59
L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019 Il-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini 2014-2020 GWIDA TAL-PROGRAMM GĦAL GĦOTJIET GĦAL AZZJONI Verżjoni valida għal Sejħiet minn Jannar 2019 Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/ L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l- Kultura http://eacea.ec.europa.eu/europe-for-citizens_en 1

Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Il-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini 2014-2020

GWIDA TAL-PROGRAMM GĦAL GĦOTJIET GĦAL AZZJONI

Verżjoni valida għal Sejħiet minn Jannar 2019

Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni

http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

http://eacea.ec.europa.eu/europe-for-citizens_en

1

Page 2: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Werrej

INTRODUZZJONI.............................................................................................................................. 4

L-GĦAN TAL-GWIDA TAL-PROGRAMM..................................................................................... 4

KAPITOLU I: ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-PROGRAMM L-EWROPA GĦAĊ-ĊITTADINI.5

1 Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall-perjodu bejn l-2019 u l-2020...................................................51.1 L-objettivi ġenerali................................................................................................................................51.2 L-objettivi speċifiċi................................................................................................................................51.3 Il-prijoritajiet pluriennali tal-Programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”......................................................5

2 Il-karatteristiċi ġenerali tal-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini.................................................................62.1 L-aċċess ugwali......................................................................................................................................62.2 It-transnazzjonalità u d-dimensjoni lokali.............................................................................................62.3 Id-djalogu interkulturali........................................................................................................................62.4 Il-volontarjat - espressjoni ta’ ċittadinanza Ewropea attiva...................................................................62.5 Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà............................................................................................................7

3 L-ISTRUTTURA TAL-PROGRAMM L-EWROPA GĦAĊ-ĊITTADINI U T-TIP TA’ GĦOTJIET.................................83.1 Il-Linji ta’ Żvilupp tal-Programm............................................................................................................83.2 Skeda ta’ żmien: kalendarju għal bejn l-2019 u l-2020 - is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u l-

pubblikazzjoni tar-riżultati tal-għażla.....................................................................................................................93.2.1 L-iskadenzi........................................................................................................................................93.2.2 In-notifika u l-pubblikazzjoni tar-riżultati ta' evalwazzjoni..............................................................103.3 Il-baġit tal-Programm..........................................................................................................................103.4 Il-ġestjoni tal-Programm u l-kuntatti...................................................................................................103.4.1 Il-Kummissjoni Ewropea.................................................................................................................103.4.2 L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)......................................113.4.3 Punti ta’ Kuntatt għal L-Ewropa għaċ-Ċittadini (Europe for Citizens Contact Points - ECPs)...........113.4.4 L-Istati Membri u pajjiżi parteċipi oħrajn........................................................................................11

KAPITOLU II: PROĊEDURI TA’ SOTTOMISSJONI U GĦAŻLA............................................12

4 Il-proċedura ta’ sottomissjoni................................................................................................................. 124.1 L-ewwel pass: Irreġistra l-organizzazzjonijiet......................................................................................124.2 It-tieni pass: Oħloq u imla l-formola elettronika tal-applikazzjoni.......................................................13

5 Il-proċedura ta’ Evalwazzjoni u Għażla....................................................................................................135.1 Ir-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà...............................................................................................................135.2 Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal kull linja ta’ żvilupp..................................................................................145.2.1 Applikanti Eliġibbli..........................................................................................................................145.2.2 In-natura u d-dimensjoni tal-proġett..............................................................................................165.3 Kriterji ta’ esklużjoni għal-linji ta’ żvilupp kollha.................................................................................165.3.1 Esklużjoni mill-parteċipazzjoni........................................................................................................165.4 Il-kriterji tal-għażla għal-linji ta’ żvilupp kollha....................................................................................195.5 Kriterji ta’ għoti għal-linji ta’ żvilupp kollha.........................................................................................205.5.1 Kriterji tal-għoti...............................................................................................................................205.5.2 Id-daqs tal-proġetti u l-bilanċ ġeografiku........................................................................................225.5.3 L-għoti ta’ għotja.............................................................................................................................225.6 Il-proċedura ta’ għażla: kriterji speċifiċi tal-Linji ta’ Żvilupp tal-Programm.........................................22

