36
Ħarġa Numru 15

Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Ħarġa Numru 15

Page 2: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Għeżież Skalin,

Wasalna għal ħarġa oħra ta’ informazzjoni fuq l-andament tax-xogħol ta’ kull wieħed u

waħda minna fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala. Dan jinkludi wkoll ix-xogħol enormi li jsir minn wara l-kwinti min-naħa amministrattiva.

Grazzi għas Segretarju Eżekuttiv is-Sur Josef Grech flimkien mal-istaff tiegħu kemm dawk ta’ fuq kif ukoll dawk t’isfel fil-customer care, li tant iwettaq xogħol biex b’hekk il-Kunsill tagħna, ta’ Wied il-Għajn, huwa meqjus wieħed mill-aqwa Kunsilli f’Malta u Għawdex. Dan fejn jidħol finanzi, trasparenza, u akkwist ta’ fondi Ewropej kif ukoll fondi oħrajn mill-Gvern Ċentrali. Għandna segretarju saqajh mal-art u dejjem hemm biex jagħmel dak kollu possibbli għall-ġid tal-komunità tagħna.

F’din ir-rivista suppost li kull kunsillier għandu jwassal f’rapport żgħir xi jkun għamel fix-xhur ta’ qabel. B’hekk ir-resident ikun jista’ jinduna jekk dak jew dik il-kunsillier x’qed veru jagħmel jew tagħmel għall-ġid tar-residenti tagħna. Kull kunsillier għandu r-responsabbiltajiet tiegħu biex b’hekk inkun jista’ jaqdi d-dmir ta’ kunsillier sewwa.

Jiena bħala sindku elett

l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. Dan huwa l-persuna li flimkien miegħi jmexxi l-finanzi tal-Kunsill u għalhekk mingħajr konsultazzjoni sana miegħu ma nistax inressaq proġetti quddiem is-seduta tal-Kunsill. Nista’ ngħid li dejjem sibt kooperazzjoni min-naħa tiegħu għax kieku żgur li ma sarux dawn il-proġetti kollha f’Wied il-Għajn.

Għalhekk issa se nelenka ftit x’sar f’dan l-aħħar tliet xhur. Spiċċajna s-sena bil-kunċert tal-Milied fil-Knisja Parrokjali. Bħal kull sena laqqajna xi ftit ħbieb tagħna li matul is-sena jagħtuni għajnuna fl-andament tax-xogħol kontinwu tal-Kunsill. Dan kien segwit biex fl-għaxra ta’ Jannar bħal kull sena laqqajna xi 120 persuna, anzjani u nies b’diżabbiltà fis-sala tal-Kappillan u għamilnielhom pranzu mingħajr ħlas.

Xi ħaġa li konna qed nistennew bil-ħerqa kienet l-istennija ta’ żewġ

Messaġġ mis-SindkuMario Calleja

KUNSILL LOKALIMARSASKALA

Ftuħ tal‑uffiċċjuMit-Tnejn sal-Ġimgħa

Mil‑1 ta’ Ottubru sal‑15 ta’ ĠunjuMis-7:30am sal-4:30pm

Mis‑16 ta’ Ġunju sat‑30 ta’ SettembruMis-7:30am sas-1:30pm

Nhar ta’ Sibt mit-8:00am sal-11:30am is-sena kollha.

L‑uffiċċju ma jkunx miftuħ fil‑btajjel pubbliċi

INDIRIZZ228, Triq is-Salini,

Marsaskala MSK 3314

NUMRI TAT‑TELEFON(+356) 2163 7171(+356) 7963 7171

NUMRU TAL‑FAX(+356) 2163 7744

INDIRIZZ ELETTRONIKU (Email)[email protected]

SIT ELETTRONIKUwww.marsaskala-malta.com

BORD EDITORJALI Mario Calleja

John B CamilleriDesiree` Attard

Rebecca MicallefGeorge Farrugia

Qari tal‑Provi: Enzo Cachia: [email protected]

Disinn u Stampar: Gutenberg Press Ltd Tel: (+356) 2189 7037

Membri tal‑KunsillSindku: Mario Calleja

Viċi Sindku: Desireè AttardKunsilliera: John Baptist Camilleri

Charlot MifsudCharlot Cassar

Elizabeth CassarLawrence Ciantar

Daniel SpiteriSandro Gatt

Segretarju Eżekuttiv:Josef Grech

2

Page 3: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

delegazzjonijiet minn Siret, ir-Rumanija, u Ghojna fil-Polonja. Tmienja min-nies ġew f’pajjiżna biex niddiskutu proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea bit-titlu Sustainability in the Locality. Nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li grazzi tmur għal dawk kollha li ħadmu spalla ma’ spalla miegħi. Għamilna suċċess kbir fejn tidħol organizzazzjoni. Iż-żewġ delegazzjonijiet faħħruna ħafna għall-mod ta’ kif aħna lqajniehom u mexxejna s-seminar ta’ tlett ijiem. Apparti l-workshops, fejn involvejna wkoll il-Kunsill taż-Żgħażagħ, stajna ndawru l-mistiedna tagħna ma’ postijiet storiċi madwar Malta. Dan jitkellem fuqu fir-rivista stess Ryan Portelli li huwa spalla oħra żagħżugħa fi ħdan il-Kunsill.

Ġibna wkoll fondi għall-Kunsill taż-Żgħażagħ. Ħadmu qatigħ biex akkwistaw

dawn il-fondi fuq proġett bit-titlu Niftħu Bieb Ieħor. Nista’ ngħid li vera ħadt gost meta ġejt mistieden waqt it-tnedija ta’ dan il-proġett flimkien mal-kunsillier inkarigat miż-żgħażagħ Daniel Spiteri. Kien hemm mistiedna wkoll il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius. Stajna naraw l-entużjażmu taż-żgħażagħ.

Fi Frar erġajna ġejna avviċinati mis-Segretarju l-ġdid tal-Kultura fi ħdan iċ-Ċentru Kulturali Ċiniż li hemm fil-Belt Valletta, fejn għal darb’ oħra, u minn qalbhom offrewlna wirja ta’ grupp akrobatiku Ċiniż li ġie Malta apposta biex jiċċelebra l-bidu tas-sena tradizzjonali Ċiniża tagħhom. Peress li ma kellniex post addattat u bżajna mill-elementi tat-temp iddeċidejna li bi ftehim mas-Sindku ta’ Ħal Safi, is-Sur Francis Callus, intellgħu

(Ikompli f’paġna 4)

FORMOLI LI JISTGĦU JINĠABRU

MILL‑UFFIĊĊJU TAL‑KUNSILL LOKALI

1. Passaport

2. Reġistru Pubbliku • Applikazzjoni għal ċertifikat tat-twelid. • Applikazzjoni għal ċertifikat tal-mewt. • Applikazzjoni għal ċertifikat taż-żwieġ.

3. Uffiċċju Elettorali • Applikazzjoni għal korrezzjoni tal-kunjom jew l-indirizz • Tibdil ta’ residenza 4. Ministeru tal‑Finanzi • Refund tal-VAT fuq spejjeż ta’ funerali.

5. Korporazzjoni tax‑Xogħol u Taħriġ (ETC) • Bidu jew Tmiem ta’ impjieg

6. Korporazzjoni għas‑Servizzi tal‑Ilma (WSC) • Stallazjoni ta’ servizz ġdid. • Bdil fin-numru ta’ residenti. • Tibdil tal-miter tad-dawl jew tal-ilma.

7. Għall‑Anzjani • Stallazzjoni ta’ Telecare. • Servizz ta’ handyman. • Servizz ta’ ikel (meals on wheels). • Applikazzjoni għal dħul f’dar tal-anzjani.

ĦINIJIET TAL‑FTUĦ TAL‑BERĠAKull nhar ta’ Tlieta

mit-8.00am sad-9:00am

U kull nhar ta’ Ġimgħamill.11.30am sad-12.30pm

Indirizz tal‑Berġa42, Triq La Sengle, Marsaskala.

Tel: 2163 7636

3

Page 4: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

4

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida ta’ dan ir-raħal hekk żgħir u sabiħ. Ċert li kemm il-Kunsill kif ukoll ir-residenti apprezzaw il-ġest sabiħ min-naħa tagħna. Ir-residenti Skalin gawdew ukoll minn din is-serata peress li kellna mitt siġġu riservat għalina.

Ma setax jonqos ukoll illi fl-aħħar ta’ Marzu intellgħu flimkien mal-Għaqda Mużikali tal-banda esebizzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fejn il-Knisja kif ukoll irnexxielna nikkonkludu ftehim fuq pageant mill-aqwa mal-Għawdxin. Dan sar b’suċċess kbir fi Ġnien Sant’ Anna fejn ir-residenti tagħna sfidaw il-kesħa, u attendew bi ħġarhom. Bla tlaqliq ngħid li dan ma kienx isir li ma kienx hemm l-għajnuna tal-Kunsillier Elizabeth Cassar, flimkien mat-tim tal-kultura mmexxi minn Alfred Debono. Grazzi kbira tmur ukoll għal Ryan Portelli, Joe Magri, Peter Bonnici, Grace Ann Azzopardi, Anthony Pulis, flimkien mal-ħaddiema tal-IPSL. Grazzi ħafna lil bravi atturi Għawdxin taħt d-direzzjoni ta’ Ġorg Cassar.

Dan ix-xogħol kollu jrid il-ħsieb u l-ħin iżda flimkien dejjem wasalna biex tajna l-aqwa li stajna bil-limitazzjoniet kollha, u ħafna drabi intoppi wkoll.

Tajjeb li nsemmi ftit xogħol. Kulħadd jaf kemm il-maltemp laqatna din ix-xitwa. It-toroq ta’ Malta kollha tista tgħid tfarrku, u Marsaskala mhix eċċezzjoni. Għalhekk kellna wġigħ ta’ ras qawwija biex nagħmlu

tiswijiet kemm nistgħu biex nevitaw sewwieqa ta’ vetturi bil-mutur li jagħmlu ħsara ’l vettura jew agħar minn hekk jinvolvu ruħom f’xi inċident. Dan apparti li jistgħu jweġġgħu.

Għamilna tliet proġetti importanti. Tajna kisja tarmak f’parti mill-Bidni. Hawn il-Gvern tana €15,000 u l-Kunsill ħareġ €25,000. Għamilna n-naħa ta’ Rumi, San Tumas bil-konkos fejn il-Gvern ukoll alloka €20,000 iżda aħna nfaqna xi €5,000 oħra, u bla dubju kulħadd sema’ jew mar il-park tal-familja l-ġdid f’San Tumas. Dan ukoll ġie ffinanzjat minn fondi Ewropej u l-proġett ġie jiswa €242,000. Hekk tista’ tgħid li ftit ftit qed noħolqu ambjent ħafna aħjar fiż-żona t’isfel ta Malta, speċjalment f’Marsaskala. Suppost li dan is-sajf ser tibda titranġa n-naħa tal-Fajtata li tiġi biswit il-park tal-familja li għadni kif semmejt. Dan il-proġett ser ikun iffinanzjat min-naħa tal-Ministeru tat-Turiżmu. Ser isir ukoll floating dock. Dan żgur li huwa ta’ attrazzjoni ġdida għal min iżurna fix-xhur tas-sajf. Saru wkoll bins ġodda mal-promenad u dan grazzi għad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika.

Din is-sena hemm bżonn li nagħmlu rasna hemm biex nibdew naħdmu fuq il-bandli taż-Żonqor li issa ilu mitluq ftit mhux ħażin. Irridu napplikaw għall-fondi urbani. Xi ħaġa importanti oħra hija l-bini amministrattiv. Il-Kunsill jeħtieġ ikollu l-binja tiegħu, u dan għal żewġ raġunijiet. Waħda biex jevita l-kirjiet ta’ kull xahar, kif

ukoll li jkollna aċċessibiltà għall-persuni b’diżabbiltà. Mhux l-ewwel darba li meta xi ħadd diżabbli jew ta’ età avanzata ma jkunx jista’ jitla’ l-uffiċċju ħdejja jew ħdejn is-Segretarju, u allura ninżlu aħna nitkellmu mal-individwu. Il-Kunsill jeħtieġ li jwettqu f’din il-leġiżlatura.

Ħbieb issa li għaddew il-festi tal-Għid u dieħel is-Sajf, irridu nippreparaw dak kollu meħtieġ għal dawk il-vileġġanti u nies oħra li jżuruna. Nibdew naħsbu għas-slielem tal-baħar, bins u tabelli fejn hu projbit li jsiru BBQs, u oħrajn fejn ma jħammġux il-klieb.

Nawguraw lil kulħadd biex igawdi l-ambjent sabiħ ta’ Marsaskala u nitolbu ’l kulħadd biex jobdi r-regolamenti tal-Kunsill speċjalment fejn jidħol skart domestiku, u skart goff.

Tajjeb ninfurmakom ukoll bħala residenti, illi l-Kunsill qed jagħmel minn kollox biex ineħħi s-servizzi tal-gwardjani lokali. Ma nixtieqx niftiehem ħażin u taħsbu li aħna rridu mmorru kontra ż-żamma tal-ordni, iżda ma nixtiqux iżjed li naraw gwardjani jfajru iżjed ċittazzjonijiet bla ħniena. Nixtiequ li dawn iżjed jagħmlu xogħolhom fuq nuqqasijiet ambjentali milli sempliċiment għax wieħed rifes sinjal isfar jew kellu vettura maħmuġa. Għandna l-Pulizija, u dan ix-xogħol jista’ jsir min-naħa tagħhom.

Nawguralkom Sajf mill-isbaħ!

Opening Hours: Monday to Friday - 7:00 a.m. till 5:00pm.

Saturday - 7:00 a.m. Till 1:00 p.m. NEW SERVICE CAR CARE CENTRE

Triq il-Qaliet, Marsaskala (Near Cerviola Hotel) Mob: 9949 4615 Tel: 2163 9991 Ruben

Car Services & Preparation for V.R.T.

