1.3). Ebda suq ma wera tnaqqis tul dan il-perjodu. Mill-25 suq tas-servizzi

mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, ħamsa żiedu l-punteġġ tagħhom mill-2013 ’l

hawn, u minn dawn, l-aqwa tlieta huma s-swieq għas-“Servizzi ferrovjarji” (+5.5), is-“Self,

kreditu u karti tal-kreditu” (+4.4) u l-“Ipoteki” (+3.5). Is-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (-1.8)

hu l-uniku suq tas-servizzi li għalih il-punteġġ tal-MPI naqas mill-2013 ’l hawn.

Il-punteġġi tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-għażla għall-Belġju huma anqas mill-medja

tal-UE-28, filwaqt li l-komponenti tal-aspettattivi u tal-problemi u detriment ma jiddevjawx

mill-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, il-Belġju għandu livell anqas ta’ detriment mill-

medja tal-UE-28, filwaqt li s-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati huma allinjati mal-medja tal-UE-28.

Meta mqabbla mal-2015, il-punteġġi tal-komponenti tal-fiduċja u tal-għażla tal-Belġju żdiedu,

filwaqt li l-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-aspettattivi u tal-problemi u

detriment baqgħu stabbli. Barra minn hekk, il-livell ta’ detriment tal-Belġju naqas mill-2015

’l hawn, iżda ma kien hemm ebda tibdil fis-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi jew

fis-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati.

F’termini tat-tibdil relatat ma’ komponent speċifiku, is-suq Belġjan għas-“Servizzi tal-

elettriku” juri l-akbar differenza pożittiva (+0.5 fl-għażla u +0.3 fl-aspettattivi) meta mqabbel

mal-medja tal-UE-28. Is-swieq li rreġistraw l-akbar differenzi pożittivi wara dan huma dawk

tal-“Ipoteki” (+0.4 fl-aspettattivi u +0.3 fil-fiduċja) u tas-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’

tiswija tal-vetturi” (+0.3 fil-fiduċja). Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, is-suq għas-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” għandu l-anqas punteġġ ta’ punt taħt il-medja tal-UE-28 għall-komponent

tal-kumparabbiltà, segwit mill-“Provvista tal-ilma” (-0.9 fil-kumparabbiltà u -0.8 fl-għażla),

mill-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (-0.9 fil-kumparabbiltà) u fl-“Abbonamenti tat-TV” (-0.8 fil-

kumparabbiltà).

Meta mqabbla mar-riżultati tal-2015, is-suq tas-“Servizzi postali” tal-Belġju tjieb l-aktar

f’termini ta’ komponent wieħed (+0.7 fl-għażla u +0.5 fil-kumparabbiltà). Is-swieq tas-

servizzi li juru l-akbar titjib li jsegwi huma s-“Servizzi tal-elettriku” (+0.7 fl-għażla), il-

Page 106: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

105

“Provvista tal-ilma” (+0.5 fl-għażla), u s-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u

tal-underground” (+0.4 fl-għażla). Is-swieq bl-anqas punteġġ f’termini ta’ tibdil għal

komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn huma s-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-0.3 fil-

kumparabbiltà), is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (-0.3 fl-għażla) u s-“Servizzi tal-linji tal-

ajru” (-0.3 fil-kumparabbiltà).

Page 107: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

106

2. IL-BULGARIJA

2.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fil-Bulgarija hu ta’ 75, li hu anqas

mill-medja tal-UE-28 (-5.2). Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 77.1 u

għas-suq tas-servizzi hu ta’ 73.7; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28, b’5.6 u b’4.9

punti rispettivament.

Il-Bulgarija tikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għal 10 mill-15-il suq tal-oġġetti, u

għal 11 mill-25 suq tas-servizzi.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Bulgarija tjieb mill-2015 ’l hawn (+1.2), kemm għas-swieq

tal-oġġetti (+1.4) kif ukoll tas-servizzi (+1.2).

Page 108: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

107

2.2. Swieq tal-oġġetti

Is-swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni tal-Bulgarija f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-

“Mediċini mhux bir-riċetta”, il-“Prodotti tal-kura personali” u n-“Nuċċalijiet u lentijiet”,

filwaqt li l-agħar tlieta huma l-“Karozzi użati”, il-“Laħam u prodotti tal-laħam” u l-“Fjuwil

għall-vetturi”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa tal-Bulgarija, kull suq ħlief dak tal-“Mediċini mhux bir-

riċetta”, li għandu prestazzjoni allinjata mal-medja tal-UE-28, għandhom prestazzjoni anqas

mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. Is-swieq għall-“Karozzi użati”

(-14.5), għal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-10.5) u għall-“Fjuwil għall-vetturi” (-8.6) huma

s-swieq tal-oġġetti bl-agħar prestazzjoni fil-Bulgarija meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

Meta mqabbla mal-2015, tlieta mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll

fl-2017 juru żieda fil-punteġġ tal-MPI, bis-suq għall-“Karozzi ġodda” li juri l-akbar żieda

(+3.5), segwit mill-“Fjuwil għall-vetturi” (+3.3) u mil-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+2.7).

L-uniku suq li juri tnaqqis tul dan il-perjodu hu l-“Karozzi użati” (-2.8). Mill-15-il suq tal-

oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, 11-il suq urew żieda fil-punteġġ tal-MPI

tagħhom mill-2013 ’l hawn, bl-akbar żidiet osservati għall-“Prodotti tal-ħalib” (+6.8), għall-

“Ilbies u żraben” (+6.2) u għall-“Prodotti ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (+5.6). Mill-

ġdid, is-suq tal-“Karozzi użati” (-3.6) hu l-uniku wieħed li għalih il-punteġġ tal-MPI naqas tul

dan il-perjodu.

Għall-Bulgarija, il-ħames komponenti kollha kemm huma jaqgħu taħt il-medja tal-UE-28,

ħlief għall-kumparabbiltà, li jġib punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, is-

sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u l-livell ta’ detriment għas-swieq tal-oġġetti t-

tnejn huma ogħla fil-Bulgarija meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, filwaqt li s-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati hu anqas mill-medja tal-UE-28.

Meta mqabbla mal-2015, il-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-

problemi u detriment żdiedu, filwaqt li l-punteġġi tal-komponenti tal-aspettattivi u tal-għażla

baqgħu stabbli. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem

ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqsu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-

livell ta’ detriment baqa’ stabbli tul dan il-perjodu.

F’termini tal-prestazzjoni tas-swieq għal komponent wieħed, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi”

tal-Bulgarija ġab l-ogħla punteġġ meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 (+0.6 fil-

kumparabbiltà). Dan hu segwit mis-swieq għal: “Xarbiet alkoħoliċi” (+0.5 fil-kumparabbiltà),

“Mediċini mhux bir-riċetta” (+0.4 fil-kumparabbiltà), u “Prodotti tal-ICT” (+0.3 fil-

kumparabbiltà). Għall-kuntrarju, is-swieq tal-oġġetti bl-anqas punteġġ f’termini ta’

komponent speċifiku meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 huma l-“Karozzi użati” (-2.8 punti),

il-“Fjuwil għall-vetturi” (-2.1 punt), il-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-2.0 punti), il-“Prodotti

tal-ħalib” (-1.8 punti), u l-“Ilbies u żraben” (-1.7 punti), li lkoll ġabu l-anqas punteġġ fil-

komponent tal-fiduċja.

Is-suq tal-“Karozzi ġodda” tal-Bulgarija ra l-akbar titjib fil-punteġġ f’termini ta’ tibdil għal

komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn (punteġġ ta’ +0.8 fil-fiduċja u ta’ +0.6 fil-

kumparabbiltà). L-akbar titjib segwenti mill-2015 ’l hawn jidher fis-swieq tal-“Fjuwil għall-

vetturi” (+0.6 fil-fiduċja), tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+0.6 fil-problemi u detriment), u

tal-“Mediċini mhux bir-riċetta” (0.5 fil-kumparabbiltà). Għall-kuntrarju, is-suq tal-“Karozzi

Page 109: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

108

użati” ra l-akbar tnaqqis mill-2015 ’l hawn għal żewġ komponenti, jiġifieri l-għażla (-0.7

punti), u l-aspettattivi (-0.5 punti).

2.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi tal-Bulgarija f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi

tal-kura personali”, is-“Servizzi postali” u s-“Servizzi tal-linji tal-ajru”, filwaqt li s-“Servizzi

tal-elettriku”, is-“Servizzi ferrovjarji” u l-“Provvista tal-ilma” jinsabu fl-estrem l-ieħor tal-

iskala.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa tal-Bulgarija, is-swieq għas-“Servizzi postali” (+5.1),

għas-“Servizzi tal-linji tal-ajru” (+2.1) u għall-“Provvista tal-internet” (+1.7) huma l-uniċi

tliet swieq li ġabu punteġġ aħjar f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom meta mqabbla mal-

medja tal-UE-28. Sittax-il suq tas-servizzi ġabu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28. Is-

swieq tas-servizzi li huma l-aktar imbiegħda mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-

MPI tagħhom huma s-“Servizzi tal-elettriku” (-19.0), is-“Servizzi ferrovjarji” (-14.3) u l-

“Provvista tal-ilma” (-13.9).

Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, sitta żiedu l-punteġġ tal-

MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn, bis-“Servizzi tal-elettriku” (+5.5) li wera l-akbar żieda, għad

li hu s-suq bl-anqas punteġġ tal-MPI. Is-swieq tas-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+5.0) u

tal-“Provvista tal-ilma” (+4.6) juru l-akbar żidiet li jsegwu. Is-suq għas-“Servizzi tat-tram,

tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (-2.7) hu l-uniku wieħed li juri tnaqqis meta

mqabbel mal-2015. Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, 19-il

suq tas-servizzi żdiedu mill-2013 ’l hawn, li l-aqwa tlieta minnhom huma l-istess li żdiedu l-

aktar mill-2015 ’l hawn: is-“Servizzi tal-elettriku” (+10.0), is-“Servizzi tat-telefonija mobbli”

(+8.7) u l-“Provvista tal-ilma” (+6.4). Suq tas-servizzi wieħed biss naqas mill-2013 ’l hawn:

is-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-4.1).

Is-swieq tas-servizzi tal-Bulgarija għandhom prestazzjoni medja inferjuri meta mqabbla mal-

UE-28 f’termini tal-komponenti kollha ħlief il-kumparabbiltà. B’mod konsistenti ma’ dan, is-

sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi fis-swieq tas-servizzi tal-Bulgarija wkoll hu

ogħla meta mqabbel mal-medja tal-UE-28. Madankollu, il-livell ta’ detriment hu anqas mill-

medja tal-UE-28, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati hu

allinjat mal-medja tal-UE-28.

Meta mqabbel mal-2015, il-punteġġ ġenerali tas-swieq tas-servizzi żdied għall-komponenti

tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-problemi u detriment. Il-punteġġi tal-komponenti tal-

aspettattivi u tal-għażla baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Is-sehem ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati kif

ukoll il-livell ta’ detriment ukoll baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn.

Mis-swieq tas-servizzi kollha tiegħu, l-aqwa suq tal-Bulgarija f’termini ta’ komponent wiħed,

meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, hu s-“Servizzi postali”, li jġib l-aqwa punteġġ fi tliet

komponenti, jiġifieri l-kumparabbiltà (+1.0 punt), l-għażla (+0.8 punti), u l-aspettattivi (+0.6

punti). Is-swieq li jsegwu bl-ogħla punteġġ f’termini ta’ komponent wieħed huma l-

“Assigurazzjoni tal-vetturi” u l-“Provvista tal-internet” (it-tnejn b’punteġġ ta’ 0.8 punti ogħla

mill-medja tal-UE-28 għall-kumparabbiltà). Fl-estrem l-ieħor atl-iskala, is-swieq tas-servizzi

bl-agħar prestazzjoni meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma s-“Servizzi tal-elettriku” (-3.4

punti għall-għażla u -2.5 punti għall-fiduċja), is-“Servizzi ferrovjarji” (-2.6 għall-għażla) u s-

Page 110: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

109

“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-2.3 għall-fiduċja u -2.1 għall-

aspettattivi).

Meta mqabbla mal-2015, l-aktar suq tas-servizzi li ra titjib fil-Bulgarija f’termini ta’

komponent wieħed hu s-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+1.1 fil-problemi u detriment u +0.7

fil-fiduċja). Warajh hemm is-swieq tal-“Provvista tal-ilma” (+0.7 fil-fiduċja) u s-“Servizzi tal-

elettriku” (+0.7 fit-tnejn, il-kumparabbiltà u l-għażla). Is-suq Bulgaru li wera l-akbar tnaqqis

f’termini ta’ komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn hu s-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’

tiswija tal-vetturi” (-0.6 fil-problemi u detriment), segwit mis-“Servizzi tal-proprjetà

immobbli” (-0.5 fl-għażla), “Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-

underground” (-0.5 fl-għażla u -0.4 fil-kumparabbiltà) u l-“abbonamenti tat-TV” (-0.3 fl-

għażla).

Page 111: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

110

3. IR-REPUBBLIKA ĊEKA

3.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fir-Repubblika Ċeka hu ta’ 79.6, li hu

anqas mill-medja tal-UE-28 (-0.6). Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti hu ta’

82.1 u għas-swieq tas-servizzi hu ta’ 78.1; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28, b’0.7 u

b’0.5 punti rispettivament.

Ir-Repubblika Ċeka tikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tal-“Karozzi

użati”.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tar-Repubblika Ċeka baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, bis-suq tal-

oġġetti kif ukoll is-suq tas-servizzi li ma wrew ebda tibdil fil-punteġġ medju tal-MPI

tagħhom.

Page 112: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

111

3.2. Swieq tal-oġġetti

It-tliet swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni tar-Repubblika Ċeka f’termini tal-punteġġ tal-

MPI huma n-“Nuċċalijiet u lentijiet”, ix-“Xarbiet alkoħoliċi” u l-“Apparati domestiċi żgħar”,

filwaqt li l-“Karozzi użati”, l-“Ilbies u żraben” u l-“Laħam u prodotti tal-laħam” għandhom l-

agħar prestazzjoni f’termini tal-punteġġ tal-MPI.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, tlieta biss mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fir-

Repubblika Ċeka għandhom prestazzjoni aħjar f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom: ix-

“Xarbiet alkoħoliċi” (+2.0), in-“Nuċċalijiet u lentijiet” (+1.5) u l-“Prodotti tal-kura personali”

(+1.4). Min-naħa l-oħra, erba’ swieq tal-oġġetti għandhom prestazzjoni agħar mill-medja tal-

UE-28, bil-“Karozzi użati” (-9.6), l-“Ilbies u żraben” (-3.4) u l-“Laħam u prodotti tal-laħam”

(-2.6) li ġabu l-anqas punteġġ meta l-punteġġi tal-MPI tagħhom jitqabblu mal-medja tal-UE-

28.

Mis-seba’ swieq misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, żewġ swieq tal-oġġetti biss żiedu

l-punteġġi tal-MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn. L-akbar titjib deher fis-suq tal-“Mediċini

mhux bir-riċetta” (+3.1), segwit mill-“Fjuwil għall-vetturi” (+2.9). Il-“Prodotti elettroniċi” (-

1.8) hu l-uniku suq tal-oġġetti li wera tnaqqis mill-2015 ’l hawn. Meta mqabbla mal-2013,

disgħa mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 żiedu l-punteġġi

tagħhom, li fosthom, is-swieq bl-aqwa prestazzjoni huma x-“Xarbiet alkoħoliċi” (+6.4), il-

“Fjuwil għall-vetturi” (+6.0) u l-“Ilbies u żraben” (5.0). Il-punteġġi ta’ żewġ swieq biss naqsu

tul dan il-perjodu: “Karozzi użati” (-3.0) u “Prodotti elettroniċi” (-1.9).

Il-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-problemi u detriment għandhom

prestazzjoni anqas mill-medja tal-UE-28; il-komponent tal-għażla biss għandu prestazzjoni

ogħla mill-medja tal-UE-28. Il-komponent tal-aspettattivi jġib punteġġ allinjat mal-medja tal-

UE-28. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati wkoll huma ogħla mill-medja tal-UE-28.

Madankollu, il-livell ta’ detriment hu anqas fir-Repubblika Ċeka meta mqabbel mal-medja

tal-UE-28.

L-uniku tibdil osservat mill-2015 ’l hawn fil-punteġġi ġenerali tal-komponenti għas-swieq tal-

oġġetti tar-Repubblika Ċeka hu żieda fil-punteġġ tal-komponent tal-aspettattivi. Il-

komponenti l-oħra kollha baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn. Barra minn hekk, is-sehem ta’

rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn, u hekk ukoll il-livell ta’ detriment.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni f’termini ta’

tibdil għal komponent speċifiku huma: il-“Prodotti ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (+0.8

punti), l-“Apparati domestiċi żgħar” (+0.7 punti), ix-“Xarbiet alkoħoliċi” (+0.6 punti), il-

“Prodotti tal-ICT” (+0.6 punti), u l-“Fjuwil għall-vetturi” (+0.6 punti). Dawn kollha ġabu l-

ogħla punteġġ għall-komponent tal-għażla. Is-suq bl-agħar prestazzjoni f’termini ta’

komponent wieħed meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 hu tal-“Karozzi użati”, li jġib l-anqas

punteġġ għal erba’ komponenti, jiġifieri l-fiduċja (-2.1 punt), l-aspettattivi (-1.2 punti), il-

kumparabbiltà (-0.8 punti), u l-problemi u detriment (-0.7 punti). Is-suq li jsegwi bl-anqas

punteġġ f’termini ta’ komponent wieħed hu s-suq tal-“Prodotti tal-ħalib” (-0.6 fil-fiduċja).

Is-swieq tal-oġġetti tar-Repubblika Ċeka li għalihom il-prestazzjoni tas-suq tjiebet l-aktar

f’termini ta’ komponent wieħed mill-2015 ’l hawn huma: tal-“Mediċini mhux bir-riċetta”

(+1.0 fil-kumparabbiltà u +0.5 fil-fiduċja), tal-“Fjuwil għall-vetturi” (+0.7 fil-fiduċja u +0.4

Page 113: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

112

fl-aspettattivi), u tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+0.4 fl-aspettattivi). Is-suq li juri l-akbar

tnaqqis fis-suq tal-oġġetti mill-2015 ’l hawn hu tal-“Prodotti elettroniċi”, li ġab l-anqas

punteġġ fi tliet komponenti, jiġifieri l-kumparabbiltà (-0.3 punti), il-fiduċja (-0.3 punti), u l-

għażla (-0.2 punti). Is-suq bl-anqas punteġġ li jsegwi mill-2015 ’l hawn f’termini ta’

komponent wieħed hu l-“Karozzi ġodda” (-0.3 fil-fiduċja u -0.3 fil-problemi u detriment).

3.3. Swieq tas-servizzi

Is-“Servizzi tal-kura personali”, l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u l-“Btajjel u ġiti f’pakkett

wieħed” huma t-tliet swieq tas-servizzi ta’ quddiem nett fir-Repubblika Ċeka f’termini tal-

punteġġ tal-MPI. Is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”, is-“Servizzi tat-telefonija mobbli” u s-

“Servizzi tat-telefonija fissa” jinsabu fil-qiegħ tal-lista.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fir-Repubblika Ċeka, tlieta biss, jiġifieri s-“Servizzi tat-

tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (+5.5), is-“Servizzi ferrovjarji” (+4.5)

u l-“Btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” (+1.4) iġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-punteġġ tal-MPI. Għall-kuntrarju, disa’ swieq tas-servizzi jġibu punteġġ anqas

mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. Minn dawn id-disa’ swieq, is-

“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-3.9), is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” u l-“Abbonamenti

tat-TV” (it-tnejn -3.3) iġibu l-anqas punteġġ meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

L-“Ipoteki” (+2.3) hu l-uniku suq tar-Repubblika Ċeka mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa

kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 li rreġistra żieda mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” (-2.4) hu l-uniku suq li naqqas il-punteġġ tiegħu tul dan il-perjodu. Meta

mqabbla mal-2013, 10 mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017

żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom, u l-ebda wieħed ma naqqas il-punteġġ tiegħu tul dan il-

perjodu. L-akbar żidiet mill-2013 ’l hawn huma rreġistrati għall-“Ipoteki” (+5.1), għas-

“Servizzi tal-gass” (+4.8) u għas-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-

underground” (+4.5).

Rigward il-komponenti, is-swieq tas-servizzi tar-Repubblika Ċeka jġibu punteġġ ogħla mill-

medja f’termini tal-għażla meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġ tal-

problemi u detriment hu allinjat mal-medja tal-UE-28. Madankollu, is-swieq tas-servizzi jġibu

punteġġ anqas mill-medja għall-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-aspettattivi.

Barra minn hekk, is-swieq tas-servizzi għandhom livell anqas ta’ detriment mill-medja. Dawn

għandhom ukoll sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u sehem ta’ dawk li lmentaw

minħabba l-problemi esperjenzati li huma ogħla mill-medja.

L-uniku tibdil osservat mill-2015 ’l hawn fil-punteġġi ġenerali tal-komponenti għas-swieq

tas-servizzi tar-Repubblika Ċeka hu żieda fil-punteġġ tal-aspettattivi. Il-punteġġi tal-

komponenti l-oħra kollha baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn. Barra minn hekk, is-sehem ta’

rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn, u hekk ukoll il-livell ta’ detriment.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tas-servizzi bl-aqwa prestazzjoni tar-

Repubblika Ċeka f’termini ta’ komponent wieħed huma: is-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (+0.7

fl-aspettattivi), is-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (+0.7

fl-aspettattivi u +0.6 fil-kumparabbiltà), l-“Ipoteki” (+0.7 fl-għażla), u l-“Kontijiet tal-bank”

(+0.6 fl-għażla). Għall-kuntrarju, is-suq tas-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” għandu l-agħar

prestazzjoni f’termini ta’ komponent speċifiku meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, u jġib

punteġġ ta’ 1.1 punt anqas mill-medja fil-fiduċja. Is-swieq li jsegwu bl-anqas punteġġ huma s-

Page 114: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

113

“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-0.9 fl-aspettattivi), is-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” (-0.8 fil-fiduċja), il-“Provvista tal-ilma” (-0.8 fl-għażla), u s-“Servizzi tat-

telefonija fissa” (-0.7 fil-fiduċja).

Is-swieq tas-servizzi tar-Repubblika Ċeka li għandhom l-aqwa prestazzjoni mill-2015 ’l hawn

f’termini ta’ komponent wieħed huma: is-“Servizzi tat-telefonija fissa” (+0.8 fl-aspettattivi),

is-“Servizzi postali” (+0.6 fl-għażla u +0.5 fl-aspettattivi), is-“Servizzi tal-gass” (+0.5 fl-

aspettattivi), u s-“Servizzi tal-elettriku” (+0.4 fl-aspettattivi). Għall-kuntrarju, l-agħar suq tas-

servizzi f’termini ta’ tbidil għal komponent speċifiku hu s-suq tal-“Provvista tal-ilma” (-0.5 fl-

għażla), segwit mis-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-0.4 kemm fil-fiduċja kif ukoll fl-

għażla), mis-“Servizzi ferrovjarji” (-0.4 fil-kumparabbiltà), u l-“abbonamenti tat-TV” (-0.4

fil-kumparabbiltà).

Page 115: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

114

4. ID-DANIMARKA

4.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fid-Danimarka hu ta’ 80.4, li hu

allinjat mal-medja tal-UE-28. Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq tal-oġġett hu ta’ 83.4, li

hu 0.7 punti ogħla mill-medja tal-UE-28. B’punteġġ tal-MPI ta’ 78.6, is-swieq tas-servizzi

għandhom prestazzjoni allinjata mal-medja tal-UE-28.

Id-Danimarka tikklassifika fost l-aqwa tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tal-“Prodotti tal-ħalib”,

iżda fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tas-“Servizzi postali”.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tad-Danimarka tjieb mill-2015 ’l hawn b’mod ġenerali (+0.6), kif

ukoll f’termini tal-punteġġi medji tas-swieq tal-oġġetti (+0.9) u tas-servizzi (+0.6).

Page 116: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

115

4.2. Swieq tal-oġġetti

It-tliet swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni tad-Danimarka f’termini tal-punteġġ tal-MPI

huma l-“Prodotti tal-ħalib”, il-“Fjuwil għall-vetturi” u x-“Xarbiet alkoħoliċi”, filwaqt li l-

“Karozzi użati”, il-“Laħam u prodotti tal-laħam” u l-“Ilbies u żraben” jinsabu fl-estrem l-ieħor

tal-ispettru.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fid-Danimarka, ħamsa għandhom prestazzjoni aħjar mill-

medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bit-tlieta bl-aqwa prestazzjoni li

huma: il-“Fjuwil għall-vetturi” (+6.3), il-“Prodotti tal-Ħalib” (+4.3) u l-“Karozzi ġodda”

(+3.7). L-uniċi żewġ swieq tal-oġġetti li jġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28 f’termini

tal-punteġġ tal-MPI tagħhom huma l-“Prodotti elettroniċi” (-1.9) u l-“Prodotti tal-kura

personali” (-1.7).

Meta mqabbla mal-2015, il-“Karozzi użati” hu l-uniku wieħed mis-seba’ swieq tal-oġġetti

mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 li wera żieda (+2.9). Ma ġie rrapportat ebda

tnaqqis bejn l-2015 u l-2017. Mill-ħmistax-il suq tal-oġġetti misħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll

fl-2017, tmienja juru żieda fil-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2013 ’l hawn; l-ebda wieħed ma

wera tnaqqis tul dan il-perjodu. L-akbar żidiet mill-2013 ’l hawn huma għas-swieq tal-

“Laħam u prodotti tal-laħam” (+6.6), tal-“Prodotti tal-ħalib” (+3.8) u tal-“Karozzi użati”

(+3.1).

F’termini tal-komponenti, il-kumparabbiltà biss għandha prestazzjoni anqas mill-medja tal-

UE-28, filwaqt li l-komponenti tal-aspettattivi u tal-għażla għandhom prestazzjoni ogħla mill-

medja tal-UE-28. Il-punteġġi tal-komponenti tal-fiduċja u tal-problemi u detriment huma

allinjati mal-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati wkoll huma ogħla

meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, filwaqt li l-livell ta’ detriment ġenerali hu anqas.

Il-punteġġi medji tas-swieq tal-oġġetti għall-komponenti tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-

problemi u detriment tjiebu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-punteġġi tal-komponenti tal-

kumparabbiltà u tal-għażla baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Is-sehem ta’ rispondenti li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqas meta mqabbel mal-2015, u hekk ukoll il-

livell ta’ detriment. Is-sehem ta’ dawk li esperjenzaw problemi baqa’ stabbli tul dan il-

perjodu.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” tad-Danimarka hu s-suq

tal-oġġetti bl-aqwa punteġġ f’termini ta’ komponent wieħed; iġib l-ogħla punteġġ għal tliet

komponenti, jiġifieri l-aspettattivi (+1.2 punti), l-għażla (+0.8 punti), u l-fiduċja (+0.7 punti).

Is-swieq bl-ogħla punteġġ li jsegwu huma l-“Karozzi ġodda” (+0.8 fl-aspettattivi) u l-

“Prodotti tal-ħalib” (+0.7 fil-fiduċja). Għall-kuntrarju, is-suq tal-oġġetti bl-anqas punteġġ

f’termini ta’ komponent speċifiku hu tal-“Mediċini mhux bir-riċetta”, li jġib punteġġ ta’ -1.2

punti anqas mill-medja tal-UE-28. Dan hu segwit mis-swieq għan-“Nuċċalijiet u lentijiet” (-

1.0 punt), għall-“Prodotti tal-kura personali” (-0.9 punti), għal-“Laħam u prodotti tal-laħam”

(-0.9 punti), u għall-“Prodotti elettroniċi” (-0.6 punti), li lkoll iġibu l-anqas punteġġ f’termini

tal-komponent tal-kumparabbiltà.

Meta mqabbel mal-2015, l-aktar suq tal-oġġetti li ra titjib fid-Danimarka f’termini ta’

komponent wieħed hu s-suq għall-“Karozzi użati” (+0.5 kemm fil-fiduċja kif ukoll fl-

aspettattivi), segwit mil-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+0.4 fil-fiduċja) u mill-“Mediċini

mhux bir-riċetta” (+0.4 fil-kumparabbiltà u +0.3 fl-għażla). Min-naħa l-oħra, l-uniku suq tal-

Page 117: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

116

oġġetti tad-Danimarka li ra tnaqqis mill-2015 ’l hawn f’termini ta’ komponent wieħed (-0.6

fil-kumparabbiltà) hu l-“Laħam u prodotti tal-laħam”.

4.3. Swieq tas-servizzi

Is-“Servizzi tal-kura personali”, l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u l-“Btajjel u ġiti f’pakkett

wieħed” huma l-aqwa tliet swieq tas-servizzi fid-Danimarka f’termini tal-punteġġ tal-MPI,

filwaqt li s-“Servizzi postali”, l-“Abbonamenti tat-TV” u l-“Prodotti ta’ investiment,

pensjonijiet privati u titoli” jinsabu fil-qiegħ tal-lista.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fid-Danimarka, 10 swieq għandhom prestazzjoni aħjar

mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-“Servizzi tal-proprjetà

immobbli” (+4.9), il-“Provvista tal-ilma” (+2.9), u s-“Servizzi tal-elettriku” (+2.3) bl-aqwa

prestazzjoni meta mqabbla mal-medja tal-UE-28. Għall-kuntrarju, seba’ mis-swieq tas-

servizzi għandhom punteġġ tal-MPI inferjuri meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, li minnhom

is-swieq għas-“Servizzi postali” (-10.1), għall-“Abbonamenti tat-TV” (-5.1) u għas-“Servizzi

tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (-2.6) għandhom l-agħar punteġġ

meta mqabbla mal-UE-28.

Mit-23 suq mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, ħames swieq tas-servizzi żiedu l-

punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn, bis-swieq għall-“Assigurazzjoni tad-dar” (+3.7),

għall-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (+2.7) u għas-“Servizzi tat-telefonija fissa” (+2.6) li tjiebu

l-aktar. Is-suq tas-“Servizzi postali” (-4.7) hu l-uniku suq tas-servizzi li naqqas il-punteġġ

tiegħu mill-2015 ’l hawn. Meta mqabbla mal-2013, mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm

fl-2013 kif ukoll fl-2017, 14 żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom, bl-“Assigurazzjoni tal-vetturi”

(+6.9), is-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+4.4) u l-“Assigurazzjoni tad-dar” (+4.3) li żdiedu

l-aktar. L-uniċi żewġ swieq li naqsu fil-punteġġ tagħhom meta mqabbla mal-2013: is-

“Servizzi postali” (-5.8) u s-“Servizzi ferrovjarji” (-2.1).

Il-punteġġi ġenerali għall-komponenti tal-fiduċja, tal-għażla, tal-aspettattivi u tal-problemi u

detriment huma ogħla meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġ tal-komponent

tal-kumparabbiltà biss hu anqas mill-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, il-livell ta’ detriment

fid-Danimarka hu anqas mill-medja tal-UE-28. Madankollu, is-sehem ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi hu ogħla meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, filwaqt li s-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati hu anqas meta mqabbel mal-medja tal-UE-

28.

Il-punteġġi medji tal-komponenti tal-kumparabbiltà u tal-għażla għas-swieq tas-servizzi tad-

Danimarka żdiedu mill-2015 ’l hawn. Is-swieq tas-servizzi tad-Danimarka baqgħu stabbli

mill-2015 ’l hawn f’termini tal-komponenti l-oħra, kif ukoll għas-sehem ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi u għal-livell ta’ detriment. Barra minn hekk, is-sehem ta’ dawk li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqas meta mqabbel mal-2015.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tas-servizzi bl-aqwa punteġġ tad-Danimarka

f’termini ta’ komponent wieħed hu s-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn”

(+1.0 fl-aspettattivi), segwit mis-“Servizzi tal-elettriku” (+1.0 fl-aspettattivi), il-“Provvista tal-

ilma” (+1.0 fil-fiduċja u +0.9 fl-aspettattivi) u s-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (+0.9 fil-

fiduċja). Fit-tarf l-ieħor tal-iskala, is-suq tas-servizzi bl-agħar prestazzjoni f’termini ta’

komponent speċifiku hu s-“Servizzi postali”, li jġib 1.9 punti anqas mill-medja tal-UE-28

għall-aspettattivi u 1.5 punti anqas mill-medja tal-UE-28 għall-għażla. Is-swieq li jsegwu

Page 118: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

117

huma s-“Servizzi tal-elettriku” (-1.7 fil-kumparabbiltà), l-“Abbonamenti tat-TV” (-1.5 fil-

kumparabbiltà) u s-“Servizzi tal-gass” (-1.3 fil-kumparabbiltà).

L-aktar suq tas-servizzi li ra titjib fid-Danimarka mill-2015 ’l hawn f’termini ta’ komponent

wieħed hu s-suq tal-“Provvista tal-ilma” (+0.7 fil-kumparabbiltà). Hawnhekk, is-swieq li

jsegwu huma: is-“Servizzi tat-telefonija fissa” (+0.6 fil-kumparabbiltà), l-“Assigurazzjoni tad-

dar” (+0.5 fl-aspettattivi), is-“Servizzi tal-gass” (+0.5 fil-kumparabbiltà), u l-“Assigurazzjoni

tal-vetturi” (+0.5 fil-fiduċja). Għall-kuntrarju, is-suq tas-“Servizzi postali” juri l-akbar tnaqqis

mill-2015 ’l hawn f’termini ta’ erba’ komponenti differenti, jiġifieri l-aspettattivi (-0.9 punti),

il-fiduċja (-0.7 punti), l-għażla (-0.5 punti), u l-problemi u detriment (-0.4 punti). Il-ħames suq

bl-agħar prestazzjoni f’termini ta’ tibdil meta mqabbel mal-2015 hu s-“Servizzi tat-tram, tax-

xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”, għall-komponent tal-aspettattivi (-0.4).

Page 119: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

118

5. IL-ĠERMANJA

5.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fil-Ġermanja hu ta’ 83.9, li hu ogħla

mill-medja tal-UE-28 (+3.7). Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 84.7 u

għas-swieq tas-servizzi hu ta’ 83.4; it-tnejn huma ogħla mill-medja tal-UE-28, b’2.0 u b’4.7

punti rispettivament.

Il-Ġermanja tikklassifika fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-UE-28 għal żewġ swieq tal-oġġetti, il-

“Laħam u prodotti tal-laħam” u l-“Għamara u tagħmir tad-dar”, u tliet swieq tas-servizzi, is-

“Servizzi tat-telefonija mobbli”, is-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” u l-

“Abbonamenti tat-TV”.

Page 120: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

119

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Ġermanja baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, minkejja tnaqqis

fil-punteġġ medju tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti (-0.7). Il-medja ġenerali tas-swieq tas-servizzi

baqgħet stabbli mill-2015 ’l hawn.

5.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti tal-Ġermanja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma: l-“Apparati

domestiċi żgħar”, in-“Nuċċalijiet u lentijiet” u l-“Għamara u tagħmir tad-dar”. Is-swieq tal-

“Karozzi ġodda”, tal-“Karozzi użati” u tal-“Prodotti tal-kura personali” huma t-tliet swieq tal-

oġġetti bl-agħar prestazzjoni.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fil-Ġermanja, 10 għandhom prestazzjoni aħjar mill-

medja tal-UE-28. L-aqwa tlieta huma l-“Karozzi użati” (+6.3), il-“Laħam u prodotti tal-

laħam” (+3.9) u l-“Għamara u tagħmir tad-dar” (+3.2). Il-ħames swieq tal-oġġetti li jifdal fil-

Ġermanja jġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, is-suq tal-“Laħam u

prodotti tal-laħam” biss tjieb (+1.3) mill-2015 ’l hawn. Żewġ swieq naqqsu l-punteġġ tal-MPI

tagħhom, jiġifieri l-“Prodotti elettroniċi” (-1.6) u l-“Karozzi ġodda” (-2.1). Ħdax mill-15-il

suq tal-oġġetti li ġew mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-2013 ’l hawn. Is-

swieq għall-Għamara u tagħmir tad-dar” (+6.0), għall-“Fjuwil għall-vetturi” (+5.9) u għall-

“Prodotti elettroniċi” (+5.2 tjiebu l-aktar mill-2013 ’l hawn. Is-suq tal-“Ilbies u żraben” (-1.1)

biss ra tnaqqis fil-punteġġ tal-MPI tul dan il-perjodu.