2

Page 3: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

5.6.1 Linja ta’ Żvilupp 1 - il-Kommemorazzjoni Ewropea.........................................................................225.6.2 Linja ta’ żvilupp 2: L-involviment demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika........................................23

5.6.2.1 Il-Miżura tal-Ġemellaġġ bejn l-Ibliet.......................................................................................235.6.2.2 Il-miżura tan-Netwerks tal-Ibliet............................................................................................245.6.2.3 Il-Miżura tal-Proġetti tas-Soċjetà Ċivili...................................................................................25

KAPITOLU III - KONDIZZJONIJIET FINANZJARJI U KUNTRATTWALI...........................28

6 Il-proċeduri ta’ pagament....................................................................................................................... 316.1 Il-prefinanzjament...............................................................................................................................316.1.1 L-ammont ta’ prefinanzjament għal kull linja/miżura:....................................................................316.1.2 Garanzija ta’ prefinanzjament.........................................................................................................316.2 Il-pagament tal-bilanċ.........................................................................................................................326.2.1 Ir-rappurtar finali............................................................................................................................326.2.2 Il-kalkolu tal-pagament finali..........................................................................................................326.3 Awditi..................................................................................................................................................326.4 Is-sjieda/l-użu tar-riżultati...................................................................................................................326.5 Il-viżibilità u l-pubbliċità......................................................................................................................336.5.1 Mill-benefiċjarji...............................................................................................................................336.5.2 Mill-Kummissjoni Ewropea u/jew l-EACEA......................................................................................336.5.3 Il-valorizzazzjoni u t-tixrid tar-riżultati............................................................................................336.6 Il-protezzjoni tad-data.........................................................................................................................346.7 Il-bażi ġuridika.....................................................................................................................................35

ANNESS I: ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ.................................36

ANNESS II: AMMONTI TA’ KOSTIJIET TA’ UNITÀ U SOMOM IMĦALLSIN F’DAQQA..37Kostijiet ta’ unità għall-Miżuri 1 Il-Kommemorazzjoni Ewropea, 2.2 Netwerks ta’ Bliet u 2.3 Proġetti tas-

Soċjetà Ċivili.........................................................................................................................................................37Attivitajiet ta’ Tħejjija......................................................................................................................................38Somom imħallsin f’daqqa għall-Miżura 2.1. Ġemellaġġ bejn l-Ibliet...............................................................39

3

Page 4: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Introduzzjoni

L-Unjoni Ewropea hija magħmula miċ-ċittadini tagħha u għaċ-ċittadini tagħha! L-inkoraġġiment u l-iffaċilitar tal-involviment usa’ taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea u dak li tirrappreżenta huma ta’ importanza kbira. Dan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat apprezzament akbar għall-istorja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem l-“Unjoni") u l-oriġini tagħha wara żewġ gwerer dinjija.

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tal-2009 (it-Trattat ta’ Liżbona), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, wassal għal għadd ta’ bidliet li ġabu lill-Unjoni eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha u rawmu dibattitu transkonfinali akbar dwar kwistjonijiet ta’ politika tal-Unjoni. L-Artikolu 11 ta’ dan it-Trattat introduċa dimensjoni kompletament ġdida ta’ demokrazija parteċipattiva.

L-Ewropa għandha aġenda li tippreżenta sfidi għas-snin li ġejjin, bi kwistjonijiet serji involuti. Jeħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet u jitfasslu politiki dwar kwistjonijiet li jvarjaw mit-tkabbir ekonomiku, għas-sigurtà u r-rwol tal-Ewropa fid-dinja, u għalhekk huwa aktar importanti minn qatt qabel li ċ-ċittadini jipparteċipaw fid-diskussjonijiet u jgħinu fit-tfassil tal-politiki. Il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra ċ-ċittadinanza Ewropea bħala element importanti fit-tisħiħ u s-salvagwardja tal-integrazzjoni Ewropea u għalhekk tkompli tinkoraġġixxi l-involviment taċ-ċittadini Ewropej fl-aspetti kollha tal-ħajja tal-komunità tagħhom, biex b’hekk tippermettilhom jipparteċipaw fil-bini ta’ Ewropa li tkun dejjem aktar qribhom.