CAR AIR CONDITION REGAS (R134A)

SERVICE

Expert Valenting Services / Car Wash by Hand, Car Accessories, New Tyres, Second Hand Tyres, Batteries, Punctures, Silencer Repairs, Wheel Alignment & Tow In and Out.

Page 5: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

5

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

Il‑Pass li Jmiss

Edizzjoni oħra ta’ din ir-rivista diġà qiegħda magħna, u huwa ta’ pjaċir għalija li jkolli din l-opportunità

biex naqsam magħkom xi ħsibijiet dwar il-ħidma li tkun għaddejja min-naħa tal-Kunsill.

Hekk kif qegħdin fuq is-suġġett tar-rivista, dan ix-xahar qegħdin nistaqsu lilkom, bħala residenti Skalin, x’taħsbu dwar dan is-servizz li noffru bħala Kunsill. Dan l-istħarriġ qiegħed isir bil-għan li nibqgħu relevanti, kif ukoll li nkunu aktar konxji tal-ħela u l-protezzjoni ambjentali. Dan l-istħarriġ qiegħed nistaqsukom x’taħsbu, u x’għandu jkun il-futur ta’ din ir-rivista. F’din l-edizzjoni għandkom issibu paġna b’xi mistoqsijiet, pereżempju jekk ir-rivista għandhiex tersaq lejn id-dinja elettronika sabiex tilħaq aktar qarrejja. Personalment naħseb li dan għandu jkun il-pass li jmiss għall-Kunsill tagħna sabiex dejjem ikun qrib tar-resident u jżommu infurmat, iżda l-opinjoni tagħkom hija dik l-opinjoni importanti. Għaldaqstant inħeġġiġkom sabiex tibgħatuha lura dan l-istħarriġ żgħir u tgħidulna x’taħsbu dwar dan is-suġġett! Nota żgħira oħra: dawn il-mistoqsijiet jinsabu wkoll fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Kunsill, għalhekk min jixtieq jista’ jagħmel l-intervent tiegħu online. Napprezzaw kull parteċipazzjoni! Marsaskala hija tar-residenti kollha, u kulħadd għandu xi ħaġa pożittiva

x’jikkontribwixxi sabiex ir-raħal jimxi ’l quddiem.

Fuq nota kemxejn negattiva, għadhom qegħdin jasluli ħafna rapporti dwar skart mitluq madwar il-lokal. Rapporti bħal dawn iħeġġuna biex naħdmu aktar sabiex nkomplu ntejbu s-servizz mogħti, iżda ta’ min ifakkar li l-iskart jinġabar mid-djar tagħna kuljum, minbarra li madwar Wied il-Għajn wieħed isib bosta bring in sites sabiex jintrema skart riċiklabbli. Nerġa’ nappella sabiex l-iskart jintrema fil-postijiet addattati u jinħareġ fil-ħin. Bi ftit attenzjoni u responsabbiltà ċivika, l-ambjent li ngħixu fih ikun nadif grazzi għall-kollaborazzjoni ta’ kulħadd.

Is-Sajf dalwaqt magħna, u dan ifisser li ser naraw żieda konsiderevoli fl-ammont ta’ nies li jkunu f’Wied il-Għajn, speċjalment madwar il-bajjiet tagħna. Għala? Għax Wied il-Għajn huwa wieħed mill-

ftit postijiet li fadal fejn il-bajjiet tħallew fl-istat naturali tagħhom, mingħajr żieda ta’ affarjiet artifiċjali li jafu jagħmlu ħsara lill-ambjent. Nittama li dan ma jinbidilx fix-xhur li ġejjin, u nitħallew ingawdu l-ambjent naturali mal-familji tagħna bil-kwiet.

Fl-aħħar nett, nixtieq nagħti l-awguri tiegħi lill-istudenti żgħar u kbar tagħna, issa li għadda żmien l-eżamijiet. Huwa perjodu ta’ sfida għalikom, iżda b’ħidma u b’għaqal taslu fejn tixtiequ. Grazzi dejjem tas-support tagħkom u nistidinkom tkomplu tikkuntattjawni f’każ ta’ bżonn, jew fejn tixtiequ twasslu suġġerimenti u ideat.

Email: [email protected]

Messaġġ mill-Viċi SindkuDesiree' Attard

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

5

Page 6: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida
Page 7: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

7

Messaġġ mill-KunsillierJohn B. Camilleri

Ħbieb Skalin,

Reġa’ wasal iż-żmien sabiħ tas-Sajf u t-trasformazzjoni ta’ Marsaskala tibda tinħass kuljum. Minn post

kwiet, għal wieħed kemxejn movimentat. Iktar nies jibdew jifrekwentawna kif tispiċċa l-iskola. Tajjeb ukoll li nsemmgħu lil dawk li għandhom it-tieni dar tagħhom f’dan il-villaġġ pittoresk. Bħalissa jibdew iġġorru sabiex iqattgħu ftit xhur hawn magħna.

Ħarsa madwar dak li hemm ġdid mill-aħħar ħarġa ’l hawn. Kull min jgħaddi minn Triq La Sengle, fejn hemm il-Mużew tas-subien, wieħed jista’ jinnota li hemm fanali ġodda. Dawk preċedenti kienu antiki mhux ħażin, u min jiftakar tajjeb kienu mdendlin bil-fildiferru tal-azzar. Ta’ sikwit kien ikun hemm problemi minħabba l-ħsarat li kienu jikkaġunaw.

Iżd’ issa waħħalna dawn l-erba’ fanali ġodda; Wieħed fi Triq il-Knisja, eżatt fejn il-Każin tal-Banda, u oħrajn fi Triq La Sengle. Dawn taw dehra ħafna isbaħ lit-triq, u d-dawl huwa mqassam b’ħafna iktar effiċjenza. Ix-xewqa tiegħi hi li l-parti l-antika kollha kemm hi, gradwalment, nagħmluha kollha b’dan il-mod. Apparti li dan jagħti dehra ħafna isbaħ, jipprovdi wkoll dawl aħjar għas-sewwieqa. Dawn id-dwal jikkonsmaw inqas dawl u jirrispettaw l-ambjent viżiv bl-aħjar mod. Dan minbarra li neħħejna l-fildiferru tal-azzar min-naħa għall-oħra tat-triq.

Tajna spinta wkoll fejn jidħol restawr tal-fanali ornamentali ta’ Triq ix-Xatt. Dawn tnaddfu mis-sadid, u żbajniehom b’żebgħa apposta li tiflaħ għall-elementi. Qegħdin inbiddlu wkoll il-globi tagħhom u qed nużaw globi li għandhom il-parti ta’ fuq sewda sabiex inkomplu nnaqqsu l-light pollution, sabiex nirispettaw ir-regoli ambjentali.

Lestejna u ftaħna l-Leisure Park ġewwa San Tumas fejn hemm biddilna kollox fejn għandu x’jaqsam ma’ dawl ukoll: Is-sistema tad-distribuzzjoni, il-wiring, u d-dawl huma kollha ġodda. Ovvjament l-iktar effiċjenti possibbli, qed nirreferi għal-LEDs. Bis-saħħa ta’ hekk ħa nkunu qed innaqqsu mill-kontijiet tad-dawl u nnaqqsu spejjeż ta’ manutenzjoni.

Inħeġġeġ ukoll lil min jista’ sabiex fid-djar tagħkom ukoll tagħmlu hekk u taraw kemm tnaqqsu mill-konsum.

Bħala lampi ġodda, minkejja li aħna bgħatna ħafna talbiet għand l-Enemalta

għadna qed nistennew sabiex inkunu nistgħu nwaħħluhom.

Nixtieq li tkunu tafu li wara ħafna pressjoni li ilna nagħmlu minħabba l-istat tal-Magħluq, ħdejn Ta’ Grabiel, sa fl-aħħar bdejna. Iva, bdew jitneħħew il-papri minħabba li dawn kien qed jagħmlu ħsara kbira lil dan il-Magħluq. Dawn qegħdin jiġu ċċekjati minn veterinarji minħabba xi mard li jista’ jkollhom u wara se jitpoġġew f’post iktar adattat. Minn hawn nixtieq nagħmel appell sabiex ħadd ma għandu jieħu minn jeddu, u jalloka xi papri fil-Magħluq, lanqas wara li jitlesta x-xogħol ta’ tindif.

Qabel nagħlaq, nixtieq nirringrazzja lil kull min jagħtini l-għajnuna sabiex inwettaq ħidmieti fil-Kunsill, u min ikollu bżonn ta’ xi għajnuna ma jiddejjaq xejn u jikkuntatjani.

Nawgura wkoll sajf u Festa mill-isbaħ!

7

Page 8: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

8

Aqra Miegħi – Read with Me

Aqra Miegħi Read with Me huwa programm immirat għal trabi u tfal ta’ taħt it-tliet snin flimkien mal-

ġenituri, u l-kuraturi tagħhom. F’dawn is-sessjonijiet BLA ĦLAS gruppi ta’ ġenituri (jew kuraturi) flimkien mat-tfal, joqogħdu attenti jisimgħu storja tinqara minn animatriċi li jkollha ktieb addattat għall-istess tfal. Il-qari jkun fih kant ta’ taqbiliet u għanjiet, ngħidu aħna, tan-numri l-alfabett u l-annimali.

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala ġentilment offra ċ-Ċentru Taħriġ li jinsab fi Triq Kappara biex dan il-programm jitħaddem anke f’dan il-lokal. Kull nhar ta’ Ġimgħa, fid-9:00 ta’ filgħodu grupp sabiħ ta’ ġenituri bit-tfal tagħhom jiltaqgħu f’dan iċ-ċentru, mas-Sinjura Patricia Bondin biex taqralhom u tirrakkontalhom storja b’mod interattiv u ferrieħi.

Dan il-programm hu mmexxi mill-Aġenzija

Nazzjonali tal-Litteriżmu tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru tal-Litteriżmu tal-Università u l-entitá Libreriji Maltin. L-għan tal-programm huwa li jkebbes l-imħabba għall-qari fost it-tfal minn età bikrija. Din l-imħabba u interess fil-kotba twassal għall-motivazzjoni meħtieġa biex wieħed jibda jaqra u jitħabbeb mal-kotba sa minn kmieni. Il-ġenituri huma mħeġġa biex ikomplu jaqraw il-kotba lit-tfal meta jmorru lura d-dar għax il-qari joħloq relazzjoni

speċjali bejn il-ġenituri u l-ulied. Dan minbarra li jgħin sew l-iżvilupp tal-lingwa fit-tfal.

Iċ-ċentri ta’ Aqra Miegħi- Read with Me qegħdin mifruxin ma’ Malta u Għawdex, u s-sessjonijiet isiru f’ħinijiet differenti tal-ġurnata. L-iskeda u aktar informazzjoni ssibuha fuq is-sit elettroniku: http://aqrastorja.skola.edu.mt/ u fil-paġna tal-Facebook ‘Aqra Miegħi/Read with Me’.

Biex tirriserva post ċempel 2598 2990 jew ibgħat ittra elettronika f’dan l-indirizz: [email protected]

8

Page 9: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

9

Bl‑Għajnuna ta’ Kulħadd Naslu

E rġajna bil-mod il-mod deħlin fi staġun ieħor. Staġun ieħor li ġewwa Marsaskala jġibilna tibdiliet kbar.

Il-popolazzjoni fis-Sajf tikber ħafna, u hawn jikbru wkoll il-problemi. Huwa veru li l-Kunsill għandu d-dover li jara li l-lokal jinżamm fl-aħjar kundizzjoni possibbli, biss huwa wkoll id-dover ta’ kull ċittadin, kemm jekk ikun residenti regolari, kemm dak li jinżel għall-villeġġatura, kif ukoll dak li jinżel iżurna minn ħin għal ieħor, għal xi passiġġata sabiħa jew għal xi ikla tajba, f’xi wieħed mill-ħafna ristoranti li għandna. Kulħadd għandu d-dover li jagħmel mill-aħjar biex il-lokal ikun fl-aħjar kundizzjoni possibbli. Għalhekk mhux sewwa li ssib minn jagħmel vandaliżmu fuq affarijiet li jkun saru b’tant saġrifiċċju u spejjeż. L-istess dwar l-indafa li trid tinżamm fil-lokal. Jiddispjaċini li ngħid li mhux sewwa tara l-latrini li għandna maħmuġin ftit ħin biss wara li jkunu għadhom kemm tnaddfu. Mhux l-ewwel darba li tara roll sħiħ ta’ toilet paper mixħut ġo l-ilma. L-istess dwar l-ammont ta’ skart li tara mixħut mal-art jew imħolli ħdejn l-iskips. Fil-viċinanzi jkun hemm il-bins apposta. Kulħadd, hu min hu, irid jagħmel il-parti tiegħu.

Indawru issa s-suġġett u nitkellem fuq suġġetti li huma ħafna għal qalbi. Jiena bħala anzjan, kif ukoll wara li għamilt aktar minn 43 sena minn ħajti ngħallem fl-iskejjel, nagħmel minn kollox biex nara x’jista’ jsir ħalli dawn l-affarijiet dejjem isiru aħjar. Dan

Messaġġ mill-KunsillierCharlot Mifsud

l-aħħar attendejt għal żewġ konferenzi li saru fil-Portugal u fir-Rumanija. Hawnhekk stajt nara, u napprezza kif u kemm l-anzjani ta’ dawn il-lokalitajiet iżommu lilhom infushom attivi. Huma stess iwaqqfu, f’postijiet apposta, ċentri fejn jorganizzaw attivitajiet kulturali, soċjali u kreattivi.