Il-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-problemi u detriment għandhom

prestazzjoni aħjar mill-medja tal-UE-28. Il-punteġġ għall-komponent tal-għażla hu anqas

mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-komponent tal-aspettattivi jġib punteġġ allinjat mal-medja

tal-UE-28. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati t-tnejn huma anqas fil-Ġermanja meta

mqabbla mal-medja tal-UE-28. Madankollu, il-livell ta’ detriment tal-Ġermanja hu ogħla

meta mqabbel mal-medja tal-UE-28.

Il-komponent tal-problemi u detriment biss juri punteġġ ogħla mill-2015 ’l hawn. B’mod

ġenerali, is-swieq tal-oġġetti naqsu fil-punteġġ mill-2015 ’l hawn f’termini tal-komponenti

tal-kumparabbiltà, tal-aspettattivi u tal-għażla, filwaqt li l-punteġġ tal-komponent tal-fiduċja

baqa’ stabbli tul dan il-perjodu. Is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi naqas mill-

2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati baqa’

stabbli, u hekk ukoll il-livell ta’ detriment.

F’termini tal-prestazzjoni tas-suq f’komponent wieħed u meta mqabbla mal-medja tal-UE-28,

is-swieq tal-oġġetti bl-aqwa punteġġ tal-Ġermanja huma: il-“Karozzi użati” (+1.5 punti), il-

“Laħam u prodotti tal-laħam” (+1.0 punt), il-“Fjuwil għall-vetturi” (+0.9 punti), l-“Ilbies u

żraben” (+0.8 punti), u l-“Għamara u tagħmir tad-dar” (+0.8 punti), li lkoll ġabu l-ogħla

punteġġ għall-komponent tal-fiduċja. Is-swieq tal-oġġetti bl-anqas punteġġ huma: il-“Karozzi

ġodda” (-0.4 fl-aspettattivi), il-“Prodotti tal-ħalib” (-0.4 fl-għażla), ix-“Xarbiet alkoħoliċi” (-

0.3 fl-għażla), il-“Prodotti tal-kura personali” (-0.3 fl-għażla), u l-“Ilbies u żraben” (-0.2 fl-

għażla).

Page 121: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

120

Mill-2015 ’l hawn, is-suq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” tal-Ġermanja tjieb l-aktar

f’termini ta’ żewġ komponenti, jiġifieri l-problemi u detriment (+0.4 punti) u l-fiduċja (+0.2

punti). L-aktar swieq li tjiebu wara dan huma tal-“prodotti tal-ICT” (+0.3 punti), tal-“Karozzi

użati” (+0.3 punti) u tal-“Fjuwil għall-vetturi” (+0.2 punti), bit-tlieta li huma li ġabu l-ogħla

punteġġ fil-problemi u detriment. Għall-kuntrarju, is-suq tal-“Karozzi ġodda” kellu l-agħar

prestazzjoni mill-2015 ’l hawn, kemm f’termini tal-komponent tal-aspettattivi (-0.6 punti) kif

ukoll tal-kumparabbiltà (-0.4 punti). Hu segwit mis-swieq tal-“Prodotti elettroniċi” (-0.3 fl-

aspettattivi u -0.2 fl-għażla) u tal-“Fjuwil għall-vetturi” (-0.2 fl-għażla).

5.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi tal-Ġermanja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma: l-

“Abbonamenti tat-TV”, is-“Servizzi tal-gass”, u s-“Servizzi tat-telefonija mobbli”. Is-swieq

tagħha bl-agħar prestazzjoni huma: is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”, il-“Prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” u l-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja”.

Mill-25 suq tas-servizzi fil-Ġermanja, 23 ġabu punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-28 f’termini

tal-MPI tagħhom, bl-“Abbonamenti tat-TV” (+8.1), is-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+7.9)

u l-“Provvista tal-internet” (+7.8) li ġabu l-aqwa punteġġi. Rigward is-swieq tal-oġġetti, iż-

żewġ swieq tas-servizzi li jifdal fil-Ġermanja jġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28.

Is-suq għall-“Abbonamenti tat-TV” biss tjieb (+1.5) mill-2015 ’l hawn. Ħamsa mit-23 suq

tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 urew tnaqqis fil-punteġġ tal-MPI

tagħhom mill-2015 ’l hawn, bl-akbar tnaqqisiet fl-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” (-2.3), fis-

“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (-1.9) u fis-“Servizzi tal-linji tal-ajru” (-1.7). 24 mill-25 suq

tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-2013 ’l hawn (is-suq tas-

“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” hu l-eċċezzjoni). Is-swieq li tjiebu l-aktar huma s-“Servizzi tal-

gass” (+8.7), is-“Servizzi ferrovjarji” (+8.1) u s-“Servizzi postali” (+7.4).

Il-punteġġi tal-komponenti kollha tal-Ġermanja huma ogħla mill-medja tal-UE-28. Barra

minn hekk, is-swieq tal-oġġetti tal-Ġermanja għandhom sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi u sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati li huma anqas mill-

medja. Il-livell ta’ detriment tas-swieq tal-oġġetti hu allinjat mal-medja tal-UE-28.

Meta mqabbla mal-2015, il-punteġġ tal-komponenti tal-problemi u detriment żdied, filwaqt li

l-punteġġi tal-għażla, tal-aspettattivi u tal-fiduċja naqsu. Il-punteġġ tal-komponent tal-

kumparabbiltà baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn. Barra minn hekk, is-swieq tas-servizzi tal-

Ġermanja għandhom sehem anqas ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u sehem anqas ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati, kif ukoll livell anqas ta’ detriment, ilkoll

imqabbla mal-2015.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-suq tas-servizzi tal-Ġermanja bl-ogħla punteġġ

f’termini ta’ komponent wieħed hu s-“Servizzi ferrovjarji” (+1.5 fl-għażla), segwit mis-swieq

għal: “Provvista tal-ilma” (+1.5 fl-għażla), “Servizzi tat-telefonija mobbli” (+1.5 fil-fiduċja),

“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (+1.3 fil-fiduċja) u “Abbonamenti tat-TV” (+1.3 fil-

fiduċja). Għall-kuntrarju, is-suq tas-servizzi bl-anqas punteġġ f’termini ta’ komponent

speċifiku meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 hu l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel”, li ġab

punteġġ ta’ 0.3 punti anqas mill-medja tal-UE-28 għall-għażla u 0.2 punti anqas mill-medja

tal-UE-28 għall-aspettattivi. Is-swieq tas-servizzi bl-anqas punteġġi li jsegwu huma s-

“Servizzi tal-kura personali” (-0.2 kemm fl-aspettattivi kif ukoll fl-għażla) u s-“Servizzi tal-

linji tal-ajru” (-0.2 fl-aspettattivi).

Page 122: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

121

L-aktar suq tas-servizzi li ra titjib f’termini ta’ komponent wieħed mill-2015 ’l hawn hu s-suq

għall-“Btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” (b’punteġġ ta’ +0.4 punti fil-problemi u detriment).

Dan hu segwit mis-“Servizzi tat-telefonija mobbli”, mis-“Servizzi postali”, mis-“Servizzi tat-

tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” u mill-“Prodotti tal-investiment,

pensjonijiet personali privati u titoli”, li lkoll ġabu +0.4 punti kull wieħed għall-problemi u

detriment. Is-swieq bl-akbar tnaqqis f’termini ta’ komponent speċifiku, mill-2015 ’l hawn,

huma: l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” (-0.5 fl-aspettattivi), is-“Servizzi tal-proprjetà

immobbli” (-0.5 fl-aspettattivi u -0.3 fil-kumparabbiltà), is-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (-

0.4 fl-aspettattivi), is-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-0.4 fl-aspettattivi).

Page 123: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

122

6. L-ESTONJA

6.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fl-Estonja hu ta’ 83.6, li hu ogħla

mill-medja tal-UE-28 (+3.4). Il-punteġġ tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 83.7 u għas-

swieq tas-servizzi hu ta’ 83.5; it-tnejn huma ogħla mill-medja tal-UE-28, b’1.0 u b’4.8 punti

rispettivament.

L-Estonja tikklassifika fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-UE-28 għal żewġ swieq tal-oġġetti,

jiġifieri x-“Xarbiet alkoħoliċi” u l-“Mediċini mhux bir-riċetta”, u għal 10 swieq tas-servizzi.

Tikklassifika l-ewwel għal tnejn mis-swieq tas-servizzi, jiġifieri s-“Servizzi ferrovjarji” u s-

“Self, kreditu u karti tal-kreditu”.

Page 124: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

123

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Estonja żdied b’2.1 punt mill-2015 ’l hawn, xprunat minn

żieda fil-punteġġ tal-MPI kemm tas-swieq tas-servizzi (+2.3) kif ukoll tal-oġġetti (+1.2)

ġenerali.

6.2. Swieq tal-oġġetti

It-tliet swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni tal-Estonja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma

l-“Mediċini mhux bir-riċetta”, ix-“Xarbiet alkoħoliċi” u l-“Prodotti tal-ħalib”. Fuq in-naħa l-

oħra tal-ispettru hemm il-“Karozzi użati”, l-“Ilbies u żraben” u l-“Għamara u tagħmir tad-

dar”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fl-Estonja, disgħa jġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-MPI tagħhom, bis-swieq għall-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+4.7), għall-

“Fjuwil għall-vetturi” (+3.7) u għax-“Xarbiet alkoħoliċi” (+3.3) li juru l-aqwa punteġġi meta

mqabbla mal-UE-28. Madankollu, tlieta mill-15-il suq tal-oġġetti jġibu punteġġ anqas mill-

medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom: l-“Ilbies u żraben” (-5.7), il-

“Karozzi użati” (-4.5) u l-“Għamara u tagħmir tad-dar” (-1.8).

Meta mqabbla mal-2015, tnejn mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll

fl-2017 żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom, u l-ebda wieħed ma naqas tul dan il-perjodu. L-

akbar żieda ġiet osservata għall-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+2.7). Mill-15-il suq mistħarrġa

kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, 13-il suq żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2013 ’l

hawn, bis-swieq għall-“Prodotti ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (+6.6), għall-“Fjuwil

għall-vetturi” (+5.5) u għall-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+4.9) li tjiebu l-aktar. L-ebda suq

tal-oġġetti ma naqqas il-punteġġ tal-MPI tiegħu mill-2013 ’l hawn.

Is-swieq tal-oġġetti tal-Estonja jġibu punteġġ aqwa mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-

komponenti tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-għażla, u agħar f’termini tal-komponent tal-

kumparabbiltà. Il-komponent tal-problemi u detriment iġib punteġġ allinjat mal-medja tal-

UE-28. Barra minn hekk, is-sehem ġenerali ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi wkoll hu

allinjat mal-medja tal-UE-28, u hekk ukoll il-livell ta’ detriment. Madankollu, is-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati hu anqas meta mqabbel mal-medja tal-UE-

28.

B’mod ġenerali, f’termini tal-punteġġi tal-komponenti, is-swieq tal-oġġetti tal-Estonja wrew

żieda f’termini tal-komponenti tal-fiduċja u tal-għażla mill-2015 ’l hawn. Il-komponenti

għall-aspettattivi, għall-kumparabbiltà u għall-problemi u detriment ma nbidlux tul dan il-

perjodu. Is-swieq tal-oġġetti ma juru ebda tibdil fis-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi jew fis-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqsu mill-

2015 ’l hawn, iżda l-livell ġenerali ta’ detriment żdied tul dan il-perjodu.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-suq tal-oġġetti bl-ogħla punteġġ tal-Estonja f’termini

ta’ komponent wieħed hu l-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+0.7 kemm fl-għażla kif ukoll fil-

fiduċja), segwit mis-swieq għall-“Fjuwil għall-vetturi” (+0.6 kemm fl-aspettattivi kif ukoll fl-

għażla) u għall-“Prodotti tal-ħalib” (+0.6 fl-għażla). Għall-kuntrarju, is-suq bl-anqas punteġġ

meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 hu tal-“Karozzi użati” (-1.4 fil-fiduċja u -0.7 fil-

kumparabbiltà), segwiti mill-“Ilbies u żraben” (-1.3 fil-kumparabbiltà u -0.6 fil-fiduċja) u

mill-“Għamara u tagħmir tad-dar” (-0.8 fil-kumparabbiltà).

F’termini tal-prestazzjoni tas-swieq f’komponent wieħed, is-suq tal-Estonja għall-“Karozzi

użati” (+0.5 fl-għażla) tjieb l-aktar mill-2015 ’l hawn. Is-swieq li wrew l-ogħla titjib li jsegwi

Page 125: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

124

huma l-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+0.4 kemm fl-għażla kif ukoll fil-kumparabbiltà), il-

“prodotti tal-ICT” (+0.4 fil-kumparabbiltà) u l-“Fjuwil għall-vetturi” (+0.4 fil-fiduċja). Għall-

kuntrarju, is-suq li ra l-akbar tnaqqis f'termini ta’ komponent speċifiku fl-Estonja, mill-2015 ’l

hawn, hu tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-0.5 fil-kumparabbiltà), segwit mis-suq tal-

“Karozzi użati” (-0.3 fil-problemi u detriment).

6.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi tal-Estonja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Kontijiet tal-

bank”, is-“Servizzi tal-kura personali” u s-“Servizzi ferrovjarji”. Is-swieq għall-“Prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”, għas-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” u

għall-“Ipoteki” jinsabu fil-qiegħ tal-lista.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fl-Estonja, 20 ġabu punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-MPI tagħhom, bis-“Servizzi ferrovjarji” (+10.5), il-“Kontijiet tal-bank” (+10.1) u

s-“Servizzi tat-telefonija fissa” (+9.6) li ġabu l-aqwa punteġġi. L-ebda wieħed mill-25 suq tas-

servizzi mistħarrġa fl-Estonja ma ġab punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28.

Erbatax mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 żiedu l-punteġġ

tal-MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn; l-ebda wieħed mis-swieq tas-servizzi tal-Estonja ma

naqas tul dan il-perjodu. Is-suq tas-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (+5.1)

tjieb l-aktar, segwit mill-“Provvista tal-internet” (+4.9) u mill-“Assigurazzjoni tad-dar”

(+4.5). Meta mqabbla mal-2013, mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll

fl-2017, 23 żdiedu mill-2013 ’l hawn; l-ebda wieħed ma naqas tul dan il-perjodu. Is-suq għas-

“Servizzi tal-elettriku” (+17.5) jispikka bl-akbar żieda, filwaqt li t-tieni u t-tielet l-akbar żidiet

huma osservati għas-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”

(+8.6) u għas-“Servizzi ferrovjarji” (+8.4).

Il-punteġġi tal-komponenti kollha għas-swieq tas-servizzi huma ogħla mill-medja tal-UE-28.

Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati t-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28, u hekk

ukoll il-livell ta’ detriment.

Il-komponenti kollha ħlief il-problemi u detriment, bħala medja, tjiebu għas-swieq tas-

servizzi mill-2015 ’l hawn. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi

u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati baqgħu stabbli mill-2015 ’l

hawn, u hekk ukoll il-livell ta’ detriment.

Mis-swieq tas-servizzi tal-Estonja li għandhom l-aqwa prestazzjoni f’termini ta’ komponent

wieħed meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-suq tal-“Kontijiet tal-bank” għandu l-ogħla

punteġġ (+1.8 fil-fiduċja). Warajh hemm is-swieq li ġejjin: is-“Servizzi tat-telefonija fissa”

(+1.4 fil-fiduċja), is-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (+1.4 fil-fiduċja), u s-“Servizzi

ferrovjarji” (+1.4 fil-fiduċja u +1.3 fl-aspettattivi). Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, is-suq tas-

servizzi li jġib l-anqas punteġġ f’termini ta’ komponent speċifiku meta mqabbel mal-medja

tal-UE-28 hu s-suq tas-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-0.5 fl-

aspettattivi). Dan hu segwit mis-swieq għall-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali

privati u titoli” (-0.4 fl-aspettattivi), għas-“Servizzi tal-linji tal-ajru” (-0.4 fl-għażla) u għall-

“Btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” (-0.2 fil-kumparabbiltà).

Meta mqabbel mal-2015, is-suq tas-servizzi għall-“Assigurazzjoni tad-dar” fl-Estonja tjieb l-

aktar f’termini ta’ komponent wieħed (+0.7 kemm fil-kumparabbiltà kif ukoll fil-fiduċja),

Page 126: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

125

segwit mill-“Kontijiet tal-bank” (+0.7 fil-fiduċja), mis-“Servizzi tal-gass” (+0.7 fl-għażla) u

fis-“Servizzi tal-elettriku” (+0.6 fil-fiduċja). Għall-kuntrarju, is-suq tas-“Servizzi ta’ kiri tal-

vetturi” għandu l-anqas punteġġ f’termini ta’ komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn (-0.3 fil-

problemi u detriment). Is-suq tal-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” hu s-suq l-ieħor bl-anqas

punteġġ (-0.2 punti) fl-Estonja, anki f’termini tal-komponent tal-problemi u detriment.

Page 127: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

126

7. L-IRLANDA

7.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fl-Irlanda hu ta’ 79.5, li hu anqas

mill-medja tal-UE-28 (-0.7). Il-punteġġ tal-MPI għas-swieq tal-oġġett hu ta’ 84.4, li hu 1.6

punti ogħla mill-medja tal-UE-28. Għas-swieq tas-servizzi, din iċ-ċifra hi ta’ 76.6, li hi 2.1

punt anqas mill-medja tal-UE-28.

L-Irlanda tikklassifika fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tal-“Karozzi ġodda”

tagħha, iżda fost l-aħħar tliet pajjiżi għas-swieq tagħha tal-“Assigurazzjoni tal-vetturi” u tal-

“Provvista tal-internet”.

Page 128: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

127

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Irlanda baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, minkejja żieda ta’ 1.1

punt fl-MPI ġenerali tagħha għas-swieq tal-oġġetti tagħha. Il-punteġġ medju għas-swieq tas-

servizzi tal-Irlanda baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn.

7.2. Swieq tal-oġġetti

It-tliet swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni tal-Irlanda f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-

“Prodotti tal-ħalib”, ix-“Xarbiet alkoħoliċi” u l-“Prodotti tal-kura personali”. Dawk it-tlieta

bl-agħar prestazzjoni huma l-“Karozzi użati”, il-“Prodotti tal-ICT” u l-“Ilbies u żraben”.

Is-swieq tal-oġġetti tal-Irlanda jġibu punteġġ f’livell simili għall-medja tal-UE-28 jew ogħla

minn dan. Disa’ swieq huma ogħla mill-medja, immexxija mill-“Prodotti tal-ħalib” (+4.2) u

segwiti mill-“Karozzi ġodda” (+3.7) u mill-“Fjuwil għall-vetturi” (+2.7).

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, tnejn tjiebu mill-2015

’l hawn, bl-akbar żieda osservata għall-“Karozzi ġodda” (+2.3), segwit mill-“Fjuwil għall-

vetturi” (+1.7). Meta mqabbla mal-2013, 12 mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-

2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu, immexxija mill-“Fjuwil għall-vetturi” (+7.9), mil-“Laħam u

prodotti tal-laħam” (+6.5) u mill-“Karozzi użati” (+4.7). Ma kien hemm ebda tnaqqis fil-

prestazzjoni tas-swieq tal-oġġetti individwali la mill-2015 u lanqas mill-2013 ’l hawn.

Il-punteġġi medji għas-swieq tal-oġġetti f’termini tal-komponenti tal-fiduċja, tal-

kumparabbiltà, tal-għażla u tal-aspettattivi lkoll huma ogħla mill-medja tal-UE-28. Il-livell ta’

detriment hu anqas, iżda meta l-problemi u d-detriment jitqiesu flimkien, il-punteġġ medju

għas-swieq tal-oġġetti hu anqas mill-medja tal-UE-28. Is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati wkoll huma ogħla

mill-medja tal-UE-28.

Il-punteġġi medji tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-għażla u tal-aspettattivi għas-swieq

tal-oġġetti tal-Irlanda lkoll żdiedu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-punteġġi tal-komponenti tal-

fiduċja u tal-problemi u detriment baqgħu stabbli. Barra minn hekk, il-livell ġenerali

ta’detriment biss naqas mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati baqgħu stabbli

matul dan il-perjodu.

Mis-swieq tal-oġġetti bl-ogħla punteġġ f’termini ta’ komponent speċifiku meta mqabbla mal-

medja tal-UE-28, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” hu dak prinċipali, b’0.8 punti ogħla mill-

medja tal-UE-28 għall-komponent tal-aspettattivi. Is-swieq li jġibu l-ogħla punteġġi li jsegwu

f’termini ta’ komponent speċifiku meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma: il-“Karozzi

ġodda” (+0.7 fl-aspettattivi), il-“Prodotti tal-ħalib” (+0.7 fil-fiduċja u +0.6 fl-għażla) u

“Karozzi użati” (+0.6 fl-aspettattivi). Is-swieq tal-oġġetti li jġibu l-agħar punteġġi f’termini

ta’ komponent speċifiku meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma: in-“Nuċċalijiet u

lentijiet”, il-“Prodotti tal-ICT” u l-“Karozzi użati”. Is-suq tan-“Nuċċalijiet u lentijiet” iġib l-

anqas punteġġ meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 kemm għall-komponent tal-kumparabbiltà

kif ukoll tal-għażla, b’-0.5 u -0.2 punti rispettivament. Is-suq tal-“Prodotti tal-ICT” iġib

punteġġ ta’ -0.4 punti anqas mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-komponent tal-problemi u

detriment. Is-suq tal-“Karozzi użati” iġib punteġġ ta’ -0.2 punti anqas mill-medja tal-UE-28

f’termini kemm tal-komponent tal-problemi u detriment kif ukoll tal-fiduċja.

Meta mqabbel mas-swieq tal-oġġetti kollha tal-Irlanda, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” tjieb

l-aktar f’termini ta’ komponent wieħed (+0.4 fl-aspettattivi u +0.3 fil-fiduċja) mill-2015 ’l

Page 129: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

128

hawn. Warajh hemm is-swieq għall-“Karozzi ġodda” (+0.4 fl-għażla), għall-“Mediċini mhux

bir-riċetta” (+0.4 fil-kumparabbiltà) u għall-“Karozzi użati” (+0.4 fl-għażla). Ebda suq tal-

oġġetti Irlandiż ma rreġistra tnaqqis f’termini ta’ komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn.

7.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi tal-Irlanda f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi tal-

kura personali”, l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u l-“Btajjel u ġiti f’pakkett wieħed”,

filwaqt li l-“Ipoteki”, is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” u l-“Provvista tal-internet” jinsabu

fil-qiegħ tal-lista.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa, erbgħa biss huma ogħla mill-medja tal-UE-28, immexxija

mis-“Servizzi tal-elettriku” (+5.1), is-“Servizzi postali” (+2.6) u l-“Akkomodazzjoni għall-

btajjel” (+1.8). Mis-swieq l-oħra, 13 huma anqas mill-medja tal-UE-28, bl-“Assigurazzjoni

tal-vetturi” (-8.6) l-anqas meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, segwit mill-“Ipoteki” (-7.3) u

mill-“Provvista tal-internet” (-6.9).

Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, erbgħa tjiebu mill-2015 ’l

hawn, immexxija mill-“Provvista tal-ilma” (+5.1), mis-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (+2.7) u

mill-“Btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” (+2.0). Erba’ swieq naqsu tul dan il-perjodu, bl-akbar

tnaqqisiet għall-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (-10.2), għall-“Abbonamenti tat-TV” (-4.4) u

għas-“Servizzi ferrovjarji” (-3.0). Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll

fl-2017, 16 tjiebu mill-2013 ’l hawn, immexxija mis-swieq għall-“Kontijiet tal-bank” (+11.5),

għas-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (+8.2) u għas-“Servizzi tal-elettriku” (+7.0). Is-suq

għall-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (-7.0) hu l-uniku wieħed li naqas f’termini tal-punteġġ tal-

MPI tiegħu mill-2013 ’l hawn.

Il-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-għażla u tal-problemi u detriment għandhom

prestazzjoni agħar mill-medja tal-UE-28. Madankollu, il-komponent tal-aspettattivi għandu

punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati huma

ogħla mill-medja, filwaqt li l-livell ta’ detriment hu anqas meta mqabbel mal-medja tal-UE-

28.

F’termini tal-komponenti tal-kumparabbiltà u tal-fiduċja, is-swieq tas-servizzi tal-Irlanda juru

tnaqqis ġenerali meta mqabbla mal-2015. Il-komponenti tal-aspettattivi, tal-għażla u tal-

problemi u detriment ilkoll baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Il-livell ta’ detriment naqas, iżda

s-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-

problemi esperjenzati baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn.

Meta mqabbel mal-UE-28, is-suq tas-“Servizzi tal-elettriku” ġab l-ogħla punteġġ f’termini

kemm tal-komponent tal-aspettattivi (+1.0 punt) kif ukoll tal-fiduċja (+0.9 punti), segwit mis-

“Servizzi postali” (+0.7 kemm fil-fiduċja kif ukoll fl-aspettattivi). Is-suq għas-“Servizzi

ferrovjarji” jġib punteġġ ta’ +0.5 punti ogħla mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-komponent

tal-aspettattivi. Il-ħames swieq li jġibu l-anqas punteġġ f’termini ta’ komponent speċifiku

meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma: l-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (-1.5 fil-

kumparabbiltà), il-“Provvista tal-ilma” (-1.5 fl-għażla), is-“Servizzi ferrovjarji” (-1.4 fl-għażla

u -1.3 fil-kumparabbiltà), u l-“Ipoteki” (-1.4 fl-għażla).

Mis-swieq tas-servizzi kollha tal-Irlanda, is-suq tal-“Provvista tal-ilma” tjieb l-aktar mill-2015

’l hawn f’termini ta’ tliet komponenti differenti, jiġifieri l-għażla u l-fiduċja (it-tnejn +0.8) u l-

Page 130: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

129

aspettattivi (+0.6). Is-suq l-ieħor li ra titjib mill-2015 ’l hawn hu s-“Servizzi ta’ kiri tal-

vetturi”, li ġab punteġġ ta’ +0.5 punti għall-kumparabbiltà u punteġġ ta’ +0.4 punti għall-

għażla. Għall-kuntrarju, is-suq tal-“Assigurazzjoni tal-vetturi” juri l-akbar tnaqqis mill-2015 ’l

hawn f’termini ta’ erba’ komponenti differenti, jiġifieri l-kumparabbiltà (-1.4 punti), il-fiduċja

u l-għażla (it-tnejn -1.3), u l-aspettattivi (-0.8 punti). Is-suq bl-anqas punteġġ li jsegwi hu l-

“Abbonamenti tat-TV”, li jġib l-anqas punteġġ (-0.6 punti) f’termini tal-komponent tal-

kumparabbiltà.

Page 131: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

130

8. IL-GREĊJA

8.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-prestazzjoni medja tas-swieq mistħarrġa fil-Greċja hu ta’ 79, li hu anqas mill-medja tal-UE-

28 (-1.2). Il-punteġġ tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 80.8, u għas-swieq tas-servizzi hu

ta’ 77.9; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28, b’1.9 u b’0.8 punti rispettivament.

Il-Greċja tikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għal żewġ swieq tal-oġġetti, il-

“Fjuwil għall-vetturi” u l-“Apparati domestiċi żgħar”, u żewġ swieq tas-servizzi”, is-“Self,

kreditu u karti tal-kreditu” u l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel”.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Greċja tjieb b’0.8 punt mill-2015 ’l hawn, minħabba żieda fil-

punteġġ tal-MPI kemm tas-swieq tal-oġġetti (+1.3) kif ukoll tas-servizzi (+0.7).

Page 132: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

131

8.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti tal-Greċja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Prodotti

elettroniċi”, il-“Prodotti tal-ħalib” u n-“Nuċċalijiet u lentijiet”. Is-swieq għall-“Fjuwil għall-

vetturi”, għall-“Ilbies u żraben” u għall-“Karozzi ġodda” jinsabu fl-estrem l-ieħor tal-ispettru.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fil-Greċja, is-suq tal-“Karozzi użati” (+4.9) biss iġib

punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tiegħu, u żewġ swieq biss,

is-swieq tal-“Prodotti elettroniċi” u tal-“Laħam u prodotti tal-laħam”, iġibu punteġġ allinjat

mal-medja tal-UE-28. Is-swieq l-oħra kollha jġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” (-7.8) li għandu l-

agħar prestazzjoni f’dan ir-rigward, segwit mill-“Ilbies u żraben” (-4.2) u mill-“Apparati

domestiċi żgħar” (-4.1).

Tnejn mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-2015

’l hawn, bis-suq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+4.1) bl-akbar żieda, segwit mill-“Karozzi

użati” (+3.6). Is-suq tal-“Karozzi ġodda” hu l-uniku suq tal-oġġetti li għalih il-punteġġ tal-

MPI naqas mill-2015 ’l hawn (-1.4). Mill-ħmistax-il suq tal-oġġetti individwali misħarrġa

kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, tnejn juru żieda fil-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2013 ’l

hawn: il-“Prodotti tal-ħalib” (+1.6) u l-“Prodotti elettroniċi” (+1.3). Madankollu, erbgħa mill-

15-il suq tal-oġġetti individwali juru tnaqqis fil-punteġġ tal-MPI tagħhom tul dan il-perjodu.

It-tliet swieq tal-oġġetti bl-agħar prestazzjoni mqabbla mal-2013 huma: l-“Ilbies u żraben” (-

3.2), il-“Karozzi ġodda” (-2.5) u l-“Apparati domestiċi żgħar” (-1.9).

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tal-oġġetti tal-Greċja jġibu punteġġ anqas

f’termini tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-għażla.

Madankollu, dawn iġibu punteġġ marġinalment aħjar mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-

komponent tal-problemi u detriment. Barra minn hekk, is-swieq tas-servizzi tal-Greċja

għandhom sehem anqas ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u sehem anqas ta’ dawk li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati, meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, filwaqt li l-

livell ta’ detriment tagħhom hu ogħla mill-medja.

Għall-punteġġi ġenerali tal-komponenti, kien hemm żidiet fil-kumparabbiltà u fil-fiduċja mill-

2015 ’l hawn. Il-punteġġi tal-komponenti tal-aspettattivi, tal-għażla u tal-problemi u detriment

ma nbidlux mill-2015 ’l hawn. Barra minn hekk, hemm tnaqqis ġenerali fis-sehem ta’

rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-

sehem ta’ dawk li esperjenzaw problemi u l-livell ta’ detriment it-tnejn baqgħu stabbli tul dan

il-perjodu.

Meta tiġi analizzata l-prestazzjoni tas-swieq f’termini ta’ komponent speċifiku meta mqabbla

mal-medja tal-UE-28, is-suq tal-“Karozzi użati” tal-Greċja jġib l-ogħla punteġġ għal tliet

komponenti, jiġifieri l-fiduċja (+1.2 punti), il-kumparabbiltà (+0.5 punti), u l-problemi u

detriment (+0.4 punti). Is-suq tal-oġġetti bl-ogħla punteġġ li jsegwi fil-Greċja u l-“Prodotti

elettroniċi”, li jġib 0.3 punti aktar mill-medja tal-UE-28 fil-problemi u detriment u 0.2 punti

ogħla fil-fiduċja. Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, is-suq tas-servizzi bl-anqas punteġġ meta

mqabbel mal-medja tal-UE-28 hu s-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi”, li ġab l-anqas punteġġ

f’termini ta’ tliet komponenti, jiġifieri l-fiduċja (-1.4 punti), l-aspettattivi (-0.9), u l-

kumparabbiltà (-0.6 punti). Is-swieq tal-oġġetti bl-anqas punteġġi li jsegwu huma l-“Ilbies u

żraben” (-0.8 fil-fiduċja) u l-“Apparati domestiċi żgħar” (-0.7 fl-għażla).

Page 133: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

132

Is-suq tal-“Karozzi użati” tal-Greċja hu s-suq tal-oġġetti li tjieb l-aktar mill-2015 ’l hawn

f’termini ta’ komponent speċifiku. Dan iġib +0.9 punti fil-fiduċja u +0.6 fil-kumparabbiltà. L-

aktar suq li tjieb wara dan hu dak tal-“Laħam u prodotti tal-laħam”, li ġab l-aqwa punteġġ

f’termini ta’ tliet komponenti, jiġifieri l-fiduċja (+0.6 punti), il-kumparabbiltà (+0.5 punti) u l-

aspettattivi (+0.4 punti). L-ebda suq tal-oġġetti fil-Greċja ma rreġistra tnaqqis f’termini tal-

prestazzjoni tas-swieq għal komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn.

8.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi tal-Greċja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi tal-

kura personali”, is-“Servizzi tal-linji tal-ajru” u s-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi”. It-tliet swieq

bl-agħar prestazzjoni huma s-“Servizzi tal-elettriku”, is-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” u l-

“Provvista tal-ilma”.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fil-Greċja, tmienja jġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-

28 f’termini tal-MPI, bis-swieq bl-aqwa punteġġi li huma l-“Prodotti tal-investiment,

pensjonijiet personali privati u titoli” (+5.6), is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (+3.6) u s-

“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (+2.2). Għall-kuntrarju, 11-il suq iġibu punteġġ anqas mill-medja

tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-suq tas-servizzi bl-anqas punteġġ li

huma s-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (-8.0), segwit mis-“Servizzi tal-elettriku” (-7.5) u

mill-“Provvista tal-ilma” (-4.9).

Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, 10 raw żieda mill-2015 ’l

hawn. L-akbar żieda f’termini tal-punteġġ tal-MPI tista’ tiġi osservata għas-suq tal-“Ipoteki”

(+9.7), segwit mis-“Servizzi tal-gass” u mill-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” (it-tnejn +3.9).

Min-naħa l-oħra, sitta mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017

naqsu f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn, immexxija mis-“Servizzi ta’

manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-5.0), mis-“Servizzi tat-telefonija fissa” (-3.9) u mis-

“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (-2.3). Meta mqabbla mal-2013, tmienja mill-25 suq tas-

servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 urew żieda fl-MPI tagħhom, immexxija

mis-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (+5.0), mis-“Servizzi tal-gass”

(+4.7) u mis-“Servizzi tal-elettriku” (+4.1). Mill-2013 ’l hawn, kien hemm tnaqqis fl-MPI ta’

erbgħa mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017. Dan it-tnaqqis hu

l-akbar għas-“Servizzi tat-telefonija fissa” (-4.4), segwiti mill-“Provvista tal-internet” (-3.3) u

mis-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-3.0).

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tas-servizzi tal-Greċja ġabu punteġġ aħjar

f’termini tal-komponenti tal-kumparabbiltà u tal-problemi u detriment, u agħar f’termini tal-

komponenti tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-għażla. Barra minn hekk, hemm sehem anqas ta’

rispondenti li esperjenzaw problemi u sehem anqas ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati meta mqabbla mal-medja tal-UE-28. Il-livell ta’ detriment hu ogħla mill-medja

tal-UE-28.

F’termini tal-prestazzjoni fil-livell tal-komponenti, il-punteġġi ġenerali tas-swieq tas-servizzi

tal-Greċja tjiebu mill-2015 ’l hawn għall-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-għażla

u tal-problemi u detriment. Il-punteġġ tal-komponent li jifdal għall-aspettattivi baqa’ stabbli

tul dan il-perjodu. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba problemi

esperjenzati naqas ukoll mill-2015 ’l hawn għas-swieq tas-servizzi tal-Greċja. Is-sehem ta’

dawk li esperjenzaw problemi u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Page 134: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

133

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-suq tas-servizzi bl-ogħla punteġġ f’termini ta’

komponent speċifiku hu s-suq tal-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u

titoli”, li jġib punteġġ ogħla f’termini kemm tal-kumparabbiltà (+1.2 punti) kif ukoll tal-

fiduċja (+0.9 punti). Dan hu segwit mis-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (+0.8 fil-fiduċja),

mis-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (+0.7 fil-fiduċja) u mis-“Servizzi tal-gass” (0.5 fil-fiduċja).