F’dan il-kuntest, il-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini (minn hawn ’il quddiem il-“Programm”) adottat għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 huwa strument importanti mmirat li jgħin lill-500 miljun ċittadin tal-Unjoni jagħtu sehem akbar fl-iżvilupp tal-Unjoni. Permezz tal-finanzjament ta’ skemi u attivitajiet li fihom jistgħu jipparteċipaw iċ-ċittadini, il-Programm qed jippromwovi l-istorja u l-valuri komuni tal-Ewropa u jrawwem sens ta’ responsabbiltà għall-mod kif tiżviluppa l-Unjoni.

Għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020 ġie allokat għall-Programm baġit ta’ EUR 187 718 000.

L-Għan tal-Gwida tal-Programm

Dan id-dokument huwa anness mas-Sejħiet għal proposti għal għotjiet għal azzjoni fi ħdan il-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”. L-għan ta’ din il-Gwida tal-Programm huwa li tassisti lil dawk kollha li jkunu interessati li jiżviluppaw proġetti li jaqgħu fi ħdan il-Programm (2014-2020) u tippreżenta l-objettivi tal-Programm u t-tipi ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu appoġġjati.

Il-Gwida hija maqsuma f’dawn il-kapitli li ġejjin:

- Ħarsa ġenerali lejn il-Programm;

- Proċeduri ta’ sottomissjoni u għażla

- Obbligi finanzjarji u kuntrattwali

u tinkludi informazzjoni dwar l-azzjonijiet appoġġjati, il-proċeduri ta’ sottomissjoni, għażla u evalwazzjoni u dwar kif għandhom jiġu infurmati l-applikanti bir-riżultati tal-għażla.

4

Page 5: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

KAPITOLU I: ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-PROGRAMM L-EWROPA GĦAĊ-ĊITTADINI

1 OBJETTIVI U PRIJORITAJIET TAL-PROGRAMM GĦALL-PERJODU BEJN L-2019 U L-2020

Il-proġetti kollha għandhom ikunu konformi mal-objettivi tal-Programm. Tingħata prijorità lil proġetti li jindirizzaw ukoll il-prijoritajiet pluriennali tal-Programm.

1.1 L-OBJETTIVI ĠENERALI

L-objettivi ġenerali tal-Programm li jaqgħu taħt il-mira ġenerali li l-Unjoni titqarreb lejn iċ-ċittadini huma:

li jingħata kontribut sabiex iċ-ċittadini japprezzaw l-Unjoni, l-istorja u d-diversità tagħha;

li titrawwem ċittadinanza Ewropea u li jittejbu l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ċivika u demokratika f’livell tal-Unjoni.

1.2 L-OBJETTIVI SPEĊIFIĊI

L-objettivi speċifiċi għandhom jintlaħqu f’livell transnazzjonali jew b’dimensjoni Ewropea:

li jinħoloq sens ta’ kommemorazzjoni u għarfien dwar l-istorja u l-valuri komuni u l-għan tal-Unjoni li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri taċ-ċittadini tagħha billi jiġu stimulati d-dibattitu, ir-riflessjoni u l-iżvilupp ta’ netwerks;

li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni demokratika u ċivika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, billi jiġi żviluppat l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-proċess tat-tfassil tal-politiki tal-Unjoni u jiġu promossi opportunitajiet ta’ involviment u volontarjat fis-soċjetà u interkulturali fil-livell tal-Unjoni.

1.3 IL-PRIJORITAJIET PLURIENNALI TAL-PROGRAMM “L-EWROPA GĦAĊ-ĊITTADINI”

F’konformità mal-objettivi ġenerali tal-Programm, il-prijoritajiet pluriennali ġew definiti fl-2016 mill-Kummissjoni Ewropea wara li saret konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Programm. Dawn ser japplikaw tul il-perjodu li jifdal mill-Programm (2019-2020) biex b’hekk l-applikanti jkollhom aktar żmien sabiex jippjanaw u jħejju l-proġetti tagħhom. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni Ewropea tirrevedi, tadotta u/jew timmodifika l-lista tal-prijoritajiet jekk ikun hemm bżonn, fi kwalunkwe mument, wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati tal-Programm irrappreżentati fil-grupp ta’ djalogu ċivili1 u fil-Kumitat tal-Programm. L-applikanti huma mħeġġin jiżviluppaw proġetti f’konformità mal-objettivi tal-Programm u li jkollhom fil-mira tagħhom il-prijoritajiet pluriennali. Il-prijoritajiet pluriennali jitħabbru fuq is-siti tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/citizenship/europe-for-citizens-programme/official-documents/index_en.htm u tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (Education, Audiovisual and Culture Executive Agency - EACEA) https://eacea.ec.europa.eu/europe-for-citizens_en u tal-Kummissjoni Ewropea.