Tarahom jaħdmu affarijiet lokali b’idejhom, li mbagħad ibigħuhom biex b’dak li jdaħħlu jkomplu jirranġaw dawn l-istess ċentri. Tieħu pjaċi tarahom jilagħbu logħob addattat għalihom jew oħrajn idoqqu, ikantaw jew anki jiżfnu, filwaqt li oħrajn joqogħdu jippreparaw xi ikel ħafif għalihom stess. L-istess f’dak li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni. Attendejt u tajt sehmi wkoll f’seminars fuq dan is-suġġett. Hawnhekk kull rappreżentat minn kull pajjiż, jagħti l-viżjonijiet tiegħu dwar l-edukazzjoni f’pajjiżu, u b’hekk kulħadd jitgħallem u jara x’l-aħjar jaddatta għall-pajjiżu. B’dawn il-laqgħat ġid kbir jista’ jinkiseb. Għalkemm dan ikun ifisser sagrifiċċju f’dak li għandu x’jaqsam ma’ vvjaġġar fit-tul minn laqgħa għal oħra.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-affarijiet normali li s-soltu jsiru, baqgħu jsiru. Il-laqgħat kulturali, edukattivi u soċjali baqgħu jsiru fil-lokal. Il-ħarġa għal Għawdex kienet suċċess kbir. Kif wieħed seta’ jara minn dawk kollha li attendew kemm għall-mawra li għamilna fil-fabbrika tat-tadam ta’ Magro Brothers, kif ukoll fil-Kumpless ta’ Mena, fost postijiet oħra ta’ interess. Qegħdin isiru lezzjonijiet fiċ-ċentru edukattiv tagħna għal xi tfal li jista’ jkollhom bżonn xi għajnuna fl-eżamijiet. L-iStory Telling reġa’ kien suċċess, u hawn nirrigrazzja lill-għalliema li joffru s-servizz tagħom b’xejn ħalli jkomplu jedukaw lil uliedna. Rigward l-annimali, fil-lokal kompla jiġi attwat il-proġett ta’ ‘neutering’ tal-qtates li jkunu jiġġerrew barra, ħalli

l-lokal dejjem jinżamm nadif. Issa se jsir attentat serju biex in-naħa tal-Magħluq

jitnaddaf u jinħeles mill-kwantitajiet kbar ta’ ġrieden li jinġabru hemmhekk minħabba l-papri. Nispera li kulħadd jagħmel dak li jista’ ħalli l-lokal ikun isbaħ u aħjar. Bħas-soltu nerġa’ nistieden lil kulħadd, kif naf li dejjem tagħmlu, biex fejn nista’ nkun ta’ ġid tfittxuni. Lili dejjem tarawni ndur mal-lokal, u jiena nwegħedkom li nagħmel dak kollu possibbli ħalli naqdikom.

Il-ħabib tagħkom, Charlot.

Tel: 2163 3706 • Mob: 7922 2322Email: [email protected]

Aqra Miegħi – Read with Me

9

Page 10: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

1010

Għal tnax-il sena konsekuttiva, ġiet imtella’ l-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fis-Sala San Ġwakkin taħt iz-zuntier

tal-Knisja Parrokkjali bejn il-Ħamis 26 ta’ Marzu u l-Ġimgħa l-Kbira 3 ta’ April 2015. Din il-wirja kienet organizzata mill-Għaqda Mużikali Sant’Anna ta’ Wied il-Għajn bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Marsaskala. Din is-sena, il-wirja ġiet pjuttost kmieni, u għalhekk f’Jannar li għadda kelli nibda x-xogħol marbut magħha. Bdejt bil-kuntatti neċessarji – imejls u telefonati u sintendi ħadt ħsieb il-pubbliċità. Flimkien mal-Viċi President tal-Għaqda Mużikali Sant’Anna, John Borg, attendejt laqgħa mas-Sottokumitat tal-Kultura fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala, nhar it-Tlieta 24 ta’ Frar, biex nispjegalhom x’kienu l-pjanijiet tiegħi għall-wirja. F’isem is-Soċjetà, nirringrazzja lill-Kunsill Lokali u lis-Sottokumitat tal-Kultura fi ħdan il-Kunsill Lokali, li fehmu kemm il-wirja tinvolvi spejjeż kbar u taw l-għajnuna finanzjarja f’dan ir-rigward fejn ħallsu l-ispejjeż relatati mal-kiri tal-imwejjed, posters, inviti, u fuljetti.

Xogħol ieħor li kellu x’jaqsam mal-wirja kien jikkonsisti fil-fuljett li ntella’ kull sena kif ukoll li nibgħat l-istediniet għall-ftuħ tal-wirja. Kemm il-poster kif ukoll il-fuljett kienu stampati bil-kulur, bħalma kienu l-inviti u l-karti esebiti. Grazzi lil Kunsilliera Elizabeth Cassar, li ħadet ħsieb id-disinn ta’ fuq il-poster, l-inviti u l-karti tal-esebiti. Il-fuljett kien imqassam hekk:– messaġġ mill-President tal-Għaqda Mużikali Sant’Anna, Kevin Bonello u mis-Sindku Mario Calleja u t-tieni u l-aħħar parti, minn kitba u riċerka ta’ Malcolm Schembri, bl-isem “Xbihat Sagri u Qaddisa marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa li nsibu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna Wied il- Għajn”. Din is-sena, il-wirja nfetħet

mill-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela flimkien mal-Kummissarju Ewropew għall-Intern, Imagrazzjoni u Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos. Li l-wirja nfetħet minn dawn il-persuni kien unur doppju. Kienet sorpriża li ġejna infurmati li mal-Ministru, kien hawn għal żjara f’pajjiżna l-Kummissarju Ewropew Dimitris Avramopoulos. Il-Ministru wera x-xewqa li flimkien miegħu jiftaħ il-wirja l-Kummissarju. Il-Kumitat aċċetta bil-ferħa din l-istedina. Preżenti għal ftuħ tal-wirja kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, diversi għaqdiet fosthom tal-Girl Guides kif ukoll kunsilliera u t-tim tal-futbol ta’ Marsaskala F.C. flimkien mad-diriġenti. Minbarra l-esebituri preżenti, kien hemm ukoll il-familjari tagħhom.

Wara li l-President tas-Soċjetà, Kevin Bonello għamel id-diskors tal-okkażjoni, stieden lill-Kummissarju Ewropew Dimitris Avramopoulos biex jagħmel id-diskors tiegħu fejn semma kemm kien kuntent li pajjiżna għadu jżomm dawn it-tradizzjonijiet. Wara l-Ministru Carmelo Abela u l-Ministru Owen Bonnici għamlu kelmtejn tal-okkażjoni kif għamlet ukoll Elizabeth Cassar, kunsilliera li f’isem il-Kunsill li rringrazzjat lis-Soċjetà li reġgħet ħadet ħsieb li ttella’ din il-wirja. Wara kien mistieden il-Viċi Kappillan Dun Stephen Attard, li bierek il-wirja.

Ġew imqassma ċ-ċertifikati lill-parteċipanti li ħadu sehem fil-wirja. Din is-sena, it-tqassim taċ-ċertifikati qassamtu kif ġej:

Sezzjoni Tfal: Jake u Luana Sciberras (xogħol bl-antaċċoli), Nathan u Leon Azzopardi (statwi), Julian Long (xogħol bl-arkett).

Sezzjoni Żgħażagħ: Martina Mifsud (xogħol bl-antaċċoli u tpinġijiet), Matthew Mallia (armar tal-Knisja), Ronald Knight Munro (pitturi), Ruth Bugeja (xogħol bl-antaċċoli), Osbert Xuereb (tpinġijiet), Glenn Copperstone (pittura), Josef Spiteri (slaleb), Yasmine Galea (Duluri), Christian Mizzi (disinn), Andrew Cassar (xogħol fl-arkett)

Sezzjoni Nisa: Margaret Zammit (xogħol tal-ganutell), Marcelle Mangion (xogħol ta’ Crochet), Emma Spiteri (tpinġijiet), GraceAnne Azzopardi (artal u l-aħħar ċena), Antoinette Sciberras (xogħol artistiku bl-antaċċoli), Caroline Busuttil (Pitturi), Maria Tonna (Pitturi).

Sezzjoni Irġiel: James Saliba (pittura tal-wiċċ ta’ Kristu), Carmelo Abela (kwadru antik tal-kruċifissjoni), Joseph Filletti (sepulkru), Henryk Romanczuk (pitturi), John Buttigieg (tpinġijiet), Tony Cini (xogħol bl-arkett), John Andrew Gauci (l-aħħar Ċena, Salib u kwadru), Joseph Baldacchino (bankuni), Saviour Falzon (sepulkru). Barra dawn l-affarijiet kollha msemmija, bħas-soltu kellna wkoll għall-wiri l-aħħar Ċena li kienet irregalata mis-Sindku Mario Calleja lis-Soċjetà. Wara l-preżentazzjoni taċ-ċertifikati, il-Kummissarju Ewropew Dimitris Avramopoulos flimkien mal-Ministru Carmelo Abela, dawwarthom mal-wirja u spjegajtilhom b’mod dettaljat, l-esebiti wieħed wieħed.

Wirja Ġimgħa Mqaddsa 2015 – minn Malcolm Schembri

Page 11: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

11

Messaġġ mill-KunsillierCharlot Cassar

11

Insaħħu l‑promozzjoni tal‑kummerċ fil‑lokalità ta’ Marsaskala

Is-soċjetà kummerċjali f’Marsaskala toħloq l-ekonomija fil-lokal tagħna, u tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi li ngawdu minnhom ta’ kuljum. L-attività tagħhom toħloq ukoll xogħol għal ħafna residenti li jgħixu Wied il-Għajn u fil-viċin. Bħala kunsillier responsabbli mis-settur kummerċjali rrid li din l-attività importanti tingħata l-akbar spazju u appoġġ sabiex tkompli tikber.

Fil-ġimgħat li għaddew ressaqt mozzjoni li fiha pproponejt inizjattiva li l-għan tagħha hu li nsaħħu l-kummerċ fil-lokalità tagħna. Il-proposta tiegħi, li ġiet approvata minn sħabi l-kunsilliera, hi li għandna nużaw is-sit elettroniku tal-Kunsill bħala pjattaforma għall-promozzjoni tan-negozji kollha li għandna f’Marsaskala. Dan se nagħmluh permezz ta’ sistema sempliċi li tinkludi dettalji bażiċi dwar kull negozju, speċi ta’ direttorju elettroniku.

Minn din is-sistema, il-klijent se jkollu

l-faċilità wkoll li jidħol il-paġna ta’ Facebook u s-sit elettroniku meta min għandu l-interess li jixtri jkun jixtieq ifittex aktar dwar il-prodott li qed joffri n-negozju rispettiv. Din l-inizjattiva għandha l-possibbiltà li toħloq għodda innovattiva biex tressaq viċin u tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-attività kummerċjali u l-klijenti. Bħala parti minn dan il-proġett, il-Kunsill se jkun ukoll qiegħed jimbarka fuq kampanja li tippromovi din l-inizjattiva biex iżżid l-għarfien fost in-nies, kemm mil-lokal u anke minn lokalitajiet oħra. Nemmnu li permezz ta’ din l-inizjattiva se nkomplu nżidu l-interess fost aktar nies sabiex igawdu mis-servizzi li toffri l-komunità kummerċjali lokali. Flimkien ma’ dan, bħala kunsill qed naraw kif nilqgħu għad-diffikultà dejjem tikber ta’ nuqqas ta’ parkeġġ li tolqot ħażin mhux biss lill-kummerċ iżda wkoll lilna r-residenti. Fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin se niltaqa’ ma kull negozjant sabiex flimkien inwettqu dal-proġett filwaqt li nisma’ l-ideat tagħhom dwar kif nistgħu nkunu ta’ sostenn akbar.

Inħarsu ż‑żoni rurali

Il-ħtieġa li nkomplu nagħtu l-aqwa attenzjoni liż-żoni rurali fil-lokalità tagħna tibqa’ prijorità. Il-pajsaġġi mill-isbaħ li nsibu f’dan l-ispazji jagħtuna ċ-ċans li ninqatgħu għall-ftit mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum waqt li ngawdu n-natura mill-viċin. F’dawn iż-żoni għandna wkoll bosta residenti kif ukoll bdiewa, u raħħala li jgħixu, u jaħdmu fihom. Il-ħidma tagħhom ma toffrix biss għajxien xieraq għalihom iżda hija l-akbar tarka li tassigura l-ħarsien u l-protezzjoni tal-ambjent u allura l-ġid komuni tagħna, in-nies li ngħixu Wied il-Għajn.

Kienu dawn il-ħsibijiet li ħeġġewni nressaq mozzjoni sabiex isir xogħol ta’ tiswija ta’ toroq u pajsaġġi fiż-żona tal-Bidni. Dan ix-xogħol hu meħtieġ li jsir sabiex dawk kollha li jagħmlu użu minn dawn it-toroq u pajsaġġi, fosthom il-bdiewa, ir-raħħala u r-residenti, li jgħixu fl-inħawi jieqfu jagħmlu ħsara fil-vetturi tagħhom u wkoll sabiex nagħtu ħajja aħjar lil dawn iċ-ċittadini. Ix-xogħol li pproponejt li jsir jinkludi kisi tal-uċuħ ta’ toroq bl-asfalt u l-konkos, skont kif meħtieġ, kif ukoll tiswijiet ta’ toqob u ħofor f’dawk it-toroq li diġà huma alsfaltati. Dan ix-xogħol hu maħsub li jibda matul il-ġimgħat li ġejjin.

Nieħu din l-okkazzjoni biex nawgura Sajf u festa mill-aqwa lilek u l-għeżież tiegħek.

Mob: 7726 4264Email: [email protected]

Wirja Ġimgħa Mqaddsa 2015 – minn Malcolm Schembri

Għall-ftuħ tal-wirja, kien hemm attendenza tajba ħafna.