Is-suq tas-servizzi bl-anqas punteġġ f’termini ta’ komponent wieħed hu s-“Self, kreditu u karti

tal-kreditu”, li jġib l-anqas punteġġ għal tliet komponenti, jiġifieri l-fiduċja (-1.4 punti), l-

għażla (-1.0 punt) u l-aspettattivi (-0.9 punti). Is-suq bl-anqas punteġġ li jsegwi hu s-“Servizzi

tal-elettriku”, li jġib -1.1 punti anqas mill-medja tal-UE-28 fl-aspettattivi u -1.0 punt anqas

mill-medja tal-UE-28 fil-fiduċja.

F’termini tal-prestazzjoni tas-suq f’komponent wieħed, is-suq tal-“Ipoteki” tal-Greċja ra l-

akbar titjib mill-2015 ’l hawn għal tliet komponenti, jiġifieri l-fiduċja (+1.9 punti), l-għażla

(+1.1 punt), u l-kumparabbiltà (+1.0 punt). Iż-żewġ swieq li juru l-akbar titjib li jsegwi huma

l-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” u l-“Abbonamenti tat-TV”, li t-tnejn li huma jġibu +0.7

fil-komponent tal-fiduċja. Is-suq tas-servizzi li juri l-akbar tnaqqis f’termini ta’ komponent

speċifiku mill-2015 ’l hawn hu s-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi”, li jġib -

0.8 fil-kumparabbiltà, -0.6 fil-fiduċja u -0.5 fl-għażla. Is-suq tas-servizzi li juri l-akbar tnaqqis

li jsegwi mill-2015 ’l hawn hu s-“Servizzi tat-telefonija fissa” (-0.7 punti kemm fil-fiduċja kif

ukoll fl-għażla).

Page 135: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

134

9. SPANJA

9.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-prestazzjoni medja tas-swieq kollha mistħarrġa fi Spanja hi ta’ 74.8, li hi anqas mill-medja

tal-UE-28 (-5.4). Il-punteġġ tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 80.4 u għas-swieq tas-

servizzi hu ta’ 71.5; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28, b’2.3 u b’7.2 punti

rispettivament.

Spanja tikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għal tliet swieq tal-oġġetti, jiġifieri l-

“Prodotti tal-ICT” u l-“Karozzi ġodda”, u għal 16-il suq tas-servizzi.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI ta’ Spanja żdied b’0.7 punti mill-2015 ’l hawn. Il-punteġġ

ġenerali tal-MPI tas-suq tal-oġġetti (+0.9) kif ukoll tas-servizzi (+0.7) tagħha tjieb mill-2015

’l hawn.

Page 136: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

135

9.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti ta’ Spanja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma n-“Nuċċalijiet u

lentijiet”, il-“Prodotti tal-ħalib” u x-“Xarbiet alkoħoliċi”. It-tliet swieq tal-qiegħ huma s-swieq

tal-“Karozzi użati”, tal-“Fjuwil għall-vetturi” u tal-“Karozzi ġodda”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti fi Spanja, 13 iġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28 f’termini

tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. Is-swieq tal-oġġetti bl-agħar prestazzjoni meta mqabbla mal-

medja tal-UE-28 huma l-“Fjuwil għall-vetturi” (-5.0), il-“Prodotti tal-ICT” (-4.5) u l-“Prodotti

ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (-3.1). Iż-żewġ swieq li jifdal, in-“Nuċċalijiet u lentijiet”

u l-“Prodotti tal-ħalib”, iġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-

MPI tagħhom.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, tnejn juru żieda mill-

2015 ’l hawn: il-“Fjuwil għall-vetturi” (+5.2) u l-“Prodotti tal-ICT” (+3.1). Suq tal-oġġetti

wieħed biss, il-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-2.0), naqas fil-punteġġ tal-MPI tiegħu mill-

2015 ’l hawn. Meta mqabbla mal-2013, sitta mill-15-il suq tal-oġġetti kemm fl-2013 kif ukoll

fl-2017 żiedu l-MPI tagħhom, immexxija mis-swieq tal-“Fjuwil għall-vetturi” (+6.5), tal-

“Prodotti tal-ICT” (+4.6) u tax-“Xarbiet alkoħoliċi” (+3.7). L-ebda suq tal-oġġetti ma naqaslu

l-punteġġ mill-2013 ’l hawn.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tal-oġġetti ta’ Spanja għandhom prestazzjoni

medja agħar f’termini tal-komponenti kollha. Barra minn hekk, is-swieq tal-oġġetti għandhom

sehem ogħla ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u sehem ogħla ta’ dawk li lmentaw

minħabba l-problemi esperjenzati, kif ukoll livell ogħla ta’ detriment, meta mqabbla mal-

medja tal-UE-28.

B’mod ġenerali, is-swieq tal-oġġetti ta’ Spanja baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn f’termini tal-

komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-għażla u tal-problemi u detriment, filwaqt li l-

punteġġ tal-komponent tal-aspettattivi tagħhom żdied mill-2015 ’l hawn. Barra minn hekk, is-

sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqas mill-2015 ’l hawn, u

hekk ukoll il-livell ta’ detriment. Is-sehem ta’ dawk li esperjenzaw problemi baqa’ stabbli tul

dan il-perjodu.

Mis-swieq tal-oġġetti ta’ Spanja bl-aqwa punteġġ f’termini ta’ komponent speċifiku, meta

mqabbla mal-medja tal-UE-28, in-“Nuċċalijiet u lentijiet” hu s-suq bl-ogħla punteġġ, b’+0.2

punti ogħla mill-medja tal-UE-28 għall-komponent tal-għażla. Ebda suq tal-oġġetti Spanjol

ieħor ma kellu prestazzjoni aħjar mill-medja tal-UE-28. Is-suq tal-oġġetti ta’ Spanja bl-agħar

prestazzjoni f’termini ta’ komponent speċifiku hu l-“Fjuwil għall-vetturi”, li jġib 1.1 punti

anqas mill-medja tal-UE-28 fil-fiduċja u 0.9 punti anqas mill-medja tal-UE-28 fil-

kumparabbiltà. Iż-żewġ swieq l-oħra bl-anqas punteġġ huma l-“Prodotti tal-ICT” (-0.8 fil-

fiduċja u -0.6 fil-problemi u detriment), u x-“Xarbiet alkoħoliċi” (-0.7 fil-fiduċja).

Is-suq tal-oġġetti ta’ Spanja li ra l-akbar żieda f’termini ta’ komponent wieħed mill-2015 ’l

hawn hu tal-“Fjuwil għall-vetturi”, li jġib l-ogħla punteġġ f’termini ta’ tliet komponenti,

jiġifieri l-fiduċja (+0.9 punti), il-kumparabbiltà (+0.5 punti) u l-aspettattivi (+0.4 punti). Is-

swieq li għandhom l-ogħla żidiet li jsegwu f’termini ta’ komponent wieħed huma l-“Prodotti

tal-ICT” (+0.5 fil-problemi u detriment) u l-“Prodotti elettroniċi” (+0.4 fl-għażla). Fuq in-

naħa l-oħra tal-iskala, is-suq tal-oġġetti li ra l-akbar tnaqqis f’termini ta’ komponent wieħed

Page 137: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

136

mill-2015 ’l hawn hu dak tal-“Laħam u prodotti tal-laħam”, li jġib punteġġ ta’ -0.5 punti fil-

kumparabbiltà u ta’ -0.4 punti fil-fiduċja. Is-suq bl-agħar prestazzjoni li jsegwi fi Spanja mill-

2015 ’l hawn hu tal-“Karozzi ġodda”, li jġib punteġġ ta’ -0.4 punti fil-fiduċja u -0.3 punti fl-

aspettattivi.

9.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi ta’ Spanja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi tal-

kura personali”, l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u l-“Btajjel u ġiti f’pakkett wieħed”. It-

tlieta fil-qiegħ huma s-“Servizzi tal-elettriku”, l-“Ipoteki” u s-“Servizzi tat-telefonija mobbli”.

Mill-25 suq tal-oġġetti mistħarrġa fi Spanja, 22 iġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. It-tliet swieq tas-servizzi bl-anqas punteġġ meta

mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma s-“Servizzi tal-elettriku” (-18.1), l-“Ipoteki” (-16.8) u s-

“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-14.4). It-tliet swieq li jifdal, l-“Akkomodazzjoni għall-

btajjel”, is-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” u s-“Servizzi tal-kura

personali” jġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom.

Erbgħa mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 żiedu l-punteġġ tal-

MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-swieq l-oħra baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

L-akbar żidiet mill-2015 ’l hawn huma osservati fis-swieq tal-“Provvista tal-ilma” (+4.5), tas-

“Servizzi tal-elettriku” (+3.1) u tal-“Abbonamenti tat-TV” (+2.5). Meta mqabbla mal-2013,

10 mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 żiedu l-punteġġ tal-

MPI tagħhom, filwaqt li s-swieq l-oħra baqgħu stabbli mill-2013 ’l hawn. L-akbar żidiet mill-

2013 ’l hawn huma osservati fis-swieq tas-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (+8.7), tal-

“Kontijiet tal-bank” (+6.7) u tal-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u

titoli” (+6.0).

Il-punteġġi ġenerali tal-komponenti lkoll huma anqas mill-medja tal-UE-28 għas-swieq tas-

servizzi ta’ Spanja. Barra minn hekk, is-swieq tas-servizzi ta’ Spanja għandhom sehem ogħla

ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u sehem ogħla ta’ dawk li lmentaw minħabba l-

problemi esperjenzati, kif ukoll livell ogħla ta’ detriment, meta mqabbla mal-medja tal-UE-

28.

Is-swieq tas-servizzi ta’ Spanja baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn f’termini tal-komponenti tal-

aspettattivi, tal-għażla u tal-problemi u detriment, filwaqt li wrew punteġġi aħjar għall-

komponenti tal-kumparabbiltà u tal-fiduċja tul dan il-perjodu. Barra minn hekk, is-sehem ta’

rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqas mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-

sehem ta’ dawk li esperjenzaw problemi baqa’ stabbli. Il-livell ta’ detriment żdied mill-2015

’l hawn.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 għall-prestazzjoni f’termini ta’ komponent wieħed, is-

suq tas-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” ta’ Spanja għandu l-aqwa

prestazzjoni, hekk kif ġab punteġġ ta’ 0.4 punti aktar mill-medja tal-UE-28 għall-komponent

tal-fiduċja. Is-suq tas-servizzi bl-ogħla punteġġ li jsegwi hu s-“Servizzi ferrovjarji”, li jġib

punteġġ ta’ 0.2 punti ogħla mill-medja tal-UE-28 għall-komponent tal-aspettattivi. Għall-

kuntrarju, is-suq għas-“Servizzi tal-elettriku” fi Spanja għandu l-agħar prestazzjoni f’termini

ta’ komponent speċifiku (-2.7 fil-fiduċja u -2.2 fil-kumparabbiltà), segwit mis-swieq għall-

“Ipoteki” (-2.7 fil-fiduċja), għall-“Kontijiet tal-bank” (-2.1 fil-fiduċja), u għas-“Servizzi tat-

telefonija fissa” (-2.0 fil-fiduċja).

Page 138: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

137

Il-prestazzjoni tas-swieq tas-servizzi ta’ Spanja f’termini ta’ komponent wieħed turi li s-suq

tal-“Provvista tal-ilma” tjieb l-aktar mill-2015 ’l hawn f’termini ta’ tliet komponenti, jiġifieri

l-għażla (+0.6 punti), il-kumparabbiltà (+0.6 punti) u l-fiduċja (+0.5 punti). Iż-żewġ swieq bl-

ogħla punteġġ li jsegwu huma l-“Abbonamenti tat-TV” (+0.5 fil-fiduċja) u l-“Ipoteki” (+0.5

fil-kumparabbiltà). Is-swieq tas-servizzi li naqsu l-aktar mill-2015 ’l hawn huma: l-“Ipoteki”

(-0.6 fil-problemi u detriment), is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (-0.4 fl-aspettattivi), is-

“Servizzi tat-telefonija fissa” (-0.4 fl-aspettattivi), is-“Servizzi postali” (-0.3 fil-problemi u

detriment) u s-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (-0.3 fil-problemi u detriment).

Page 139: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

138

10. FRANZA

10.1.Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fi Franza hu ta’ 83.6, li hu ogħla mill-

medja tal-UE-28 (+3.5). Il-punteġġ tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti ta’ Franza hu ta’ 84.2 u

għas-swieq tas-servizzi hu ta’ 83.3; it-tnejn huma ogħla mill-medja tal-UE-28, b’1.5 u b’4.6

punti rispettivament.

Franza tikklassifika fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tal-oġġetti tal-“Ilbies u

żraben” u għas-suq tas-servizzi tal-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u

titoli”.

Page 140: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

139

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI ta’ Franza baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, bis-suq tal-oġġetti kif

ukoll is-suq tas-servizzi li ma wrew ebda tibdil fil-punteġġ medju tal-MPI tagħhom.

10.2.Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti ta’ Franza f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Għamara u

tagħmir tad-dar”, l-“Apparati domestiċi żgħar” u n-“Nuċċalijiet u lentijiet”. It-tlieta fil-qiegħ

huma: il-“Karozzi ġodda”, il-“Karozzi użati” u l-“Prodotti tal-ħalib”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fi Franza, tmienja jġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, immexxija mill-“Karozzi użati” (+6.7), mil-

“Laħam u prodotti tal-laħam” (+3.2) u mill-“Ilbies u żraben” (+2.8). Is-suq tal-“Prodotti tal-

ħalib” (-0.8) hu l-uniku suq tal-oġġetti ta’ Franza b’punteġġ tal-MPI anqas mill-medja tal-UE-

28.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti individwali misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, il-

“Prodotti tal-ICT” hu l-uniku suq tal-oġġetti ta’ Franza li żied il-punteġġi tal-MPI tiegħu mill-

2015 ’l hawn (+1.4). Is-swieq għall-“Prodotti elettroniċi” (-1.7) u għall-“Fjuwil għall-vetturi”

(-1.5) naqqsu l-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn. Meta mqabbla mal-2013, mill-

15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, is-swieq tal-oġġetti Franċiżi

kollha żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom, ħlief għall-“Ilbies u żraben”, li baqa’ stabbli mill-

2013 ’l hawn. L-akbar żidiet mill-2013 ’l hawn huma osservati fis-swieq għall-“Għamara u

tagħmir tad-dar” (+6.6), għall-“Prodotti ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (+6.5) u għall-

“Mediċini mhux bir-riċetta” (+6.4).

Mill-ħames komponenti tal-MPI, il-kumparabbiltà, il-fiduċja u l-problemi u detriment

għandhom prestazzjoni aħjar mill-medja tal-UE-28. Madankollu, is-swieq tal-oġġetti Franċiżi

jġibu punteġġ anqas għall-komponenti tal-aspettattivi u tal-għażla meta mqabbla mal-medja

tal-UE-28. Barra minn hekk, Franza għandha livell ogħla ta’ detriment meta mqabbla mal-

medja tal-UE-28. Min-naħa l-oħra, is-swieq tal-oġġetti tagħha għandhom sehem anqas ta’

rispondenti li esperjenzaw problemi u sehem anqas ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

Meta mqabbel mal-2015, il-komponent tal-problemi u detriment hu l-uniku komponent li juri

punteġġ akbar. Il-punteġġi għall-komponenti tal-fiduċja u tal-aspettattivi għas-swieq tal-

oġġetti Franċiżi naqsu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-komponenti tal-kumparabbiltà u tal-

għażla baqgħu stabbli. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-

sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqsu mill-2015 ’l hawn,

filwaqt li l-livell ta’ detriment baqa’ stabbli tul dan il-perjodu.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni ta’ Franza

f’termini ta’ komponent speċifiku huma l-“Karozzi użati” (+1.7 punti), il-“Laħam u prodotti

tal-laħam” (+1.0 punt), il-“Fjuwil għall-vetturi” (+0.9 punti), l-“Ilbies u żraben” (+0.8 punti) u

l-“Prodotti tal-ICT” (+0.7 punti), li lkoll iġibu l-ogħla punteġġ fil-komponent tal-fiduċja.

Għall-kuntrarju, is-swieq tal-oġġetti bl-agħar prestazzjoni meta mqabbla mal-medja tal-UE-28

huma l-“Karozzi ġodda” (-0.5 fl-aspettattivi), il-“Prodotti tal-ħalib” (-0.4 kemm fl-għażla kif

ukoll fl-aspettattivi), in-“Nuċċalijiet u lentijiet” (-0.4 fl-aspettattivi) u l-“Prodotti tal-kura

personali” (-0.3 fl-għażla).

Meta mqabbla mal-2015, is-swieq tal-oġġetti li tjiebu l-aktar f’termini ta’ komponent wieħed

huma l-“Karozzi użati” (+0.3 fil-problemi u detriment), il-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+0.3

Page 141: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

140

fil-problemi u detriment), il-“Prodotti tal-ICT” (+0.2 kemm fil-fiduċja kif ukoll fil-problemi u

detriment) u l-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+0.2 fl-aspettattivi). Għall-kuntrarju, is-suq tal-

“Prodotti elettroniċi” naqas l-aktar f’termini ta’ komponent wieħed mill-2015 ’l hawn (-0.4 fl-

aspettattivi), segwit mis-swieq għall-“Mediċini mhux bir-riċetta” u għall-“Fjuwil għall-

vetturi”, li t-tnejn ġabu punteġġ ta’ -0.3 punti kemm fil-komponent tal-fiduċja kif ukoll tal-

aspettattivi.

10.3.Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi ta’ Franza f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Abbonamenti

tat-TV”, is-“Servizzi tal-kura personali” u l-“Assigurazzjoni tal-vetturi”. It-tlieta fil-qiegħ

huma: is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”, il-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali

privati u titoli” u l-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja”.

Mill-25 suq tal-oġġetti mistħarrġa fi Franza, 23 iġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-MPI tagħhom. It-tliet swieq tas-servizzi bl-aqwa punteġġ meta mqabbla mal-

medja tal-UE-28 huma l-“Abbonamenti tat-TV” (+7.3), is-“Servizzi tal-elettriku” (+7.3) u s-

“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+7.1). Iż-żewġ swieq li jifdal, l-“Akkomodazzjoni għall-

btajjel” u s-“Servizzi tal-kura personali” jġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28 f’termini

tal-punteġġ tal-MPI tagħhom.

Tlieta mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 żiedu l-punteġġ tal-

MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn, immexxija mis-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (+2.9), mill-

“Ipoteki” (+2.2) u mill-“Abbonamenti tat-TV” (+1.7). Min-naħa l-oħra, erba’ swieq tas-

servizzi naqsu f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn, bl-akbar tnaqqis li

ġie osservat għas-swieq tas-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (-3.0), tal-“Kontijiet tal-bank” (-

1.8) u tal-“Assigurazzjoni tad-dar” (-1.5). Il-25 suq tas-servizzi kollha li ġew mistħarrġa

kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2013 ’l hawn,

immexxija mill-“Provvista tal-internet” (+8.4), mill-“Assigurazzjoni tal-vetturi” u mis-

“Servizzi tat-telefonija mobbli” (it-tnejn +8.0).

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tas-servizzi Franċiżi ġeneralment għandhom

prestazzjoni aħjar mill-medja għall-komponenti kollha. Barra minn hekk, is-swieq tas-servizzi

Franċiżi għandhom sehem anqas ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u sehem anqas ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

Madankollu, il-livell ta’ detriment hu allinjat mal-medja tal-UE-28.

Is-swieq tas-servizzi Franċiżi baqgħu stabbli f’termini tal-punteġġi tal-komponenti tal-

kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-għażla mill-2015 ’l hawn. Hu biss il-komponent tal-

aspettattivi li naqas mill-2015 ’l hawn, u l-punteġġ tal-problemi u detriment biss żdied. Barra

minn hekk, il-livell ta’ detriment u s-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi t-tnejn

naqsu meta mqabbla mal-2015. Is-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati baqa’ stabbli tul dan il-perjodu.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tal-“Provvista tal-ilma” fi Franza ġab l-ogħla

punteġġ f’termini ta’ komponent wieħed (+1.7 fl-għażla). Is-swieq tas-servizzi bl-ogħla

punteġġ li jsegwu huma s-“Servizzi ferrovjarji” (+1.4 fl-għażla), is-“Servizzi tat-telefonija

mobbli” (+1.3 fil-fiduċja), is-“Servizzi tal-elettriku” (+1.3 fil-fiduċja) u s-“Servizzi tal-

proprjetà immobbli” (+1.2 fil-fiduċja). Għall-kuntrarju, is-suq tal-“Akkomodazzjoni għall-

btajjel” għandu l-anqas punteġġ fi Franza (-0.3 kemm fl-għażla kif ukoll fl-aspettattivi),

Page 142: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

141

segwit mis-swieq għas-“Servizzi tal-kura personali” (-0.3 fl-aspettattivi u -0.2 fl-għażla) u l-

“Btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” (-0.2 fl-aspettattivi).

Meta mqabbla mar-riżultati għall-2015, is-swieq tas-servizzi Franċiżi li tjiebu l-aktar f’termini

ta’ komponent wieħed huma l-“Abbonamenti tat-TV” (+0.4 fil-kumparabbiltà), is-“Servizzi

ta’ kiri tal-vetturi” (+0.4 fil-fiduċja u +0.3 fl-aspettattivi), l-“Ipoteki” (+0.4 fil-problemi u

detriment) u l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli (+0.3 fil-

problemi u detriment). Min-naħa l-oħra, is-suq tas-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” ra l-akbar

tnaqqis mill-2015 ’l hawn f’termini ta’ tliet komponenti, jiġifieri l-aspettattivi (-0.5 punti), l-

għażla (-0.4 punti) u l-fiduċja (-0.3 punti). Iż-żewġ swieq bl-anqas punteġġ li jsegwu huma l-

“Akkomodazzjoni għall-btajjel” (-0.4 fl-aspettattivi) u l-“Assigurazzjoni tad-dar” (-0.3 fl-

aspettattivi).

Page 143: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

142

11. IL-KROAZJA

11.1.Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fil-Kroazja hu ta’ 73.2, li hu anqas

mill-medja tal-UE-28 (-7.0). Il-punteġġ tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti tal-Kroazja hu ta’ 74.2

u għas-swieq tas-servizzi tagħha hu ta’ 72.6; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28, b’8.5

u b’6.0 punti rispettivament.

Il-Kroazja tikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għall-15-il suq tal-oġġetti tagħha u

għal 13 mill-25 suq tas-servizzi tagħha.

Page 144: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

143

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Kroazja baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, minkejja tnaqqis fil-

punteġġ ġenerali tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti tagħha (-1.7). Il-punteġġ tal-MPI għas-swieq

tas-servizzi tagħha baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn.

11.2.Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti tal-Kroazja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma x-“Xarbiet

alkoħoliċi”, il-“Prodotti tal-kura personali” u n-“Nuċċalijiet u lentijiet”. It-tlieta bl-agħar

punteġġ huma tal-“Laħam u prodotti tal-laħam”, tal-“Karozzi użati” u tal-“Ilbies u żraben”.

Il-15-il suq tal-oġġetti kollha fil-Kroazja jġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28 f’termini

tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. Is-swieq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-17.7), tal-“Karozzi

użati” (-10.7) u tal-“Prodotti elettroniċi” (-10.5) huma t-tliet swieq bl-agħar prestazzjoni meta

mqabbla mal-medja tal-UE-28.

L-ebda wieħed mis-seba’ swieq tal-oġġetti individwali misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-

2017 ma wera żieda meta mqabbel mal-2015. Żewġ swieq tal-oġġetti naqsu mill-2015 ’l

hawn, bl-akbar tnaqqis li deher fis-suq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-5.6), segwit mill-

“Karozzi użati” (-2.5). Sebgħa mill-15-il suq tal-oġġetti individwali mistħarrġa kemm fl-2013

kif ukoll fl-2017 juru żieda fil-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2013 ’l hawn, filwaqt li żewġ

swieq biss juru tnaqqis tul dan il-perjodu. Is-swieq għall-“Fjuwil għall-vetturi” (+4.8), għax-

“Xarbiet alkoħoliċi” (+4.2) u għall-“Prodotti ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (+3.4) juru

l-akbar żieda mill-2013 ’l hawn. Il-“Prodotti elettroniċi” (-4.4) u l-“Laħam u prodotti tal-

laħam” (-4.0) naqsu mill-2013 ’l hawn.

Is-swieq tal-oġġetti tal-Kroazja għandhom l-agħar prestazzjoni mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-komponenti kollha. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi hu ogħla mill-medja, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati hu anqas. Il-livell ta’ detriment hu allinjat mal-medja tal-UE-28.

Meta mqabbla mal-2015, il-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-

għażla naqsu għas-swieq tal-oġġetti tal-Kroazja, filwaqt li l-punteġġ tal-komponent tal-

problemi u detriment baqa’ stabbli tul dan il-perjodu. Barra minn hekk, is-sehem ta’

rispondenti li esperjenzaw problemi ukoll żdied mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli tul

dan il-perjodu.

L-ebda suq tal-oġġetti tal-Kroazja ma ġab punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-28 f’termini ta’

komponent speċifiku. Is-suq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” għandu l-agħar prestazzjoni,

b’2.8 punti u b’2.5 punti anqas mill-medja tal-UE-28 fil-komponenti tal-fiduċja u tal-

kumparabbiltà rispettivament. Is-swieq tal-Kroazja bl-anqas punteġġ li jsegwu huma l-

“Karozzi użati” (-2.1 punt), il-“Prodotti tal-ħalib” (-1.9 punti) u l-“Ilbies u żraben” (-1.8

punti), u t-tlieta li huma għandhom l-agħar punteġġ għall-komponent tal-fiduċja, meta

mqabbla mal-medja tal-UE-28.

Fir-rigward tal-prestazzjoni f’termini ta’ komponent wieħed, is-suq tal-“Karozzi ġodda” tal-

Kroazja hu l-uniku wieħed li rreġistra xi titjib mill-2015 ’l hawn (+0.3 punti fil-problemi u

detriment). Min-naħa l-oħra, is-suq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” ra l-akbar tnaqqis mill-

2015 ’l hawn f’termini ta’ tliet komponenti, jiġifieri l-kumparabbiltà (-0.8 punti), l-għażla (-

0.7 punti) u l-aspettattivi (-0.5 punti). Is-suq bl-agħar prestazzjoni li jsegwi fil-Kroazja mill-

Page 145: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

144

2015 ’l hawn hu tal-“Karozzi użati”, li jġib punteġġ ta’ -0.5 punti fil-problemi u detriment u -

0.4 punti fil-fiduċja.

11.3.Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi tal-Kroazja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi tal-

kura personali”, l-“Assigurazzjoni tal-vetturi” u s-“Servizzi tal-linji tal-ajru”. It-tlieta fil-qiegħ

huma s-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”, l-“Ipoteki” u l-“Abbonamenti tat-TV”.

Mill-25 suq tal-oġġetti mistħarrġa fil-Kroazja, 23 iġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. It-tliet swieq tas-servizzi bl-agħar punteġġ meta

mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma l-“Abbonamenti tat-TV” (-11.5), is-“Servizzi ta’

manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-11.2) u s-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (-11.0).

Iż-żewġ swieq tas-servizzi li jifdal, is-“Servizzi tal-kura personali” u l-“Assigurazzjoni tal-

vetturi” jġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom.

Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, it-tlieta li ġejjin raw titjib

fil-punteġġ tagħhom mill-2015 ’l hawn: is-“Servizzi ferrovjarji” (+7.0), is-“Servizzi tal-

elettriku” (+3.0) u s-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (+2.8). Tul l-istess perjodu, is-“Servizzi

ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-5.4), is-“Servizzi postali” (-4.1) u l-

“Assigurazzjoni tad-dar” (-2.4) raw tnaqqis fil-punteġġ tal-MPI tagħhom, filwaqt li l-

prestazzjoni ta’ 17-il suq baqgħet stabbli. Meta mqabbla mal-2013, il-prestazzjoni ta’ 13 mill-

25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebet, u l-punteġġ ta’ suq

wieħed biss naqas. Is-swieq tas-“Servizzi ferrovjarji” (+7.2), tal-“Ipoteki” u tal-“Prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (it-tnejn +6.7) juru l-akbar żidiet meta

mqabbla mal-2013, filwaqt li s-suq tas-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-

3.5) hu l-uniku wieħed li juri tnaqqis tul dan il-perjodu.

Hekk kif inhu l-każ għas-swieq tal-oġġetti tal-Kroazja, il-punteġġi tal-komponenti kollha

huma agħar mill-medja tal-UE-28 għas-swieq tas-servizzi tagħha. Madankollu, filwaqt li s-

sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi hu ogħla mill-medja tal-UE-28, is-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment huma anqas.

Għall-kuntrarju tas-swieq tal-oġġetti tagħha, mill-2015 ’l hawn is-swieq tas-servizzi tal-

Kroazja baqgħu stabbli f’termini tal-komponenti u tas-subkomponenti kollha, kif ukoll

f’termini tas-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba problemi esperjenzati.

Għall-kuntrarju tas-swieq tal-oġġetti tal-Kroazja, uħud mis-swieq tas-servizzi tagħha

rreġistraw punteġġi ogħla mill-medja tal-UE-28 għal komponent speċifiku. Is-suq bl-aqwa

prestazzjoni f’dan ir-rigward hu dak tas-“Servizzi tal-linji tal-ajru” (+0.3 kemm fl-aspettattivi

kif ukoll fil-fiduċja), segwit mill-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (+0.2 kemm fl-għażla kif ukoll

fil-problemi u detriment) u mis-“Servizzi tal-kura personali” (+0.2 fl-għażla). Min-naħa l-

oħra, is-swieq tas-servizzi bl-anqas punteġġ f’termini ta’ komponent wieħed, meta mqabbla

mal-medja tal-UE-28, huma l-“Abbonamenti tat-TV” (-2.0 fil-fiduċja), l-“Ipoteki” (-2.0 fil-

kumparabbiltà), is-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-1.7 fil-

kumparabbiltà), il-“Provvista tal-ilma” (-1.7 fil-fiduċja) u s-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u

tal-lotterija offlajn” (-1.6 fl-aspettattivi).

Is-suq tal-“Ipoteki” tal-Kroazja tjieb l-aktar mill-2015 ’l hawn f’termini tal-prestazzjoni għal

komponent wieħed (+0.9 fil-fiduċja). L-aktar suq li tjieb li jsegwi hu s-“Servizzi ferrovjarji”,

li rreġistra l-akbar punteġġi għal erba’ komponenti, jiġifieri l-għażla, l-aspettattivi (it-tnejn

Page 146: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

145

+0.7), il-fiduċja u l-problemi u detriment (it-tnejn +0.6 punti). Għall-kuntrarju, is-suq tas-

“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” kellu l-akbar tnaqqis mill-2015 ’l hawn, u

ġab l-anqas punteġġ f’termini ta’ tliet komponenti, jiġifieri l-fiduċja u l-kumparabbiltà (-0.8

punti f’kull wieħed) u l-aspettattivi (-0.5 punti). Iż-żewġ swieq tas-servizzi bl-agħar

prestazzjoni li jsegwu fil-Kroazja mill-2015 ’l hawn huma s-“Servizzi postali” u s-“Servizzi

tat-telefonija fissa”, li ġabu punteġġi ta’ -0.6 u ta’ -0.5 punti rispettivament, it-tnejn li huma

għall-komponent tal-problemi u detriment.

Page 147: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

146

12. L-ITALJA

12.1.Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fl-Italja hu ta’ 76.4, li hu anqas mill-

medja tal-UE-28 (-3.8). Il-punteġġ tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti tal-Italja hu ta’ 80.3 u għas-

swieq tas-servizzi tagħha hu ta’ 74.0; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28, b’2.4 u b’4.7

punti rispettivament.

L-Italja tikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tal-oġġetti tal-“Mediċini

mhux bir-riċetta” u għal 10 swieq tas-servizzi.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Italja naqas b’1.1 punt mill-2015 ’l hawn. B’mod simili, il-

punteġġi ġenerali tal-MPI tas-suq tal-oġġetti (-1.0) u tas-servizzi (-1.1) naqsu wkoll.

Page 148: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

147

12.2.Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti tal-Italja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma n-“Nuċċalijiet u

lentijiet”, l-“Apparati domestiċi żgħar” u x-“Xarbiet alkoħoliċi”. It-tlieta fil-qiegħ huma: il-

“Karozzi użati”, il-“Fjuwil għall-vetturi” u l-“Laħam u prodotti tal-laħam”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fl-Italja, 13 iġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. Is-swieq tal-oġġetti bl-agħar prestazzjoni meta

mqabbla mal-UE-28 huma l-“Fjuwil għall-vetturi” (-6.4), il-“Karozzi użati” (-4.2) u l-“Laħam

u prodotti tal-laħam” (-3.4). Iż-żewġ swieq tal-oġġetti li jifdal, “Nuċċalijiet u lentijiet” u

“Prodotti tal-ICT”, iġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI

tagħhom.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, l-ebda wieħed ma

żdied mill-2015 ’l hawn. L-uniku suq li naqas fil-punteġġ tal-MPI tiegħu mill-2015 ’l hawn

hu tal-“Karozzi ġodda” (-1.9). Meta mqabbla mal-2013, erbgħa mill-15-il suq tal-oġġetti

mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 żdiedu, immexxija mill-“Fjuwil għall-vetturi”

(+4.9), mill-“Apparati domestiċi żgħar” (+2.9) u min-“Nuċċalijiet u lentijiet” (+2.3). L-ebda

wieħed mis-swieq ma wera tnaqqis mill-2013 ’l hawn.

Il-punteġġi tal-komponenti tal-fiduċja, tal-aspettattivi, tal-kumparabbiltà u tal-għażla għas-

swieq tal-oġġetti tal-Italja huma anqas mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġ tal-

komponent tal-problemi u detriment hu allinjat mal-medja tal-UE-28. Is-sehem ta’ rispondenti

li lmentaw minħabba problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment it-tnejn huma ogħla għas-

swieq tal-oġġetti Taljani meta mqabbla mal-medja tal-UE-28. Is-sehem ta’ dawk li

esperjenzaw problemi bis-swieq tal-oġġetti Taljani hu allinjat mal-medja tal-UE-28.

B’mod ġenerali, hemm tnaqqis notevoli fil-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà u tal-

fiduċja għas-swieq tal-oġġetti Taljani mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-komponenti tal-

aspettattivi, tal-għażla u tal-problemi u detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Barra

minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw

minħabba l-problemi esperjenzati baqgħu stabbli wkoll tul dan il-perjodu, u hekk ukoll il-

livell ta’ detriment.

Is-suq tal-oġġetti Taljan bl-aqwa punteġġ f’termini ta’ komponent wieħed, meta mqabbel mal-

medja tal-UE-28, hu tan-“Nuċċalijiet u lentijiet” (+0.2 punti fl-aspettattivi), segwit mil-

“Laħam u prodotti tal-laħam” (+0.2 fil-problemi u detriment) u mill-“Mediċini mhux bir-

riċetta” (+0.1 fil-problemi u detriment). Min-naħa l-oħra, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” hu

s-suq tal-oġġetti bl-agħar prestazzjoni meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, hekk kif ġab

punteġġ ta’ -1.2 punti kemm għall-komponenti tal-aspettattivi kif ukoll tal-fiduċja. Is-swieq

bl-anqas punteġġ li jsegwu huma tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-1.1 punt), tal-“Karozzi

użati” (-0.9 punti) u tal-“Prodotti tal-ħalib” (-0.9 punti), li lkoll għandhom l-agħar punteġġ

f’termini tal-komponent tal-fiduċja.

Fost is-swieq tal-oġġetti Taljani, is-suq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” biss tjieb f’termini

ta’ komponent wieħed mill-2015 ’l hawn (+0.2 fil-problemi u detriment). Madankollu, dan is-

suq wera wkoll l-akbar tnaqqis f’termini ta’ komponent wieħed (fiduċja: -0.8 punti), segwit

mis-swieq għall-“Karozzi użati”, għall-“Karozzi ġodda” u għall-“Mediċini mhux bir-riċetta”,

li lkoll juru tnaqqis ta’ -0.4 punti mill-2015 ’l hawn għall-komponent tal-fiduċja.