1 Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020

5

Page 6: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

2 IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-PROGRAMM L-EWROPA GĦAĊ-ĊITTADINI

2.1 L-AĊĊESS UGWALI

Il-Programm għandu jkun aċċessibbli għaċ-ċittadini Ewropej kollha mingħajr l-ebda forma ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età u orjentazzjoni sesswali. Il-promoturi tal-proġett għandhom jagħtu l-attenzjoni mistħoqqa lill-bżonn li jiġu promossi opportunitajiet indaqs għal kulħadd u n-nondiskriminazzjoni.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni bbilanċjati taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha fi proġetti u attivitajiet transnazzjonali, b’kunsiderazzjoni għall-karattru multilingwi tal-Unjoni u l-bżonn li jiġu inklużi gruppi b’nuqqas ta’ rappreżentanza.

2.2 IT-TRANSNAZZJONALITÀ U D-DIMENSJONI LOKALI

It-transnazzjonalità hija aspett importanti tal-Programm, li jista’ jiġi mmanifestat b’diversi modi:

- It-tema tal-proġett tista’ tkun transnazzjonali billi tittratta kwistjoni minn perspetttiva Ewropea jew billi tipparaguna b’mod kritiku fehmiet nazzjonali differenti. Tema transnazzjonali bħal din tista’ tiġi implimentata billi titħalla direttament f’idejn persuni ta’ nazzjonalitajiet differenti jew persuni li jkollhom fehmiet oriġinali u transnazzjonali dwar il-kwistjoni.

- It-transnazzjonalità tista’ tirriżulta wkoll min-natura tal-promoturi tal-proġett: il-proġett jista’ tabilħaqq jiġi żviluppat u implimentat permezz tal-kooperazzjoni ta’ għadd ta’ organizzazzjonijiet sħab li jiġu minn pajjiżi parteċipi differenti.

- It-transnazzjonalità tista’ tintlaħaq ukoll billi jiġi żgurat li l-proġett ikun immirat direttament lejn pubbliku minn pajjiżi differenti jew billi jinxterdu r-riżultati tal-proġett b’mod transkonfinali biex b’hekk, b’mod indirett, jilħqu udjenza Ewropea.

Il-promoturi tal-proġett huma mħeġġin isaħħu d-dimensjoni transnazzjonali tal-proġett tagħhom billi jikkumbinaw il-karatteristiċi msemmijin hawn fuq.

Din id-dimensjoni transnazzjonali għandha tkun akkumpanjata minn dimensjoni lokali b’saħħitha. Sabiex jitnaqqas id-distakk bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini, huwa tassew importanti li l-proġetti jew l-attivitajiet appoġġjati minn dan il-Programm jilħqu liċ-ċittadini fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum u jindirizzaw kwistjonijiet li huma rilevanti għalihom.

2.3 ID-DJALOGU INTERKULTURALI

Il-Kummissjoni Ewropea ħadet l-impenn li tippromwovi d-djalogu interkulturali permezz ta’ inizjattivi u Programmi differenti. Il-Programm jista’ jikkontribwixxi sabiex jintlaħaq dan l-objettiv billi jlaqqa’ flimkien ċittadini Ewropej ta’ nazzjonalitajiet differenti u li jitkellmu lingwi differenti, u billi jagħtihom l-opportunità li jipparteċipaw f’attivitajiet komuni. Parteċipazzjoni fi proġett bħal dan għandha tqajjem għarfien dwar ir-rikkezza tal-ambjent kulturali u lingiwstiku fl-Ewropa. Għandha tippromwovi wkoll il-fehim u t-tolleranza reċiproċi, u b’hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ identità Ewropea ta’ rispett, dinamiżmu u b’ħafna aspetti. Il-promoturi tal-proġett huma mistednin li jippreżentaw fl-applikazzjoni tagħhom kif il-proġett ikun ser jittratta dawn il-kwistjonijiet.