Bħas-soltu l-wirja żaruha l-istudenti kollha tal-iskola Primarja Sant’Anna t-Tnejn 30 ta’ Marzu, kif ukoll il-Girl Guides ta’ Marsaskala f’Ħamis ix-Xirka 2 ta’ April. Għalija kien ta’ sodisfazzjon li kienu bosta dawk l-esebituri ġodda, li ħadu sehem

għall-ewwel darba, u kellhom għall-wiri xogħol ġdid li ma konniex rajnieh f’wirjiet oħra qabel. Mis-sezzjonijiet kollha li ħadu sehem hemm numru inkoraġġanti ta’ tfal u żgħażagħ, nisa u rġiel li jawgura tajjeb biex il-wirja tissaħħaħ iktar. Din hija t-tama tiegħi. Ħajr lill-Kumitat li wera fiduċja fija biex il-wirja terġa’ tittella’ mill-ġdid, lil dawk kollha li ħadu sehem fil-wirja, kif ukoll lil

dawk kollha li taw l-għajnuna volontarja tagħhom, lill-Kappillan Dun Walter Cauchi, talli ġentilment silifna s-sala biex inkunu nistgħu narmaw il-wirja, kif ukoll lill-Viċi Kappillan Dun Stephen Attard li bierek il-wirja u lill-Kunsill Lokali li ta l-għajnuna finanzjarja tiegħu biex setgħet tittella’ l-wirja. Il-wirja rnexxiet bil-ħidma ta’ kulħadd. Prosit tassew.

Page 12: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

1212

Ilmenti dwar is‑Servizz tal‑Ilma

Il-Kunsill Lokali Marsaskala ilu jilmenta mal-

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għal ħafna snin minħabba t-tiswijiet ħżiena li qed isiru mill-ħaddiema tagħha stess. Hawn għandkom issibu xi korrispondenza dwar dan.

Page 13: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

1313

Ilmenti dwar is‑Servizz tal‑IlmaMessaġġ mill-KunsillieraElizabeth Cassar

Għeżież ħbieb Skalin,

Wara li għadda s-Sajf, dħalna fl-istaġun tal-irdoss, staġun li jġib miegħu ħafna festi sbieħ.

L-ewwel attività li għamilna kif bdejna dan l-istaġun kienet l-esebizzjoni tal-presepji li saret bejn is-6 u s-7 ta’ Diċembru. Presepji magħmulin mit-tfal tal-iskola primarja ta’ Marsaskala flimkien ma’ oħrajn, residenti ġewwa Marsaskala. Dawn ġew esebiti fis-Sala San Ġwakkin. Dawn il-Presepji kienu magħmula minn affarijiet riċiklati, u li forsi lanqas biss toħlom li tista’ tagħmel presepju bihom. Presepji tassew oriġinali, b’ideat meraviljużi kemm dawk tat-tfal u kif ukoll tal-kbar. Ħadu sehem ukoll l-Għaqda tal-Presepji li aktar kmieni matul is-sena taw is-sehem tagħhom ġewwa l-iskola billi marru juru lit-tfal kif tista’ taħdem presepju.

Il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru ttella’ kunċert korali fil-Knisja Parrokjali. Dan ġie organizzat mill-Kumitat tal-Kultura

fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala, b’kollaborazzjoni mal-Knisja u l-kleru.

Waqt il-kunċert tkantaw għanjiet tal-Milied minn bosta korijiet u kantanti solisti fosthom il-brava Thea Aquilina. Fl-aħħar ingħaqdu l-gruppi u l-kantanti kollha flimkien, u kantawlna l-melodija ħelwa ta’ ‘Silent Night for All the World’. Is-Sindku Mario Calleja flimkien mal-Kappillan għaddewlna wkoll il-messaġġi tagħhom ta’ awgurju ta’ xewqat sbieħ għal dawk il-festi. Il-parteċipanti ż-żgħar kollha li ħadu sehem fl-esebizzjoni tal-presepji ngħataw ċertifikat ta’ tifikira flimkien ma’ premijiet li ngħataw lil dawk li rebħu l-kompetizzjoni tal-aħjar presepji.

Fl-10 ta’ Jannar ġie organizzat Coffee Morning għall-anzjani fejn madwar 100 anzjan minn djar tal-anzjani differenti kienu preżenti. L-anzjani dehru li ħadu gost għax fil-waqt li kielu xi ħaġa, qagħdu jilagħbu t-tombla, u jisimgħu ftit mużika allegra. Il-kantanta brava, Thea Auqilina, kompliet tferraħ lil dawn l-anzjani bil-vuċi anġelika tagħha. Kienu ftit sigħat fejn fihom stajna

wkoll naraw lil anzjani kuntenti, u miġbura lkoll flimkien.

‘L-Imsallab fi Triqatna’, hi meqjusa bħala waħda mill-akbar esperimenti fejn jidħol it-teatru tat-triq fil-gżejjer tagħna. Dan mhux biss minħabba l-fatt, li mijiet ta’ spettaturi, joħonqu t-toroq tal-Belt Victoria kull meta tittella’ din id-drama, iżda wkoll għax għal dawn l-aħħar disa’ snin, din id-drama inħadmet ukoll ġewwa bosta lokalitajiet f’Malta. F’Marsaskala dan sar it-Tnejn 30 ta’ Marzu, fi Ġnien Sant’ Anna u fit-toroq ta’ madwar il-Knisja Parrokjali. Drama li ħafna nies attendew għaliha minħabba l-oriġinalità tagħha.

Ta’ dawn l-attivitajiet kollha bħal dejjem ma nistax ma nirringrazzjax lil kull min ta sehmu b’mod speċjali lill-Kumitat Kulturali fi ħdan il-Kunsill Lokali Marsaskala bil-koordinatur Alfred Debono, ħaddiema tal-Kunsill, is-Sindku, u kull min kellu parti minn dawn l-attivitajiet.

Grazzi mill-qalb u nsellmilkom.

Page 14: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

14

Paġna għat‑Tfal minn Oxana Briffa ta’ 14‑il sena

Summer Nights Guest House

M a r s a s c a l a - M a l t a Summer Nights Guest House is a family tourist concern situated in the heart of Marsascala, a quiet picturesque seaside fishing resort located in the south-eastern part of Malta. Guests can enjoy tranquility, good service and comfort at affordable prices in a warm friendly atmosphere. All bedrooms have their own private bathroom, TV, fridge and use of A/C at an extra charge. Lift service is accessible to all 3 floors. All rooms have access to balconies enjoying panoramic view of Marsascala bay. A selection of delicious pub snacks and meals are freshly served all day in our Summer Nights lounge bar and guests are entitled to 10% discount.

For more information please contact: Mr. Alex Cutajar – 24, St. Anne Street, Marsascala MSK 2123 – Malta. Tel. No.: +356 21637956, Mob. No. : +356 99443079, Email: [email protected]

Page 15: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

15

Messaġġ mill-KunsillierLawrence Ciantar

Paġna għat‑Tfal minn Oxana Briffa ta’ 14‑il sena

Is‑Sajf magħna

Għadda ftit taż-żmien minn mindu ktibt l-aħħar artiklu. Ser ngħaddi xi ftit punti tax-xogħlijiet li twettqu

f’dawn ix-xhur. Xhur li kienu impenjati ħafna, fejn jidħol xogħol tal-ġonna u l-playing fields.

Ix-xogħol ta’ kuljum baqa’ għaddej, fosthom tindif tal-ġonna u tal-playing fields. Dan ix-xogħol kieku ma jsirx ta’ kuljum il-ġonna jispiċċaw qishom foresta bil-ħaxix ħażin li jitla’ maż-żmien. Dan ix-xogħol isir minn żewġ ħaddiema tal-kuntrattur ELC. Dawn ta’ kuljum jagħtu l-ġurnata tax-xogħol tagħhom bl-aktar ħeġġa li tħalli l-frott. F’dawn l-aħħar xahar inżergħu ammont kbir ta’ fjuri ta’ kull lewn li sebbħu l-lokal tagħna.

Ser ngħid xi ħaġa li ta’ kuljum dawn il-ħaddiema jsibu ma’ wiċċhom, vandaliżmu li jsir min-nies irresponsabbli. Ta’ kuljum dawn il-ħaddiema jsibu l-ħmieġ li jħallu warajhom tal-ħwienet li hemm fi Pjazza Mifsud Bonnici. Dawn il-ħaddiema jispiċċaw inaddfu l-ħmieġ ta’ ħaddieħor, biex minn jiġi l-bandli jsibu nadif.

Problema oħra li għandna fi Pjazza Mifsud Bonnici, li jien ili ħafna żmien niġbed l-attenzjoni dwarha, hija dwar l-ammont ta’ siġġijiet u mwejjed li jinħarġu bla permess. Dawn qed jitpoġġew fid-dawra tal-bandli. Tal-ħwienet għandhom indikat sa fejn għandhom jinħarġu l-imwejjed, iżda dawn

qed jiġu jaqgħu u jqumu mill-permessi maħruġa lilhom. Dan qed ngħidu għax qed ikolli ħafna lmenti min-nies li jkunu hemmhekk bit-tfal.

Nispera li titieħed azzjoni għaliex il-Kunsill għamel bandli biex jintuża u jgawdi kullħadd kif tgħid il-liġi.

Xogħol li impenjajt ruħi fih f’dawn ix-xhur, flimkien mal-ħaddiema tal-Kunsill, kien it-tħejjija ta’ sejħiet għall-offerti li kellhom jinħarġu mill-Kunsill.

Fost dawn it-tenders kellna:1. Sejħa għall-offerti għall-perit tal-

Kunsill2. Sejħa għall-manutenzjoni tal-

bankini u tal-ħitan3. Sejħa għall-ġbir ta’ skart domestiku

Dawn it-tenders jieħdu ammont ta’ xogħol u ħin biex jiġu ppreparati. Ta’ dan ngħid grazzi lis-Segretarju Eżekuttiv u lill-ħaddiema tal-uffiċċju, li flimkien miegħi naħdmu biex dawn ikunu jistgħu jinħarġu.

Dawn kienu biss ftit punti żgħar li xtaqt naqsam magħkom. Dan huwa biss ftit mix-xogħol li jsir ta’ kuljum għall-ġid tal-lokal u ta’ min jiġu jżurna. Issa wasal is-Sajf u x-xogħol fil-lokal aktar jiżdied. Permezz ta’ xi ritratti ser nurikom ftit mix-xogħol li sar.

Nawgura Sajf mill-aqwa.15

Page 16: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

16

Marsaskala FC minn Roderick Meilaq – Uffiċjal għar‑Relazzjonijiet Pubbliċi

Marsakala FC ġie mwaqqaf fl-2010 minn grupp ta’ entużjasti tal-futbol li emmnu tassew li l-lokalità ta’

Marsakala kien jixirqielha klabb tal-futbol.

Minn dak iż-żmien ’l hawn dan il-klabb qatt ma ħares lura, u nistgħu ngħidu li kiber u mexa ’l quddiem, anki meta għal ħafna żmien kien nieqes mill-faċilitajiet u limitat mir-Riżors Uman.

Is-suċċess ma jiġix billi wieħed joqgħod b’idu fuq żaqqu, iżda jinvolvi li jkun hemm strutturi li jikkoordinaw u jaħdmu flimkien għal għan wieħed. Wieħed kultant lanqas jgħaddilu minn moħħu kemm jinvolvi xogħol sabiex jitmexxa klabb tal-futbol, speċjalment jekk dan ikun limitat finanzjarjament u mill-voluntiera li jgħinu lill-kumitat fl-attività tal-klabb ta’ kuljum.

Il-Kumitat preżenti ta’ Marsaskala FC, huwa kumitat prattikament ġdid u ilu jaħdem qatigħ minn Ġunju tal-2014 bil-għan li l-klabb mhux biss ikun kompetitur fil-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni, iżda sabiex pass wara pass ikun tim li jikkompeti tajjeb mal-klabbs l-oħra ta’ din id-diviżjoni.

Irnexxielna nagħqdu skwadra ta’ plejers li qiegħda ġġib riżultati sodisfaċenti ħafna meta tqis li dan huwa l-ewwel staġun li qed jilagħbu flimkien bħala tim wieħed fil-grawnd, taħt it-tmexxija tal-kowċ Vesko Petrovic. It-tim tagħna rnexxielu jagħlaq l-istaġun mal-ewwel nofs tal-klassifika

tat-tielet diviżjoni, u dan għalkemm kellha tinbena skwadra kollha mill-bidu wara li sofrejna relegazzjoni mit-tieni diviżjoni s-sena li għaddiet. Il‑Minors (Youth League)

It-tim preżenti tal-Minors huwa għal qalbna ħafna għaliex huwa l-ewwel prodott tan-nursery ta’ Marsaskala stess. Huwa tim entużjast u kull logħba dejjem jinżel fil-grawnd sabiex jagħti l-mija fil-mija tiegħu bl-aħjar mod possibbli. It-tim iddebutta din is-sena għall-ewwel darba fil-kampjonat tal-Youth tal-MFA, u kellu diversi wirjiet tajba. Dan bl-għan li s-sena d-dieħla jkun iżjed kompetittiv u jikseb anke riżultati aħjar.

L‑Under 15 u n‑Nursery

Il-Klabb ta’ Marsaskala ma jikkonsistix biss mit-tim tal-kbar u l-Minors. Marsaskala FC jikkompeti wkoll fis- sezzjoni tal-Under 15 b’mod partikolari, fejn ukoll wieħed jista’ jgħid li s-suċċess kien wieħed sodisfaċenti.

Xi ħaġa li tassew kburin biha, u niftaħru biha hi li n-nursery ta’ Marsaskala hija

waħda numeruża. Dan grazzi għall-parteċipazzjoni tagħkom ir-residenti li temmnu fina sabiex inħarrġu lil uliedkom fil-logħba tal-futbol. Ta’ dan aħna nirringrazzjawkom u nħeġġukom tkomplu tagħmlu dan għaliex b’hekk biss il-lokalità tagħna tista’ tibni skwadra li ’l quddiem għad twassalna sal-quċċata tal-futbol Malti.

It-tim beda biss b’seba’ żgħażagħ li stinkaw flimkien mal-kowċ biex għaqdu skwadra, u anke kisbu numru ta’ punti fil-kampjonat.

Fl-edizzjoni li jmiss tal-ħarġa tal-Kunsill, ikollna l-opportunità nidħlu f’aktar dettall dwar it-timijiet l-oħrajn tagħna mill-età ta’ tlettax-il sena ’l isfel.