Page 149: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

148

12.3.Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi tal-Italja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi tal-

kura personali”, l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u s-“Servizzi tal-linji tal-ajru”, filwaqt li l-

“Provvista tal-ilma”, is-“Servizzi tal-elettriku” u s-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” jinsabu

fl-estrem l-ieħor tal-lista.

Mill-25 suq tal-oġġetti mistħarrġa fl-Italja, 21 iġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. It-tliet swieq tas-servizzi bl-agħar punteġġ meta

mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma l-“Provvista tal-ilma” (-9.9), is-“Servizzi tat-tram, tax-

xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” u s-“Servizzi tat-telefonija fissa” (it-tnejn -9.2).

L-erba’ swieq tas-servizzi li jifdal iġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28 f’termini tal-

punteġġ tal-MPI tagħhom.

Meta mqabbla mal-2015, ħamsa mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-

2017 urew tnaqqis fil-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-5.5),

bil-“Provvista tal-internet” (-4.2) u bis-“Servizzi tal-elettriku” (-4.1) li wrew l-akbar tnaqqis.

L-ebda wieħed mis-swieq ma wera titjib tul dan il-perjodu. Meta mqabbla mal-2013, 13 mill-

25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu, bl-akbar żidiet fis-swieq

tas-“Servizzi ferrovjarji” (+7.7), tal-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (+5.3) u tal-“Kontijiet tal-

bank” (+5.0). Tliet swieq tas-servizzi naqsu mill-2013 ’l hawn: is-“Servizzi tat-telefonija

mobbli” (-5.4), is-“Servizzi tat-telefonija fissa” (-4.8) u l-“Provvista tal-internet” (-3.1).

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, il-komponenti kollha għandhom prestazzjoni anqas mill-

medja. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk

li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati fl-Italja t-tnejn għandhom medja ogħla mill-UE-

28, u hekk ukoll il-livell ta’ detriment.

Il-punteġġi medji tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-għażla

għas-swieq tas-servizzi tal-Italja naqsu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-komponent tal-problemi

u detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Barra minn hekk, filwaqt li s-sehem ta’

rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati żdied mill-2015 ’l hawn, il-livell ta’

detriment naqas tul dan il-perjodu. Is-sehem ta’ dawk li esperjenzaw problemi baqa’ stabbli

mill-2015 ’l hawn.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-suq tas-servizzi bl-aqwa punteġġ f’termini ta’

komponent wieħed hu tas-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (+0.3 punti fil-

kumparabbiltà). Warajh hemm is-swieq tas-“Servizzi tal-linji tal-ajru” u s-“Servizzi tal-kura

personali” (li ġabu punteġġ ta’ +0.3 punti u ta’ +0.2 punti rispettivament, it-tnejn għall-

komponent tal-kumparabbiltà), u s-swieq tal-“Kontijiet tal-bank” u tal-“Akkomodazzjoni

għall-btajjel” (it-tnejn ġabu punteġġ ta’ +0.1 punt ogħla mill-medja tal-UE-28 għall-

komponent tal-problemi u detriment). Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, is-suq tal-“Provvista tal-

ilma” għandu l-agħar punteġġ f’termini ta’ komponent speċifiku meta mqabbel mal-medja tal-

UE-28 (-1.7 għall-fiduċja u -1.5 għall-għażla), segwit mis-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank

lokali, tal-metrò u tal-underground” (-1.7 fl-għażla), mis-“Servizzi tal-elettriku” (-1.6 fil-

fiduċja) u mill-“Kontijiet tal-bank” (-1.5 fil-fiduċja).

Is-suq għas-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” fl-Italja tjieb

l-aktar f’termini ta’ komponent wieħed mill-2015 ’l hawn. Żdied f’termini ta’ żewġ

komponenti, jiġifieri l-kumparabbiltà u l-problemi u detriment (b’punteġġ ta’ +0.4 punti fit-

tnejn). Wara dan hemm is-“Servizzi ferrovjarji” (+0.4 punti fil-problemi u detriment u +0.3 fl-

Page 150: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

149

aspettattivi) u l-“Kontijiet tal-bank” (+0.3 fil-problemi u detriment). Għall-kuntrarju, is-suq

tas-“Servizzi tal-elettriku” naqas l-aktar mill-2015 ’l hawn (-1.0 fil-fiduċja u -0.7 fil-

kumparabbiltà), segwit mis-swieq għas-“Servizzi tat-telefonija mobbli” u għall-“Provvista tal-

internet” (-0.8 punti kull wieħed fil-fiduċja) u għas-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (-0.7

punti fil-fiduċja).

Page 151: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

150

13. ĊIPRU

13.1.Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI tas-swieq kollha mistħarrġa f’Ċipru hu ta’ 79.4, li hu anqas mill-

medja tal-UE-28 (-0.7). Il-punteġġ tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 82.5, li hu allinjat mal-medja

tal-UE-28. B’punteġġ tal-MPI ta’ 77.4, is-swieq tas-servizzi jġibu 1.2 punti anqas mill-medja

tal-UE-28.

Ċipru jikklassifika fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-swieq tas-servizzi tal-“Prodotti

tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” u tas-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”.

Madankollu, dan jikklassifika wkoll fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għal erba’ swieq tas-

servizzi.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI ta’ Ċipru baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, bis-suq tal-oġġetti kif

ukoll is-suq tas-servizzi li ma wrew ebda tibdil fil-punteġġ medju tal-MPI tagħhom.

Page 152: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

151

13.2.Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti f’Ċipru f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma x-“Xarbiet

alkoħoliċi”, il-“Prodotti tal-ħalib” u n-“Nuċċalijiet u lentijiet”. Is-swieq tal-oġġetti bl-agħar

prestazzjoni huma tal-“Karozzi użati”, tal-“Fjuwil għall-vetturi” u tal-“Prodotti tal-ICT”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa f’Ċipru, is-suq tal-“Apparati domestiċi żgħar” (-2.1) biss

juri punteġġ tal-MPI anqas meta mqabbel mal-medja tal-UE-28. L-14-il suq tal-oġġetti li

jifdal iġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom.

Meta mqabbla mal-2015, wieħed biss mis-seba’ swieq mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-

2017 żied il-punteġġ tal-MPI tiegħu, filwaqt li żewġ swieq naqsu tul dan il-perjodu. Is-suq tal-

“Fjuwil għall-vetturi” żdied bi 3.3 punti. Is-swieq tal-“Prodotti tal-ICT” (-3.0) u tal-“Laħam u

prodotti tal-laħam” (-2.4) it-tnejn juru tnaqqis. Meta mqabbla mal-2013, is-swieq kollha ħlief

tlieta mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 juru tnaqqis fil-

punteġġ tal-MPI tagħhom. Is-swieq tal-“Karozzi użati” (-8.1), tal-“Prodotti elettroniċi” (-7.0)

u tal-“Għamara u tagħmir tad-dar” (-6.5) juru l-akbar tnaqqis. Is-swieq tal-oġġetti li jifdal

baqgħu stabbli mill-2013 ’l hawn.

Il-punteġġ tal-komponent tal-fiduċja għas-swieq tal-oġġetti f’Ċipru hu anqas mill-medja tal-

UE-28, filwaqt li punteġġ tal-komponent tal-għażla hu ogħla mill-medja. Il-punteġġi tal-

komponenti li jifdal għall-kumparabbiltà, għall-aspettattivi u għall-problemi u detriment huma

allinjati mal-medja tal-UE-28. Is-swieq tal-oġġetti wkoll jirreġistraw livell għoli ta’ detriment

meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, iżda sehem anqas ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi. Is-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati hu allinjat mal-

medja tal-UE-28.

Il-komponent tal-kumparabbiltà biss naqas mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-komponenti tal-

fiduċja, tal-aspettattivi, tal-għażla u tal-problemi u detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn, u hekk ukoll il-

livell ta’ detriment.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, il-ħames swieq tal-oġġetti bl-aqwa punteġġ f’Ċipru

f’termini ta’ komponent wieħed huma l-“Ilbies u żraben” (+0.4 fil-kumparabbiltà), il-“Fjuwil

għall-vetturi” (+0.4 fl-għażla), il-“Karozzi ġodda” (+0.4 fl-aspettattivi), l-“Għamara u tagħmir

tad-dar” (+0.3 fl-għażla) u l-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+0.3 fl-għażla). Min-naħa l-oħra, is-

suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” jġib l-agħar punteġġ f’termini ta’ komponent wieħed (fiduċja),

b’-0.6 punti anqas mill-medja tal-UE-28. Iż-żewġ swieq tal-oġġetti bl-agħar punteġġ li jsegwu

huma l-“Mediċini mhux bir-riċetta” (-0.5 fil-kumparabbiltà u -0.4 fil-fiduċja) u l-“Apparati

domestiċi żgħar” (-0.4 fil-fiduċja u -0.3 fil-kumparabbiltà).

Mis-swieq tal-oġġetti kollha f’Ċipru, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” juri l-akbar titjib għat-

tliet komponenti mill-2015 ’l hawn, jiġifieri l-fiduċja (+1.0 punt), l-aspettattivi (+0.6 punti), u

l-għażla (+0.5 punti). Għall-kuntrarju, is-suq tal-oġġetti bl-akbar tnaqqis f’termini ta’

komponent wieħed mill-2015 ’l hawn hu tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-0.6 fil-

kumparabbiltà), segwit mill-“Prodotti tal-ICT” (-0.5 fil-prodotti tal-ICT u -0.4 punti fl-

aspettattivi) u mill-“Prodotti elettroniċi” (-0.3 fl-aspettattivi). Is-suq tal-“Laħam u prodotti tal-

laħam” juri wkoll tnaqqis ta’ 0.3 għall-komponent tal-aspettattivi.

Page 153: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

152

13.3.Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi f’Ċipru f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi tal-

kura personali”, l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u s-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi”. It-tlieta

fil-qiegħ huma l-“Ipoteki”, s-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” u s-“Servizzi tal-elettriku”.

Mit-23 suq tal-oġġetti mistħarrġa f’Ċipru, sebgħa għandhom prestazzjoni aħjar mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, filwaqt li 10 iġibu punteġġ inferjuri. It-tliet

swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni meta mqabbla mal-UE-28 huma: is-“Servizzi tal-

proprjetà immobbli” (+7.0), il-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”

(+6.7) u s-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+5.6). Is-suq għall-“Ipoteki” (-16.3) hu dak bl-

agħar prestazzjoni meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, segwit mis-“Self, kreditu u karti tal-

kreditu” (-9.9) u mill-“Kontijiet tal-bank” (-7.4).

Mill-2015 ’l hawn, tnejn mill-21 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017

żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom, filwaqt li tliet swieq urew tnaqqis tul dan il-perjodu. B’mod

partikolari, il-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (+5.4) u s-

“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (+4.6) żdiedu, filwaqt li l-“Provvista tal-ilma” (-4.1), is-“Servizzi

ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-3.5) u l-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (-2.7) naqsu

mill-2015 ’l hawn. Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, suq

tas-servizzi wieħed biss, il-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”

(+4.8), wera żieda fil-punteġġ tal-MPI tiegħu mill-2013 ’l hawn, filwaqt li 13-il suq tas-

servizzi rreġistraw tnaqqis tul dan il-perjodu. Is-swieq għall-“Ipoteki” (-15.0), għas-“Self,

kreditu u karti tal-kreditu” (-11.1) u għall-“Kontijiet tal-bank” (-10.4) urew l-akbar tnaqqis

mill-2013 ’l hawn.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, il-komponenti kollha ħlief il-problemi u detriment, li

jġib punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28, għandhom prestazzjoni agħar mill-medja tal-UE-

28. Barra minn hekk, il-livell ta’ detriment tas-swieq tas-servizzi ta’ Ċipru hu ogħla mill-

medja, filwaqt li s-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati huma allinjati mal-medja tal-UE-28.

Bħal fis-swieq tal-oġġetti, il-kumparabbiltà hi l-uniku komponent li għalih il-punteġġ naqas

mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-punteġġi tal-komponenti tal-fiduċja, tal-aspettattivi, tal-għażla

u tal-problemi u detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Barra minn hekk, is-sehem ta’

rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn, u hekk ukoll il-livell ta’ detriment.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tas-servizzi ta’ Ċipru li għandu l-ogħla punteġġ

f’termini ta’ komponent speċifiku hu dak tal-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali

privati u titoli” (+1.4 fil-kumparabbiltà). Dan hu segwit mis-“Servizzi tal-proprjetà

immobbli”, li jġib l-aqwa punteġġ f’termini ta’ tliet komponenti, jiġifieri l-fiduċja (+1.1 punt),

l-aspettattivi (+0.9 punti) u l-kumparabbiltà (+0.8 punti). Is-suq bl-ogħla punteġġ li jsegwi hu

s-“Servizzi tat-telefonija mobbli”, li jġib punteġġ ta’ +0.8 punti ogħla mill-medja tal-UE-28

għall-komponent tal-kumparabbiltà. Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, is-suq tal-“Ipoteki” f’Ċipru

għandu l-anqas punteġġ meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 f’termini ta’ tliet komponenti,

jiġifieri l-fiduċja (-2.4 punti), l-għażla (-1.6), u l-aspettattivi (-1.5 punti). Is-swieq bl-anqas

prestazzjoni li jsegwu huma s-“Servizzi tal-elettriku” (-2.1 fl-għażla) u s-“Servizzi tat-tram,

tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (-1.6 fil-kumparabbiltà).

Page 154: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

153

Is-suq li wera l-akbar titjib mill-2015 ’l hawn f’termini ta’ komponent wieħed hu s-“Servizzi

ta’ kiri tal-vetturi” (+0.9 fil-kumparabbiltà), segwit mis-“Servizzi postali” (+0.9 fl-għażla) u l-

“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (b’punteġġ ta’ +0.6 kull

wieħed fil-komponenti tal-għażla, tal-kumparabbiltà u tal-fiduċja). Għall-kuntrarju, is-swieq

tas-servizzi bl-agħar prestazzjoni mill-2015 ’l hawn huma: il-“Provvista tal-ilma” (-1.4 fil-

kumparabbiltà u -0.8 fl-għażla), is-“Servizzi tal-elettriku”, is-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank

lokali, tal-metrò u tal-underground” (b’punteġġ ta’ -1.3 punti u ta’ -1.0 punt rispettivament, it-

tnejn fil-komponent tal-kumparabbiltà) u l-Ipoteki (-0.6 fl-aspettattivi).

Page 155: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

154

14. IL-LATVJA

14.1.Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fil-Latvja hu ta’ 79.5, li hu anqas

mill-medja tal-UE-28 (-0.7). Il-punteġġ tal-MPI għas-swieq tal-oġġett tal-Latvja hu ta’ 80.1, li

hu 2.6 punti anqas mill-medja tal-UE-28. Il-punteġġ għas-swieq tas-servizzi tagħha hu ta’

79.1, li hu 0.4 punti ogħla mill-medja tal-UE-28.

Il-Latvja tikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-swieq tal-oġġetti tal-“Ilbies u

żraben” u tal-“Għamara u tagħmir tad-dar”.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Latvja baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, minkejja tnaqqis fil-

punteġġ ġenerali tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti tagħha (-1.0). Il-punteġġ tal-MPI għas-swieq

tas-servizzi tal-Latvja baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn.

Page 156: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

155

14.2.Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti tal-Latvja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Fjuwil għall-

vetturi”, il-“Prodotti tal-ħalib” u n-“Nuċċalijiet u lentijiet”. It-tlieta fil-qiegħ huma: il-

“Karozzi użati”, l-“Ilbies u żraben” u l-“Laħam u prodotti tal-laħam”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fil-Latvja, huma biss is-swieq għall-“Fjuwil għall-

vetturi” (+2.8) u għall-“Karozzi ġodda” (+1.9) li għandhom prestazzjoni aħjar mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. Għall-kuntrarju, 11-il suq tal-oġġetti

għandhom prestazzjoni inferjuri meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, bis-swieq tal-“Ilbies u

żraben” (-9.3), tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-6.7) u tal-“Karozzi użati “(-6.6) li juru l-

akbar diskrepanzi negattivi.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, hu biss is-suq tal-

“Karozzi ġodda” (+3.3) li tjieb mill-2015 ’l hawn filwaqt li s-swieq għall-“Karozzi użati” (-

3.6), għall-“Prodotti tal-ICT” (-2.2) u għal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-2.0) li naqsu fil-

punteġġ tal-MPI tagħhom tul dan il-perjodu. Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-

2013 kif ukoll fl-2017, is-suq tal-“Ilbies u żraben” (+4.4) biss tjieb mill-2013 ’l hawn, filwaqt

li tmien swieq urew tnaqqis fil-punteġġ tal-MPI tagħhom tul dan il-perjodu. Is-swieq tal-

“Karozzi użati” (-4.2), tal-“Mediċini mhux bir-riċetta” (-3.5) u tal-“Għamara u tagħmir tad-

dar” (-3.1) urew l-akbar tnaqqis mill-2013 ’l hawn.

Il-punteġġi medji tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-problemi

u detriment għas-swieq tal-oġġetti huma anqas mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġ tal-

komponent tal-għażla hu allinjat mal-medja. Barra minn hekk, il-livell ta’ detriment hu ogħla

fis-swieq tal-oġġetti tal-Latvja meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, filwaqt li s-sehem ta’

rispondenti li lmentaw minħabba problemi esperjenzati hu anqas. Barra dan, is-sehem ta’

dawk li esperjenzaw problemi bis-swieq tal-oġġetti tal-Latvja hu allinjat mal-medja tal-UE-

28.

Il-punteġġi medji tal-komponenti tal-kumparabbiltà u tal-fiduċja għas-swieq tal-oġġetti tal-

Latvja naqsu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-komponenti tal-aspettattivi u tal-problemi u

detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Barra minn hekk, is-sehem medju ta’ rispondenti

li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqas mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’

dawk li esperjenzaw problemi u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” tal-Latvja għandu l-

ogħla punteġġ f’termini ta’ komponent speċifiku; dan iġib l-aqwa punteġġ għal tliet

komponenti, jiġifieri l-għażla (+0.6 punti), il-kumparabbiltà u l-aspettattivi (+0.5 punti f’kull

wieħed). Iż-żewġ swieq tal-oġġetti bl-ogħla punteġġ li jsegwu meta mqabbla mal-medja tal-

UE-28 huma l-“Karozzi ġodda” (+0.5 fl-aspettattivi) u x-“Xarbiet alkoħoliċi” (+0.4 fl-

għażla). Għall-kuntrarju, meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tal-oġġetti bl-agħar

punteġġ tal-Latvja f’termini ta’ komponent wieħed huma: tal-“Karozzi użati” (-1.7 fil-fiduċja

u -1.1 fil-kumparabbiltà), tal-“Ilbies u żraben” (-1.3 fil-fiduċja u ta’ -1.1 fil-kumparabbiltà), u

tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-1.3 fil-fiduċja).

Mis-swieq tal-oġġetti kollha tal-Latvja, is-suq tal-“Karozzi ġodda” hu dak li tejjeb il-

prestazzjoni tiegħu l-aktar mill-2015 ’l hawn f’termini ta’ komponent wieħed, speċifikament

għall-fiduċja (+0.6 punti), għall-aspettattivi (+0.4 punti), u għall-għażla (+0.4 punti). Min-

naħa l-oħra, is-suq tal-“Karozzi użati” naqas l-aktar mill-2015 ’l hawn (-0.6 fil-kumparabbiltà

Page 157: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

156

u fil-fiduċja), segwit mill-“Prodotti elettroniċi” (-0.6 fil-fiduċja), il-“Laħam u prodotti tal-

laħam” (-0.5 fl-għażla) u l-“Fjuwil għall-vetturi” (-0.4 fil-fiduċja).

14.3.Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi tal-Latvja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Kontijiet tal-

bank”, is-“Servizzi tal-kura personali” u l-“Assigurazzjoni tal-vetturi”, filwaqt li t-tlieta bl-

agħar punteġġ huma l-“Provvista tal-ilma”, is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” u s-“Servizzi

tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn”.

Għaxra mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa għandhom prestazzjoni aħjar meta mqabbla mal-

medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-swieq tal-“Kontijiet tal-bank”

(+8.1), tal-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (+3.9) u tas-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-

metrò u tal-underground” (+3.5) li kellhom l-aqwa prestazzjoni minnhom ilkoll. Min-naħa l-

oħra, ħames swieq ġabu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28, bis-suq tal-“Provvista tal-ilma”

(-8.3) li ġab l-agħar punteġġ, segwit mis-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn”

(-4.7) u mis-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-4.0).

Erbgħa mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-2015 ’l

hawn, bis-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (+5.1), is-

“Servizzi tal-elettriku” (+3.5) u l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u

titoli” (+2.5) fuq quddiem nett. Is-swieq għas-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-8.2), għas-

“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (-3.4) u għas-“Servizzi tat-telefonija fissa” (-2.4) għandhom

l-agħar prestazzjoni meta mqabbla mal-2015. Meta mqabbla mal-2013, il-punteġġ tal-MPI ta’

disgħa mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjieb, filwaqt li l-

punteġġ tal-MPI ta’ erba’ swieq naqas tul dan il-perjodu. Is-swieq tal-“Provvista tal-ilma”

(+7.9), tas-“Servizzi tal-elettriku” (+7.1) u tas-“Servizzi tal-gass” (+6.3) żdiedu l-aktar mill-

2013 ’l hawn. B’mod simili għat-tqabbil mal-2015, is-swieq tas-“Servizzi tat-telefonija

mobbli” (-6.9), tas-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-4.7) u tas-“Servizzi

tat-telefonija fissa” (-3.6) huma s-swieq tas-servizzi li wrew l-akbar tnaqqis mill-2013 ’l

hawn.

Il-punteġġi medji tal-komponenti tal-aspettattivi u tal-problemi u detriment għas-swieq tas-

servizzi tal-Latvja huma ogħla mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġi tal-komponenti tal-

fiduċja u tal-kumparabbiltà huma allinjati mal-medja. Madankollu, il-komponent tal-għażla

jġib punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati t-

tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-livell ta’ detriment hu allinjat mal-medja.

Il-punteġġi medji tal-komponenti tal-għażla u tal-aspettattivi tal-Latvja tjiebu mill-2015 ’l

hawn għas-swieq tas-servizzi, filwaqt li l-punteġġ tal-komponent tal-fiduċja naqas tul dan il-

perjodu. Kemm il-punteġġ tal-komponent tal-kumparabbiltà kif ukoll dak tal-komponent tal-

problemi u detriment baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn. Filwaqt li s-sehem ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, is-sehem ta’ dawk li lmentaw

minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment it-tnejn naqsu tul dan il-perjodu

għas-swieq tas-servizzi tal-Latvja.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tal-“Kontijiet tal-bank” tal-Latvja juri l-akbar

titjib f’termini ta’ tliet komponenti, b’punteġġi ogħla mill-medja għall-aspettattivi (+1.2

punti), għall-fiduċja (+1.1 punt) u għall-għażla (+0.7 punti). Isegwuh hemm is-swieq tas-

“Servizzi ferrovjarji” (+1.1 fl-aspettattivi) u tal-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (+1.0 fil-

Page 158: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

157

kumparabbiltà). Għall-kuntrarju, is-suq tal-“Provvista tal-ilma” għandu l-anqas punteġġ meta

mqabbel mal-medja tal-UE-28 f’termini ta’ komponent speċifiku (-2.0 fl-għażla u -1.1 fil-

kumparabbiltà). Is-swieq tas-servizzi bl-anqas punteġġ li jsegwu huma: is-“Servizzi tal-

logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-2.0 fl-aspettattivi), is-“Servizzi tal-gass” (-1.2 fl-

għażla), u s-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-0.9 fil-fiduċja).

Meta mqabbla mal-2015, is-suq għas-“Servizzi tal-elettriku” tjieb l-aktar f’termini ta’

komponent wieħed (+1.0 fl-għażla) mis-swieq tas-servizzi kollha tal-Latvja. Iż-żewġ swieq

bl-ogħla punteġġ li jsegwu huma s-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-

underground” (+0.7 fl-aspettattivi u +0.6 kemm fil-kumparabbiltà kif ukoll fl-għażla) u s-

“Servizzi ferrovjarji” (+0.6 fl-aspettattivi). Mill-2015 ’l hawn, is-suq tas-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” ra l-akbar tnaqqis f’termini ta’ tliet komponenti, jiġifieri l-fiduċja (-1.1

punt), il-kumparabbiltà (-1.0 punt), u l-għażla (-0.8 punti). Iż-żewġ swieq l-oħra bl-agħar

punteġġ huma s-“Servizzi tat-telefonija fissa” (-0.8 fil-fiduċja) u s-“Servizzi tal-proprjetà

immobbli” (-0.7 fl-aspettattivi).

Page 159: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

153

15. IL-LITWANJA

15.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fil-Litwajna hu ta’ 81.6, li hu

ogħla mill-medja tal-UE-28 (+1.4). Kemm is-suq tal-oġġetti kif ukoll tas-servizzi

għandhom punteġġ tal-MPI ta’ 81.6. Madankollu, is-swieq tas-servizzi biss iġibu punteġġ

ogħla mill-medja tal-UE-28 (2.9 ogħla minnha), filwaqt li s-swieq tal-oġġetti jġibu punteġġ

1.2 punti anqas mill-medja tal-UE-28.

Il-Litwanja tikklassifika fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-swieq tas-“Servizzi tat-

telefonija mobbli”, tas-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” u tas-“Servizzi ferrovjarji”.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Litwanja tjieb b’0.6 punti mill-2015 ’l hawn. Il-punteġġ

ġenerali tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti tjieb b’1.2 punti mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-

punteġġ tas-swieq tas-servizzi baqa’ stabbli.

Page 160: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

154

15.2. Swieq tal-oġġetti

L-aħjar tliet swieq tal-oġġetti fil-Litwanja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Fjuwil

għall-vetturi”, in-“Nuċċalijiet u lentijiet” u l-“Prodotti tal-ħalib”. It-tlieta tal-qiegħ huma s-

swieq tal-“Karozzi użati”, tal-“Ilbies u żraben” u tal-“Laħam u prodotti tal-laħam”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fil-Litwanja, tlieta għandhom prestazzjoni aħjar mill-

medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom: is-swieq tal-“Fjuwil għall-vetturi”

(+5.0), tal-“Karozzi ġodda” (+1.9) u tal-“Prodotti tal-ICT” (+1.2). Għall-kuntrarju, sitt

swieq tal-oġġetti għandhom prestazzjoni anqas mill-medja tal-UE-28, bis-swieq tal-“Ilbies

u żraben” (-6.4), il-“Karozzi użati” (-6.1) u l-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-3.2) bl-agħar

prestazzjoni minnhom kollha.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, il-“Laħam u

prodotti tal-laħam” (+3.1) u l-“Fjuwil għall-vetturi” (+2.9) biss tjiebu mill-2015 ’l hawn,

filwaqt li s-swieq l-oħra baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Meta mqabbla mal-2013, erbgħa

mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu, filwaqt li s-

swieq l-oħra baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Meta mqabbla mal-2013, is-swieq tal-

“Fjuwil għall-vetturi” (+6.3), tal-“Karozzi użati” (+4.7) u tal-“Laħam u prodotti tal-laħam”

(+2.4) juru l-akbar żieda.

Il-punteġġi medji tal-komponenti tal-aspettattivi u tal-għażla tas-swieq tal-oġġetti tal-

Litwanja huma ogħla mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-

fiduċja u tal-problemi u detriment huma anqas mill-medja. Barra minn hekk, is-sehem

medju ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi fis-swieq tal-oġġetti tal-Litwanja hu ogħla

mill-medja tal-UE-28. Is-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati u l-livell ta’ detriment huma allinjati mal-medja tal-UE-28.

Il-punteġġi medji tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-aspettattivi tas-swieq tal-oġġetti

żdiedu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-komponenti tal-għażla u tal-problemi u detriment

baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn, għad li s-sehem ta’

rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati żdied tul dan il-perjodu.

F’termini tad-differenza għal komponent wieħed, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” fil-

Litwanja għandu l-ogħla punteġġ meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, hekk kif ġab l-ogħla

punteġġ fi tliet komponenti, jiġifieri l-kumparabbiltà, l-għażla u l-aspettattivi (+1.0 punt,

+0.7 punti, u +0.6 punti rispettivament). Is-suq bl-ogħla punteġġ li jsegwu hu tal-“Karozzi

ġodda”, b’punteġġ ta’ +0.7 fl-għażla u ta’ +0.6 fl-aspettattivi. Għall-kuntrarju, is-suq tal-

“Karozzi użati” jirrappreżenta l-anqas punteġġ (-1.5 fil-fiduċja u -0.9 fil-kumparabbiltà)

meta mqabbel mal-medja tal-UE-28. Iż-żewġ swieq tal-oġġetti bl-anqas punteġġ li jsegwu

huma: l-“Ilbies u żraben” (-0.9 fil-kumparabbiltà u -0.8 fil-fiduċja) u l-“Mediċini mhux bir-

riċetta” (-0.9 fil-fiduċja).

Fost is-swieq tal-oġġetti kollha fil-Litwanja, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” tjieb l-aktar

għal komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn (+0.7 fil-fiduċja u +0.5 fil-kumparabbiltà).

Swieq tal-oġġetti oħra li tjiebu mill-2015 ’l hawn huma tal-“Laħam u prodotti tal-laħam”

(+0.6 fil-fiduċja u +0.4 fil-kumparabbiltà) u tal-“Karozzi ġodda” (+0.4 fl-għażla). Is-suq

tal-“Karozzi ġodda” hu wkoll l-uniku wieħed fil-Litwanja li ra tnaqqis mill-2015 ’l hawn

għal komponent wieħed (-0.5 fil-problemi u detriment).

Page 161: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

155

15.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fil-Litwanja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi

tal-kura personali”, is-“Servizzi ferrovjarji” u l-“Assigurazzjoni tal-vetturi”, u l-aħħar tlieta

huma s-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn”, il-“Prodotti tal-investiment,

pensjonijiet personali privati u titoli” u s-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa, 18 ġabu punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-28 f’termini

tal-MPI tagħhom, immexxija mis-“Servizzi ferrovjarji” (+10.4) u segwit mis-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” (+7.8) u mill-“Provvista tal-internet” (+6.9). Min-naħa l-oħra, tliet

swieq biss kellhom prestazzjoni anqas mill-medja tal-UE-28, jiġifieri s-“Servizzi tal-

logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-5.8), is-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija

tal-vetturi” (-2.4) u l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (-1.6).

Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, tmien swieq tas-

servizzi tjiebu mill-2015 ’l hawn, immexxija mis-swieq tal-“Provvista tal-ilma” (+3.4), tal-

“Provvista tal-internet” (+3.1) u tas-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+2.9). Ħames swieq

naqqsu l-punteġġ tal-MPI tagħhom tul dan il-perjodu wkoll, bil-“Prodotti tal-investiment,

pensjonijiet personali privati u titoli” (-3.9), l-“Assigurazzjoni tal-vetturi” u s-“Servizzi

ferrovjarji” (it-tnejn -2.4) li juru l-akbar tnaqqis. Minkejja t-tnaqqis tiegħu mill-2015 ’l

hawn, is-suq tal-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” juri żieda

ċara meta mqabbel mal-2013 (+4.8), flimkien ma’ disa’ swieq oħra. Meta mqabbla mal-

2013, is-swieq l-oħra li tjiebu l-aktar mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif

ukoll fl-2017 huma s-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (+5.3) u l-

“Ipoteki” (+4.1). Għall-kuntrarju, żewġ swieq tal-oġġetti naqqsu l-punteġġ tal-MPI

tagħhom mill-2013 ’l hawn. is-“Servizzi postali” (-2.3) u s-“Servizzi tal-kura personali” (-

1.7).

Il-punteġġi tal-komponenti kollha għas-swieq tas-servizzi fil-Litwanja huma aħjar mill-

medja tal-UE-28. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-

sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati t-tnejn huma allinjati mal-

medja tal-UE-28, filwaqt li l-livell ta’ detriment hu anqas mill-medja tal-UE-28.

Il-punteġġi medji tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-għażla tas-swieq tas-servizzi żdiedu mill-

2015 ’l hawn, filwaqt li l-komponent tal-problemi u detriment baqa’ stabbli tul dan il-

perjodu. Il-komponent tal-kumparabbiltà juri tnaqqis stabbli mill-2015 ’l hawn. Barra minn

hekk, is-sehem medju ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-

livell ta’ detriment żdiedu mill-2015 ’l hawn. Is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi ġeneralment baqa’ stabbli tul dan il-perjodu.

Is-suq tas-servizzi bl-aqwa prestazzjoni għal komponent speċifiku b’rabta mal-medja tal-

UE-28 hu s-suq tas-“Servizzi ferrovjarji”, li jġib l-ogħla punteġġ fi tliet komponenti,

jiġifieri l-aspettattivi (+1.4 punti), l-għażla (+1.3 punti), u l-fiduċja (+1.1 punt). Is-swieq

tas-servizzi bl-aqwa prestazzjoni li jsegwu fil-Litwanja huma tas-“Servizzi tat-telefonija

mobbli” (+1.1 fl-għażla) u tas-“Servizzi postali” (+1.1 fil-kumparabbiltà). Fuq in-naħa l-

oħra tal-iskala, is-suq tas-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” għandu l-

anqas punteġġ meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 (-1.9 fl-aspettattivi u -1.1 fil-fiduċja),

segwit mis-“Servizzi tal-elettriku” (-0.8 fl-għażla), mill- “Prodotti tal-investiment,

pensjonijiet personali privati u titoli” (-0.5 fil-fiduċja) u mis-“Servizzi ta’ manutenzjoni u

ta’ tiswija tal-vetturi” (-0.5 fil-problemi u detriment).

Page 162: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

156

Is-suq tas-servizzi tal-“Provvista tal-ilma” fil-Litwanja juri l-akbar titjib għal komponent

speċifiku mill-2015 ’l hawn (+1.0 fil-fiduċja u +0.6 fl-aspettattivi), segwit mill-“provvista

tal-internet” (+0.7 fl-għażla), mill-“Btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” (+0.5 fil-fiduċja) u mis-

“Servizzi tal-elettriku” (+0.5 fil-fiduċja). Mill-2015 ’l hawn, is-suq tal-oġġetti fil-Litwanja

li naqas l-aktar hu tas-“Servizzi tal-gass” (-0.9 fil-kumparabbiltà), segwit mill-“Prodotti

tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (-0.6 fl-aspettattivi u -0.5 fil-

kumparabbiltà), mis-“Servizzi ferrovjarji” (-0.5 fil-kumparabbiltà) u mis-“Servizzi tat-

tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (-0.4 fil-kumparabbiltà).

Page 163: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

157

16. IL-LUSSEMBURGU

16.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fil-Lussemburgu hu ta’ 84.8, li hu

ogħla mill-medja tal-UE-28 (+4.6). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 85.6 u l-

punteġġ tal-MPI tas-swieq tas-servizzi hu ta’ 84.3; it-tnejn huma ogħla mill-medja tal-UE-

28, b’2.9 u b’5.6 punti rispettivament.

Il-Lussemburgu jikklassifika fost l-aħjar tliet pajjiżi tal-UE-28 għal ħames swieq tal-

oġġetti u għal seba’ swieq tas-servizzi.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Lussemburgu baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, bis-suq tal-

oġġetti kif ukoll is-suq tas-servizzi li ma wrew ebda tibdil fil-punteġġ medju tal-MPI

tagħhom.

16.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti fil-Lussemburgu f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-

“Apparati domestiċi żgħar”, il-“Prodotti elettroniċi” u n-“Nuċċalijiet u lentijiet”. Dawk it-

Page 164: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

158

tlieta bl-agħar prestazzjoni huma l-“Karozzi użati”, il-“Karozzi ġodda” u l-“Ilbies u

żraben”.

Tnax mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fil-Lussemburgu għandhom prestazzjoni aħjar

mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-suq tal-“Karozzi użati”

(+7.5) li jġib l-ogħla punteġġ meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, segwit mill-“Prodotti

elettroniċi” u mill-“Fjuwil għall-vetturi” (it-tnejn +4.2). It-tliet swieq tal-oġġetti li jifdal

iġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28.