Proġetti

Bħalissa l-kumitat ta’ Marsaskala jinsab għaddej b’taħdidiet mal-Gvern Ċentrali flimkien ma’ dawk kollha nvoluti sabiex nibnu grawnd tagħna fejn il-plejers ikunu jistgħu jitħarrġu bl-aħjar mod possibbli. It-triq hija għat-telgħa, iżda aħna ma naqtgħu qalbna qatt.

Appell

Nixtieq nappella lir-residenti ta’ Marsakala sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom bl-aħjar mod possibbli, mhux biss mil-lat finanzjarju, iżda mil-lat ta’ riżors uman. Nerġa’ ntenni li t-tmexxija ta’ klabb tal-futbol tinvolvi ħafna xogħol u sfortunatament mhux dejjem insibu nies li jkunu jistgħu jiddedikaw ftit ħin biex jagħtu daqqa t’id lill-Kumitat u ’l-voluntiera tal-klabb. Mill-ġdid nirringrazzjakom tal-appoġġ.

Forza Marsaskala!16

Page 17: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

17

Marsaskala FC minn Roderick Meilaq – Uffiċjal għar‑Relazzjonijiet Pubbliċi

Messaġġ mill-KunsillierDaniel Spiteri

Żgħażagħ, Sport u Healthy Living

Ix-xogħol fil-qasam taż-Żgħażagħ, Sport u Healthy Living baqa’ għaddej bla heda. Nibda, dan l-artiklu billi nikteb żewġ

kelmiet dwar il-ħidma kbira taż-żgħażagħ li għandna jirrappreżentaw il-lokal tagħna fil-Kunsill taż-Żgħażagħ. Il-proġett issa miexi ġmielu, u minkejja l-impenji ta’ studju li għandhom, dawn iż-żgħażagħ baqgħu jiltaqgħu regolarment u jorganizzaw l-attivitajiet biex matul dan is-sajf iwasslu l-proġett rebbieħ tagħhom fl-epilogu tiegħu. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex inħeġġeġ iktar żgħażagħ ta’ bejn l-erbatax u t-tmintax-il sena biex jingħaqdu magħhom.

Nifraħ ukoll lill-klabb tal-Waterpolo, u lill-kumitat ħabrieki tas-suċċess li kiseb matul il-kampjonat tax-Xitwa. Għal darb’oħra marru tajjeb ħafna. Din is-sena l-klabb tal-waterpolo se jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu għat-tfal li jridu jitħarrġu f’dan l-isport tant sabiħ. Din in-nursery qed toffri l-ewwel xahar taħriġ bla ħlas biex jekk it-tfal ma jħossuhomx komdi jkollhom ċans jippruvaw bla ma jkun hemm piż finanzjarju għall-ġenituri tagħhom. It-tfal jiltaqgħu għat-taħriġ ħames darbiet fil-ġimgħa. Is-sessjonijiet jinkludu taħriġ fiżiku, anke fuq l-art. Barra minn hekk, meta jkollhom taħriġ fil-pixxina tal-Qroqq il-klabb joffri t-trasport kollu hu.

Nawgura wkoll lill-klabb tal-futbol illi minkejja li t-triq ma kinetx faċli, il-membri tal-kumitat flimkien mal-kowċ u t-tim żammew l-isem illi bena dan il-klabb, fil-ftit snin li ilu mwaqqaf, f’livell għoli. L-appell tiegħi imur lejn in-nursery tal-futbol fejn jinħass il-bżonn illi aktar nies jidħlu għat-tmexxija tagħha.

Appell ieħor imur għat-tfal li jipprattikaw il-Ġudo. Dan għaliex il-klabb tagħna issa ilu żmien ifittex post adattat fejn jistabbilixxi ruħu. Dan l-aħħar dawn kienu qed jużaw

gym f’raħal fil-qrib iżda ġew mwaqqfa peress illi l-post ittieħed minn għaqda oħra.

Bħalma jsir regolarment komplew jiġu organizzati iktar korsijiet tal-First Aid bi sħab mar-Red Cross fejn il-Kunsill ipprovda l-post kif ukoll ħallas parti mill-ħlas dovut. Ta’ min isemmi illi n-numru ta’ parteċipanti illi segwew dal-kors komplew jitħarrġu fl-ewwel għajnuna pedjatrika.

Fuq nota differenti qed issir ħidma biex jinħoloq klabb tar-regatta ġo Marsaskala. Dan il-proġett għadu fil-bidu tiegħu. Min jixtieq jinvolvi ruħu f’dan il-proġett jew xi ħaġa oħra relatata mad-dekasteru tiegħi jikkuntatjani fuq id-dettalji li jidhru hawn taħt.

Mob: 9991 9769Email: [email protected]: danielspiteri.wordpress.com Facebook: www.facebook.com/spiteridan

17

Page 18: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

18

Aktar Xogħlijiet imwettqa mill‑Kunsill Lokali ta’ Marsaskala

Tisbiħ ta’ Ġnien San Tumas

Tindif, tarmak ġdid u bankijiet ġodda fi Triq il‑Bidni

18

Page 19: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

19

Aktar Xogħlijiet imwettqa mill‑Kunsill Lokali ta’ Marsaskala

Ftuħ ta’ Ġnien San Tumas

19

Bankina ġdida fi Triq Santa Tereża

Bankina ġdida fi Triq l‑Iskal

Manutenzjoni fuq id‑dawl ornamentali fi Triq ix‑XattTiswijiet fi Triq il‑Gardiel

Bankina ġdida fi Triq La Sengle

Patching ġdid fi Triq il‑Bajja

Page 20: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

2020

Sustainability in Our Locality

Bejn it-22 u l-25 ta’ Jannar, ġie organizzat seminar bl-isem “Sustainability in our Locality”. Dan

is-seminar kien parti min-numru t’attivitajiet madwar l-Ewropa bħala parti mis-sena ddedikata għall-iżvilupp sostenibbli. Il-konferenza kienet ta’ importanza wkoll biex tkompli tittejjeb ir-relazzjoni li għandu l-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn ma’ rħula oħra fl-Unjoni Ewropea. Dan għaliex kienu preżenti għas-seminar żewġ delegazzjonijiet, wieħed mill-villaġġ Pollakk ta’ Chojna u l-ieħor minn minn dak Rumen ta’ Siret.

Fl-ewwel ġurnata tal-mawra tagħhom, dawwarniehom mal-proġetti tal-Kunsill Lokali filwaqt li ngħataw tagħrif fuq postijiet ta’ interess. Nistgħu ngħidu li kulħadd kien sorpriż bl-istorja ta’ dan il-lokal u kemm isir xogħol siewi mill-Kunsill biex postijiet bħal dawn jinżammu fl-aħjar stat possibli.

L-għada, il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar, kien imiss li ndawruhom ma’ postijiet ta’ interess madwar Malta. Iż-żewġ delegazzjonijiet, akkumpanjati minn membri tal-kultura Maltija Charlot Mifsud, Joe Magri u jiena kif ukoll kellna gwida profesjonali minn Wied il-Għajn Neville

Ebejer. Bdejna mir-Rabat u l-Imdina. Wara kien imiss żjara f’Wied iż-Żurrieq

u bqajna sejrin lejn Ħaġar Qim, post li niżel tajjeb mal-barranin għal mod ta’ kif inbena dan il-kumpless, bi ppjanar xjentifiku amalgamat ma’ dak infrastrutturali. Bħala parti mill-programm ta’ sostenibbiltà, matul il-ġurnata, għamilna wkoll żjara ġewwa OZO System, waħda mill-kumpaniji kbar f’Malta li taħdem fl-industrija tal-catering, tindif u sigurtà. Is-sucċċess tagħha hu marbut mal-ħarsien tal-ambjent, anki fl-użu tal-apparat li jintuża għall-operat tagħhom. Wara l-ikla ta’ nofsinhar, spiċċajna biż-żjara ġewwa l-Belt Vittoriosa.

Is-Sibt 24 ta’ Jannar saret il-konferenza dwar is-Sostenibbiltà. Din il-konferenza bdiet permezz ta’ feature ta’ 20 minuta dwar l-attivitajiet li jiġu organizzati mill-Kumitat tal-Kultura kif ukoll dwar proġetti tal-Kunsill Lokali f’ dawn l-aħħar ftit snin. Ingħata rapport mis-Sindku u l-Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ, dwar id-dokument li ġie mħejji dwar l-aċċesibiltà f’postijiet pubbliċi. Il-Kunsillier responsabbli miż-Żgħażagħ u Sport, is-Sur Daniel Spiteri faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill u ħeġġeġ aktar żgħażagħ biex jaħdmu qrib is-soċjetà. Il-kunsilliera responsabbli mill-kultura, Elizabeth Cassar, tat preżentazzjoni dwar l-istorja tal-kappelli f’din il-lokalità. Qalet kif dawn kollha kellhom jiġu rrestawrati biex jibqgħu jiġu

użati, u l-pubbliku jkun jista’ jgawdihom. Vince Tonna, persuna inkarigata minn servizz ta’ counselling għall-anzjani u persuni vulnerabbli, ta informazzjoni dwar l-għan tal-għaqda. L-aħħar preżentazzjoni għall-ewwel nofs ta’ nhar ta’ filgħodu saret mis-Sur Joe Attard, il-Kap Eżekuttiv ta’ GreenMT, fejn tkellem dwar l-immaniġjar tal-iskart. Ingħatat informazzjoni mhux biss dwar il-miżuri li l-Kunsill lokali qed jieħu biex jinġabar l-iskart domestiku imma anki ta’ statistiċi li juru kemm saru żviluppi f’dan il-qasam meta mqabbel ma’ lokalitajiet

oħra f’Malta. Infetħet diskussjoni anki mal-pubbliku fejn kien hemm diversi persuni li stqarrew l-opinjonijiet tagħhom biex tittejjeb aktar l-indafa fit-toroq. Intervjenew ukoll is-Sindku u l-kunsillier is-Sur Charlot Mifsud li esprimew il-pjan tal-Kunsill favur l-ambjent.

Wara nofsinhar, iż-żewġ delegazzjonijiet kellhom il-ħin biex jitkellmu dwar żoni ambjentali fil-Polonja u r-Rumanija rispettivament. Semmew diversi topografiji u karattaristici ambjentali endemici għall-irħula tagħhom. Fl-aħħar tal-konferenza, il-President tad-Douzelage, Janusz Salamonczyk, faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali u t-tim organizzattiv biex iħejji konferenza ta’ din ix-xorta ta’

Messaġġ mis‑Segretarju Eżekuttiv tal‑Kunsill

Page 21: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

21

Sustainability in Our Locality Messaġġ mis‑Segretarju Eżekuttiv tal‑KunsillKunsill Ħabrieki

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala baqa’ għaddej b’ritmu tajjeb biex iwettaq diversi proġetti ta’ tisbiħ.

F’Jannar 2015 ġie inawgurat il-Park tal-Familja fi Ġnien San Tumas. L-ispiża totali għal dan il-ġnien laħqet iċ-ċifra ta’ madwar €250,000. Kif tafu konna diġà spjegajna li dan il-ġnien inbena b’faċiltajiet ta’ logħob għat-tfal u outdoor gym. Sa mill-ewwel ġurnata kien ferm popolari. Fih inħolqu diversi picnic areas, ġiet stallata sistema ġdida ta’ dwal fil-ġnien LEDs u sistema ta’ CCTU. Dan il-ġnien sar kollu bis-saħħa tal-fondi ta’ Miżura 313 li huma fondi mill-Unjoni Ewropea li l-Kunsill irnexxielu jikseb.

F’Marzu 2015, tlestiet parti minn Triq il-Bidni kif ukoll sar xogħol ta’ tisbiħ ħdejn il-kappella li tinsab fiż-żona tal-Bidni kif

ukoll ħdejn il-monument tat-Tlett Islaleb. Hawnhekk il-Kunsill nefaq madwar €40,000 fejn ingħata wiċċ ġdid bl-asfalt ta’ madwar 200 metru fi Triq il-Bidni. Barra minn hekk tnaddfu diversi żoni madwar il-Kappella ta’ Sant’ Antnin u ngħata l-konkos fejn tneħħa l-iskart. Il-Kunsill irnexxielu jġib €15,000 bil-fondi tal-UE għal dan il-proġett permezz ta’ Miżura 413A5.

Saret ukoll il-bankina fi Triq La Sengle fejn kienet diġà saret it-triq biex b’hekk tlesta dan il-proġett. Ta’ min isemmi li l-Kunsill hawnhekk nefaq naqra mhux ħażin minħabba l-bażi tat-triq ma kinetx tajba, allura kellha issir rikostruzzjoni tal-bażi tat-triq.

F’Marzu 2015 saret il-Laqgħa Annwali li din is-sena saret ġewwa l-Wasterev li ġentilment offrewlna l-faċilitajiet tagħhom. Hawnhekk ingħata rendikont tax-xogħol

kollu u l-proġetti mwettqa fis-sena 2014. Filwaqt li ġie spjegat ukoll dak kollu li se jitwettaq fis-sena 2015. Nirrigrazzja lil dawk ir-residenti kollha li attendew għal din il-laqgħa.

Il-Kunsill irnexxielu wkoll jakkwista fondi mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu biex jagħmel restawr fuq id-dwal ornamentali li jinsabu fi Triq ix-Xatt, b’hekk nagħtu dehra aħjar tal-ispazji pubbliċi.

Bħalissa, l-Kunsill jinsab fi stadju ta’ preparazzjoni biex jilqa’ għall-influss qawwi ta’ nies li jżuru l-lokalità tagħna fix-xhur sbieħ tas-Sajf.

Nieħu din l-opportunità biex nawgura lill-qarrejja ta’ dan il-magażin Sajf mill-isbaħ.

Josef GrechSegretarju Eżekuttiv

professjonalità fejn ħeġġeġ aktar parteċipazzjoni min-nies diversi għall-ġid tal-komunità Ewropea. Fl-aħħar tal-Konferenza ssemmiet ukoll il-Laqgħa Ġenerali Annwali li ser tiġi organizzata f’April ġewwa Siret, fir-Rumanija, fejn delegazzjoni Maltija hi mistiedna tattendi.

Il-Ħadd, fl-aħħar jum tal-mawra tagħhom, kienu mistiedna għall-ftuħ uffiċjali tal- Family Leisure Park fiż-żona ta’ San Tumas, żona li għal żmien twil kienet pjuttost abbandunata.

Bħala parti mit-tim organizzattiv ta’ din il-konferenza nista’ ngħid li kienet attività ta’ suċċess, fejn il-membri preżenti setgħu jaraw b’għajnehom il-professjonalità li

mxejna biha biex organizzajna seminar ta’ dan it-tip. Hu ta’ pjacir għalija anki bħala żagħżugħ li nagħti sehmi fil-kumitat organizzattiv tal-kultura. Is-sena li għaddiet kienet mhux biss l-ewwel sena tiegħi fil-kumitat imma anki l-ewwel sena tiegħi bħala resident f’Wied il-Għajn. Kienet sena impenjattiva fejn ġew organizzati diversi attivitajiet, u diġà fl-ewwel laqgħat ta’ din is-sena bdejna bil-pjan ta’ ħidma għas-sena

li qegħdin fiha. Attivitajiet kulturali jagħqdu poplu, jagħtu identità u jfasslu soċjetà aktar ħajja. Hemm bżonn aktar ta’ ideat żagħżugħa, ideat ġodda mimlija enerġija u pożittività. Finalment, hemm bżonn ta’ aktar interess mill-pubbliku inġenerali f’dawn l-attivitajiet. L-entużjażmu u l-preżenza tal-pubbliku huma l-motivazzjoni ta’ aktar ħidma sfieqa f’dan is-settur.

(Ikompli minn paġna 20)

21

Page 22: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

22

Friends of Marsaskala Il‑Librerija Pubblika taʼ Wied il‑Għajn minn Steve Borg DIPL.LIS, MA

Even during the last few months of what has been cold weather for Malta – a rarity I know, the Friends of

Marsaskala have been having a good time. Here are a few photos to prove it.

Firstly a group photo of some of the croquet players enjoying one of the few days of sunshine we have had this winter. The croquet is doing very well and we are now playing 3 days a week – Monday, Wednesday and Thursday from 9.30 am to 1.30pm except Bank holidays and during the children’s Christmas and Easter school holidays.

We had the Christmas Quiz Night. A good time was experienced at the Christmas party too, held at Grabiels Restaurant, Marsaskala.

Then there was Carnival Weekend and the fancy dress dinner dance, held at Inspire. Everyone could join in after learning the dances at our weekly dance class.

We had a good time! Then why not come and join us, just email [email protected] to be added to the Friends of Marsaskala mailing list.

Here’s update on the Friends of Marsaskala most recent activities.

In March, a group of our croquet player’s were invited to take part in a croquet competition by the Marsa Croquet Club, held at the Marsa Sports Club. It was a

fantastic day, culminating in two of the Friends of Marsaskala player’s becoming outright winners of the day.

The winning team, John Grech and Albert Aquilina, are being represented with a prizes and a small gift by Marsa Croquet Chairperson, Tessa McQueen. Also some of the Marsa and Marsaskala player’s who took part.

Friends of Marsaskala also took part in the ‘World Clean up Day’ on May 9th. We joined Marsaskala Local Council, Għaqda Bajja San Tumas and ‘Let’s do it’ Malta, to organize another clean up at St Thomas Bay.

We are proud to say we collected about 1 tonne of rubbish, taken away by Marsaskala Local Council. However, we would be much happier if people would either take their rubbish home with them, or put it in the many waste bins provided by Marsaskala Local Council. A big ‘Thank you’ to all those who took part.

Page 23: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

23

Friends of Marsaskala Il‑Librerija Pubblika taʼ Wied il‑Għajn minn Steve Borg DIPL.LIS, MA Għotja ta’ kotba u mwettaq rinovament fil‑Librerija Pubblika ta’ Wied il‑Għajn

Is-Sur Oliver Mamo, Kap Eżekuttiv ta’ Libreriji Maltin, ippreżenta għadd ta’ kotba ġodda lil-Librerija Pubblika ta’

Wied il-Għajn, biex jiżdiedu mad-damma eżistenti. Dawn kienu apparti l-ammont li jingħata kull sena. Huwa żar il-librerija l-Ħamis 14 ta’ Mejju fejn ra l-eżodu pożittiv wara l-ħidma ta’ rinovament li twettqet dan l-aħħar minn Libreriji Maltin. Huwa ġie milqugħ mis-Sur Mario Calleja, Sindku ta’ Wied il-Għajn u mis-Sur Charlot Mifsud, kunsillier responsabbli għall-edukazzjoni. Preżenti kien hemm is-Sur Steve Borg minn Libreriji Maltin, kif ukoll il-librara tal-fergħa s-Sa. Graziella Mallia u l-assistenta s-Sa. Elaine Pickard.

Fix-xhur li għaddew twettaq programm ta’ ħidma fir-rinovament tal-kollezzjoni tal-kotba fil-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn. L-ewwel fażi tax-xogħol kienet it-tneħħija mill-kollezzjoni tal-kotba b’tagħrif skadut, imqattgħin u b’karta msajra biż-żmien. Tkelju l-metri kollha disponibbli ta’ xkaffar kif ukoll tfasslet pjanta biex jiżdied l-ixkaffar ġdid sostanzjalment għat-talba meħtieġa.

Is-Sur Mamo feraħ lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn u stqarr illi filwaqt li kien konxju li din kienet it-tieni l-aktar fergħa li ssellef kotba f’Malta, kien xieraq li dan is-suċċess jinżamm. Innota l-organizzazzjoni tajba tal-fergħa kif ukoll il-livell ta’ kotba li l-parti assoluta kienu ġodda u fi stat tajjeb ħafna.

L-isfida ewlenija tal-librerija kienet in-nuqqas ta’ xkaffar. Irriżulta li l-ammonti kbar ta’ kotba kurrenti għas-self kienu ħafna aktar mill-ixkaffar disponibbli u għaldaqstant saru sitt units ġodda addizzjonali, bl-injam

imħallas mill-Kunsill ta’ Wied il-Għajn u maħdum bla spiża għall-istess kunsill, mill-impjegati ta’ Libreriji Maltin.

Filwaqt li t-taqsima tal-kotba fittizji bl-Ingliż hija estensiva, u użata minn ħafna residenti barranin tal-lokal, żdiedu b’mod konsiderevoli r-rumanzi bil-Malti u l-allokazzjoni ġiet irdoppjata biex tissodisfa t-talba tal-

pubbliku. Sar investiment qawwi wkoll fil-kotba għat-tfal bil-Malti u dawk fl-istadju tal-ewwel qari.

Is-Sindku Mario Calleja kkummenta li hu pjaċir tiegħu li jassikura li r-residenti ta’ Wied il-Għajn ikollhom librerija ta’ livell għoli u anki żdiedet ġurnata ta’ ftuħ tal-librerija bl-spejjeż għall-kunsill. Qal li kemm hu, u anki r-residenti huma kburin

bil-librerija u anki japprezzaw il-ħeġġa tal-librara. Huwa u l-kunsillier is-Sur Charlot Mifsud qallbu l-folji tal-kotba attraenti li ġew mogħtija minn Libreriji Maltin u apprezzaw dan il-ġest. Is-Sur Steve Borg, li wettaq il-ħidma ta’ rinovament f’isem Libreriji Maltin, qal li bħala residenti ta’ Wied il-Għajn iħossu kburi bil-livell għoli ħafna ta’ qari, u apprezza l-appoġġ sħiħ u immedjat kull darba li jipproponi xi ħaġa lill-kunsill. Bħalissa qiegħed jinħadem karru ġdid għall-kotba ritornati qabel ma jitqiegħdu f’posthom. Saret diskussjoni dwar id-diversi oqsma li fihom jista’ jsir aktar investiment fis-servizz mogħti lill-pubbliku, fosthom pubbliċità ta’ x’qiegħed iseħħ fil-komunità permezz tal-librerija.

Il-ħidma ta’ rinovament saret mis-Sur Steve Borg f’isem Libreriji Maltin, bl-assistenza tal-librara s-Sa. Graziella Mallia. Il-kotba ġodda fjamanti diġà huma għas-self mill-pubbliku. Il-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tiftaħ erbat ijiem fil-ġimgħa u tinsab fil-bini tal-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn.

Email: [email protected]: 2163 4222

Page 24: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

24242424

Taħriġ Intensiv fit‑Triathlon

B&R Carnival Company rebħet il-premju Katorija B bil-Karru Trijunfali ta’ Michael Jackson. Brian Farrugia

li hu minn Marsaskala u Redemer Qasha huma d-diretturi tal-kumpanija.

(aktar ritratti fʼpaġna 25)

Isaac, ġuvnott ta 15 il-sena, f’April li għadda wettaq ħolma li saret realtà dik li kien ir-rebbieħ ta Sanremo Junior Malta

fejn wara mar jirrapreżenta lil pajjiżna ġewwa t-teatru maestuż ta’ Ariston ġewwa

Isaac Mercieca – Rebbieħ taʼ San Remo Junior Malta

Sanremo l-Italja fejn hemm ħa esperjenza li kompliet tkabbru fil-karriera li tant iħobb, tal-mużika u kant. Beda l-karriera tiegħu tal-kant ma’ kor tat-tfal ġewwa Marsascala mmexxi mill-mibkija Ms. Irene Dillon u Ms. Marlene Gatt fejn kienu jieħdu sehem

f’diversi attivitajiet u saħansitra kellhom l-opportunità jkantaw diversi drabi l-Palazz tal-President. Wara ha sehem diversi drabi mal-kor Animae Gospel Choir fejn magħhom kanta solos f’kunċerti kbar. Il-ħolma ta’ Isaac hija dik li flimkien mal-għalliema tiegħu tal-vuċi Pamela Bezzina jkompli jitgħallem u jħares ’il quddiem b’kuraġġ u determinazzjoni li jkompli jkattar il-karriera, u jimraħ għal orizzonti ġodda. Fil-futur jittama li jieħu sehem f’diversi festivals kbar bħal dak tal-Eurovision. F’kelma waħda biex tiddiskrivi lil dan il-ġuvnott tista’ tiddiskrivih “it-tifel li ma jgħixx mingħajr il-mużika”. Il-mużika hija kollox għalih.

Rebbieħa tal‑Karru tal‑Karnivalfil‑Kategorija B

Page 25: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

25

Taħriġ Intensiv fit‑TriathlonIsaac Mercieca – Rebbieħ taʼ San Remo Junior Malta

Jake Vella, żagħżugħ minn Marsaskala, riċentement, fis-27 ta’ Marzu 2015, ġie magħżul

mill-Malta Triathlon Federation u mill-European Thriatlon Union sabiex jingħaqad ma’ atleti oħrajn ġewwa Alicante, Spanja biex jagħmlu ġimgħa ta’ taħriġ intensiv fid-dixxiplini tal-għawm, ġiri u ċiklizmu li huma t-tliet dixxiplini li jiffurmaw l-isport tat-triathlon.Għal Jake din kienet esperjenza sabiħa ħafna fejn tħarreġ għal tliet darbiet kuljum minn kowċis barranin. L-aktar li impressjonatu kienet il-velodrome li huwa l-post propju fejn isir iċ-ċiklizmu u kienet opportunità u esperjenza ġdida għal Jake li jsuq ir-rota f’dan il-post. Huwa saħħaħ ħafna l-abiltajiet tiegħu matul dan it-training camp.

Hija l-ħolma u l-ispirazzjoni ta’ Jake illi fil-futur jipparteċipa fil-European Championships u se jkun qiegħed jaħdem propju għal dan il-għan b’enerġija akbar wara din l-esperjenza ġewwa Alicante.

Rebbieħa tal‑Karru tal‑Karnivalfil‑Kategorija B

Is-Sindku flimkien mal-kunsilliera u r-residenti Skalin nawguraw lil Jake iżjed suċċess fil-ġejjieni.

2525

Page 26: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

26

Avviżi tal‑Kunsill LokaliArti fil‑beraħ – Is-Sibt 20 taʼ Ġunju

Nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju, il-Kumitat Kulturali fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Marsakala organizza attività bl-isem

ta’ ‘Arti fil-Beraħ’. Din hi waħda mill-attivitajiet kulturali, annwali li jorganizza l-Kunsill fejn jingħata spazju lill-artisti tal-artiġjanat Malti, kemm mil-lokalità ta’

Marsaskala, kif ukoll minn lokalitajiet oħra, biex jesebixxu ħilithom.

L-esebizzjoni tal-artiġjanat Malti bdiet fis-6.30pm meta sar il-ftuħ uffiċjali tagħha. L-attività saret fi Triq ix-Xatt. L-Esebituri barra li wrew il-prodotti tagħhom taw ukoll hands on experience ta’ kif huma jagħmlu l-oġġetti daqshekk preċiżi. Matul il-promenad kien hemm armati madwar 40 “stand” ta’ artiġjanat Malti bħalma huma tal-fuligranu, pittura, statwarji, xogħol fl-injam, xogħol fuq il-ħġieġ, tas-suf, bizzilla, ġojjelli, ċeramika, xogħol bit-tafal, ir-rakkmu, u xogħol ta’ sapun b’ingredjenti naturali.

Kien hemm ukoll rokna fejn it-tfal middew idejhom jipprovaw il-

ħiliet tagħhom fl-arti tal-artiġjanat taħt sorveljanza professjonali, rokna ddedikata għall-face painting, kif ukoll post fejn setgħu jilagħbu bi fniek żgħar miġjubin għall-okkażjoni mill-Malta Rabbit Club

Biex l-attività tkun aktar ħolistika ġew mistiedna wkoll grupp ta’ residenti miċ-Ċentru ta’ Ħal Far, biex juru wkoll il-ħiliet tagħhom fit-tfassil tal-artiġjanat li wkoll iservihom bħala terapija.