L-ebda wieħed mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 ma

żied il-punteġġ tal-MPI tiegħu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-punteġġi ta’ żewġ biss naqsu

tul dan il-perjodu. L-akbar tnaqqis seħħ fis-seħħ għal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-2.8),

segwit mill-“Mediċini mhux bir-riċetta” (-1.6). Ħdax mill-15-il suq tal-oġġetti individwali

mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-2013 ’l hawn. L-akbar żidiet seħħew

fil-“Prodotti ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (+6.6), fin-“Nuċċalijiet u lentijiet”

(+5.9) u fil-“Fjuwil għall-vetturi” (+5.5). Is-swieq l-oħra baqgħu stabbli mill-2013 ’l hawn.

Minbarra tendenza negattiva mill-2015 ’l hawn, il-punteġġi tal-komponenti kollha għal-

Lussemburgu huma aħjar medja tal-UE-28. Barra minn hekk, fis-swieq tal-oġġetti, is-

sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-

problemi esperjenzati t-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28. Madankollu, il-livell ta’

detriment hu agħar mill-medja tal-UE-28 għas-swieq tal-oġġetti b’mod ġenerali.

Meta mqabbla mal-2015, il-punteġġi medji tas-swieq tal-oġġetti għall-fiduċja, għall-għażla

u għall-aspettattivi naqsu, filwaqt li l-komponent tal-kumparabbiltà baqa’ stabbli u l-

komponent tal-problemi u detriment żdied tul dan il-perjodu. Barra minn hekk, is-sehem

medju ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi għas-swieq tal-oġġetti naqas mill-2015 ’l

hawn, u hekk ukoll il-livell ta’ detriment. Ma seħħ ebda tibdil mill-2015 ’l hawn f’termini

tas-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, il-prestazzjoni tas-swieq għas-swieq tal-oġġetti fil-

Lussemburgu għal komponent wieħed hu l-ogħla għall-“Karozzi użati” (+1.7 punti), għall-

“Fjuwil għall-vetturi” (+1.0 punt), għal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+0.9 punti), għall-

“Prodotti elettroniċi” (+0.9 punti) u għall-“Karozzi ġodda” (+0.9 punti), li lkoll ġabu l-

aħjar punteġġ għall-komponent tal-fiduċja. Għall-kuntrarju, is-suq tax-“Xarbiet alkoħoliċi”

għandu l-anqas punteġġi meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 (-0.3 fl-għażla u -0.2 fl-

aspettattivi), segwit mill-“Prodotti tal-ħalib” (-0.2 fl-għażla).

F’termini tal-prestazzjoni tas-swieq għal komponent wieħed, is-suq għall-“Fjuwil għall-

vetturi” fil-Lussemburgu tjieb l-aktar mill-2015 ’l hawn (+0.6 fil-problemi u detriment),

segwit mill-“Karozzi użati”, mill-“Mediċini mhux bir-riċetta” u mill-“Prodotti tal-ICT” (it-

tlieta kollha kemm huma ġabu punteġġ ta’ +0.3 fil-problemi u detriment) u mill-“Prodotti

elettroniċi” (+0.2 fil-problemi u detriment). Għad li s-suq tal-“Mediċini mhux bir-riċetta”

jġib punteġġ għoli għall-problemi u detriment, dan juri l-akbar tnaqqis mill-2015 ’l hawn

għall-komponent tal-għażla (-0.4 punti). Is-swieq tal-oġġetti bl-anqas punteġġ li jsegwu

mill-2015 ’l hawn huma s-swieq għal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (0.4 punti kull wieħed

fl-aspettattivi, fil-fiduċja u fl-għażla) u għall-“Karozzi użati” (-0.3 fl-aspettattivi).

16.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fil-Lussemburgu f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-

“Servizzi tal-gass”, l-“Abbonamenti tat-TV” u s-“Servizzi tal-kura personali”. L-agħar

Page 165: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

159

tlieta huma s-swieq għas-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”, għall-“Prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” u għall-“Assigurazzjoni privata tal-

ħajja”.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fil-Lussemburgu, 23 għandhom punteġġ ogħla tal-MPI

meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, bis-“Servizzi tal-elettriku” (+9.1), is-“Servizzi

ferrovjarji” u l-“Abbonamenti tat-TV” (it-tnejn +8.6) li għandhom l-aqwa prestazzjoni

meta mqabbla mal-medja tal-UE-28. Iż-żewġ swieq li jifdal, l-“Akkomodazzjoni għall-

btajjel” u s-“Servizzi tal-kura personali” jġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28.

Mit-23 suq tas-servizzi individwali mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, is-suq tas-

“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” biss tjieb (+1.9) mill-2015 ’l hawn. Tliet swieq tas-servizzi

naqsu tul dan il-perjodu, jiġifieri l-“Provvista tal-ilma” (-3.0), il-“Provvista tal-internet” (-

1.7) u s-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-1.6). Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm

fl-2013 kif ukoll fl-2017, 23 tjiebu mill-2013 ’l hawn, għad li l-punteġġi tal-MPI għall-

“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” u għall-“Assigurazzjoni

privata tal-ħajja” baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. L-aktar suq li tjieb mill-2013 ’l hawn

hu s-“Servizzi tal-gass” (+7.8), segwit mill-“Kontijiet tal-bank” (+7.1) u mill-

“Abbonamenti tat-TV” (+7.0). Iż-żewġ swieq li jifdal ma rreġistrawx tibdil tul dan il-

perjodu.

Bħal fir-rigward tas-swieq tal-oġġetti, il-komponenti kollha jġibu punteġġ ogħla mill-

medja tal-UE-28 għas-swieq tas-servizzi fil-Lussemburgu. Barra minn hekk, is-sehem ta’

rispondenti li esperjenzaw problemi hu anqas mill-medja tal-UE-28, filwaqt li s-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment it-tnejn huma

allinjati mal-medja tal-UE-28.

Meta mqabbla mal-2015, il-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-

għażla u tal-aspettattivi għas-swieq tas-servizzi naqsu, filwaqt li l-komponent tal-problemi

u detriment biss żdiedu tul dan il-perjodu. Bħal fir-rigward tas-swieq tal-oġġetti, is-sehem

ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u l-livell ta’ detriment it-tnejn naqsu mill-2015 ’l

hawn. Madankollu, is-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati

żdied tul dan il-perjodu.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tas-servizzi bl-aqwa prestazzjoni tal-

Lussemburgu huma: il-“Provvista tal-ilma” (+1.7 fl-għażla), is-“Servizzi ferrovjarji” (+1.7

fl-għażla), is-“Servizzi tal-elettriku” (+1.5 fil-fiduċja), is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”

(+1.4 fil-fiduċja) u s-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+1.4 fil-fiduċja). Fuq in-naħa l-oħra

tal-iskala, is-suq tas-servizzi għall-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” hu l-uniku wieħed fil-

Lussemburgu li għandu prestazzjoni anqas mill-medja, b’punteġġ ta’-0.4 punti anqas mill-

medja tal-UE-28 fl-għażla u ta’ -0.2 punti anqas mill-medja tal-UE-28 fl-aspettattivi.

L-aktar swieq tas-servizzi li tjiebu f’termini ta’ komponent wieħed fil-Lussemburgu mill-

2015 ’l hawn huma: l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” (+0.7 punti), is-“Servizzi ta’ kiri tal-

vetturi” (+0.6 punti), is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (+0.5 punti), l-“Ipoteki” (+0.5

punti), u s-“Servizzi tat-telefonija fissa” (+0.5 punti), li lkoll ġabu l-aqwa punteġġ fil-

komponent tal-problemi u detriment. Għall-kuntrarju, is-suq tas-“Servizzi tal-proprjetà

immobbli” naqas l-aktar f’termini ta’ komponent wieħed mill-2015 ’l hawn (-0.6 fl-

aspettattivi u -0.5 fil-kumparabbiltà), segwit mill-“Provvista tal-ilma” (-0.5 fil-fiduċja u -

0.4 fl-aspettattivi) u mis-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-0.4 fil-kumparabbiltà).

Page 166: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

160

Page 167: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

161

17. L-UNGERIJA

17.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fl-Ungerija hu ta’ 89.6, li hu ogħla

mill-medja tal-UE-28 (+9.4). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 91.1 u l-

punteġġ tal-MPI tas-swieq tas-servizzi hu ta’ 88.7; it-tnejn huma ogħla mill-medja tal-UE-

28, b’8.4 u b’10.0 punti rispettivament.

L-Ungerija tikklassifika fost l-aħjar tliet pajjiżi tal-UE-28 għal 15-il suq tal-oġġetti u għal

22 suq tas-servizzi. Għal dawn is-swieq, l-Ungerija tikklassifika l-ewwel fost il-pajjiżi

kollha tal-UE-28 għal 14-il suq tal-oġġetti u għal 19-il suq tas-servizzi, it-tieni għal tliet

swieq oħra (suq tal-oġġetti wieħed u żewġ swieq tas-servizzi) u t-tielet għal suq tas-

servizzi wieħed.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Ungerija żdied b’6.4 punti mill-2015 ’l hawn. Kemm il-

punteġġ ġenerali tal-MPI tas-suq tal-oġġetti (+6.0) kif ukoll dak tas-servizzi (+6.6) tjiebu

mill-2015 ’l hawn.

Page 168: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

162

17.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti fl-Ungerija f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Prodotti

tal-kura personali”, il-“Prodotti tal-ħalib” u n-“Nuċċalijiet u lentijiet”. It-tliet swieq bl-

agħar prestazzjoni huma l-“Karozzi użati”, il-“Prodotti elettroniċi” u l-“Ilbies u żraben”.

Il-15-il suq tal-oġġetti kollha mistħarrġa fl-Ungerija għandhom prestazzjoni aħjar mill-

medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-swieq għall-“Karozzi ġodda”

(+10.7), għall-“Prodotti tal-kura personali” (+10.1) u għal-“Laħam u prodotti tal-laħam”

(+9.9) li ġabu l-aħjar punteġġ.

Is-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kollha kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-

2015 ’l hawn, bl-akbar żieda fil-punteġġ tal-MPI tagħhom irreġistrata għal-“Laħam u

prodotti tal-laħam” (+9.3), segwit mill-“Fjuwil għall-vetturi” u mill-“Karozzi użati” (it-

tnejn +6.6). Il-15-il suq tal-oġġetti kollha mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 ukoll

tjiebu mill-2013 ’l hawn, bl-akbar żieda fil-punteġġ tal-MPI tagħhom irreġistrata għas-

swieq tal-“Ilbies u żraben” (+18.3), tal-“Karozzi użati” (+17.4) u tal-“Laħam u prodotti tal-

laħam” (+17.1).

Il-punteġġi tal-komponenti kollha għas-swieq tal-oġġetti huma aħjar mill-medja tal-UE-28.

Barra minn hekk, is-sehem medju ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi fis-swieq tal-

oġġetti hu anqas mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-livell ta’ detriment hu allinjat mal-

medja tal-UE-28. Madankollu, is-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati hu ogħla fl-Ungerija meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 għas-swieq tal-

oġġetti.

Il-punteġġi tal-komponenti kollha fl-Ungerija tjiebu mill-2015 ’l hawn għas-swieq tal-

oġġetti. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u l-livell ta’

detriment it-tnejn naqsu tul dan il-perjodu. Madankollu, is-sehem ta’ dawk li lmentaw

minħabba l-problemi esperjenzati żdied mill-2015 ’l hawn.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tal-oġġetti bl-aqwa punteġġi fl-Ungerija

huma l-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+1.7 punti), il-“Karozzi ġodda” (+1.6 punti), il-

“Prodotti tal-kura personali” (+1.6 punti), il-“Fjuwil għall-vetturi” (+1.5 punti), u l-“Ilbies

u żraben” (+1.4 punti), li lkoll ġabu l-ogħla punteġġ għall-komponent tal-fiduċja. L-ebda

suq tal-oġġetti uniku fl-Ungerija ma juri prestazzjoni anqas mill-medja tal-UE-28.

F’termini ta’ tibdil għal komponent speċifiku, is-suq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” fl-

Ungerija tjieb l-aktar mill-2015 ’l hawn (+1.4 fil-fiduċja u +1.2 fil-kumparabbiltà), segwit

mill-“Fjuwil għall-vetturi” (+1.3 fil-fiduċja u +1.2 fil-kumparabbiltà) u mill-“Karozzi

użati” (+1.3 fil-fiduċja). L-ebda wieħed mis-swieq tal-oġġetti ma juri tnaqqis f’xi wieħed

mill-ħames komponenti mill-2015 ’l hawn.

17.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fl-Ungerija f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi

tal-elettriku”, is-“Servizzi tal-kura personali” u l-“Provvista tal-ilma”. It-tliet swieq tas-

servizzi fil-qiegħ huma s-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”, l-“Ipoteki” u s-“Servizzi tat-

tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”.

Bħal fir-rigward tas-swieq tal-oġġetti, kull wieħed mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fl-

Ungerija għandu prestazzjoni aħjar mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI

tiegħu, bis-swieq għas-“Servizzi tal-elettriku” (+17.5), għall-“Provvista tal-ilma” (+15.4) u

Page 169: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

163

għas-“Servizzi tat-telefonija fissa” (+14.3) li ġabu l-ogħla punteġġ meta mqabbla mal-

medja tal-UE-28.

Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, 22 tjiebu mill-2015 ’l

hawn, filwaqt li s-suq tal-“Assigurazzjoni tal-vetturi” biss baqa’ stabbli. L-akbar żidiet fil-

punteġġ tal-MPI huma rreġistrati għall-“Ipoteki” (+14.4), għas-“Servizzi tal-elettriku”

(+10.0) u għall-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” (+9.8). Kull wieħed mill-25 suq tal-

oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjieb mill-2013 ’l hawn, bl-akbar żidiet

fil-punteġġ tal-MPI rreġistrat għall-“Ipoteki” (+29.6), għas-“Servizzi tal-elettriku” (+23.2)

u għas-“Servizzi tal-gass” (+23.1).

Bħal bis-swieq tal-oġġetti, il-punteġġi tal-komponenti kollha huma ogħla mill-medja tal-

UE-28. Is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u l-livell ta’ detriment fis-swieq

tas-servizzi wkoll it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28. Madankollu, is-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati hu ogħla fl-Ungerija meta mqabbel

mal-UE-28 għas-swieq tas-servizzi.

B’mod simili għas-swieq tal-oġġetti, il-komponenti kollha fis-swieq tas-servizzi urew titjib

mill-2015 ’l hawn. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u l-

livell ta’ detriment naqsu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li lmentaw

minħabba l-problemi esperjenzati żdied tul dan il-perjodu.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq għas-“Servizzi tal-elettriku” fl-Ungerija

għandu l-aqwa prestazzjoni (+2.7 fil-fiduċja u +2.5 fil-kumparabbiltà). Imbagħad warajh

jiġi s-suq tal-“Provvista tal-ilma”, li ġab l-ogħla punteġġ li jsegwi fi tliet komponenti,

jiġifieri l-kumparabbiltà (+2.6 punti), l-għażla u l-fiduċja (+2.1 punt kull wieħed). L-uniku

suq fl-Ungerija li għandu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28 hu s-suq tas-“Servizzi tat-

tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”, li ġab -0.3 punti anqas mill-medja

tal-UE-28 fil-komponent tal-problemi u detriment.

Fost is-swieq tas-servizzi kollha fl-Ungerija, is-suq għall-“Ipoteki” tjieb l-aktar għal

komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn (+2.1 fil-fiduċja u +1.8 fl-aspettattivi), segwit mill-

“Provvista tal-ilma”, mis-“Servizzi tal-elettriku” u mill-“Kontijiet tal-bank” (li ġabu

rispettivament +2.0, +2.0 u +1.9 punti, kull wieħed fil-kumparabbiltà). L-ebda suq tas-

servizzi individwali fl-Ungerija ma wera tnaqqis għal komponent mill-2015 ’l hawn.

Page 170: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

164

Page 171: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

165

18. MALTA

18.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa f’Malta hu ta’ 83.2, li hu ogħla

mill-medja tal-UE-28 (+3.0). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 84.8 u l-

punteġġ tal-MPI tas-swieq tas-servizzi hu ta’ 82.1; it-tnejn huma ogħla mill-medja tal-UE-

28, b’2.0 u b’3.5 punti rispettivament.

Malta tikklassifika fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-UE-28 għal tliet swieq tal-oġġetti u erba’

swieq tas-servizzi, iżda tinsab fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tal-oġġetti tal-

“Prodotti elettroniċi u għas-suq tas-servizzi tas-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-

metrò u tal-underground”.

Page 172: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

166

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI ta’ Malta naqas b’1.3 punti mill-2015 ’l hawn. Kemm il-

punteġġ ġenerali tal-MPI tas-suq tal-oġġetti (-1.6) kif ukoll dak tas-servizzi (-1.2) naqsu

mill-2015 ’l hawn.

18.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti f’Malta f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Fjuwil għall-

vetturi”, il-“Prodotti tal-ħalib” u l-“Prodotti tal-ICT”; l-aħħar tlieta huma l-“Prodotti

elettroniċi”, il-“Karozzi użati” u l-“Għamara u tagħmir tad-dar”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa f’Malta, disgħa għandhom prestazzjoni aħjar mill-

medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. Is-swieq bl-aqwa punteġġ meta

mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma s-swieq għall-“Fjuwil għall-vetturi” (+6.4), għall-

“Karozzi użati” (+5.4) u għall-“Prodotti tal-ICT” (+4.8). Suq tal-oġġetti wieħed biss, dak

għall-“Prodotti elettroniċi” (-3.4) għandu prestazzjoni anqas mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-punteġġ tal-MPI tiegħu.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, dak tal-“Fjuwil

għall-vetturi” biss tjieb (+3.3) mill-2015 ’l hawn. Erba’ swieq naqsu fil-punteġġ tal-MPI

tagħhom, bl-akbar tnaqqis li seħħ għall-“Prodotti elettroniċi” (-6.0), segwit mill-“Karozzi

ġodda” (-4.1) u mill-“Mediċini mhux bir-riċetta” (-3.5). Mill-15-il suq tal-oġġetti

mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, tmienja tjiebu mill-2013 ’l hawn, bl-akbar

żidiet fil-punteġġ tal-MPI rreġistrat fix-“Xarbiet alkoħoliċi” (+7.3), fil-“Prodotti tal-ħalib”

(+7.0) u fil-“Fjuwil għall-vetturi” (+6.2). Tliet swieq naqsu fil-punteġġ tal-MPI tagħhom

mill-2013 ’l hawn, jiġifieri s-swieq għall-“Prodotti elettroniċi” (-3.9), għall-“Karozzi użati”

(-2.9) u għall-“Għamara u tagħmir tad-dar” (-2.4).

Il-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-aspettattivi lkoll huma ogħla

mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġ ġenerali tal-komponent tal-problemi u detriment

hu anqas mill-medja. Barra minn hekk, il-livell ta’ detriment f’Malta hu ogħla meta

mqabbel mal-medja tal-UE-28. Is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi hu allinjat

mal-medja tal-UE-28, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati hu ogħla minn dak osservat fl-UE.

Madankollu, meta mqabbel mal-2015, il-punteġġi tal-komponenti kollha marru lura ħlief

għall-punteġġ tal-komponent tal-problemi u detriment, li baqa’ stabbli. Barra minn hekk,

is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi, is-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba

l-problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” hu wkoll is-suq bl-

aqwa prestazzjoni għal komponent wieħed f’Malta (+1.3 fil-fiduċja), segwit mis-swieq

għal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+1.1 punt), għall-“Karozzi użati” (+1.0 punt), għall-

“Prodotti tal-ICT” (+0.9 punti) u għall-“Prodotti tal-ħalib” (+0.9 punti), li lkoll ġabu l-

aqwa punteġġ għall-komponent tal-fiduċja. Is-suq tal-oġġetti bl-anqas punteġġ f’Malta

għal komponent wieħed meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 hu dak tal-“Prodotti

elettroniċi”, li ġab punteġġ ta’ -0.5 fil-kumparabbiltà, ta’ -0.4 fl-għażla, u ta’ -0.4 fil-

problemi u detriment. It-tnejn li jsegwuh huma dak tal-“Apparati domestiċi żgħar” (-0.3

fil-kumparabbiltà) u dak tal-“Mediċini mhux bir-riċetta” (-0.3 fil-problemi u detriment).

Fost is-swieq tal-oġġetti kollha f’Malta, dak tal-“Fjuwil għall-vetturi” hu s-suq bl-aqwa

prestazzjoni f’termini tat-titjib tiegħu għal komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn, hekk

kif ġab l-aqwa punteġġ f’erba’ komponenti differenti, jiġifieri l-għażla (+0.5 punti), il-

Page 173: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

167

kumparabbiltà u l-fiduċja (+0.4 punti kull wieħed) u l-aspettattivi (+0.3 punti). Is-swieq

tal-oġġetti għall-“Prodotti elettroniċi” (-0.8 kemm fl-għażla kif ukoll fil-kumparabbiltà u -

0.6 fil-fiduċja) u għall-“Karzzi ġodda” (-0.6 fl-aspettattivi u -0.5 fil-kumparabbiltà)

esperjenzaw l-akbar tnaqqis f’Malta mill-2015 ’l hawn.

18.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi f’Malta f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi tal-

kura personali”, l-“Assigurazzjoni tad-dar” u l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel”. It-tliet

swieq bl-anqas punteġġ huma s-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-

underground”, l-“Abbonamenti tat-TV” u l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali

privati u titoli”.

Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa f’Malta, 19 għandhom prestazzjoni ogħla mill-medja

tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”, l-

“Ipoteki” (it-tnejn +8.2), u l-“Kontijiet tal-bank” (+6.9) li kellhom l-akbar differenza

pożittiva meta mqabbla mal-medja tal-UE-28. Is-swieq għas-“Servizzi tat-tram, tax-

xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (-6.8) u għall-“Abbonamenti tat-TV” (-6.2)

huma l-uniċi swieq tas-servizzi li ġabu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28.

L-ebda wieħed mill-21 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 f’Malta

ma tjieb. Sitt swieq raw il-punteġġ tagħhom jonqos mill-2015 ’l hawn, bl-agħar tnaqqis

irreġistrat għall-“Abbonamenti tat-TV” (-7.6), għas-“Servizzi tal-linji tal-ajru” (-3.3) u

għall-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (-2.9). Mit-23 suq

tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 f’Malta, sebgħa tjiebu mill-2013 ’l

hawn, immexxija mis-“Servizzi tal-elettriku” (+5.9), mis-“Servizzi tal-kura personali”

(+5.0) u mill-“Kontijiet tal-bank” (+3.9). Tliet swieq naqqsu l-punteġġ tal-MPI tagħhom

tul dan il-perjodu, jiġifieri s-swieq għall-“Abbonamenti tat-TV” (-8.2), għas-“Servizzi tal-

logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-3.1) u għall-“Prodotti tal-investiment,

pensjonijiet personali privati u titoli” (-2.6).

Il-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-għażla għas-

swieq tas-servizzi lkoll huma ogħla mill-medja tal-UE-28. Il-komponent tal-problemi u

detriment biss iġib punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28. Madankollu, il-livell ta’

detriment ġenerali tas-swieq tas-servizzi hu ogħla mill-medja tal-UE-28. Barra minn hekk,

is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba

l-problemi esperjenzati wkoll huma allinjati mal-medja tal-UE-28.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-komponenti tal-MPI, il-punteġġi medji fil-kumparabbiltà, fl-

aspettattivi u fl-għażla għas-swieq tas-servizzi f’Malta naqsu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li

l-komponenti tal-fiduċja u tal-problemi u detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Barra

minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati kif ukoll il-livell ta’ detriment baqgħu stabbli

mill-2015 ’l hawn.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tas-servizzi bl-aqwa prestazzjoni għal

komponent wieħed f’Malta huma l-“Kontijiet tal-bank” (+1.5 punti), is-“Self, kreditu u

karti tal-kreditu” (+1.5 punti), l-“Ipoteki” (+1.4 punti), is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”

(+1.4 punti) u s-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+1.3 punti), li lkoll ġabu punteġġ ogħla

mill-medja għall-komponent tal-fiduċja. Għall-kuntrarju, is-suq tas-“Servizzi tat-tram, tax-

xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” iġib punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28

għal tliet komponenti, l-għażla (-1.4 punti), il-kumparabbiltà (-0.8 punti) u l-problemi u

Page 174: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

168

detriment (-0.5 punti), segwit mis-suq tal-“Abbonamenti tat-TV” (-1.1 fl-għażla u -0.6 fl-

aspettattivi).

Is-suq tas-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” f’Malta

tjieb mill-2015 ’l hawn f’termini ta’ komponent wieħed (+0.8 fil-fiduċja), segwit mill-

“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” (+0.3 fil-problemi u detriment). Madankollu, is-

“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” hu s-suq bl-agħar

punteġġ mill-2015 ’l hawn għall-komponent tal-għażla (-1.2 punti), segwit mill-

“Abbonamenti tat-TV” (-1.1 fl-aspettattivi, -0.9 fl-għażla u -0.8 fil-fiduċja) u mill-

“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (-0.8 fil-kumparabbiltà).

Page 175: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

169

19. IN-NETHERLANDS

19.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fin-Netherlands hu ta’ 79.0, li hu

anqas mill-medja tal-UE-28 (-1.2). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 81.9 u l-

punteġġ tal-MPI tas-swieq tas-servizzi hu ta’ 77.2; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-

28, b’0.9 u b’1.4 punti rispettivament.

In-Netherlands jikklassifikaw fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għal erba’ swieq.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tan-Netherlands tjieb b’1.0 punt mill-2015 ’l hawn, xprunat

minn żieda ta’ 1.1 punt fil-punteġġ ġenerali tal-MPI għas-swieq tas-servizzi. Il-medja tas-

swieq tal-oġġetti baqgħet stabbli mill-2015 ’l hawn.

19.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti fin-Netherlands f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-

“Prodotti tal-ħalib”, ix-“Xarbiet alkoħoliċi” u l-“Fjuwil għall-vetturi”; it-tliet swieq tal-

Page 176: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

170

oġġetti bl-anqas punteġġ huma tal-“Karozzi użati”, tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” u tal-

“Prodotti tal-ICT”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fin-Netherlands, il-“Fjuwil għall-vetturi” (+2.3), il-

“Karozzi użati” (+1.4) u l-“Prodotti tal-ħalib” (+1.3) huma l-uniċi swieq tal-oġġetti li

għandhom prestazzjoni aħjar mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom.

Min-naħa l-oħra, seba’ swieq tal-oġġetti jġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28, bil-

“Laħam u prodotti tal-laħam” (-3.6), in-“Nuċċalijiet u lentijiet” (-2.9) u l-“Prodotti tal-

ICT” (-2.8) li jġibu l-anqas punteġġ meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

Is-seba’ swieq tal-oġġetti individwali kollha mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017

baqgħu stabbli f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom meta mqabbla mal-2015. Erbgħa

mill-15-il suq tal-oġġetti individwali mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 żdiedu

mill-2013 ’l hawn, immexxija mis-swieq għall-“Prodotti tal-ħalib” (+2.6), għall-“Prodotti

elettroniċi” u għall-“Ilbies u żraben” (it-tnejn +2.4). Is-swieq l-oħra baqgħu stabbli tul dan

il-perjodu.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tal-oġġetti għandhom punteġġ aħjar fil-

komponent tal-aspettattivi, filwaqt li l-punteġġ tal-problemi u detriment hu allinjat mal-

medja tal-UE-28. Madankollu, il-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u

tal-għażla lkoll huma anqas mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-livell ta’ detriment hu anqas

meta mqabbel mal-medja tal-UE-28. Iżda s-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi

u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati wkoll huma allinjati mal-

medja tal-UE-28.

Meta mqabbla mal-2015, il-punteġġ medju tal-komponent tal-aspettattivi tas-swieq tal-

oġġetti biss tjieb, filwaqt li l-punteġġi tal-komponenti l-oħra baqgħu stabbli. Barra minn

hekk, is-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati tjieb mill-2015

’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li esperjenzaw problemi u l-livell ta’ detriment it-tnejn

baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni fin-

Netherlands għal komponent wieħed hu l-“Fjuwil għall-vetturi” (+0.9 fl-aspettattivi u +0.3

fl-għażla), segwit mill-“Karozzi użati” (+0.5 fil-kumparabbiltà), mill-“Karozzi ġodda”

(+0.4 fil-kumparabbiltà) u mill-“Prodotti tal-ħalib” (+0.4 fl-aspettattivi). Għall-kuntrarju,

is-suq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” hu s-suq bl-agħar prestazzjoni meta mqabbel mal-

medja tal-UE-28 (-0.8 fil-fiduċja), segwit mill-“Għamara u tagħmir tad-dar” (-0.7 fil-

kumparabbiltà), mill-“Mediċini mhux bir-riċetta” (-0.6 fil-fiduċja), mill-“Prodotti tal-ICT”

(-0.5 fil-fiduċja) u mill-“Prodotti elettroniċi” (-0.5 fl-għażla).

F’termini tal-prestazzjoni tas-swieq għal komponent wieħed, is-suq tal-“Prodotti

elettroniċi” juri l-akbar titjib mis-swieq tal-oġġetti kollha fin-Netherlands mill-2015 ’l

hawn (+0.4 fil-fiduċja). Is-swieq li juru l-akbar titjib li jsegwu mill-2015 ’l hawn huma l-

“Fjuwil għall-vetturi” (+0.3 fl-aspettattivi), il-“Karozzi ġodda” (+0.3 fl-aspettattivi), il-

“Prodotti elettroniċi” (+0.2 fl-aspettattivi) u l-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+0.2 fil-

problemi u detriment). Għall-kuntrarju, is-suq tal-“Prodotti tal-ICT” hu l-uniku wieħed fin-

Netherlands li rreġistra tnaqqis mill-2015 ’l hawn, hekk kif ġab punteġġ ta’ -0.3 punti fil-

komponent tal-problemi u detriment.

Page 177: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

171

19.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fin-Netherlands f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-

“Servizzi tal-kura personali”, l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u l-“Btajjel u ġiti f’pakkett

wieħed”. It-tliet swieq tal-qiegħ huma l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali

privati u titoli”, is-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” u l-“Assigurazzjoni

privata tal-ħajja”.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fin-Netherlands, tliet swieq tas-servizzi biss, il-

“Provvista tal-ilma” (+3.2), is-“Servizzi tal-elettriku” (+2.7) u s-“Servizzi tat-telefonija

fissa” (+1.3), għandhom prestazzjoni ogħla mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-

MPI tagħhom. Ħmistax mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa jġibu punteġġ anqas mill-

medja, bis-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-7.0), il-“Prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (-6.0) u l-“Assigurazzjoni privata tal-

ħajja” (-4.9) li jġibu l-anqas punteġġ meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

Sebgħa mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-2015

’l hawn, bl-ogħla punteġġi fl-MPI rreġistrati għall-“Ipoteki” (+4.4), għall-“Prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (+4.3) u għas-“Servizzi tal-gass” (+2.8),

filwaqt li s-swieq l-oħra baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Ħmistax mill-25 suq tas-servizzi

fin-Netherlands mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-2013 ’l hawn,

immexxija mill-“Ipoteki” (+6.4), mis-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (+6.3) u mis-

“Servizzi ferrovjarji” (+5.4). Is-swieq l-oħra baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Minkejja dan, il-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-għażla huma anqas mill-

medja tal-UE-28, filwaqt li l-problemi u detriment biss ġab punteġġ marġinalment ogħla.

Is-swieq tal-oġġetti ġabu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28 għall-komponent tal-

aspettattivi. Barra minn hekk, il-livell ta’ detriment kien anqas mill-medja tal-UE-28. Barra

minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati wkoll kienu allinjati mal-medja tal-UE-28.

Il-punteġġi medji tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-għażla tas-swieq tas-servizzi tjiebu mill-

2015 ’l hawn, filwaqt li l-punteġġi għall-komponenti tal-kumparabbiltà u tal-problemi u

detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati baqgħu stabbli

bejn l-2015 u l-2017, u hekk ukoll il-livell ta’ detriment.

Il-“Provvista tal-ilma” hu s-suq tas-servizzi li ġab l-aqwa punteġġ fin-Netherlands meta

mqabbel mal-medja tal-UE-28 (+0.8 fl-aspettattivi u +0.6 fil-fiduċja). Is-swieq bl-aqwa

prestazzjoni li jsegwu huma s-“Servizzi tal-elettriku” (+0.6 fl-aspettattivi), is-“Servizzi tat-

telefonija fissa” (+0.5 fl-aspettattivi) u s-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (+0.4 fl-

aspettattivi). Għall-kuntrarju, is-swieq tas-servizzi li għandhom l-agħar prestazzjoni

f’termini ta’ komponent wieħed meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma s-“Servizzi tat-

tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (-1.1 fil-kumparabbiltà), is-

“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-1.0 fil-fiduċja u -0.9 fl-għażla), l-

“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” (-1.0 fl-għażla) u l-“Provvista tal-ilma” (-0.9 fil-

kumparabbiltà).

Mis-swieq tas-servizzi kollha fin-Netherlands, is-suq għall-“Prodotti tal-investiment,

pensjonijiet personali privati u titoli” rreġistra l-akbar żieda għal komponent speċifiku

mill-2015 ’l hawn (+0.7 fl-aspettattivi u +0.6 fil-fiduċja), segwit mis-suq għall-“Ipoteki”, li

jġib l-ogħla punteġġ għal tliet komponenti (+0.6 kemm fil-fiduċja kif ukoll fl-aspettattivi u

Page 178: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

172

+0.5 fl-għażla). Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, is-swieq li juru l-akbar tnaqqis mill-2015 ’l

hawn f’termini ta’ komponent wieħed fin-Netherlands huma: is-“Servizzi ta’ manutenzjoni

u ta’ tiswija tal-vetturi” (-0.3 fil-kumparabbiltà), is-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (-0.3 fil-

problemi u detriment u -0.3 fil-fiduċja), il-“Provvista tal-internet” (-0.3 fil-problemi u

detriment) u s-“Servizzi postali” (-0.3 fil-problemi u detriment).

Page 179: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

173

20. L-AWSTRIJA

20.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fl-Awstrija hu ta’ 84.1, li hu ogħla

mill-medja tal-UE-28 (+3.9). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 85.0 u l-

punteġġ tal-MPI tas-swieq tas-servizzi hu ta’ 83.6; it-tnejn huma ogħla mill-medja tal-UE-

28, b’2.2 u b’4.9 punti rispettivament.

L-Awstrija tikklassifika fost l-aħjar tliet pajjiżi tal-UE-28 għal erba’ swieq tal-oġġetti u

għal erba’ swieq tal-oġġetti.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Awstrija baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, bis-suq tal-

oġġetti kif ukoll is-suq tas-servizzi li ma wrew ebda tibdil fil-punteġġ ġenerali tal-MPI

tagħhom.

Page 180: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

174

20.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti fl-Awstrija f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma n-

“Nuċċalijiet u lentijiet”, l-“Apparati domestiċi żgħar” u l-“Prodotti elettroniċi”. It-tlieta tal-

qiegħ huma s-swieq tal-“Karozzi ġodda”, tal-“Karozzi użati” u tal-“Laħam u prodotti tal-

laħam”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fl-Awstrija, 12 għandhom prestazzjoni aħjar mill-

medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. Is-swieq tal-oġġetti bl-ogħla

punteġġ fl-Awstrija meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma l-“Karozzi użati” (+6.7), il-

“Laħam u prodotti tal-laħam” u l-“Ilbies u żraben” (it-tnejn +3.0). It-tliet swieq tal-oġġetti

li jifdal iġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, is-suq tal-“Laħam

u prodotti tal-laħam” biss żied il-punteġġ tal-MPI tiegħu mill-2015 ’l hawn. Żewġ swieq

juru tnaqqis mill-2015 ’l hawn, bl-akbar wieħed li seħħ għas-suq tal-“Prodotti tal-ICT” (-

2.0), segwit mill-“Prodotti elettroniċi oħra” (-1.6), filwaqt li s-swieq l-oħra baqgħu stabbli

tul dan il-perjodu. Mill-2013 ’l hawn, 13 mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-

2013 kif ukoll fl-2017 żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom, bl-akbar żidiet fis-swieq tal-

“Karozzi użati” (+11.9), tal-“Ilbies u żraben” (+11.2) u tal-“Fjuwil għall-vetturi” (+11.0).

Is-suq għall-“Karozzi ġodda” (-1.6) biss naqqas il-punteġġ tal-MPI tiegħu mill-2013 ’l

hawn.