Barra minn dan, kien hemm għaddejja, Lejla Maltija fejn waqt li wieħed seta’ jisma’ għana kantata minn Fredu l-Indjan u sħabu, bis-sehem taż-żeffiena mill-Happy Days kif ukoll il-Kantant Joe Demicoli.

Kien hemm ukoll ikel Malti varjat.

Il-Ħadd għal ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu, tul il-promenad kien hemm esebizzjoni ta’ muturi.

Barra lill-Kunsill Lokali, wieħed irid jirringrazzja lill-Ministeru tat-Turiżmu, lis-Segretarjat Parlamentari tal-Gvern Lokali, kif ukoll Valletta 18.

26

Page 27: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

27

Counselling

Fil-Kunsill Lokali qed jingħata servizz ta’ counselling mingħajr ħlas kull nhar ta’ Erbgħa mid-8.45 am minn Vince Tonna (social worker). Min hu interessat għandu jċempel lill-customer care tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala fuq dan in-numru tat-telefon: 21637171, sabiex isir appuntament.

Riklamar tal‑Attivitajiet tal‑Kunsill

L-Attivitajiet li qed jorganizza l-Kunsill qed jiġu riklamati fuq Radju Hompesch; Frekwenza 90 FM, kif ukoll fuq Facebook.Min huwa interessat li jibda jirċievi l-avviżi tal-attivitajiet permezz tal-posta elettronika jista’ jibgħat l-indirizz elettroniku (e-mail) tiegħu fuq [email protected].

Librerija Pubblika

Fil-Librerija Pubblika ta’ Marsaskala, li tinsab ħdejn l-iskola, żdiedu ħafna kotba ġodda. Użaw il-librerija aktar.

Il-Ħinijiet tal-Librerija huma: It-Tnejn: 07:45am – 10:45am L-Erbgħa: 9:00am – 12:00pmIl-Ħamis: 13:45pm – 16:45pmIs-Sibt: 09:00am – 12:00pm

Batteriji Użati

Batteriji m’għandhomxjintremew mal-iskart domestiku iżda jittieħdu l-Kunsill sabiex jintremew f’kontenituri apposta.

Boroż Griżi

Il-boroż griżi tar-riċiklaġġ jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali Marsaskala. Peress li dawn il-boroż huma disponibbli għar-residenti ta’ Wied il-Għajn biss, il-karta tal-identità għandha tiġi ppreżentata mill-individwu meta jiġi biex jiġbor il-boroż.

Il-ġbir tal-iskart riċiklabbli fil-boroż griżi ma jsirx meta nhar ta’ Tlieta taħbat btala pubblika. Story Telling

Se jibda jsir Story telling fil-librerija għat-tfal ta’ bejn it-3 snin u l-10 snin, kull nhar ta’ Tnejn mill-13 ta’ Lulju sa 7 ta’ Settembru bejn 9:30 am u 10:30am. Importanti li t-tfal igibu cushion magħhom. Dan is-servizz huwa bla ħlas.

Għal aktar informazzjoni ċemplu l-uffiċċju tal-Kunsill.

Crafts Courses

Korsijiet tal-krafts għal bniet minn 9 snin ’il fuq. Dawn se jibdew isiru kull nhar ta’ Tnejn mit-13 ta’ Lulju sa 31 ta’ Awissu 2015 bejn id-9:00am u 11:00am fit-Training Center tal-Kunsill.

Għal aktar informazzjoni ċemplu l-uffiċċju tal-Kunsill.

Avviżi tal‑Kunsill LokaliArti fil‑beraħ – Is-Sibt 20 taʼ Ġunju

27

The Nail HouseThe Nail House Importer of Make A Nail Products • Semi-permanent make up • Ear piercing • Permanent Hair removal • Slimming Treatment

Nails by MariellaNails by Mariella 22, Marina Street, Marsascala 22, Marina Street, Marsascala

For an appointment: Tel: 2763 7957 • Mob: 9945 1294 Email: [email protected]

Page 28: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

28

What is a joint? What is arthritis?A joint is an area of the body where two different bones meet.

A joint functions to move the body parts connected by its bones. It is made of: bones, cartilage, ligaments, tendons and muscles). In addition, there are nerves and blood vessels running through and surrounding the joint. Therefore, any problem affecting these structures can cause pain in the joints. Sometimes pain is acute and sometimes it can become chronic.

Arthritis is a joint disorder where the main feature is inflammation. Arthritis literally means inflammation of one or more joints.

There are many types of arthritis (over 100 identified). The types range from those related to wear and tear of cartilage (such as osteoarthritis) to those associated with inflammation resulting from an overactive immune system (such asrheumatoid arthritis). Together, the many types of arthritis make up the most common chronic illness in the world.

Main Symptoms:

Arthritis commonly causes pain and inflammation (swelling) of the joints and bones. The main symptoms of arthritis include:● pain● stiffness● restricted movements of the joints● inflammation and swelling● warmth and redness of the skin over

the joint

In Malta arthritis is a very common condition, affecting a high percentage of the population.

The most common form of arthritis is osteoarthritis. In people affected by osteoarthritis, the cartilage between their bones gradually wastes away (degenerates), leading to painful rubbing of bone on bone in the joints. The most frequently affected joints are in the:

● hands● spine● knees● hips

Osteoarthritis often develops in people who are over 50 years of age. However, it can develop at any age as a result of an injury or another joint-related condition.

The cause of osteoarthritis is not fully understood. One theory is that some people are genetically predisposed to developing osteoarthritis, which means that they have an increased likelihood of inheriting it from their parents. However, this theory has not yet been proven. Another possible cause is over-straining the joints with hard work over a number

of years which increases the wear and tear process.

Treatment and Outlook

There is no particular cure for arthritis, but there are a number of treatments that can help to slow down the condition’s progress depending on the type of arthritis .

a. Medication: ● Certain medicines can help to

relieve the symptoms of arthritis and reduce inflammation.

b. Physical therapy: ● Physical therapy has been shown

to significantly improve function, decrease pain, and delay need for surgical intervention in advanced cases. This can be done through active physiotherapy.

c. Regular exercise: ● Exercise prescribed by a physical

therapist has been shown to be more effective than medications in treating osteoarthritis of the knee. Exercise often focuses on improving muscle strength, endurance and flexibility. In some

Joint Pains and Arthritis by Dr. Zaid Teebi

28

Page 29: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

2929

cases, exercises may be designed to train balance. Studies have shown that physical exercise of the affected joint can have noticeable improvement in terms of long-term pain relief. Furthermore, exercise of the arthritic joint is encouraged to maintain the health of the particular joint and the overall body of the person.

d. Surgery: ● In severe cases, surgery may be

recommended such as:● joint replacement● joint fusion● osteotomy (the addition or

removal of bone). c. Diet and weight control: ● In addition to all the above,

certain lifestyle changes such as weight control and the type of food consumed can have a significant effect on controlling the inflammation and preventing further deterioration to the joints.

Joint Pains and Arthritis by Dr. Zaid Teebi

A balanced and varied diet to get all the vitamins, minerals, antioxidants and other nutrients you need is recommended.

In addition, nowadays, there are various modern and high tech equipment that can be applied on the affected area and help to reduce inflammation and relief pain.

Dr. Zaid TeebiB.Sc. (USA), M.D., Dip. (Geriat.), FACSM (Sport Med.), Dp. Therapeutics (Ireland), M.Ger., B.S.S. (Royal College of Surgeons-Edin), Cert. (Health and Safety), Dip. Med. Prevention (ICGP), Dip. Allergy (Wales), C.A.S. (Allergy – London), BIAET (Allergy Therapy-Wales), MMCFD, MACCP (USA)

Page 30: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

3030

Alfred Xuereb jew kif inhu magħruf, ‘il-Jogi’ għandu 73 sena. Ta’ tliet snin il-familja tiegħu ġiet toqgħod Wied il-Għajn, minn Ħaż-Żabbar, iżda meta kellu 24 sena reġa’ mar joqgħod Ħaż-Żabbar fejn għadu jgħix sal-lum. Huwa ħadem fin-negozju tal-familja; fil-Ministeru tal-Avjazzjoni fir-Renju Unit; imbagħad lura Malta bħala pulizija, u kien sub sergeant fl-armata. Illum għadu jaħdem għal rasu billi jippakja, u jibgħat u jwassal affarijiet kemm f’Malta u anke barra. Huwa kien ukoll plejer tal-Waterpolo ma’ Wied il-Għajn, mas-Sirens u mat-tim nazzjonali. Huwa kien ukoll membru tal-kumitat tal-klabb tal-Waterpolo, u bejn l-1980 u l-1993 kien ukoll President tal-klabb.

Niltaqgħu maʼ Alfred Xuereb (Il‑Jogi) Jintervista Enzo Cachia

Ir-rabta ta’ Alfred Xuereb ma’ Wied il-Għajn hija l-Waterpolo. Meta kellu xi sitt snin beda jinżel il-piċċ. Il-piċċ ma kienx

fejn jinsab illum. Huwa spjegali li l-piċċ kien xi mitejn metru iktar ’il ġewwa minn fejn qiegħed illum. Huwa jgħidli li l-Waterpolo f’Wied il-Għajn jaf il-bidu tiegħu lejn l-aħħar tas-snin erbgħin tas-seklu l-ieħor.

“Aħna sirna membri tal-ASA fin-nineteen forty‑nine,” spjegali. “Minn hemm trid tibda toħodha l-istorja mill-forty‑nine ’l hawn.” “Propjament l-ewwel president tal-Marsascala, dak iż-żmien kienet Aquatic Sports Club, kien Joe Caruana. Imbagħad warajh laħaq Alfred Bartolo mill-Birgu.”

Sadanittant huwa kien jgħinhom iġorru l-kaxxi tal-injam, billi kienu jmorru l-Mellieħa, sabiex jintużaw bħala dressing rooms. Dawn kienu jkunu mislufin. Hawnhekk huwa qalli, “Iż-żmien li qed insemmi kont għadni tifel, ngħinhom bħala ball‑boy ħa ngħidulha hekk.”

Hawnhekk huwa semmieli ismijiet ta’ plejers li jien niftakarhom jinżlu Wied il-Għajn għalkemm mhux bħala plejers, bħal Joe Caruana Dingli, Philip Curmi, Eric Zammit.

Maż-żmien, fis-snin ħamsin, kien sar kuntratt ma’ persuna li minflok il-kamra li kien hemm issir biċċa tal-konkos u żewġ dressing rooms. Iktar tard irriżulta li dan il-kuntratt, għalkemm in the short run seta’ kellu xi benefiċċji, meta tal-kumitat riedu jmexxu kollox huma, dawn ma setgħux. Dan minħabba li fil-kuntratt kienet saret klawsola li l-individwu li bena l-post hemm isfel ried li biex huwa jibni, ikollu nofsu tiegħu, u li jekk il-klabb jiċċaqlaq u jmur f’post ieħor f’Wied il-Għajn dan l-individwu jibqa’ xorta b’nofs is-sehem. Meta daħal fil-kumitat u wara li xebgħu jieħdu pariri legali mingħand bosta avukati dawn kienu jgħidulhom li ma kellhom qatt ċans joħorġu minnu dak il-kuntratt.

Wara xi għoxrin sena l-klabb irnexxielu jeħles minn dan is-sieħeb billi l-membri tal-klabb flimkien mal-plejers irriżenjaw; il-klabb eventwalment ġie xolt kif titlob il-liġi; u wara xi sentejn reġa’ ġie mwaqqaf il-klabb tal-Waterpolo tal-lum, il-Marsascala Sports Club. Tul dan iż-żmien il-plejers li kienu jilagħbu ma’ Wied il-Għajn kienu mislufin lil timijiet oħra fosthom mal-Belt li kienu kaxkru kollox.

Sadanittant, l-Avukat Tommy Abela għamel l-istatut tal-klabb il-ġdid. Iżda l-ASA u l-Belt m’ aċċettawhx bħala Wied il-Għajn u bħala second district, u l-isem inħareġ bħala Marsascala Sports Club.

L-ewwel president tal-Marsascala Sports Club kien Charlie Chetcuti li kellu wkoll żewġt itfal jilagħbu fit-tim, Ian u Clifford Chetcuti. Meta mbagħad laħaq president Alfred Xuereb, fil-bidu tat-tmeninijiet, beda jsir xogħol strutturali fosthom il-platform tal-konkos li għadha hemm sal-lum. Il-bini li kien hemm Dehra tal-piċċ tal-waterpolo fis-snin 50.

Page 31: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

31

Niltaqgħu maʼ Alfred Xuereb (Il‑Jogi) Jintervista Enzo Cachiaqabel ma nbena dak li hemm illum sar fi żmienu. Jien, personalment niftakar bar f’kamra ċkejkna.

“Issa peress li meta kien jagħmel il-maltemp dejjem konna nispiċċaw bil-bieb sfrundat, jien qallibt kollox.”

Hawnhekk jiena staqsejt lil Alfred għaliex il-piċċ ta’ Wied il-Għajn qatt ma ġie mdawwar bil-konkos kif sar f’numru ta’ lokalitajiet oħra. Huwa qalli li dik dejjem xtaqha, imma għal xi raġuni min seta’ għamilha dejjem ġab l-iskuża li l-bajja hija żgħira wisq, ħaġa li lilu ma tantx tinżillu minħabba li meta jipparaguna Wied il-Għajn ma’ fejn qiegħed il-piċċ tan-Neptunes, il-Bajja tal-Balluta hija żgħira wkoll.

Tajjeb li wieħed jgħid li meta daħal jaħdem fil-Pulizija huwa ma setax ikompli bil-karriera tal-Waterpolo. Tant hu hekk li fl-aħħar ta’ Lulju tal-1962, kellu jġib permess speċjali sabiex ikun jista’ jilgħab l-aħħar logħba tal-Waterpolo meta kien għadu jilgħab mas-Sirens. Iżda meta mbagħad mar fl-armata huwa xorta sar president. Ħaġa li l-armata kienet taċċettaha.

Meta kien President tal-Klabb kellu miegħu lil Stephen Borg li kien joħodlu ħsieb ħafna affarijiet. Tul il-presidenza tiegħu, huwa kien irnexxielu jsiefer lill-plejers tal-klabb

tal-anqas darbtejn. Darba marru Sqallija, u darb’ oħra l-Olanda. Din hija xi ħaġa li huwa jibqa’ kburi biha.

Aktar tard bl-għajnuna ta’ Stephen Borg kienu ġabu timijiet ta’ tfal barranin minn pajjiżi oħra. Sa rnexxielhom jipprovdu akkomodazzjoni fl-iskola ta’ Wied il-Għajn għall-plejers barranin. F’dawn il-kampjonati li kienu jsiru Wied il-Għajn kien ikun hemm mijiet ta’ tfal barranin.

Tul iż-żmien li għamel president, huwa kien jitla’ d-dar jorqod fis-siegħa ta’ filgħodu. Miegħu kellu tim tajjeb għaliex barra lil Stephen Borg kellu wkoll lil Lorry De Raffaele li kien jagħmel ħafna xogħol ta’ tiswijiet fil-post.

L-aktar ħaġa li jibqa’ jiftakar f’Wied il-Għajn hija meta ħadu d-double wara li spiċċa minn mas-Sirens. F’dik is-sena 1962 it-tim ta’ Wied il-Għajn kien ħa l-League u n-Knock Out.

Illum huwa biss President Onorarju tal-klabb. Minkejja li fi żmienu l-klabb qatt ma wasal sal-Ewwel Diviżjoni, illum huwa jirrikonixxi li l-klabb jinsab f’qagħda finanzjarja ferm aħjar minn żmienu. Biss meta jqis il-limitazzjonijiet li kellhom dak iż-żmien, iħoss sodisfazzjon kbir li kienu jsiru daqs dawk affarijiet.

‘Il-Jogiʼ l-aħħar wieħed fuq il-lemin.

‘Il-Jogiʼ waqt xogħol taʼ kostruzzjoni.

‘Il-Jogiʼ meta kien mas-Sirens.

31

Page 32: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

32

Corporate Social Responsibility

Il-kelma “kultura” fiha ħafna definizzjonijiet. L-użu tal-kelma nbidel fil-kuntest tagħha minħabba l-mod ta’ kif

il-ħajja bdiet tinbidel minn żmien għal ieħor. Illum il-ġurnata nistghu nagħtu l-eqreb definizzjoni għall-kultura bħala identità ta’ grupp li ġejja mill-passat u li hi pprattikata min-nies li jgħixu fil-preżent. Minkejja dan, x’inhi r-relevanza għall-ġurnata tal-lum li nipprattikaw tradizzjonijiet antiki?

Il-Kumitat tal-Kultura f’Wied il-Għajn għandu l-irwol li jqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-kultura lokali. Hija din il-kultura li sawret l-istorja tal-lokal, li minkejja li mhix waħda popolari daqs dik ta’ rħula oħra, għandna kull dmir li nżommu din il-kultura u t-tradizzjonijiet ħajja. Bħala kumitat, nibdew billi ninfurmaw lill-Iskalin dwar dak li għadda minnu Marsaskala fiż-żmien imbiegħed. Tajjeb li ma ninsewx ukoll li l-kultura lokali tagħmel parti sew mill-kultura Nazzjonali, għalhekk jiġu organizzati diversi attivitajiet lil hinn mill-

Il‑Kumitat Kulturali taʼ Wied il‑Għajnlokalità tagħna. Matul is-sena nagħmlu kull sforz biex inkomplu norganizzaw diversi attivitajiet li minkejja l-bżonnijiet finanzjarji kbar li niltaqgħu magħhom biex jiġu mtellgħa attivitajiet ta’ dan it-tip, l-interess tan-nies, permezz tal-attendenza tagħhom, hi l-motivazzjoni tagħna.

Parti mill-ħidma tinkludi wkoll diskussjonijiet bilaterali ma’ diversi pajjiżi kemm dawk Ewropej, kif ukoll dawk li mhumiex. Dan biex naraw kif niġbdu aktar viżitaturi minn diversi pajjiżi lejn il-lokalità tagħna. Ir-relazzjonijiet tajbin li għandna maċ-Ċina u t-Tuneżija fost l-oħrajn għenuna norganizzaw attivitajiet biex nesponu l-wirt kulturali tagħhom ġewwa l-lokalità tagħna. Tajjeb inħabbar ukoll li diġà ninsabu f’kuntatt ma’ grupp ta’ żeffiena mill-Latvja biex jiġu jagħtu wirja fix-xhur li ġejjin.

L-impenn ħabrieki tal-membri tal-kumitat jawgura tajjeb għal din is-sena, fejn

mistennija sena aktar impenjattiva minn dik ta’ qabel. Ir-ringrazzjament tiegħi imur ghas-Sindku, is-Sur Mario Calleja, u il-Kunsilliera responsabbli mill-Kultura, is-Sinjura Elizabeth Cassar għall-għajnuna u sapport kbir li jagħtu lill-kumitat biex ikun jista’ jaħdem b’mod mill-aqwa. Dan il-kumitat, fi ħdan il-Kunsill Lokali, jiltaqa’ darba kull tliet ġimgħat.

L-appell finali tiegħi hu wieħed; hemm bżonn ta’ aktar parteċipazzjoni żagħżugħa. Iż-żgħażagħ għandhom rwol importanti għall-organizzazzjoni ta’attivitajiet kulturali minħabba l-injezzjoni ta’ enerġija u ideat ġodda biex inwasslu l-messaġġ tagħna. Hemm bżonn naraw numru akbar ta’ żgħażagħ li lesti li joffru l-għajnuna tagħhom u jkunu preżenti għall-attivitajiet li jiġu organizzati. Nixtieq nisħaq fuq l-importanza li ż-żgħażagħ jagħtu s-sapport tagħhom f’għaqdiet u kumitati bħal dan biex l-istorja ta’ Wied il-Għajn tinżamm ħajja.

Page 33: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

3333

On Tuesday 2nd December 2014, HSBC Marsaskala branch organised a Corporate Social Responsibility

activity involving planting of Olive Trees around the "Girna" in St Anne Garden.

HSBC Marsaskala team together with Mayor Mario Calleja, Parish Priest Rev Walter Cauchi and Mr Joseph Filletti from

Corporate Social ResponsibilitySt Anne Band Club planted 10 Olive Trees with the aim of sustaining and embellishing the environment in the community of Marsaskala. Rev. Fr Cauchi blessed the trees who were named after the individuals planting them.

The Mayor and the Parish Priest praised the initiatives that HSBC is taking to enhance the environment and the community within Marsaskala.

I want to take this opportunity to thank you for your continuous support.

KInd regards

Graziella GRECH MLJ. Cert Cib (Malta)Branch Manager | HSBC Bank Malta PLCSt Anthony Street Marsaskala

Il‑Kumitat Kulturali taʼ Wied il‑Għajn

PRIVATE TUITIONCourses starting SOON

For Primary Years – Marsascala – Small Groups

Tution Courses for Year 1 – Year 3 7906 0992

Maltese & English for foreigners 7906 0992

Tution Courses for Year 4 – Year 67970 4103

Is-Sindku, il-Kunsilliera u l-iStaff tal-Kunsill Lokalità ta’ Marsaskala jawgura l-FESTA T‑TAJBA lil kulħadd

Page 34: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Leħen il-Kunsill ta’MARSASKALA

Survey

Il‑ħidma tagħna

Għeżież Residenti Skalin,

Jiena, Sindku tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ ta’ Marsaskala, li bħala grupp ta’ żgħażagħ qed nimplimentaw

proġett bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Żgħażagħ. Dan qed nagħmluh flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala; il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ; u s-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport. Il-proġett tagħna qed nagħmluh biex inġibu lill-persuni tas-soċjetà tagħna konxji dwar il-problema tal-iskumdità li tista’ tinħoloq fit-toroq u f’postijiet pubbliċi tagħna, kemm lir-residenti, kif ukoll lill-viżitaturi. L-iskumdità bħal meta xi ħadd jipparkja ħażin, iħalli skart mormi f’passaġġ, b’konsegwenza li persuni ma jkollomx aċċess għalih, ħmieġ ħdejn il-kontenituri tal-iskart jew f’postijiet pubbliċi, vandaliżmu, u ħafna iktar.

Din l-idea tal-proġett ġibnieha mill-attività sajfija “Arti fil-Beraħ” li saret f’Ġunju fix-xatt tal-lokalità tagħna. Aħna bħala grupp kellna stand, fejn qgħadna nistaqsu lin-nies u nieħdu ideat dwar x’jixtiequ li jitranġa fil-lokalità tagħna, u dawn niżżilniehom fi ktejjeb. Waqt il-laqgħat tagħna, analizzajna dawn l-ilmenti, u kkonkludejna li l-problema prinċipali hija dik dwar l-aċċessibilità. Nixtiequ noħolqu kuxjenza, għax biex tissolva l-problema, l-ewwel irid ikun hemm kuxjenza dwarha, u l-problema tibda tonqos mal-medda taż-żmien.

Inħossni kburi li t-tnedija tal-proġett tagħna kienet waħda ta’ suċċess, fejn kienu preżenti bosta personalitajiet importanti, fosthom il-Ministru Owen Bonnici, is-

Segretarju Parlamentari Chris Agius, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija

Il‑Kunsill Lokali taż‑Żgħażagħ minn Ryan Zammit

Żgħażagħ Miriam Theuma, u s-Sindku ta’ Marsaskala Mario Calleja. Fit-tnedija wrejna powerpoint u bosta voxpops li għamilna aħna stess u tkellimna dwar il-proġett tagħna fejn spjegajna li l-proġett huwa maqsum fi tlieta, għat-tfal (liema attività saret f’Mejju li għadda), għaż-żgħażagħ u għall-adulti. Qsamnieh fi tlieta għax aħna tal-fehma li fis-soċjetà kulħadd indaqs u rridu nilħqu lil kulħadd b’modi differenti, u għaliex il-messaġġ li jintbagħat lit-tfal irriduh ikun divers minn dak għall-adulti.

Dan il-Kunsill taż-Żgħażagħ mhux importanti biss minħabba l-implimentazzjoni tal-proġett, iżda importanti iktar għaliex aħna bħala ċittadini demokratici, inkunu aktar attivi fis-soċjetà billi niltaqgħu ta’ spiss biex niddiskutu. Importanti nsemmi li l-laqgħat tagħna jkunu formali; ipparteċipajna għal seminar dwar is-sostenibbiltà fil-lokalità biex insemmgħu leħen iż-żgħażagħ, kif ukoll seminar ma’ sħabna tal-Kalkara. Fil-Kunsill, nitgħallmu ħafna valuri ġodda fosthom ir-responsabbilità, il-valur tas-smigħ, it-tolleranza u r-rispett. Personalment jien tgħallimt ħafna, speċjalment fil-ġurnata tat-tnedija fejn ħdimna fi grupp sħiħ kif

ukoll kelli nitla’ fuq il-palk ma’ wħud minn sħabi biex nippreżenta l-proġett tagħna quddiem in-nies preżenti.

Nixtieq nirringrazzja ħafna lill-Kunsillier ta’ Marsaskala Daniel Spiteri u lill-Youth Worker Joe Theuma li kienu ta’ gwida u għajnuna kbira biex permezz tal-għajnuna tagħhom, aħna rbaħna l-proġett propost, u biex nibqgħu naħdmu sabiex dan il-proġett ikun ta’ suċċess.

Tinsewx tagħfsu like fuq il-paġna biex tibqgħu aġġornati: Kunsill Lokali Żgħażagħ ‑ Marsaskala. Għal aktar informazzjoni l-indirizz elettroniku tagħna huwa dan: [email protected]

Mifsud Bonnici Square, M'Scala Tel: 2163 4194 / 2163 6368

34

Page 35: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida

Bil-għan li l-Kunsill jibqa’ relevanti u viċin tar-residenti ta’ Wied il-Għajn, qegħdin nagħmlu survey sabiex nkunu nafu kif int, ir-resident, taħsibha dwar din ir-rivista. Għaldaqstant, inħeġġuk sabiex twieġeb dawn il-mistoqsijiet t’hawn taħt:

1. Jinteressak il-magazine tal-Kunsill? Huwa xi ħaġa li int jew xi membri familjari tkunu qegħdin tistennew?

2. Għandek xi suġġerimenti sabiex il-Kunsill itejjeb dan il-magazine?

3. Taħseb li huwa utli għall-istudenti tagħna?

4. Il-Kunsill qed jikkunsidra l-possibiltà li l-magazine jinħareġ ukoll online fuq is-sit elettroniku tiegħu u l-paġna ta’ facebook, sabiex ikun aktar konxju tal-ambjent u jilħaq aktar nies. Taħseb li hi idea tajba? U taħseb li taqrah online kieku?

5. X’tippreferi, l-verżjoni online jew dik hard copy?

6. Tippreferi verżjoni bl-Ingliż jew kif inhu bħalissa, bil-Malti?

7. Kemm għandek żmien?

8. Jekk hemm membri familjari oħra li jaqraw l-magazine, kemm għandhom żmien?

Tista’ tibgħatilna din il-paġna bit-tweġibiet tiegħek f’dan l-indirizz:

Kunsill Lokali Marsaskala, 228, Triq is-Salini,

Marsaskala, MSK 3314.

Dawn il-mistoqsijiet qegħdin ukoll fuq il-paġna online tal-Kunsill fuq Facebook. Jekk hu aħjar għalik tista’ tweġibhom hemm ukoll – kemm issib il-paġna ‘Kunsill Lokali Maraskala - Marsaskala Local Council’, tagħfas like u twieġeb il-mistoqsijiet.

Grazzi!

Survey

Il‑Kunsill Lokali taż‑Żgħażagħ minn Ryan Zammit

Page 36: Ħarġa Numru 15 - Marsaskala il-Kunsill Lokali... · l-ewwel ma nħares huwa li nimxi fuq nota tajba mas-Segretarju Eżekuttiv. ... din is-serata Ċiniża fl-iskola primarja ġdida