Il-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-problemi u detriment huma

aħjar mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġi tal-komponenti tal-aspettattivi u tal-

għażla huma allinjati mal-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati

huma anqas mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-livell ta’ detriment hu ogħla.

F’termini tal-prestazzjoni fil-livell tal-komponenti, il-punteġġ tal-problemi u detriment biss

tjieb mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-punteġġi għall-komponenti tal-aspettattivi u tal-għażla

naqsu tul dan il-perjodu. Il-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà u tal-fiduċja baqgħu

stabbli mill-2015 ’l hawn. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi naqas mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-

problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment it-tnejn baqgħu l-istess tul dan il-perjodu.

F’termini tal-prestazzjoni tas-swieq għal komponent speċifiku, is-suq tal-“Karozzi użati”

fl-Awstrija għandu l-ogħla punteġġ (+1.6 fil-fiduċja) meta mqabbel mal-medja tal-UE-28.

Is-swieq tal-oġġetti bl-ogħla prestazzjoni li jsegwu huma l-“Fjuwil għall-vetturi” (+0.9

punti), il-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+0.9 punti), l-“Ilbies u żraben” (+0.9 punti) u l-

“Prodotti elettroniċi” (+0.8 punti), li lkoll ġabu punteġġ ogħla mill-medja għall-komponent

tal-fiduċja. Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, is-suq għall-“Prodotti tal-kura personali” għandu

l-anqas punteġġ, u ġab punteġġ ta’ -0.3 punti anqas mill-medja tal-UE-28 fl-għażla. Is-

swieq bl-anqas punteġġi li jsegwu huma dawk għall-“Karozzi ġodda” (-0.3 fl-aspettattivi),

għax-“Xarbiet alkoħoliċi” (-0.3 punti fl-għażla u -0.2 punti fl-aspettattivi), u għall-

“Prodotti tal-ħalib” (-0.3 punti fl-għażla).

Fost is-swieq tal-oġġetti kollha fl-Awstrija, is-suq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam”

irreġistra l-akbar żieda f’termini ta’ komponent wieħed (+0.3 fil-problemi u detriment u fil-

kumparabbiltà) mill-2015 ’l hawn. Iż-żewġ swieq l-oħra bl-ogħla punteġġ huma l-“Karozzi

użati”, il-“Fjuwil għall-vetturi” (it-tnejn +0.2 fil-problemi u detriment) u l-“Mediċini mhux

bir-riċetta” (+0.1 fil-problemi u detriment). Għall-kuntrarju, is-suq tal-oġġetti li naqas l-

Page 181: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

175

aktar mill-2015 ’l hawn hu s-suq tal-“Prodotti tal-ICT”, li ġab punteġġ ta’ -0.4 kemm fil-

komponent tal-aspettattivi kif ukoll tal-għażla, u ta’ -0.3 fil-komponent tal-kumparabbiltà.

Iż-żewġ swieq l-oħra bl-agħar punteġġ mill-2015 ’l hawn huma l-“Karozzi użati (-0.4 fl-

aspettattivi) u l-“Prodotti elettroniċi” (-0.3 fil-kumparabbiltà).

20.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fl-Awstrija f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-

“Abbonamenti tat-TV”, is-“Servizzi tal-gass” u l-“Assigurazzjoni tal-vetturi”. It-tlieta bl-

agħar punteġġ huma s-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”, l-“Assigurazzjoni privata tal-

ħajja” u l-“Ipoteki”.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fl-Awstrija, 22 għandhom prestazzjoni aħjar mill-medja

tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. It-tliet swieq tas-servizzi li għandhom l-

aqwa prestazzjoni meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma l-“Abbonamenti tat-TV”

(+9.3), il-“Provvista tal-internet” u s-“Servizzi ferrovjarji” (it-tnejn +8.5). It-tliet swieq tas-

servizzi li jifdal iġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28.

Mit-23 suq tas-servizzi tal-Awstrija mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, tliet swieq

biss żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn, jiġifieri s-“Servizzi tat-telefonija

fissa” (+2.9), il-“Provvista tal-internet” (+1.8) u l-“Ipoteki” (+1.8). Seba’ swieq tas-

servizzi naqqsu l-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn, bl-akbar tnaqqisiet fl-

“Akkomodazzjoni għall-btajjel” (-2.6), fl-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” (-2.2) u fis-

“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (-1.9). Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013

kif ukoll fl-2017, kollha minbarra wieħed żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2013 ’l

hawn, bl-eċċezzjoni li kien is-suq tas-“Servizzi tal-kura personali”, li baqa’ stabbli

f’termini tal-punteġġ tal-MPI tiegħu. It-tliet swieq bl-aqwa prestazzjoni li żdiedu l-aktar

mill-2013 ’l hawn huma: is-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+16.7), l-“Abbonamenti tat-

TV” (+15.5) u l-“Kontijiet tal-bank” (+14.3).

Il-punteġġi tal-komponenti kollha huma aħjar mill-medja tal-UE-28 għas-swieq tas-

servizzi b’mod ġenerali. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati huma anqas

mill-medja tal-UE-28. Il-livell ta’ detriment hu allinjat mal-medja tal-UE-28.

Simili għas-swieq tal-oġġetti, il-punteġġ tal-komponent tal-problemi u detriment biss tjieb

mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-punteġġi għall-aspettattivi u għall-għażla naqsu tul dan il-

perjodu. Il-punteġġi tal-komponenti għall-fiduċja u għall-kumparabbiltà baqgħu stabbli

mill-2015 ’l hawn. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi, is-

sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment naqsu

mill-2015 sal-2017.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq għas-“Servizzi ferrovjarji” u għall-

“Provvista tal-ilma” fl-Awstrija jġibu l-aqwa punteġġ f’termini ta’ komponent wieħed

(+1.6 punti u +1.5 punti rispettivament, it-tnejn għall-komponent tal-għażla). Is-swieq bl-

ogħla punteġġi li jsegwi huma s-“Servizzi tat-telefonija mobbli”, l-“Abbonamenti tat-TV”

u s-“Servizzi tal-elettriku” (li ġabu +1.4 punti, +1.3 punti u +1.3 punti rispettivament, ilkoll

għall-komponent tal-fiduċja). Għall-kuntrarju, is-suq tas-servizzi bl-agħar prestazzjoni fl-

Awstrija għal komponent wieħed meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 hu l-

“Akkomodazzjoni għall-btajjel”, li ġab punteġġ ta’ -0.3 punti anqas mill-medja tal-UE-28

fl-għażla, segwit mis-“Servizzi tal-kura personali” (-0.3 fl-aspettattivi u -0.1 fl-għażla) u l-

“Btajjel u ġiti f’pakkett wieħed” (-0.2 fl-aspettattivi).

Page 182: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

176

L-aktar suq tas-servizzi li tjieb fl-Awstrija għal komponent wieħed mill-2015 ’l hawn hu s-

“Servizzi tat-telefonija fissa” (+0.6 fil-fiduċja u +0.4 kemm fil-problemi u detriment kif

ukoll fl-għażla). Is-swieq li tjiebu l-aktar li jsegwu huma s-“Servizzi tal-proprjetà

immobbli” (+0.4 fil-problemi u detriment) u s-“Servizzi ferrovjarji” (+0.4 fil-problemi u

detriment). Għall-kuntrarju, is-swieq tas-servizzi li juru l-akbar tnaqqis mill-2015 ’l hawn

huma l-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” (-0.6 punti), l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” (-

0.6 punti), is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (-0.5 punti), l-“Assigurazzjoni tad-dar” (-

0.4 punti) u s-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-0.4 punti), li lkoll ġabu

l-agħar punteġġ għall-komponent tal-aspettattivi.

Page 183: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

177

21. IL-POLONJA

21.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fil-Polonja hu ta’ 78.9, li hu anqas

mill-medja tal-UE-28 (-1.2). Il-punteġġ medju tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 82.3,

filwaqt li l-punteġġ tal-MPI tas-swieq tas-servizzi hu ta’ 76.9; it-tnejn huma anqas mill-

medja tal-UE-28, b’0.4 u b’1.7 punti rispettivament.

Il-Polonja tikklassifika fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tal-oġġetti tal-“Prodotti

tal-kura personali”, iżda anki fost l-aħħar tlieta għas-swieq tas-servizzi tas-“Servizzi ta’

manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” u tal-“Assigurazzjoni tal-vetturi”.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Polonja żdied b’1.9 punti mill-2015 ’l hawn. Kemm il-

punteġġ ġenerali tal-MPI tas-suq tal-oġġetti (+2.3) kif ukoll dak tas-servizzi (+1.8) tjiebu

mill-2015 ’l hawn.

Page 184: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

178

21.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti fil-Polonja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma x-“Xarbiet

alkoħoliċi”, il-“Prodotti tal-kura personali” u l-“Prodotti tal-ħalib”; it-tlieta bl-agħar

prestazzjoni huma l-“Karozzi użati”, il-“Karozzi ġodda” u l-“Prodotti tal-ICT”.

Sitta mill-15-il suq tal-oġġetti kollha mistħarrġa fil-Polonja għandhom prestazzjoni aħjar

mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, immexxija mis-swieq għax-

“Xarbiet alkoħoliċi” (+2.7), għall-“Prodotti tal-kura personali” (+2.6) u għal-“Laħam u

prodotti tal-laħam” (+2.3). Erba’ swieq tal-oġġetti għandhom prestazzjoni anqas mill-

medja tal-UE-28, b'dawk bl-anqas punteġġ li huma l-“Karozzi użati” (-9.0), il-“Prodotti

tal-ICT” (-2.6) u n-“Nuċċalijiet u lentijiet” (-2.4).

Tlieta mis-seba’ swieq tal-oġġetti individwali mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017

żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn, bl-akbar żieda fis-suq tal-“Laħam u

prodotti tal-laħam” (+7.0). Is-swieq l-oħra baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn. Tmienja mill-

15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 żiedu l-punteġġ tal-MPI

tagħhom mill-2013 ’l hawn, bl-akbar żidiet fis-swieq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam”

(+13.2), tal-“Ilbies u żraben” (+10.5) u tal-“Fjuwil għall-vetturi” (+7.5). L-ebda wieħed

mis-swieq tal-oġġetti fil-Polonja ma juri tnaqqis mill-2013 ’l hawn.

B’mod ġenerali, is-swieq tal-oġġetti fil-Polonja jġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-28

għall-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-aspettattivi u tal-għażla. Madankollu, il-punteġġi

tal-komponenti tal-fiduċja u tal-problemi u detriment huma anqas mill-medja tal-UE-28.

Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti fil-Polonja li esperjenzaw problemi u l-livell ta’

detriment it-tnejn huma ogħla mill-medja tal-UE-28, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati hu allinjat mal-medja tal-UE-28.

Il-punteġġi medji tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-għażla, tal-fiduċja u tal-aspettattivi

għas-swieq tal-oġġetti tjiebu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-komponent tal-problemi u

detriment baqa’ stabbli tul dan il-perjodu. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi, is-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-

livell ta’ detriment baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn.

Mis-swieq tal-oġġetti kollha fil-Polonja, is-suq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” iġib l-

aħjar punteġġ f’termini ta’ komponent wieħed meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 (+0.6

fl-għażla u +0.5 fil-kumparabbiltà). Is-swieq tal-oġġetti l-oħra bl-ogħla punteġġi huma l-

“Prodotti tal-ħalib” u l-“Fjuwil għall-vetturi” (it-tnejn ġabu punteġġ ta’ +0.6 fl-għażla), kif

ukoll il-“Prodotti tal-kura personali” (+0.5 fl-għażla). Is-suq tal-oġġetti bl-agħar

prestazzjoni fil-Polonja hu l-“Karozzi użati”, li ġab l-agħar punteġġ fi tliet komponenti,

jiġifieri l-fiduċja, l-aspettattivi u l-kumparabbiltà (-2.3 punti, -0.9 punti u -0.8 punti

rispettivament, anqas mill-medja tal-UE-28). Iż-żewġ swieq bl-anqas punteġġ li jsegwu

huma l-“Apparati domestiċi żgħar” (-0.8 fil-fiduċja) u n-“Nuċċalijiet u lentijiet” (-0.7 fil-

fiduċja).

Is-suq tal-“Laħam u prodotti tal-laħam” fil-Polonja wkoll ra l-akbar żieda (+1.7 fil-fiduċja

u +0.9 fl-aspettattivi) għal komponent wieħed mill-2015 ’l hawn. L-aktar swieq li tjiebu li

jsegwu huma l-“Fjuwil għall-vetturi” (+1.0 fil-fiduċja) u l-“Mediċini mhux bir-riċetta”

(+0.9 fil-fiduċja u +0.6 fl-aspettattivi). Għall-kuntrajru, is-suq għall-“Prodotti tal-ICT” hu

l-uniku suq tal-oġġetti fil-Polonja li rreġistra tnaqqis għal komponent wieħed mill-2015 ’l

hawn (-0.3 fil-kumparabbiltà).

Page 185: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

179

21.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fil-Polonja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi

tal-kura personali”, is-“Servizzi tal-linji tal-ajru” u l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel”. It-

tlieta tal-aħħar huma s-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”, is-“Servizzi ta’ manutenzjoni u

ta’ tiswija tal-vetturi” u l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fl-2015, tliet swieq biss, dawk għas-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” (+4.8), għall-“Provvista tal-ilma” (+2.7) u għas-“Servizzi tal-elettriku”

(+1.6), għandhom prestazzjoni ogħla mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI

tagħhom. Erbatax-il suq tas-servizzi jġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28, bis-swieq

għas-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-9.4), għas-“Servizzi tal-logħob

tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-6.3) u għall-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet

personali privati u titoli” (-5.3) li għandhom prestazzjoni agħar meta mqabbla mal-medja

tal-UE-28.

Tmienja mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-

2015 ’l hawn, immexxija mis-swieq għas-“Servizzi tat-telefonija mobbli”, għas-“Servizzi

tal-elettriku” (it-tnejn +7.5) u għas-“Servizzi ferrovjarji” (+5.9). Għall-kuntrajru, is-

“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” u l-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (it-tnejn

-3.5) u l-“Abbonamenti tat-TV” (-3.1) huma l-uniċi swieq li naqqsu l-punteġġ tal-MPI

tagħhom mill-2015 ’l hawn. Mill-25 suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-

2017, 13 tjiebu mill-2013 ’l hawn, bl-akbar titjib li seħħ għas-“Servizzi ferrovjarji”

(+14.2), għas-“Servizzi tal-elettriku” (+7.6) u għall-“Provvista tal-ilma” (+6.6). L-uniċi

swieq li naqsu fil-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2013 ’l hawn huma s-“Servizzi tal-logħob

tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-3.4) u l-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (-2.3).

Il-ħames komponenti kollha jġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28. Barra minn hekk,

is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi fil-Polonja hu ogħla milli fl-UE sħiħa.

Għall-kuntrarju, is-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell

ta’ detriment it-tnejn huma allinjati mal-medja tal-UE-28.

Il-ħames komponenti kollha fis-swieq tas-servizzi tjiebu mill-2015 ’l hawn. Barra minn

hekk, bejn l-2015 u l-2017, is-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati u l-livell ta’ detriment naqsu, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li esperjenzaw

problemi baqa’ stabbli.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-suq tas-servizzi bl-aqwa punteġġ fil-Polonja għal

komponent speċifiku hu s-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+0.8 fl-għażla u +0.7 fil-

fiduċja), segwit mis-“Servizzi tal-elettriku” (+0.6 fil-fiduċja) u mill-“Provvista tal-ilma”

(+0.6 fil-fiduċja u +0.5 fl-aspettattivi). Għall-kuntrarju, is-suq tas-“Servizzi ta’

manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” għandu l-anqas punteġġ għal komponent wieħed

meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 (b’punteġġ ta’ -1.7 fil-fiduċja u ta’ -1.0 fil-

kumparabbiltà). Is-swieq bl-anqas punteġġi li jsegwu huma: is-“Servizzi tal-logħob tal-

azzard u tal-lotterija offlajn” (-1.4 fil-fiduċja), l-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (-1.0 fl-

aspettattivi) u l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (-1.0 fil-

fiduċja).

Is-suq għas-“Servizzi tat-telefonija mobbli” fil-Polonja wkoll tjieb l-aktar f’termini ta’

komponent wieħed mill-2015 ’l hawn (+1.7 fil-fiduċja), segwit mis-swieq għas-“Servizzi

tal-elettriku” (b’punteġġ ta’ +1.4 fl-għażla, ta’ +1.2 fil-kumparabbiltà u ta’ +1.1 fil-fiduċja)

u għall-“Provvista tal-ilma” (+1.1 fl-għażla). Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, l-

Page 186: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

180

“Assigurazzjoni tal-vetturi” ġab l-anqas punteġġ għal komponent speċifiku fil-Polonja

mill-2015 ’l hawn (-1.0 fl-aspettattivi). Suq ieħor li naqas mill-2015 ’l hawn hu s-“Servizzi

ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (b’punteġġ ta’ -0.7 fil-kumparabbiltà u ta’ -0.5 fl-

għażla). Is-swieq bl-agħar prestazzjoni li jsegwu għal komponent wieħed mill-2015 ’l

hawn huma l-“Abbonamenti tat-TV” (-0.5 fil-kumparabbiltà) u s-“Servizzi tal-proprjetà

immobbli” (-0.4 fil-kumparabbiltà).

Page 187: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

181

22. IL-PORTUGALL

22.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fil-Portugall hu ta’ 78.1, li hu

anqas mill-medja tal-UE-28 (-2.1). Il-punteġġ medju tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’

81.3 u ċ-ċifra tas-swieq tas-servizzi hi ta’ 76.2; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28,

b’1.4 u b’2.4 punti rispettivament.

Il-Portugall jikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tal-“Abbonamenti tat-

TV”.

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha hu 0.6 punti anqas milli fl-2015, minħabba

tnaqqis fi-punteġġ ġenerali tal-MPI tas-swieq tas-servizzi (-0.7). Il-medja tas-swieq tal-

oġġetti baqgħet stabbli mill-2015 ’l hawn.

Page 188: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

182

22.2. Swieq tal-oġġetti

It-tliet swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni tal-Portugall f’termini tal-punteġġ tal-MPI

huma l-“Prodotti tal-ħalib”, in-“Nuċċalijiet u lentijiet” u x-“Xarbiet alkoħoliċi”. It-tliet

swieq tal-oġġetti bl-anqas punteġġ huma tal-“Karozzi użati”, tal-“Laħam u prodotti tal-

laħam” u tal-“Karozzi ġodda”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fil-Portugall, sebgħa jġibu punteġġ anqas mill-medja

tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. L-anqas punteġġi meta mqabbla mal-

medja tal-UE-28 ġew irreġistrati għal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-4.2), għall-“Prodotti

ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” u għall-“Għamara u tagħmir tad-dar” (it-tnejn -3.2).

It-tmien swieq tal-oġġetti li jifdal iġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti li ġew mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, is-suq għall-

“Fjuwil għall-vetturi” biss tjieb (+2.6) mill-2015 ’l hawn, filwaqt li żewġ swieq tal-oġġetti

naqsu tul dan il-perjodu, bl-akbar tnaqqis fis-suq għal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-3.6).

Ħamsa mill-15-il suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-

2013 ’l hawn, immexxija mis-swieq għall-“Fjuwil għall-vetturi” (+7.8), għall-“Karozzi

użati” (+6.1) u għax-“Xarbiet alkoħoliċi” (+3.4). Il-“Laħam u prodotti tal-laħam” u l-

“Prodotti elettroniċi” (it-tnejn -2.0) huma l-uniċi swieq li naqsu mill-2013 ’l hawn.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, il-punteġġi tal-komponenti tal-fiduċja u tal-problemi

u detriment huma anqas mill-medja. Il-punteġġ tal-komponent tal-għażla biss hu ogħla

mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà u tal-

aspettattivi huma allinjati mal-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, is-swieq tal-oġġetti

għandhom sehem ogħla ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u livell ta’ detriment ogħla

meta mqabbla mal-medja tal-UE-28. Madankollu, is-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba

l-problemi esperjenzati hu anqas milli fl-UE fis-sħuħija tagħha.

Mill-2015 ’l hawn, il-punteġġ tal-komponent tal-fiduċja biss naqas, filwaqt li l-punteġġi

tal-kumparabbiltà, tal-aspettattivi, tal-għażla u tal-problemi u detriment baqgħu stabbli tul

dan il-perjodu. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati naqas mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li esperjenzaw problemi

u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tan-“Nuċċalijiet u lentijiet” fil-Portugall

għandu l-aħjar prestazzjoni f’termini ta’ komponent wieħed (+0.3 fl-għażla), segwit mill-

“Prodotti tal-ħalib” (+0.3 kemm fl-għażla kif ukoll fil-kumparabbiltà), mill-“Mediċini

mhux bir-riċetta” (+0.3 fl-aspettattivi) u mill-“Prodotti tal-ICT” (+0.3 fil-kumparabbiltà).

Is-swieq bl-agħar punteġġ fil-Portugall meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma l-

“Laħam u prodotti tal-laħam” (-1.2 punti), il-“Fjuwil għall-vetturi” (-0.9 punti), l-

“Għamara u tagħmir tad-dar” (-0.9 punti), il-“Prodotti elettroniċi” (-0.8 punti), u l-

“Karozzi użati” (-0.7 punti), li lkoll ġabu l-anqas punteġġ fil-komponent tal-fiduċja.

Is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” fil-Portugall ra l-akbar żidiet għal komponent wieħed mill-

2015 ’l hawn. Dan iġib l-ogħla punteġġ fi tliet komponenti, jiġifieri l-fiduċja (+0.5 punti),

il-kumparabbiltà (+0.4 punti), u l-għażla (+0.3 punti). L-aktar suq li tjieb wara dan hu l-

“Karozzi użati” (+0.4 fl-aspettattivi). Għall-kuntrarju, is-swieq tal-oġġetti bl-akbar tnaqqis

mill-2015 ’l hawn huma l-“Karozzi ġodda” (-0.6 fil-fiduċja u -0.3 fil-kumparabbiltà) u l-

“Laħam u prodotti tal-laħam” (-0.5 kull wieħed fil-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-

fiduċja u tal-għażla).

Page 189: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

183

22.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fil-Portugall f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi

tal-kura personali”, l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u l-“Btajjel u ġiti f’pakkett wieħed”.

It-tlieta tal-qiegħ huma s-swieq tal-“Abbonamenti tat-TV”, tas-“Servizzi tat-telefonija

mobbli” u tas-“Servizzi tal-elettriku”.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fil-Portugall, is-swieq tas-“Servizzi tal-gass” (+2.7),

tas-“Servizzi ferrovjarji” (+2.5) u tas-“Servizzi tal-kura personali” (+1.3) ġabu punteġġ

ogħla f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. 16-il suq ieħor ġabu punteġġ anqas mill-

medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bl-“Abbonamenti tat-TV” (-10.7),

is-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-8.0) u s-“Servizzi tal-elettriku” (-6.7) li urew l-akbar

diskrepanzi.

Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, is-suq tas-“Servizzi

ferrovjarji” biss tjieb (+2.8) mill-2015 ’l hawn, filwaqt li sitt swieq tas-servizzi naqsu. L-

akbar tnaqqis ġie rreġistrat fis-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-7.8), fl-“Abbonamenti tat-

TV” (-5.9) u fis-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-4.1). Ħmistax mill-25

suq tas-servizzi individwali mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-2013 ’l

hawn, immexxija mis-“Servizzi ferrovjarji” (+12.2), mill-“Ipoteki” (+9.9) u mis-“Servizzi

tal-gass” (+8.0). Huma biss is-swieq għas-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-7.7) u għas-

“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-2.0) li naqqsu l-punteġġ tal-MPI

tagħhom mill-2013 ’l hawn.

Il-punteġġi tal-komponenti tal-fiduċja, tal-għażla, tal-problemi u detriment u tal-aspettattivi

huma anqas mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġ tal-komponent tal-kumparabbiltà hu

allinjat mal-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi u l-livell ta’ detriment it-tnejn huma ogħla mill-medja tal-UE-28. Is-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati hu anqas meta mqabbel mal-medja tal-

UE-28.

Il-problemi u detriment hu l-uniku komponent li wera punteġġ anqas mill-2015 ’l hawn

filwaqt li l-fiduċja, il-kumparabbiltà, l-għażla u l-aspettattivi baqgħu stabbli tul l-istess

perjodu ta’ żmien. Barra minn hekk, il-livell ta’ detriment baqa’ l-istess ukoll mill-2015 ’l

hawn. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi żdied mill-2015

’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqas tul

dan il-perjodu.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tas-“Servizzi ferrovjarji” għandu l-aqwa

prestazzjoni għal komponent speċifiku (+0.7 fl-aspettattivi u +0.5 fil-problemi u

detriment), segwit mis-“Servizzi tal-gass” (+0.6 fl-għażla kif ukoll fil-kumparabbiltà) u

mis-“Servizzi tat-telefonija fissa” (+0.5 fil-kumparabbiltà). Għall-kuntrarju, is-suq tal-

“Abbonamenti tat-TV” għandu l-anqas punteġġ għal komponent wieħed, u ġab punteġġ ta’

-2.3 anqas mill-medja tal-UE-28 fil-fiduċja. Is-swieq bl-anqas punteġġ li jsegwu huma s-

“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-1.6 punti), is-“Servizzi tal-elettriku” (-1.3 punti), il-

“Provvista tal-internet” (-1.2 punti) u l-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” (-1.2 punti), li

lkoll iġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28 għall-komponent tal-fiduċja.

Mis-swieq tas-servizzi kollha fil-Portugall, is-suq għas-“Servizzi ferrovjarji” tjieb l-aktar

f’termini ta’ komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn (+0.5 fil-fiduċja u +0.4 fl-

aspettattivi). Iż-żewġ swieq l-oħra li tjiebu l-aktar fil-Portugall mill-2015 ’l hawn huma l-

“Ipoteki” (+0.5 fl-għażla u +0.4 fil-fiduċja) u l-“Kontijiet tal-bank” (+0.5 fil-

Page 190: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

184

kumparabbiltà). Għall-kuntrarju, is-suq bl-akbar tnaqqis għal komponent speċifiku mill-

2015 ’l hawn hu l-“Abbonamenti tat-TV” (-1.0 fil-fiduċja), segwit mis-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” (b’punteġġ ta’ -0.9 kemm fil-fiduċja kif ukoll fil-problemi u detriment,

u -0.8 fl-għażla) u mis-“Servizzi tat-telefonija fissa” (-0.9 fil-fiduċja).

Page 191: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

185

23. IR-RUMANIJA

23.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fir-Rumanija hu ta’ 78.7, li hu

anqas mill-medja tal-UE-28 (-1.5). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 80.6 u ċ-

ċifra tas-swieq tas-servizzi hi ta’ 77.5; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28, b’2.1 u

b’1.2 punti rispettivament.

Ir-Rumanija tikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-swieq tal-oġġetti tax-

“Xarbiet alkoħoliċi” u tal-“Prodotti tal-ħalib” u għas-suq tas-servizzi tas-“Servizzi

ferrovjarji”.

Il-punteġġ medju tal-MPI tar-Rumanija hu 0.8 punti anqas milli fl-2015, minħabba tnaqqis

fi-punteġġ ġenerali tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti (-1.4). Il-medja ġenerali tas-swieq tas-

servizzi baqgħet stabbli mill-2015 ’l hawn.

Page 192: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

186

23.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti fir-Rumanija f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Apparati

domestiċi żgħar”, il-“Prodotti ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” u l-“Prodotti tal-ICT”.

It-tliet swieq bl-anqas punteġġ huma tal-“Karozzi użati”, tal-“Laħam u prodotti tal-laħam”

u tax-“Xarbiet alkoħoliċi”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fir-Rumanija, is-suq tal-“Karozzi ġodda” biss (+3.3)

iġib punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tiegħu. Tmien

swieq jaqgħu taħt il-medja tal-UE-28, bis-swieq li għandhom l-akbar diskrepanzi li huma

x-“Xarbiet alkoħoliċi” (-7.7), il-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-6.9) u l-“Karozzi użati” (-

5.3).

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, is-suq għall-

“Prodotti tal-ICT” (+2.4) biss irreġistra żieda fil-prestazzjoni mill-2015 ’l hawn, filwaqt li

tliet swieq naqsu tul dan il-perjodu. L-akbar tnaqqis mill-2015 ’l hawn hu fis-suq tal-

“Laħam u prodotti tal-laħam” (-5.5) minkejja żieda ġenerali ta’ 6.9 mill-2013 ’l hawn,

segwit mill-“Fjuwil għall-vetturi” u mill-“Karozzi użati” (it-tnejn -2.2). Madankollu, il-

“Fjuwil għall-vetturi” xorta rreġistra żieda ta’ 8.3 punti mill-2013 ’l hawn. Il-15-il suq tal-

oġġetti kollha mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 irreġistraw żieda mill-2013 ’l

hawn, bl-akbar titjib għall-“Prodotti ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (+8.7), segwit

mill-“Fjuwil għall-vetturi” (+8.3) u mill-“Apparati domestiċi żgħar” (+7.0).

Is-swieq tal-oġġetti tar-Rumanija għandhom prestazzjoni agħar mill-medja tal-UE-28

għall-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-problemi u detriment.

Il-punteġġ tal-komponent tal-għażla biss hu allinjat mal-medja tal-UE-28. Is-swieq tal-

oġġetti tar-Rumanija jaraw ukoll sehem ogħla ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi meta

mqabbla mal-UE-28, għad li l-livell ta’ detriment u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba

l-problemi esperjenzati t-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-28.

Is-swieq tal-oġġetti juru prestazzjoni mnaqqsa għall-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-

fiduċja, tal-aspettattivi u tal-għażla mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-komponent tal-problemi

u detriment baqa’ stabbli tul dan il-perjodu. Għall-kuntrarju, is-sehem ta’ rispondenti li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqas mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’

dawk li esperjenzaw problemi u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tal-oġġetti fir-Rumanija li żdiedu l-aktar

f’termini ta’ komponent wieħed huma l-“Karozzi ġodda” (+0.6 fl-aspettattivi u +0.4 fl-

għażla), segwiti mill-“Prodotti tal-ICT”, mill-“Fjuwil għall-vetturi” u mill-“Prodotti ta’

manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien”, bit-tlieta li huma li ġabu punteġġ ta’ +0.4 punti għall-

komponent tal-għażla. Għall-kuntrajru, is-swieq tal-oġġetti fir-Rumanija li għandhom l-

agħar prestazzjoni meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma x-“Xarbiet alkoħoliċi” (-2.0

fil-fiduċja u -0.9 fl-aspettattivi), il-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-1.6 fil-fiduċja), il-

“Prodotti tal-ħalib” (-1.3 fil-fiduċja) u l-“Karozzi użati” (-1.1 fil-fiduċja).

Is-suq tal-“Prodotti tal-ICT” fir-Rumanija tjieb l-aktar mill-2015 ’l hawn f’termini tal-

prestazzjoni għal komponent wieħed, hekk kif għandu l-ogħla punteġġi fil-komponenti tal-

aspettattivi, tal-kumparabbiltà u tal-għażla (+0.5 punti, +0.4 punti, u +0.4 punti

rispettivament). Il-“Karozzi ġodda” hu suq l-ieħor li tejjeb il-punteġġ tiegħu għal

komponent wieħed mill-2015 ’l hawn (+0.2 fil-problemi u detriment). Fuq in-naħa l-oħra

tal-iskala, is-suq li naqas l-aktar mill-2015 ’l hawn hu l-“Laħam u prodotti tal-laħam”, li

ġab l-agħar punteġġ f’erba’ komponenti, jiġifieri l-kumparabbiltà (-1.0 punt), il-fiduċja (-

Page 193: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

187

0.7 punti), l-għażla (-0.5 punti) u l-aspettattivi (-0.5 punti). Is-suq li rreġistra l-akbar

tnaqqis li jsegwi hu l-“Karozzi użati”, li jġib punteġġ ta’ -0.6 għall-komponent tal-fiduċja.

23.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fir-Rumanija f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-

“Servizzi tal-kura personali”, is-“Servizzi tal-linji tal-ajru” u l-“Btajjel u ġiti f’pakkett

wieħed”, filwaqt li l-agħar tlieta huma s-“Servizzi ferrovjarji”, l-“Ipoteki” u s-“Servizzi tal-

proprjetà immobbli”.

Mill-25 suq tal-oġġetti mistħarrġa fir-Rumanija, sitta jġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom. Is-swieq bl-aqwa prestazzjoni huma s-

“Servizzi tat-telefonija fissa” (+6.7), is-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (+4.6) u l-

“Provvista tal-internet” (+3.8). Madankollu, disa’ swieq tas-servizzi jaqgħu taħt il-medja

tal-UE-28, bl-agħar li huma s-“Servizzi ferrovjarji” (-13.4), segwit mis-“Servizzi ta’

manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-6.6) u mill-“Provvista tal-ilma” (-6.5).

Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, is-suq tas-“Self, kreditu

u karti tal-kreditu” (+3.0) irreġistra żieda mill-2015 ’l hawn, filwaqt li ħames swieq tas-

servizzi rrapportaw tnaqqis tul dan il-perjodu, bl-anqas tnaqqis li seħħ għas-“Servizzi

ferrovjarji” (-4.8) segwit mis-“Servizzi postali” (-3.5). Ħmistax mill-25 suq tal-oġġetti

mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-2013 ’l hawn, bl-akbar titjib li seħħ

għas-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (+8.8), għall-“Kontijiet tal-bank” (+7.8) u għall-

“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (+7.7). Is-swieq li jifdal

baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, il-punteġġi tal-fiduċja, tal-għażla, tal-aspettattivi u

tal-problemi u detriment huma agħar għas-swieq tas-servizzi tar-Rumanija, għad li l-

punteġġ tal-komponent tal-kumparabbiltà hu ogħla mill-medja tal-UE-28. Bħal fir-rigward

tas-swieq tal-oġġetti, is-swieq tas-servizzi wkoll jaraw sehem ogħla ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi meta mqabbla mal-UE-28, filwaqt li l-livell ta’ detriment u s-sehem

ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati t-tnejn huma anqas mill-medja tal-

UE-28.

B’mod ġenerali, is-swieq tas-servizzi tar-Rumanija juru punteġġi anqas meta mqabbla mal-

komponenti tal-kumparabbiltà u tal-problemi u detriment mill-2015 ’l hawn. Il-punteġġi

għall-komponenti tal-fiduċja, tal-għażla u tal-aspettattivi baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Barra minn hekk, il-livell ta’ detriment baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem

ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi żdied tul dan il-perjodu. Madankollu, is-sehem ta’

dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqas mill-2015 ’l hawn.

F’termini tal-prestazzjoni għal komponent speċifiku, is-suq għas-“Servizzi tat-telefonija

mobbli” għandu l-ogħla punteġġ (+1.1 fil-kumparabbiltà) meta mqabbel mal-medja tal-

UE-28. Is-swieq bl-ogħla punteġġi li jsegwu għal komponent wieħed huma s-“Servizzi tat-

telefonija fissa” (b’punteġġ ta’ +1.0 kemm fil-fiduċja kif ukoll fil-kumparabbiltà u +0.7 fl-

aspettattivi) u l-“Provvista tal-internet” (+0.7 fil-kumparabbiltà). Barra minn hekk, is-suq

bl-agħar prestazzjoni fir-Rumanija meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 hu s-“Servizzi

ferrovjarji”, li għandu l-agħar punteġġ għall-komponenti tal-fiduċja, tal-għażla u tal-

aspettattivi (-1.8 punti, -1.7 punti, u -1.6 punti anqas mill-medja tal-UE-28 rispettivament).

Iż-żewġ swieq bl-agħar prestazzjoni li jsegwu f’termini ta’ komponent wieħed huma s-

“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-1.2 fil-fiduċja) u l-“Assigurazzjoni

tal-vetturi” (-1.1 fil-fiduċja).

Page 194: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

188

Is-suq tas-“Servizzi tal-elettriku” fir-Rumanija juri l-akbar titjib għal komponent wieħed

mill-2015 ’l hawn (+0.8 fl-għażla). It-tliet swieq l-oħra bl-ogħla punteġġi huma s-“Self,

kreditu u karti tal-kreditu” (+0.6 fil-fiduċja u +0.4 fl-għażla), il-“Btajjel u ġiti f’pakkett

wieħed” (+0.5 fil-kumparabbiltà) u l-“Assigurazzjoni tad-dar” (+0.5 fil-fiduċja). Għall-

kuntrarju, is-suq tas-“Servizzi ferrovjarji” juri l-akbar tnaqqis mill-2015 ’l hawn fil-

kumparabbiltà (-1.0 punt), u hu wkoll is-suq bl-anqas punteġġ fil-fiduċja (-0.5 punti). Is-

swieq l-oħra bl-akbar tnaqqis għal komponent wieħed mill-2015 ’l hawn huma s-“Servizzi

tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (-0.7 fl-għażla), l-

“Assigurazzjoni tal-vetturi” (-0.5 fl-għażla) u s-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (-0.5 fl-

aspettattivi).

Page 195: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

189

24. IS-SLOVENJA

24.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fis-Slovenja hu ta’ 85.0, li hu

ogħla mill-medja tal-UE-28 (+4.8). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 85.9 u l-

punteġġ tal-MPI tas-swieq tas-servizzi hu ta’ 84.5; it-tnejn huma ogħla mill-medja tal-UE-

28, b’3.2 u b’5.8 punti rispettivament.

Is-Slovenja tikklassifika fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-UE-28 għal 8 swieq tal-oġġetti u 16-il

suq tas-servizzi, u tikklassifika l-ewwel għas-swieq tas-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank

lokali, tal-metrò u tal-underground” u tas-“Servizzi tal-gass”.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tas-Slovenja żdied b’4.1 punti mill-2015 ’l hawn. Kemm il-

punteġġ ġenerali tal-MPI tas-suq tal-oġġetti (+3.4) kif ukoll dak tas-servizzi (+4.3) tjiebu

mill-2015 ’l hawn.

Page 196: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

190

24.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti fis-Slovenja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Fjuwil

għall-vetturi”, ix-“Xarbiet alkoħoliċi” u l-“Prodotti tal-ħalib”. It-tliet swieq tal-oġġetti bl-

agħar prestazzjoni huma l-“Karozzi użati”, l-“Għamara u tagħmir tad-dar” u l-“Ilbies u

żraben”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fis-Slovenja, 12 iġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-MPI tagħhom, immexxija mis-swieq tal-“Fjuwil għall-vetturi” (+8.8),

tax-“Xarbiet alkoħoliċi” (+5.0) u tal-“Karozzi ġodda” (+4.1). It-tliet swieq tal-oġġetti li

jifdal, il-“Prodotti elettroniċi”, l-“Għamara u tagħmir tad-dar” u l-“Karozzi użati”

għandhom prestazzjoni allinjata mal-medja tal-UE-28.

Is-seba’ swieq tal-oġġetti kollha misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 juru titjib fil-

punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn. L-akbar żieda mill-2015 ’l hawn seħħet fil-

“Mediċini mhux bir-riċetta” (+4.8), fil-“Prodotti tal-ICT” (+4.6) u fil-“Laħam u prodotti

tal-laħam” (+4.3). Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017,

ilkoll minbarra wieħed urew titjib mill-2013 ’l hawn, bl-akbar titjib mill-2013 ’l hawn li

seħħ għall-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+10.6), għal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+9.0)

u għax-“Xarbiet alkoħoliċi” (+8.3). Minkejja ż-żieda tiegħu mill-2015 ’l hawn, is-suq

għall-“Karozzi ġodda” hu l-uniku wieħed li baqa’ stabbli mill-2013 ’l hawn.

Bħala medja, għas-swieq tal-oġġetti kollha mistħarrġa, il-punteġġi għall-komponenti tal-

kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-għażla lkoll huma ogħla mill-medja tal-UE-

28. Il-punteġġ tal-komponent tal-problemi u detriment biss hu allinjat mal-medja tal-UE-

28. Barra minn hekk, il-livell ta’ detriment għas-swieq tal-oġġetti fis-Slovenja hu anqas

mill-medja tal-UE-28, filwaqt li s-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi hu allinjat

mal-medja tal-UE-28. Madankollu, is-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati hu ogħla meta mqabbel mal-medja tal-UE-28.

Is-swieq tal-oġġetti tas-Slovenja juru punteġġi akbar fil-komponenti kollha mill-2015 ’l

hawn. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi naqas mill-2015

’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell

ta’ detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Meta jiġu analizzati s-swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni fis-Slovenja għal komponent

speċifiku, is-suq għall-“Fjuwil għall-vetturi” għandu l-ogħla punteġġ meta mqabbel mal-

medja tal-UE-28. Is-suq iġib l-ogħla punteġġ f’erba’ komponenti, jiġifieri l-kumparabbiltà

(+1.4 punti), l-aspettattivi, il-fiduċja (+1.1 punt għat-tnejn) u l-għażla (+0.9 punti). Is-suq

bl-ogħla punteġġ li jsegwu fis-Slovenja hu l-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+1.1 fil-

kumparabbiltà). Għall-kuntrarju, is-suq għall-“Karozzi użati” jġib l-agħar punteġġ (-0.5 fil-

fiduċja kif ukoll fil-kumparabbiltà) meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, segwit mill-

“Prodotti elettroniċi” (-0.4 fil-kumparabbiltà) u mill-“Għamara u tagħmir tad-dar” (-0.3 fil-

kumparabbiltà).

F’termini tal-prestazzjoni tas-swieq għal komponent wieħed fis-Slovenja, is-swieq tal-

oġġetti għall-“Mediċini mhux bir-riċetta” tjieb l-aktar mill-2015 ’l hawn (+1.1 fil-

kumparabbiltà u +0.8 fil-fiduċja), segwit mis-swieq għal-“Laħam u prodotti tal-laħam”,

għall-“Prodotti tal-ICT” u għall-“Fjuwil għall-vetturi” (+1.0 punt, +0.8 punti, +0.6 punti

rispettivament), bit-tlieta kollha kemm huma li ġabu l-ogħla punteġġ għall-komponent tal-

kumparabbiltà. Ma hemm ebda suq tal-oġġetti fis-Slovenja li rreġistra tnaqqis għal

komponent wieħed mill-2015 ’l hawn.

Page 197: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

191

24.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fis-Slovenja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi

tal-kura personali”, is-“Servizzi tal-gass” u s-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-

metrò u tal-underground”. Fil-qiegħ tal-lista hemm il-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet

personali privati u titoli”, is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” u l-“Assigurazzjoni privata

tal-ħajja”.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fis-Slovenja, 21 iġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-MPI tagħhom, bis-swieq bl-aqwa prestazzjoni li huma s-“Servizzi tal-

gass” u s-“Servizzi tal-elettriku” (it-tnejn +11.3), segwiti mill-qrib mill-“Provvista tal-

ilma” (+11.2). L-uniċi żewġ swieq li jġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28 huma l-

“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” (-1.6) u l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali

privati u titoli” (-1.9). Iż-żewġ swieq tas-servizzi li jifdal għas-“Servizzi tal-logħob tal-

azzard u tal-lotterija offlajn” u għall-“Abbonamenti tat-TV” għandhom punteġġi allinjati

mal-medja tal-UE-28.

Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, is-swieq tal-

“Abbonamenti tat-TV” u tas-“Servizzi tat-telefonija mobbli” biss naqsu milli jirreġistraw

żieda mill-2015 ’l hawn u, minflok, baqgħu stabbli. Mis-swieq tas-servizzi l-oħra, dawk li

wrew l-akbar titjib tul dan il-perjodu huma l-“Kontijiet tal-bank” (+7.0), is-“Servizzi tal-

elettriku” (+6.4) u s-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”

(+6.2). Is-swieq tas-servizzi kollha mill-25 imkejla kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu

mill-2013 ’l hawn, immexxija mis-swieq għall-“Kontijiet tal-bank” (+11.1), għall-

“Provvista tal-ilma” (+10.9) u għall-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati

u titoli” (+10.2).

Is-swieq tas-servizzi tas-Slovenja huma aħjar mill-medja tal-UE-28 għall-komponenti

kollha. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u l-livell ta’

detriment it-tnejn huma anqas mill-medji tal-UE-28. Hu biss is-sehem ta’ dawk li lmentaw

minħabba l-problemi esperjenzati li hu allinjat mal-medja tal-UE-28.

Is-swieq tas-servizzi tas-Slovenja tjiebu fil-punteġġ għal kull komponent mill-2015 ’l

hawn. Barra minn hekk, il-livell ta’ detriment naqas ukoll tul dan il-perjodu. Is-sehem ta’

rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati t-tnejn baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-suq tas-servizzi għall-“Provvista tal-ilma” fis-

Slovenja għandu l-aħjar prestazzjoni f’termini ta’ tibdil ta’ komponent speċifiku (+2.3 fil-

kumparabbiltà). Is-swieq l-oħra bl-aqwa punteġġ huma s-“Servizzi tal-elettriku” (+1.8 fil-

kumparabbiltà), is-“Servizzi tal-gass” (+1.7 fil-kumparabbiltà u +1.5 fil-fiduċja), u s-

“Servizzi postali” (+1.7 fil-kumparabbiltà). Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, is-suq tas-servizzi

bl-agħar prestazzjoni fis-Slovenja għal komponent wieħed hu s-“Servizzi tal-logħob tal-

azzard u tal-lotterija offlajn”, b’punteġġ ta’ -1.5 anqas mill-medja tal-UE-28 fl-aspettattivi.

Iż-żewġ swieq l-oħra bl-anqas punteġġi huma l-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” (-0.5 fil-

fiduċja u -0.4 fil-problemi u detriment) u l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali

privati u titoli” (-0.4 fl-aspettattivi u -0.3 fil-kumparabbiltà).

Is-suq tas-servizzi li juri l-akbar żieda għal komponent wieħed mill-2015 ’l hawn hu s-suq

tal-“Kontijiet tal-bank” (+1.4 fil-kumparabbiltà), segwit mis-“Servizzi tal-elettriku” (+1.3

punti fil-kumparabbiltà). Wara dan jiġu l-“Provvista tal-internet”, is-“Servizzi tat-tram,

tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” u l-“Provvista tal-ilma”, bit-tlieta li huma

Page 198: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

192

li ġabu +1.2 punti fil-komponent tal-kumparabbiltà. Għall-kuntrarju, ma hemm ebda suq

tas-servizzi fis-Slovenja li rreġistra tnaqqis għal komponent wieħed mill-2015 ’l hawn.

Page 199: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

193

25. IS-SLOVAKKJA

25.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fis-Slovakkja hu ta’ 79.7, li hu

anqas mill-medja tal-UE-28 (-0.4). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 80.9, li

hu anqas mill-medja tal-UE-28 b’1.9 punti, filwaqt li ċ-ċifra tas-swieq tas-servizzi ta’ 79.1

hi 0.4 punti ogħla mill-medja tal-UE-28.

Is-Slovakkja tikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-swieq tal-oġġetti tal-

“Laħam u prodotti tal-laħam” u tal-“Ilbies u żraben”.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tas-Slovakkja baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, minkejja żieda

fil-punteġġ ġenerali tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti (+0.9). Il-medja ġenerali tas-swieq tas-

servizzi baqgħet stabbli mill-2015 ’l hawn.

Page 200: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

194

25.2. Swieq tal-oġġetti

L-aħjar tliet swieq tal-oġġetti fis-Slovakkja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma x-“Xarbiet

alkoħoliċi”, in-“Nuċċalijiet u lentijiet” u l-“Prodotti tal-kura personali”, filwaqt li t-tliet

swieq tal-oġġetti huma l-“Karozzi użati”, il-“Laħam u prodotti tal-laħam” u l-“Ilbies u

żraben”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fis-Slovakkja, ħamsa huma rreġistrati bħala anqas

mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-swieq bl-agħar

prestazzjoni li huma l-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-8.0), l-“Ilbies u żraben” (-7.4) u l-

“Karozzi użati” (-5.7). L-10 swieq li jifdal iġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, tlieta tejbu l-

punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2015 ’l hawn. Dawn huma l-“Karozzi użati” (+2.7), il-

“Fjuwil għall-vetturi” (+2.6) u l-“Prodotti tal-ICT” (+2.0). L-erba’ swieq tal-oġġetti l-oħra

baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn. Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif

ukoll fl-2017, l-“Ilbies u żraben” (+5.4) u x-“Xarbiet alkoħoliċi” (+4.4) urew l-akbar żidiet

ġenerali mill-2013 ’l hawn, filwaqt li s-swieq li jifdal baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Is-swieq tal-oġġetti tas-Slovakkja ġeneralment iġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28

għall-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-problemi u detriment, iżda ogħla

mill-medja għall-komponent tal-għażla. Il-punteġġ tal-aspettattivi hu allinjat mal-medja

tal-UE-28. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem

ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati wkoll huma ogħla għas-swieq tal-

oġġetti fis-Slovakkja meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, filwaqt li l-livell ta’ detriment

hu anqas mill-medja.

Is-swieq tal-oġġetti tas-Slovakkja tjiebu f’termini tal-punteġġi tal-komponenti tal-

kumparabbiltà u tal-aspettattivi tagħhom mill-2015 ’l hawn, iżda baqgħu stabbli għall-

punteġġi tal-komponenti tal-fiduċja, tal-għażla u tal-problemi u detriment. Barra minn

hekk, ġie nnotat sehem anqas ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi naqas mill-2015 ’l

hawn, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell

ta’ detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” fis-Slovakkja għandu

l-aħjar prestazzjoni f’termini ta’ komponent wieħed (+0.7 fl-għażla), segwit mill-“Karozzi

ġodda” (+0.6 fl-aspettattivi u +0.5 fl-għażla), mill-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+0.6 fl-

għażla) u mill-“Prodotti elettroniċi” (+0.6 fl-għażla). Għall-kuntrarju, it-tliet swieq tal-

oġġetti li jġibu l-agħar punteġġ meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma l-“Karozzi

użati” (-2.0 fil-fiduċja), il-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-1.5 fil-fiduċja u -0.8 fil-

kumparabbiltà), u l-“Ilbies u żraben” (-1.1 fil-fiduċja u -1.0 fil-problemi u detriment).

Is-suq għall-“Fjuwil għall-vetturi” ra l-akbar titjib fis-Slovakkja mill-2015 ’l hawn għal

komponent speċifiku (+0.6 fl-aspettattivi u +0.4 fil-kumparabbiltà), segwit mill-“Prodotti

tal-ICT” (+0.5 fil-kumparabbiltà), mill-“Karozzi użati” (+0.4 fil-problemi u detriment) u

mill-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+0.3 fl-għażla). Is-suq tal-oġġetti tas-Slovakkja għall-

“Mediċini mhux bir-riċetta” naqas l-aktar għal komponent wieħed mill-2015 ’l hawn (-0.5

fil-fiduċja), segwit mis-suq għal-“Laħam u prodotti tal-laħam”, li ġab punteġġ ta’ -0.4

kemm fil-komponent tal-kumparabbiltà kif ukoll fil-komponent tal-fiduċja.

Page 201: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

195

25.3. Swieq tas-servizzi

L-“Akkomodazzjoni għall-btajjel”, is-“Servizzi tal-linji tal-ajru” u s-“Servizzi tal-kura

personali” huma l-aħjar tliet swieq tas-servizzi fis-Slovakkja f’termini tal-punteġġ tal-MPI.

L-agħar tlieta huma s-“Servizzi tal-proprjetà immobbli”, il-“Prodotti tal-investiment,

pensjonijiet personali privati u titoli”, u s-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija

offlajn”.

Tnax mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fis-Slovenja huma ogħla mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-swieq bl-aqwa prestazzjoni li huma s-“Servizzi

tat-telefonija fissa” (+5.7), is-“Servizzi tal-elettriku” (+4.5) u l-“Provvista tal-ilma” (+4.4).

Min-naħa l-oħra, tmien swieq tas-servizzi jġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28

f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, bis-swieq bl-agħar prestazzjoni li huma s-“Servizzi

tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-4.6), is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (-

3.9) u l-“Abbonamenti tat-TV” (-3.1).

Mit-23 suq tas-servizzi misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, l-“Ipoteki” (+2.4) hu l-

uniku suq tas-servizzi li rreġistra titjib mill-2015 ’l hawn. Is-“Servizzi tal-elettriku” (-3.0) u

s-“Servizzi tal-gass” (-2.8) huma l-uniċi żewġ swieq li rreġistraw tnaqqis mill-2015 ’l

hawn. Is-swieq tas-servizzi l-oħra kollha baqgħu stabbli tul dan il-perjodu. Mill-25 suq tal-

oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, 11-il suq tjiebu mill-2013 ’l hawn, bl-

akbar żidiet osservati għas-“Servizzi ferrovjarji” (+7.5), segwit mill-“Ipoteki” (+6.0) u

mill-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (+5.9). L-uniku suq li

wera tnaqqis mill-2013 ’l hawn hu s-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn”

(-2.3).

F’termini tal-komponenti, il-punteġġi tal-aspettattivi u tal-għażla għas-swieq tas-servizzi

fis-Slovakkja huma ogħla mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġ tal-komponenti tal-

kumparabbiltà u tal-problemi u detriment hu allinjat mal-medja tal-UE-28. Għas-

Slovakkja, il-punteġġ tal-komponent tal-fiduċja biss hu anqas mill-medja tal-UE-28. Barra

minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati wkoll huma ogħla fis-Slovakkja meta mqabbla

mal-medja tal-UE-28, iżda l-livell ta’ detriment hu anqas mill-medja.

Il-komponent tal-għażla hu l-uniku wieħed li juri żieda mill-2015 ’l hawn. Il-komponenti

tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-problemi u detriment baqgħu stabbli

mill-2015 ’l hawn. Għall-kuntrarju, is-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-

problemi esperjenzati żdied mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li esperjenzaw

problemi u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Meta mqabbel mar-riżultati tal-medja tal-UE-28, is-suq fis-Slovakkja li għandu l-aħjar

prestazzjoni għal komponent speċifiku hu s-suq tal-“Provvista tal-ilma” (+1.1 fil-

kumparabbiltà). Is-swieq bl-ogħla punteġġ li jsegwu huma s-“Servizzi ferrovjarji” (+1.1

fil-kumparabbiltà), is-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground”

(+1.0 fil-kumparabbiltà), il-“Kontijiet tal-bank” (+0.8 fl-għażla) u s-“Servizzi tal-elettriku”

(+0.8 fl-aspettattivi). Għall-kuntrarju, is-suq tas-servizzi bl-agħar prestazzjoni meta

mqabbel mal-medja tal-UE-28 hu s-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn”,

b’punteġġ ta’ -1.2 anqas mill-medja tal-UE-28 kemm fil-fiduċja kif ukoll fl-aspettattivi. It-

tliet swieq bl-anqas punteġġ li jsegwu huma l-“Assigurazzjoni tad-dar”, is-“Servizzi tal-

proprjetà immobbli” (it-tnejn b’punteġġ ta’ -0.8 fil-fiduċja), u l-“Prodotti tal-investiment,

pensjonijiet personali privati u titoli” (-0.8 fl-aspettattivi).

Page 202: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

196

L-aktar suq li tjieb f’termini ta’ komponent wieħed hu s-“Servizzi tal-linji tal-ajru”,

b’punteġġ ta’ +0.6 għall-komponent tal-għażla. L-aktar wieħed li tjieb li jsegwih hu s-suq

tas-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (+0.5 fl-għażla), segwit mis-swieq għas-“Servizzi ta’

manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi”, mis-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-

metrò u tal-underground” u mill-“Ipoteki” (it-tlieta li huma ġabu punteġġ ta’ +0.4 punti

għall-komponenti tal-fiduċja, tal-kumparabbiltà u tal-aspettattivi). Fuq in-naħa l-oħra tal-

iskala, is-suq tas-“Servizzi ferrovjarji” rreġistra l-akbar tnaqqis għal komponent wieħed

mill-2015 ’l hawn (-0.7 fl-għażla), segwit mis-“Servizzi tal-gass” (-0.7 fil-fiduċja), mis-

“Servizzi tal-elettriku” (-0.6 fil-fiduċja), mis-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-0.6 fil-

fiduċja), u mis-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” (-0.4 fl-aspettattivi).

Page 203: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

197

26. IL-FINLANDJA

26.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fil-Finlandja hu ta’ 81.3, li hu

ogħla mill-medja tal-UE-28 (+1.1). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 83.0, li

hu allinjat mal-medja tal-UE-28. B’punteġġ tal-MPI ta’ 80.2, il-punteġġ tas-swieq tas-

servizzi hu 1.6 punti ogħla mill-medja tal-UE-28.

Il-Finlandja tikklassifika fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tal-oġġetti tal-

“Prodotti tal-ħalib” u għas-swieq tas-servizzi tal-“Ipoteki” u tal-“Provvista tal-ilma”.

Madankollu, il-Finlandja tikklassifika wkoll fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq

tal-oġġetti tan-“Nuċċalijiet u lentijiet”.

Page 204: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

198

Il-punteġġ medju tal-MPI tal-Finlandja hu 0.5 punti anqas milli fl-2015, minħabba tnaqqis

fi-punteġġ ġenerali tal-MPI tas-swieq tas-servizzi (-0.7). Il-medja ġenerali tas-swieq tal-

oġġetti baqgħet stabbli mill-2015 ’l hawn.

26.2. Swieq tal-oġġetti

L-aħjar tliet swieq tal-oġġetti fil-Finlandja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-“Prodotti

tal-ħalib”, il-“Fjuwil għall-vetturi” u x-“Xarbiet alkoħoliċi”. It-tlieta tal-qiegħ huma s-

swieq tal-“Karozzi użati”, tal-“Ilbies u żraben” u tal-“Prodotti tal-ICT”.

Sitta mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fis-Slovenja jġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-MPI tagħhom, immexxija mill-“Fjuwil għall-vetturi” (+5.8), mill-

“Prodotti tal-ħalib” (+4.4) u mill-“Karozzi ġodda” (+3.3). Sitt swieq iġibu punteġġ anqas

mill-medja tal-UE-28, bis-swieq tal-oġġetti bl-agħar prestazzjoni li huma l-“Ilbies u

żraben” (-4.5), in-“Nuċċalijiet u lentijiet” (-4.0) u l-“Prodotti elettroniċi” (-2.5).

L-ebda wieħed mis-seba’ swieq tal-oġġetti misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 ma

rreġistra xi tibdil mill-2015 ’l hawn. Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif

ukoll fl-2017, sitta raw żieda fl-MPI tagħhom mill-2013 ’l hawn, bil-“Laħam u prodotti tal-

laħam” (+2.6), il-“Prodotti tal-ICT” (+2.6) u l-“Fjuwil għall-vetturi” (+2.2) li huma l-

ewwel tlieta. Il-“Prodotti elettroniċi” hu l-uniku suq tal-oġġetti li rreġistra tnaqqis fil-

punteġġ tal-MPI tiegħu mill-2013 ’l hawn (-1.8).

F’termini tal-punteġġi tal-komponenti, il-punteġġi tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-għażla

huma ogħla mill-medja tal-UE-28. Għall-kuntrarju, il-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-

fiduċja u tal-problemi u detriment iġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28. Barra minn

hekk, is-swieq tal-oġġetti fil-Finlandja juru livell ta’ detriment inferjuri meta mqabbla mal-

UE fis-sħuħija tagħha. Madankollu, huma osservati sehem ogħla ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi u sehem ogħla ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

Il-komponent tal-kumparabbiltà biss naqas mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-komponenti tal-

fiduċja, tal-aspettattivi, tal-għażla u tal-problemi u detriment baqgħu stabbli tul dan il-

perjodu. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi

esperjenzati fis-swieq tal-oġġetti tal-Finlandja naqas mill-2015 ’l hawn. Madankollu, is-

sehem ta’ dawk li esperjenzaw problemi u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli mill-2015.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” jġib l-ogħla punteġġ

għal komponent speċifiku (+1.4 fl-aspettattivi u +1.1 fil-fiduċja). Warajh hemm ix-

“Xarbiet alkoħoliċi” (+1.1 fil-fiduċja) u l-“Prodotti tal-ħalib” (+0.8 kemm fil-fiduċja kif

ukoll fl-aspettattivi). Għall-kuntrarju, is-suq tal-oġġetti bl-agħar prestazzjoni fil-Finlandja

meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 hu n-“Nuċċalijiet u lentijiet”, b’punteġġ ta’ -1.2 punti

anqas mill-medja tal-UE-28 għall-komponent tal-kumparabbiltà. Is-swieq bl-agħar

punteġġi li jsegwu huma: l-“Ilbies u żraben” (-0.9 fil-kumparabbiltà) u l-“Prodotti tal-ICT”

(-0.7 fil-kumparabbiltà), ix-“Xarbiet alkoħoliċi” (-0.6 fl-għażla) u l-“Prodotti ta’

manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (-0.6 fil-kumparabbiltà).

Is-suq tal-oġġetti għall-“Fjuwil għall-vetturi” fil-Finlandja tjieb l-aktar għal komponent

wieħed mill-2015 ’l hawn (+0.3 fil-fiduċja u +0.2 fl-aspettattivi). L-aktar suq tal-oġġetti li

tjieb wara dan hu l-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+0.2 fil-problemi u detriment). Fuq in-

naħa l-oħra tal-iskala, is-suq għall-“Karozzi ġodda” rreġistra tnaqqis għal komponent

wieħed mill-2015 ’l hawn (-0.3 fil-fiduċja), segwit mis-swieq tal-“Fjuwil għall-vetturi” (-

Page 205: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

199

0.3 fil-kumparabbiltà) u tal-“Prodotti elettroniċi” (-0.3 kemm fl-għażla kif ukoll fil-

fiduċja).

26.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fil-Finlandja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-

“Servizzi tal-kura personali”, il-“Provvista tal-ilma” u l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel”.

It-tlieta tal-qiegħ huma s-swieq tal-prodotti tal-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet

personali privati u titoli”, tas-“Servizzi postali” u tal-“Abbonamenti tat-TV”.

Mill-24 suq tas-servizzi mistħarrġa fil-Finlandja, 12 ġabu punteġġ ogħla mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI, immexxija mill-“Provvista tal-ilma” (+8.2), mill-

“Ipoteki” (+7.3) u mis-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-

underground” (+4.9). Min-naħa l-oħra, erba’ swieq tas-servizzi ġabu punteġġ anqas mill-

medja tal-UE-28, b’dawk bl-agħar prestazzjoni li huma s-“Servizzi postali” (-3.9), l-

“Abbonamenti tat-TV” (-2.5) u l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u

titoli” (-1.5).

Mit-22 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, is-suq għas-“Servizzi

tat-telefonija fissa” (+2.1) juri l-akbar żieda mill-2015 ’l hawn, segwit mill-“Provvista tal-

ilma” (+1.7). Dawn kienu l-uniċi żewġ swieq tas-servizzi li rrapportaw titjib. Sitt swieq

tas-servizzi rrapportaw tnaqqis tul dan il-perjodu, bl-aktar tnaqqis prominenti li seħħ għas-

“Servizzi postali” (-5.2), il-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”

(-2.8), u l-“Assigurazzjoni tal-vetturi” (-2.2). Mill-24 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-

2013 kif ukoll fl-2017, sitt swieq żiedu l-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2013 ’l hawn,

immexxija mis-swieq għall-“Abbonamenti tat-TV” (+6.2), għas-“Servizzi tat-telefonija

mobbli” (+3.3) u għall-“Provvista tal-internet” (+3.1). Is-“Servizzi postali” (-6.0), is-

“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (-3.2) u s-“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn”

(-2.5) huma l-uniċi swieq li naqqsu l-punteġġi tagħhom tul dan il-perjodu.

Bħal fir-rigward tas-swieq tal-oġġetti, f’termini tal-komponenti, is-swieq tal-oġġetti fil-

Finlandja għandhom prestazzjoni aħjar fil-fiduċja, fl-aspettattivi u fl-għażla meta mqabbla

mal-medja tal-UE-28, iżda agħar fil-kumparabbiltà u fil-problemi u detriment. Barra minn

hekk, fil-Finlandja l-livell ta’ detriment u s-sehem ta’ rispondenti li lmentaw minħabba l-

problemi esperjenzati huma anqas meta mqabbla mal-medja tal-UE-28. Madankollu, is-

sehem ta’ dawk li esperjenzaw problemi hu ogħla f’dan il-pajjiż meta mqabbel mal-medja

tal-UE-28.

Kemm il-komponent tal-fiduċja kif ukoll tal-problemi u detriment naqsu fil-punteġġ

tagħhom mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-kumparabbiltà u l-aspettattivi baqgħu stabbli tul

dan il-perjodu. Barra minn hekk, dejjem matul l-istess perjodu ta’ żmien, is-sehem ta’

rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqas, filwaqt li s-sehem ta’ dawk

li esperjenzaw problemi żdied. Il-livell ta’ detriment baqa’ l-istess bħal fl-2015.

Meta jiġu analizzati s-swieq bl-aqwa prestazzjoni għal komponent wieħed fil-Finlandja, is-

suq tal-“Provvista tal-ilma” għandu l-ogħla punteġġ meta mqabbel mal-medja tal-UE-28

(+1.3 fl-għażla kif ukoll fl-aspettattivi, u +1.1 fil-fiduċja), segwit mis-swieq għall-

“Kontijiet tal-bank” (+1.2 fil-fiduċja) u għall-“Ipoteki” (+1.1 fil-fiduċja). Għall-kuntrarju,

is-suq bl-agħar prestazzjoni meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 hu l-“Assigurazzjoni tal-

vetturi” (-1.5 punti), segwit mill-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u

titoli” (-1.3 punti), mis-“Servizzi tat-telefonija fissa” (-1.2 punti), mill-“Assigurazzjoni tad-

Page 206: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

200

dar” (-1.1 punt) u mis-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-1.0 punt), bil-ħamsa kollha kemm

huma li ġabu l-anqas punteġġ fil-komponent tal-kumparabbiltà.

Is-suq għall-“Abbonamenti tat-TV” fil-Finlandja tjieb l-aktar f’termini ta’ komponent

wieħed mill-2015 ’l hawn (+0.5 fil-problemi u detriment), segwit mis-swieq għall-

“Provvista tal-internet” (+0.4 fil-kumparabbiltà), għas-“Self, kreditu u karti tal-kreditu”

(+0.3 fl-aspettattivi), għall-“Provvista tal-ilma” (+0.2 fil-fiduċja) u għas-“Servizzi tat-

telefonija fissa” (+0.2 fil-problemi u detriment). Għall-kuntrajru, is-suq għall-“Prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” rreġistra l-akbar tnaqqis mill-2015 ’l

hawn (-0.8 fil-fiduċja), segwit mis-“Servizzi postali”, li naqas l-aktar fi tliet komponenti,

jiġifieri l-problemi u detriment (-0.7 punti), u l-aspettattivi u l-fiduċja (-0.6 punti fit-tnejn).

Is-suq bl-agħar prestazzjoni li jsegwi fil-Finlandja mill-2015 ’l hawn hu l-“Assigurazzjoni

tal-vetturi”, li ġab punteġġ ta’ -0.5 punti fil-komponent tal-kumparabbiltà.

Page 207: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

201

27. L-IŻVEZJA

27.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fl-Iżvezja hu ta’ 77.5, li hu anqas

mill-medja tal-UE-28 (-2.7). Il-punteġġ medju tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 80.2 u l-

punteġġ tal-MPI tas-swieq tas-servizzi hu ta’ 75.8; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-

28, b’2.5 u b’2.9 punti rispettivament.

L-Iżvezja tikklassifika fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għal 5 swieq tal-oġġetti u għal

erba’ swieq tas-servizzi.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Iżvezja naqas b’1.0 punti mill-2015 ’l hawn. Kemm il-

punteġġ ġenerali tal-MPI tas-suq tal-oġġetti (-0.8) kif ukoll dak tas-servizzi (-1.0) naqsu

mill-2015 ’l hawn.

Page 208: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

202

27.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti fl-Iżvezja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma x-“Xarbiet

alkoħoliċi”, il-“Prodotti tal-ħalib” u l-“Fjuwil għall-vetturi”. It-tlieta tal-qiegħ huma l-

“Karozzi użati”, il-“Laħam u prodotti tal-laħam” u l-“Ilbies u żraben”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fl-Iżvezja, is-suq tal-“Fjuwil għall-vetturi” biss (+2.4)

iġib punteġġ ogħla mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-MPI tiegħu. Għall-kuntrarju, 11-il

suq tal-oġġetti jġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI

tagħhom, bl-akbar tliet diskrepanzi li seħħew għall-“Prodotti tal-ICT”, għall-“Ilbies u

żraben” u għal-“Laħam u prodotti tal-laħam” (ilkoll -5.1).

L-ebda wieħed mis-seba’ swieq tal-oġġetti misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 ma

wera xi żieda mill-2015 ’l hawn. Filwaqt li l-“Karozzi ġodda” (-2.6) u l-“Mediċini mhux

bir-riċetta” (-1.9) naqsu bejn l-2017 u l-2015, il-ħames swieq li jifdal baqgħu stabbli tul

dan il-perjodu. Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, erba’

swieq irreġistraw żieda meta mqabbla maċ-ċifri tal-2013, immexxija mil-“Laħam u

prodotti tal-laħam” (+4.0), mill-“Prodotti tal-ICT” (+2.5) u mill-“Prodotti ta’ manutenzjoni

tad-dar u tal-ġnien” (+2.3). Is-suq tal-“Karozzi ġodda” (-2.5) biss naqas tul dan il-perjodu.

Il-punteġġi tal-komponenti kollha huma anqas mill-medja tal-UE-28. F’termini tal-livell

ta’ detriment biss is-swieq tal-oġġetti tal-Iżvezja jmorru aħjar (jiġifieri juru livell ta’

detriment anqas) mill-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, fl-Iżvezja s-sehem ta’

rispondenti li esperjenzaw problemi hu ogħla meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, filwaqt

li s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati hu allinjat mal-medja tal-

UE-28.

F’termini tal-komponenti, il-punteġġi tal-aspettattivi u tal-għażla naqsu mill-2015 ’l hawn,

filwaqt li l-punteġġ tal-komponent tal-problemi u detriment żdied tul dan il-perjodu. Il-

punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà u tal-fiduċja huma allinjati ma’ dawk osservati

fl-2015. Barra minn hekk, filwaqt li s-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-

sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqsu mill-2015 ’l hawn, il-

livell ta’ detriment baqa’ stabbli tul dan il-perjodu.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tal-oġġetti bl-ogħla punteġġ fl-Iżvezja għal

komponent wieħed huma: ix-“Xarbiet alkoħoliċi” (+0.9 fil-fiduċja u +0.3 fl-aspettattivi),

il-“Fjuwil għall-vetturi” (+0.8 fl-aspettattivi u +0.3 fil-fiduċja), u l-“Prodotti tal-ħalib”

(+0.5 fl-aspettattivi). Għall-kuntrarju, is-swieq bl-anqas punteġġi meta mqabbla mal-medja

tal-UE-28 huma: in-“Nuċċalijiet u lentijiet” (-1.4 fil-kumparabbiltà), l-“Ilbies u żraben” (-

1.2 fil-fiduċja), il-“Prodotti tal-kura personali” (-1.1 fil-kumparabbiltà), ix-“Xarbiet

alkoħoliċi” (-1.1 fl-għażla) u l-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-1.0 fil-fiduċja).

Ma hemm ebda suq tal-oġġetti fl-Iżvezja li rreġistra titjib għal komponent wieħed meta

mqabbel mar-riżultati tal-2015. Madankollu, erba’ swieq raw tnaqqis fil-punteġġi mill-

2015 ’l hawn: il-“Karozzi ġodda” (-0.6 fil-fiduċja u +0.5 fl-għażla), il-“Fjuwil għall-

vetturi” (-0.5 fil-kumparabbiltà) il-“Mediċini mhux bir-riċetta” (-0.4 fl-għażla) u l-

“Prodotti elettroniċi” (-0.3 fl-aspettattivi).

27.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fl-Iżvezja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-

“Akkomodazzjoni għall-btajjel”, is-“Servizzi tal-linji tal-ajru” u l-“Btajjel u ġiti f’pakkett

Page 209: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

203

wieħed”. It-tliet swieq tas-servizzi tal-qiegħ huma l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet

personali privati u titoli”, is-“Servizzi postali” u l-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja”.

Mill-24 suq tas-servizzi mistħarrġa fl-Iżvezja, is-suq tal-“Ipoteki” biss (+2.8) iġib punteġġ

ogħla mill-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tiegħu. Barra minn hekk, 17

mill-24 suq tas-servizzi huma anqas mill-medja tal-UE-28. It-tliet swieq bl-agħar

prestazzjoni meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma s-“Servizzi postali” (-9.3), is-

“Servizzi tal-kura personali” (-6.6) u l-“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali

privati u titoli” (-5.9).

Mit-22 suq tas-servizzi misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, is-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” (+4.7) u s-“Servizzi ferrovjarji” (+3.6) huma l-uniċi tnejn li rreġistraw

titjib mill-2015 ’l hawn. Bejn l-2015 u l-2017, sitt swieq tas-servizzi naqsu, bl-akbar

tnaqqisiet irreġistrati mis-“Servizzi postali” (-8.7), segwit mill-“Assigurazzjoni tal-vetturi”

u mis-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (it-tnejn -2.7). Ħdax mill-24 suq tal-oġġetti mistħarrġa

kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu mill-2013 ’l hawn, bl-akbar titjib muri mill-

“Provvista tal-internet” (+7.3), segwit mis-“Servizzi ferrovjarji” (+6.8) u mis-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” (+6.0). Ħamsa mis-swieq tas-servizzi naqsu tul dan il-perjodu, bl-akbar

tnaqqis irreġistrat għas-“Servizzi tal-gass” (-8.3), segwit mis-swieq għas-“Servizzi postali”

u għall-“Provvista tal-ilma” (it-tnejn -2.7).

Il-komponenti kollha huma anqas mill-medja tal-UE-28, ħlief għall-problemi u detriment

(li hu allinjat mal-UE-28). Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi fl-Iżvezja hu ogħla meta mqabbel mal-medja tal-UE-28. Għall-kuntrarju, is-

sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment it-

tnejn huma anqas fl-Iżvezja meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

F’termini tal-komponenti, il-punteġġi tal-komponenti tal-aspettattivi, tal-għażla u tal-

fiduċja naqsu mill-2015 ’l hawn, bil-komponent tal-problemi u detriment li hu l-uniku

punteġġ ta’ komponent li żdied tul dan il-perjodu. Il-punteġġi tal-komponent tal-

kumparabbiltà baqgħu stabbli. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li lmentaw

minħabba l-problemi esperjenzati naqas mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li

esperjenzaw problemi u l-livell ta’ detriment it-tnejn baqgħu stabbli tul dan il-perjodu.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tas-servizzi tal-“Ipoteki”, tal-“Provvista tal-

ilma” u tal-“Kontijiet tal-bank” fl-Iżvezja rreġistraw l-ogħla punteġġi, ilkoll għall-

komponent tal-fiduċja (+0.8 punti, +0.4 punti, u +0.4 punti rispettivament). Is-swieq bl-

aqwa punteġġ li jsegwu f’termini ta’ komponent wieħed huma s-“Servizzi tal-elettriku”, li

ġab punteġġ ta’ +0.4 punti aktar mill-medja tal-UE-28 fl-aspettattivi, u l-“Ipoteki”, li ġab

punteġġ ta’ +0.3 punti aktar mill-medja tal-UE-28 fil-komponent tal-problemi u detriment.

Għall-kuntrarju, is-swieq tas-servizzi fl-Iżvezja li jġibu l-agħar punteġġ f’termini ta’

komponent wieħed meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma: is-“Servizzi tal-logħob tal-

azzard u tal-lotterija offlajn” (-2.0 punti), is-“Servizzi tal-kura personali” (-1.9 punti), il-

“Provvista tal-ilma” (-1.7 punti), is-“Servizzi postali” (-1.6 punti) u l-“Abbonamenti tat-

TV” (-1.6 punti), bil-ħamsa kollha kemm huma li ġabu l-agħar punteġġ fil-komponent tal-

kumparabbiltà.

F’termini tal-prestazzjoni tas-suq għal komponent speċifiku, is-suq għas-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” fl-Iżvezja tjieb l-aktar mill-2015 ’l hawn, hekk kif ġab l-aqwa punteġġ

f’erba’ komponenti, jiġifieri l-fiduċja (+0.7 punti), il-kumparabbiltà (+0.6 punti), l-

aspettattivi (+0.5 punti), u l-problemi u detriment (+0.4 punti). L-aktar suq li tjieb li jsegwi

hu s-“Servizzi ferrovjarji”, b’punteġġ ta’ +0.5 għall-komponent tal-fiduċja. Fuq in-naħa l-

Page 210: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

204

oħra tal-iskala, is-suq għas-“Servizzi postali” ra l-akbar tnaqqis b’rabta mal-2015 fi tliet

komponenti: il-fiduċja, l-aspettattivi u l-għażla (-1.3 punti, -1.2 punti, u -0.7 punti

rispettivament), segwit mis-swieq tal-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” u tas-“Servizzi ta’

kiri tal-vetturi” (it-tnejn b’punteġġ ta’ -0.6 fl-aspettattivi).

Page 211: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

205

28. IR-RENJU UNIT

28.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fir-Renju Unit hu ta’ 81.0, li hu

ogħla mill-medja tal-UE-28 (+1.8). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 84.5, li

hu 1.8 punti ogħla mill-medja tal-UE-28. B’punteġġ tal-MPI ta’ 78.9, il-punteġġ tas-swieq

tas-servizzi hu allinjat ma’ tal-UE-28.

Ir-Renju Unit ikklassifika fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tal-oġġetti tal-

“Prodotti ta’ manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” u għas-suq tas-servizzi tal-

“Akkomodazzjoni għall-btajjel”, iżda fost l-aħħar tliet pajjiżi tal-UE-28 għas-suq tas-

“Servizzi ferrovjarji”.

Page 212: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

206

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tar-Renju Unit baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, bis-suq tal-

oġġetti kif ukoll is-suq tas-servizzi li ma wrew ebda tibdil fil-punteġġ medju tal-MPI

tagħhom.

28.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti fir-Renju Unit f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-

“Prodotti tal-ħalib”, ix-“Xarbiet alkoħoliċi” u l-“Apparati domestiċi żgħar”. It-tlieta tal-

qiegħ huma s-swieq tal-“Karozzi użati”, tal-“Karozzi ġodda” u tal-“Laħam u prodotti tal-

laħam”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fir-Renju Unit, disgħa jġibu punteġġ ogħla mill-medja

tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, immexxija mill-“Prodotti tal-ħalib”

(+3.5), mill-“Manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (3.3) u mill-“Mediċini mhux bir-riċetta”

(+3.0). Is-sitt swieq tal-oġġetti li jifdal iġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28.

L-ebda wieħed mis-seba’ swieq tal-oġġetti misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 ma

wera xi tibdil mill-2015 ’l hawn. Madankollu, disgħa mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa

kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 żdiedu meta mqabbla maċ-ċifri tal-2013, primarjament il-

“Laħam u prodotti tal-laħam” (+6.2), il-“Fjuwil għall-vetturi” (+3.3) u l-“Prodotti ta’

manutenzjoni tad-dar u tal-ġnien” (+3.0). L-ebda wieħed mis-swieq tal-oġġetti ma ra

tnaqqis fil-punteġġi tiegħu mill-2013 ’l hawn.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, il-komponenti tal-fiduċja, tal-aspettattivi u tal-għażla

huma ogħla mill-medja għas-swieq tal-oġġetti tar-Renju Unit, filwaqt li l-punteġġ tal-

komponent tal-problemi u detriment hu anqas mill-medja tal-UE-28. Il-punteġġ tal-

komponent tal-kumparabbiltà hu allinjat mal-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, is-sehem

ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-

problemi esperjenzati huma ogħla fir-Renju Unit meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

Madankollu, il-livell ta’ detriment hu anqas meta mqabbel mal-medja tal-UE-28.

Ma ġie nnotat ebda tibdil f’xi wieħed mill-punteġġi tal-komponenti għas-swieq tal-oġġetti

tar-Renju Unit mill-2015 ’l hawn. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi, is-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell ta’

detriment ilkoll baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn.

Is-suq għall-“Fjuwil għall-vetturi” fir-Renju Unit għandu prestazzjoni aħjar f’termini ta’

komponent wieħed meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 (+0.8 fl-aspettattivi), segwit mill-

“Mediċini mhux bir-riċetta” (+0.6 fl-għażla), mix-“Xarbiet alkoħoliċi” (+0.6 fil-fiduċja kif

ukoll fl-għażla) u mill-“Prodotti tal-ħalib” (+0.6 fl-aspettattivi). Għall-kuntrajru, is-swieq

tal-oġġetti fir-Renju Unit li għandhom l-anqas punteġġ f’termini ta’ komponent speċifiku

meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma: in-“Nuċċalijiet u lentijiet” (-0.6 fil-

kumparabbiltà), il-“Fjuwil għall-vetturi” (-0.4 fil-kumparabbiltà), il-“Karozzi użati” (-0.3

fil-problemi u detriment), ix-“Xarbiet alkoħoliċi” (-0.3 fil-kumparabbiltà), u l-“Ilbies u

żraben” (-0.2 fil-problemi u detriment).

Fost is-swieq tal-oġġetti kollha fir-Renju Unit, is-suq tal-“Mediċini mhux bir-riċetta” tjieb

l-aktar f’termini ta’ komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn (+0.5 fil-kumparabbiltà u +0.3

fl-għażla), segwit mil-“Laħam u prodotti tal-laħam” u mill-“Karozzi użati”, it-tnejn

b’punteġġ ta’ +0.4 punti għall-komponent tal-fiduċja. Għall-kuntrarju, ma hemm ebda suq

tal-oġġetti fir-Renju Unit li rreġistra tnaqqis għal komponent wieħed mill-2015 ’l hawn.

Page 213: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

207

28.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fir-Renju Unit f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-

“Servizzi tal-kura personali”, l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u l-“Assigurazzjoni tad-

dar”. Fl-aħħar tliet pożizzjonijiet hemm is-“Servizzi ferrovjarji”, is-“Servizzi tal-proprjetà

immobbli” u l-“Provvista tal-internet”.

Mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa fir-Renju Unit, 11 iġibu punteġġ ogħla mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-MPI tagħhom, immexxija mill-“Ipoteki” (+5.5), mill-“Assigurazzjoni

tad-dar” (+4.6) u mis-“Servizzi tal-elettriku” (+2.6). Min-naħa l-oħra, sitt swieq tas-

servizzi jaqgħu taħt il-medja tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, it-tlieta bl-

ogħla differenza negattiva li huma s-“Servizzi ferrovjarji” (-6.8), il-“Provvista tal-internet”

(-4.1) u s-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (-3.0).

Sitta mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017 irrapportaw titjib

mill-2015 ’l hawn, bis-“Servizzi tal-gass” (+3.9), il-“Kontijiet tal-bank” (+3.0) u l-

“Prodotti tal-investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (+2.9) fuq quddiem nett. Is-

swieq tas-“Servizzi ferrovjarji” (-2.5) u tas-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-2.2) biss

irrapportaw tnaqqis fil-punteġġ tal-MPI tagħhom tul dan il-perjodu. Meta mqabbla mal-

2013, l-ebda wieħed mill-25 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 ma

naqas, filwaqt li 15 minnhom tjiebu. L-akbar żidiet mill-2013 ’l hawn ġew irreġistrati

għas-swieq għall-“Ipoteki” (+8.8), għas-“Servizzi tal-elettriku” (+8.3) u għall-“Kontijiet

tal-bank” (+7.9).

F’termini tal-komponenti, il-punteġġi tal-aspettattivi u tal-għażla huma ogħla mill-medja

tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġ tal-problemi u detriment hu anqas mill-medja tal-UE-28. Il-

punteġġ ġenerali tal-komponent tal-fiduċja hu allinjat mal-medja tal-UE-28. Barra minn

hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw

minħabba l-problemi esperjenzati huma ogħla meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, filwaqt

li l-livell ta’ detriment hu allinjat mal-medja tal-UE-28.

Il-punteġġi tal-komponenti tal-fiduċja u tal-għażla biss żdiedu mill-2015 ’l hawn, filwaqt li

l-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-aspettattivi u tal-problemi u detriment

baqgħu stabbli. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi, is-

sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment ilkoll

baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn.

Is-suq tal-“Ipoteki” fir-Renju Unit ukoll għandu l-ogħla punteġġ għal komponent speċifiku

(+0.9 fil-fiduċja u +0.7 fl-aspettattivi) meta mqabbel mal-medja tal-UE-28. Is-swieq tas-

servizzi bl-ogħla punteġġ li jsegwu huma l-“Assigurazzjoni tad-dar” (+0.8 fl-għażla), is-

“Servizzi tal-logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (+0.8 fl-aspettattivi) u l-

“Assigurazzjoni tal-vetturi” (+0.6 fl-għażla). Għall-kuntrarju, is-swieq tas-servizzi fir-

Renju Unit li għandhom l-agħar prestazzjoni meta mqabbla mal-medja tal-UE-28 huma: il-

“Provvista tal-ilma” (-1.2 fil-kumparabbiltà), is-“Servizzi ferrovjarji” (-1.0 fil-problemi u

detriment u -0.9 fil-kumparabbiltà), is-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi”

(-0.9 fil-kumparabbiltà) u l-“Provvista tal-internet” (-0.9 fil-problemi u detriment).

Is-suq tal-“Ipoteki” tjieb l-aktar ukoll f’termini ta’ komponent wieħed (+0.6 fil-fiduċja)

meta mqabbel mas-swieq tas-servizzi kollha fir-Renju Unit mill-2015 ’l hawn. Is-swieq

tas-servizzi bl-akbar titjib li jsegwu huma s-“Servizzi postali” (+0.5 fil-kumparabbiltà), il-

“Kontijiet tal-bank” (+0.5 fil-fiduċja) u s-“Servizzi tal-gass” (+0.5 kemm fil-problemi u

detriment kif ukoll fil-fiduċja). Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala, is-suq tas-servizzi li naqas l-

Page 214: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

208

aktar fir-Renju Unit hu l-“Provvista tal-internet” (-0.4 fil-problemi u detriment), segwit

mis-“Servizzi tat-telefonija mobbli” (-0.4 fil-kumparabbiltà), is-“Self, kreditu u karti tal-

kreditu” (-0.4 fil-kumparabbiltà), is-“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-

underground” (-0.4 fil-problemi u detriment) u s-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (-0.3 fl-

għażla).

Page 215: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

209

29. IN-NORVEĠJA

29.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fin-Norveġja hu ta’ 78.2, li hu

anqas mill-medja tal-UE-28 (-1.9). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 80.2 u l-

punteġġ tal-MPI tas-swieq tas-servizzi hu ta’ 77.0; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-

28, b’2.5 u b’1.7 punti rispettivament.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tan-Norveġja baqa’ stabbli mill-2015 ’l hawn, minkejja żieda

fil-punteġġ ġenerali tal-MPI għas-swieq tal-oġġetti (+0.8). Il-medja ġenerali tas-swieq tas-

servizzi baqgħet stabbli mill-2015 ’l hawn.

29.2. Swieq tal-oġġetti

L-aħjar tliet swieq tal-oġġetti fin-Norveġja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma x-“Xarbiet

alkoħoliċi”, il-“Prodotti tal-ħalib” u n-“Nuċċalijiet u lentijiet”, filwaqt li l-“Karozzi użati”,

il-“Laħam u prodotti tal-laħam” u l-“Ilbies u żraben” huma l-agħar tlieta.

Page 216: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

210

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fin-Norveġja, 12 iġibu punteġġ anqas mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-MPI tagħhom, bil-“Prodotti tal-kura personali” (-5.8), il-“Laħam u

prodotti tal-laħam” (-5.7) u l-“Ilbies u żraben” (-4.7) li kellhom l-agħar prestazzjoni. It-tliet

swieq tal-oġġetti li jifdal, ix-“Xarbiet alkoħoliċi”, il-“Karozzi ġodda” u l-“Karozzi użati”

jġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, il-“Laħam u

prodotti tal-laħam” hu l-uniku suq tal-oġġetti li nbidel mill-2015 ’l hawn, b’żieda ta’ 4.2

irreġistrata. Is-sitt swieq l-oħra ma juru ebda tibdil mill-2015 ’l hawn. Sebgħa mill-15-il

suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017 tjiebu fil-punteġġ tal-MPI

tagħhom, immexxija mill-“Prodotti tal-ICT” (+5.7), mil-“Laħam u prodotti tal-laħam”

(+2.8), u l-“Ilbies u żraben”, u l-“Apparati domestiċi żgħar” (it-tnejn +2.4). Is-swieq li

jifdal baqgħu stabbli mill-2013 ’l hawn.

F’termini tal-komponenti, ilkoll iġibu punteġġ taħt il-medja tal-UE-28, ħlief għall-fiduċja,

li jġib punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, il-livell ta’ detriment fin-

Norveġja hu anqas meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, u hekk ukoll is-sehem ta’

rispondenti li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati. Madankollu, is-sehem ta’ dawk li

esperjenzaw problemi hu ogħla meta mqabbel mal-medja tal-UE-28.

Il-kumparabbiltà u l-fiduċja huma l-uniċi komponenti li wrew tibdil mill-2015 ’l hawn,

hekk kif it-tnejn żdiedu. Ma ġie osservat ebda tibdil għall-punteġġi tal-komponenti tal-

aspettattivi, tal-għażla u tal-problemi u detriment mill-2015 ’l hawn. Barra minn hekk, is-

sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi, is-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-

problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, is-swieq tal-oġġetti bl-aqwa prestazzjoni fin-

Norveġja għal komponent wieħed huma: ix-“Xarbiet alkoħoliċi” (+1.5 fil-fiduċja u +0.2 fl-

aspettattivi), il-“Karozzi użati” (+0.4 fl-għażla), il-“Mediċini mhux bir-riċetta” (+0.4 fil-

fiduċja) u l-“Karozzi ġodda” (+0.3 fil-fiduċja). Għall-kuntrarju, is-swieq tal-oġġetti bl-

agħar prestazzjoni meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, li lkoll juru punteġġ baxx fil-

komponent tal-kumparabbiltà, huma: il-“Prodotti tal-kura personali” (-1.7 punti), in-

“Nuċċalijiet u lentijiet” (-1.5 punti), il-“Mediċini mhux bir-riċetta” (-1.4 punti), ix-“Xarbiet

alkoħoliċi” (-1.1 punt), u l-“Laħam u prodotti tal-laħam” (-1.1 punt).

Fost is-swieq tal-oġġetti kollha fin-Norveġja, is-suq tal-“Prodotti tal-ICT” ra l-akbar titjib

f’termini ta’ komponent wieħed mill-2015 ’l hawn (+0.6 fil-kumparabbiltà), segwit mil-

“Laħam u prodotti tal-laħam”, li jġib l-ogħla punteġġ f’erba’ komponenti: +0.6 punti

kemm fil-fiduċja kif ukoll fl-aspettattivi, u +0.4 punti kemm fil-problemi u detriment kif

ukoll fl-għażla. Min-naħa l-oħra, il-“Mediċini mhux bir-riċetta” hu l-uniku suq fin-

Norveġja li rreġistra tnaqqis għal komponent speċifiku mill-2015 ’l hawn (-0.4 fl-

aspettattivi u -0.3 fil-fiduċja).

29.3. Swieq tas-servizzi

L-aħjar tliet swieq tas-servizzi fin-Norveġja f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma l-

“Provvista tal-ilma”, l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u l-“Kontijiet tal-bank”, filwaqt li l-

aħħar tlieta huma l-“Provvista tal-internet”, l-“Abbonamenti tat-TV” u l-“Prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”.

Mill-24 suq tas-servizzi mistħarrġa fin-Norveġja, erba’ swieq biss imorru aħjar mill-medja

tal-UE-28 f’termini tal-punteġġ tal-MPI tagħhom, immexxija mill-“Provvista tal-ilma”

Page 217: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

211

(+7.4), mis-“Servizzi ferrovjarji” u mill-“Kontijiet tal-bank” (it-tnejn +3.2). Għall-

kuntrarju, 15-il suq tas-servizzi jġibu punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28, bis-swieq għall-

“Abbonamenti tat-TV” (-7.2), għall-“Provvista tal-internet” (-6.4) u għas-“Servizzi tal-

kura personali” (-4.7) li juru l-akbar diskrepanzi.

Mit-22 suq tas-servizzi li ġew mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, l-uniċi tliet

swieq li żdiedu mill-2015 ’l hawn huma l-“Provvista tal-ilma” (+2.8), is-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” u l-“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” (it-tnejn +2.2), filwaqt li s-swieq

għas-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (-3.5), għas-“Self, kreditu u karti

tal-kreditu” (-2.5) u għas-“Servizzi tal-elettriku” (-2.3) huma l-uniċi tlieta li naqsu tul dan

il-perjodu. Mill-2013 ’l hawn, 10 mill-24 suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif

ukoll fl-2017 tjiebu, bis-“Servizzi ferrovjarji” (+4.1) li wera l-akbar żieda, segwit mis-

“Servizzi tat-tram, tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (+4.0) u mill-

“Provvista tal-ilma” (+3.7). L-“Assigurazzjoni tad-dar” (-1.7) hu l-uniku suq li naqas meta

mqabbel mal-2013.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, il-komponenti kollha ħlief il-punteġġ tal-fiduċja jġibu

punteġġ anqas mill-medja tal-UE-28. Il-punteġġ tal-komponent tal-fiduċja tas-swieq tas-

servizzi hu ogħla mill-medja tal-UE-28 fin-Norveġja. Barra minn hekk, is-sehem ta’

rispondenti li esperjenzaw problemi hu ogħla mill-medja tal-UE-28. Madankollu, is-sehem

ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment it-tnejn huma

anqas għan-Norveġja meta mqabbla mal-medja tal-UE-28.

Il-komponent tal-kumparabbiltà tas-swieq tas-servizzi hu l-uniku wieħed li juri tibdil meta

mqabbel mal-2015, bi tnaqqis fil-punteġġ tiegħu. Il-punteġġi tal-komponenti li jifdal għall-

fiduċja, għall-għażla u għall-problemi u detriment baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn. Barra

minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi, is-sehem ta’ dawk li lmentaw

minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli.

F’termini tal-prestazzjoni tas-swieq għal komponent speċifiku, meta mqabbel mal-medja

tal-UE-28, is-suq għall-“Provvista tal-ilma” rreġistra l-ogħla punteġġ f’żewġ komponenti

(+1.4 fl-aspettattivi u +1.2 fil-fiduċja). Is-swieq bl-ogħla punteġġ li jsegwu huma l-

“Kontijiet tal-bank” (+1.3 punti), is-“Servizzi ferrovjarji” (+1.0 punt) u l-“Ipoteki” (+1.0

punt), li lkoll ġabu l-ogħla punteġġ għall-komponent tal-fiduċja. Għall-kuntrarju, is-swieq

bl-agħar prestazzjoni fin-Norveġja lkoll irreġistraw l-anqas punteġġi meta mqabbla mal-

medja tal-UE-28 għall-komponent tal-kumparabbiltà. Dawn kienu: is-“Servizzi postali” (-

2.0 punti), il-“Provvista tal-ilma” (-1.8 punti), l-“Abbonamenti tat-TV” (-1.6 punti), is-

“Servizzi tal-kura personali” (-1.5 punti) u l-“Assigurazzjoni tad-dar” (-1.4 punti).

Mill-2015 ’l hawn, is-suq għas-“Servizzi tat-telefonija mobbli” fin-Norveġja tjieb l-aktar

għal komponent wieħed (+0.5 fil-problemi u detriment), segwit mill-“Prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli” (+0.4 fl-aspettattivi), mis-“Servizzi

ferrovjarji” (+0.3 fl-aspettattivi), mill-“Provvista tal-internet” (+0.3 fil-fiduċja) u mill-

“Assigurazzjoni privata tal-ħajja” (+0.3 fl-għażla). Għall-kuntrarju, is-suq tas-“Servizzi ta’

manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” naqas l-aktar f’termini ta’ komponent wieħed mill-

2015 ’l hawn (-0.7 fil-kumparabbiltà), segwit mis-“Self, kreditu u karti tal-kreditu” (-0.5

fil-fiduċja), mis-“Servizzi tal-elettriku” (-0.5 punti fil-fiduċja), mis-“Servizzi tat-telefonija

fissa” (-0.4 fl-aspettattivi) u mill-“Abbonamenti tat-TV” (-0.4 fil-problemi u detriment).

Page 218: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

212

Page 219: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

213

30. L-IŻLANDA

30.1. Prestazzjoni ġenerali

Il-punteġġ medju tal-MPI għas-swieq kollha mistħarrġa fl-Iżlanda hu ta’ 76.1, li hu anqas

mill-medja tal-UE-28 (-4.1). Il-punteġġ tal-MPI tas-swieq tal-oġġetti hu ta’ 78.3 u l-

punteġġ tal-MPI tas-swieq tas-servizzi hu ta’ 74.6; it-tnejn huma anqas mill-medja tal-UE-

28, b’4.4 u b’4.1 punti rispettivament.

Il-punteġġ ġenerali tal-MPI tal-Iżlanda tjieb b’0.7 punti mill-2015 ’l hawn, xprunat minn

żieda ta’ 1.0 punt fil-punteġġ ġenerali tal-MPI għas-swieq tas-servizzi. Il-medja tas-swieq

tal-oġġetti baqgħet stabbli mill-2015 ’l hawn.

Page 220: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

214

30.2. Swieq tal-oġġetti

L-aqwa tliet swieq tal-oġġetti f’termini tal-punteġġ tal-MPI fl-Iżlanda huma l-“Prodotti tal-

ICT”, il-“Prodotti elettroniċi” u n-“Nuċċalijiet u lentijiet”, filwaqt li l-aħħar tlieta huma l-

“Ilbies u żraben”, il-“Karozzi użati”, u l-“Laħam u prodotti tal-laħam”.

Mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa fl-Iżlanda, 13-il suq iġibu punteġġ anqas mill-medja

tal-UE-28 f’termini tal-MPI tagħhom, bl-“Ilbies u żraben” (-9.3) li ġab l-anqas punteġġ

meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, segwit mix-“Xarbiet alkoħoliċi” (-7.4) u mill-

“Prodotti tal-kura personali” (-7.3). Iż-żewġ swieq tal-oġġetti li jifdal, il-“Prodotti tal-ICT”

u l-“Karozzi ġodda” jġibu punteġġ allinjat mal-medja tal-UE-28.

Mis-seba’ swieq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, sitta baqgħu stabbli

mill-2015 ’l hawn, bis-suq tal-“Karozzi użati” (-2.7) biss li wera tnaqqis fil-punteġġ tal-

MPI tagħhom tul dan il-perjodu. Għaxra mill-15-il suq tal-oġġetti mistħarrġa kemm fl-

2013 kif ukoll fl-2017 ukoll baqgħu stabbli mill-2013 ’l hawn, filwaqt li ħames swieq

irreġistraw żieda fil-punteġġ tal-MPI tagħhom tul dan il-perjodu. It-tliet swieq bl-akbar

żieda fil-punteġġ tal-MPI tagħhom bejn l-2013 u l-2017 huma: il-“Prodotti tal-ICT” (+6.4),

il-“Fjuwil għall-vetturi” (+5.3) u l-“Laħam u prodotti tal-laħam” (+4.8).

Il-punteġġi tal-komponenti tal-kumparabbiltà, tal-fiduċja u tal-għażla tas-swieq tal-oġġetti

huma anqas mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-punteġġi tal-komponenti tal-aspettattivi u

tal-problemi u detriment huma allinjati mal-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, is-sehem

ġenerali ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba

l-problemi esperjenzati għas-swieq tal-oġġetti Iżlandiżi t-tnejn huma ogħla mill-medja tal-

UE-28.

Il-kumparabbiltà hu l-uniku komponent li tjieb mill-2015 ’l hawn fis-swieq tal-oġġetti

Iżlandiżi. Madankollu, il-punteġġi ġenerali għall-komponenti tal-fiduċja u tal-għażla naqsu

mill-2015 ’l hawn, filwaqt li l-punteġġi tal-aspettattivi u tal-problemi u detriment baqgħu

stabbli tul dan il-perjodu. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw

problemi, is-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati u l-livell ta’

detriment baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn.

Meta mqabbel mal-medja tal-UE-28, l-uniku suq tal-oġġetti fl-Iżlanda li kien ogħla mill-

punteġġ medju għal komponent wieħed (+0.4 fl-aspettattivi) kien is-suq tal-“Fjuwil għall-

vetturi”. Is-suq bl-anqas punteġġ fl-Iżlanda meta mqabbel mal-“Medja tal-UE-28” hu l-

“Mediċini mhux bir-riċetta” (-2.1 fil-kumparabbiltà), segwit mix-“Xarbiet alkoħoliċi” (-2.1

fil-kumparabbiltà u -1.9 fl-għażla), mill-“Fjuwil għall-vetturi” (-2.0 fil-fiduċja), u mill-

“Ilbies u żraben” (-1.9 fil-fiduċja).

Mis-swieq tal-oġġetti kollha fl-Iżlanda, is-suq għall-“Mediċini mhux bir-riċetta” kiseb l-

akbar titjib f’termini ta’ komponent wieħed mill-2015 ’l hawn (+0.6 fil-kumparabbiltà). Iż-

żewġ swieq bl-akbar titjib li jsegwu, dejjem fil-komponent tal-kumparabbiltà, huma l-

“Prodotti elettroniċi” (+0.5 punti), u l-“Prodotti tal-ICT” (+0.4 punti). Is-suq tal-“Mediċini

mhux bir-riċetta” wkoll jinsab fil-qiegħ tal-klassifikazzjoni, hekk kif ra l-akbar tnaqqis

għal komponent wieħed mill-2015 ’l hawn, billi rreġistra l-anqas punteġġ fil-fiduċja (-0.8

punti). Is-swieq tal-oġġetti bl-agħar prestazzjoni li jsegwu mill-2015 ’l hawn huma l-

“Karozzi użati” (-0.5 fl-aspettattivi u -0.4 fil-kumparabbiltà), il-“Laħam u prodotti tal-

laħam” (-0.5 fl-għażla), u l-“Karozzi ġodda” (-0.4 fl-aspettattivi).

Page 221: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

215

30.3. Swieq tas-servizzi

L-aqwa tliet swieq tas-servizzi fl-Iżlanda f’termini tal-punteġġ tal-MPI huma s-“Servizzi

tal-kura personali”, l-“Akkomodazzjoni għall-btajjel” u s-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi”. It-

tlieta tal-qiegħ huma l-“Ipoteki”, is-“Servizzi tal-proprjetà immobbli” u l-“Prodotti tal-

investiment, pensjonijiet personali privati u titoli”.

Mit-23 suq tas-servizzi mistħarrġa fl-Iżlanda, 19-il suq ġabu punteġġ anqas mill-medja tal-

UE-28 f’termini tal-MPI tagħhom, bl-“Ipoteki” (-8.8), l-“Assigurazzjoni tad-dar” (-8.5) u l-

“Assigurazzjoni tal-vetturi” (-7.9) li wrew l-akbar diskrepanzi. L-erba’ swieq tas-servizzi li

jifdal għandhom prestazzjoni allinjata mal-medja tal-UE-28.

Mill-21 suq tas-servizzi misħarrġa kemm fl-2015 kif ukoll fl-2017, l-“Assigurazzjoni tad-

dar” (-2.9) hu l-uniku suq li naqqas il-punteġġ tal-MPI tiegħu mill-2015 ’l hawn. Mill-

ħames swieq tas-servizzi b’punteġġi tal-MPI ogħla mill-2015 ’l hawn, is-“Servizzi tat-

telefonija mobbli” (+5.9), il-“Kontijiet tal-bank” (+5.3) u s-“Servizzi tat-tram, tax-

xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (+4.5) esperjenzaw l-akbar żidiet. Mit-23

suq tas-servizzi mistħarrġa kemm fl-2013 kif ukoll fl-2017, 12-il suq tas-servizzi juru żieda

fil-punteġġ tal-MPI tagħhom mill-2013 ’l hawn, immexxija mill-“Ipoteki” (+9.4), mill-

“Kontijiet tal-bank” (+5.9) u mill-“Provvista tal-internet” (+5.5). Is-suq tas-“Servizzi tal-

logħob tal-azzard u tal-lotterija offlajn” (-3.8) hu l-uniku suq tas-servizzi li juri tnaqqis fil-

punteġġ tal-MPI mill-2013 ’l hawn.

Meta mqabbla mal-medja tal-UE-28, il-punteġġi tal-komponenti kollha għas-swieq tas-

servizzi huma anqas mill-medja tal-UE-28. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li

esperjenzaw problemi u s-sehem ta’ dawk li lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati

għas-swieq tas-servizzi fl-Iżlanda huma ogħla mill-medja tal-UE-28, filwaqt li l-livell ta’

detriment hu anqas meta mqabbel mal-medja tal-UE-28.

Filwaqt li l-punteġġi tal-komponenti tal-fiduċja, tal-aspettattivi, tal-għażla u tal-problemi u

detriment baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn, il-kumparabbiltà hu l-uniku komponent li

żdied tul dan il-perjodu. Barra minn hekk, is-sehem ta’ rispondenti li esperjenzaw problemi

u l-livell ta’ detriment baqgħu stabbli mill-2015 ’l hawn, filwaqt li s-sehem ta’ dawk li

lmentaw minħabba l-problemi esperjenzati naqas tul dan il-perjodu.

Mis-swieq tas-servizzi kollha fl-Iżlanda, is-suq għas-“Servizzi tal-elettriku” għandu l-aqwa

prestazzjoni għal komponent wieħed meta mqabbel mal-medja tal-UE-28 (+0.8 fl-

aspettattivi u +0.3 fil-problemi u detriment). Dawk bl-ogħla punteġġi li jsegwu huma l-

“Provvista tal-ilma” (+0.5 fl-aspettattivi), is-“Servizzi tal-kura personali” (+0.4 fl-

aspettattivi) u s-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (+0.3 fl-għażla). Fuq in-naħa l-oħra tal-iskala,

is-suq għas-servizzi għall-“Provvista tal-ilma” fl-Iżlanda għandu l-agħar prestazzjoni

f’termini ta’ komponent wieħed, hekk kif ġab punteġġ ta’ -2.0 punti anqas mill-medja tal-

UE-28 fil-kumparabbiltà. L-oħrajn li ġabu l-anqas punteġġi huma s-“Servizzi tal-elettriku”

u s-“Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija tal-vetturi” (li t-tnejn ġabu punteġġ ta’ -1.9

punti fil-komponent tal-kumparabbiltà), kif ukoll is-“Servizzi postali” u l-“Ipoteki” (it-

tnejn ġabu -1.8 punti għall-komponent tal-għażla).

Is-suq tas-“Servizzi tat-telefonija mobbli” fl-Iżlanda tjieb l-aktar f’termini ta’ komponent

wieħed mill-2015 ’l hawn (+1.2 fil-kumparabbiltà), segwit mill-“Provvista tal-ilma” (+0.9

fl-għażla). It-tliet swieq tas-servizzi l-oħra li tjiebu l-aktar fl-Iżlanda mill-2015 ’l hawn, u li

lkoll ġabu l-aqwa punteġġ fil-komponent tal-kumparabbiltà, huma: is-“Servizzi tat-tram,

tax-xarabank lokali, tal-metrò u tal-underground” (+0.9 punti), il-“Kontijiet tal-bank” (+0.7

Page 222: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

216

punti) u s-“Servizzi ta’ kiri tal-vetturi” (+0.6 punti). Is-suq tas-servizzi bl-akbar tnaqqis

mill-2015 ’l hawn hu l-“Assigurazzjoni tad-dar” (-0.5 fl-għażla), segwit mis-“Self, kreditu

u karti tal-kreditu” (-0.4 fil-fiduċja), il-“Provvista tal-internet”, l-“Assigurazzjoni tal-

vetturi” (it-tnejn ġabu punteġġ ta’ -0.4 punti fl-aspettattivi) u l-“Assigurazzjoni tad-dar” (-

0.4 fl-aspettattivi).

Page 223: EDIZZJONI 2018 Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal ... · 5 1. SOMMARJU EŻEKUTTIV Mill-2008, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur ħarsu lejn kif is-Suq Uniku qed jaqdi

1