2.4 IL-VOLONTARJAT - ESPRESSJONI TA’ ĊITTADINANZA EWROPEA ATTIVA

Il-volontarjat huwa element essenzjali taċ-ċittadinanza attiva: billi jagħtu ħinhom għall-benefiċċju tal-oħrajn, il-volontiera jkunu qed jagħtu servizz lill-komunità tagħhom u jkollhom rwol attiv fis-soċjetà. Huma jrawmu sens ta’ sħubija fil-komunità u għaldaqstant jiżviluppaw ukoll sens ta’ sjieda.

6

Page 7: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Għaldaqstant, il-volontarjat huwa mezz partikolarment b’saħħtu kif jiġi żviluppat l-impenn taċ-ċittadini lejn is-soċjetà tagħhom u l-ħajja politika tagħha. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-assoċjazzjonijiet ta’ interess ġenerali Ewropew, l-assoċjazzjonijiet ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet u organizzazzjonijiet parteċipi oħrajn ħafna drabi jiddependu fuq il-volontarjat sabiex iwettqu u jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom. Għalhekk, il-promozzjoni tal-volontarjat tingħata attenzjoni speċjali, partikolarment permezz tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (ara l-Punt 2.5).

2.5 IL-KORP EWROPEW TA’ SOLIDARJETÀ

Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta’ Settembru 2016, il-President tal-Kummissjoni Ewropea ħabbar l-istabbiliment ta’ Korp Ewropew ta’ Solidarjetà bil-għan li ż-żgħażagħ madwar l-UE jingħataw l-opportunità li jivvolontarjaw fejn ikun hemm bżonn l-għajnuna u li jgħinu f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

Il-Korp huwa msejjes fuq il-valuri prinċipali tal-UE tal-involviment u s-solidarjetà. Permezz ta’ sħubija fil-Korp, il-parteċipanti jesprimu l-impenn u r-rieda tagħhom li jiddedikaw parti minn ħajjithom sabiex jgħinu lill-oħrajn. Il-Korp joffri opportunitajiet ta’ volontarjat, apprendistati jew xogħlijiet li jipprovdu lil żgħażagħ li jkollhom bejn it-18 u t-30 sena bl-opportunità li jiksbu l-esperjenza, jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u li jagħtu kontribut fis-soċjetà. Billi jappoġġjaw lill-oħrajn, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetajiet u l-komunitajiet tagħna, iż-żgħażagħ ma jkunux biss qed ipoġġu l-valur prinċipali tal-UE tas-solidarjetà fil-prattika, iżda jkunu qed jiksbu wkoll ħiliet u esperjenza, inklużi ħiliet lingiwstiċi, li jkunu ta’ vantaġġ meta wieħed ikun qed ifittex xogħol jew jikkunsidra li jkompli jistudja jew jitħarreġ. Permezz ta’ sħubija fil-Korp, il-parteċipanti jesprimu r-rieda tagħhom li jipprattikaw is-solidarjetà u li jiddedikaw parti minn ħajjithom sabiex jgħinu lill-oħrajn. Permezz tas-sħubija jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tal-koeżjoni fi ħdan is-soċjetà Ewropea.

Fil-fażi inizjali tiegħu, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jsejjes fuq strumenti eżistenti tal-UE inkluż il-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini. Għaldaqstant, l-applikanti huma mistednin iqajmu għarfien dwaru u jużaw il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. B’mod partikolari, huma mħeġġin jirreklutaw membri fil-Korp ta’ Solidarjetà, sabiex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet fil-mira jilħqu l-kriterji sabiex jospitawhom u jissottoskrivu għall-Karta tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (https://europa.eu/youth/solidarity/mission_en). Portal tal-web iddedikat għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea2.

Dawn il-pajjiżi BISS jistgħu jipparteċipaw fl-inizjattiva fi ħdan il-Programm: l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Jekk jogħġbok innota li l-benefiċjarji li jinvolvu lill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fil-proġetti tagħhom għandhom jimxu f’konformità mar-rekwiżi stipulati mill-Karta tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (ara https://europa.eu/youth/solidarity/charter_mt), inkluż ir-rekwiżit relatat mal-assigurazzjoni tal-membri. Tabilħaqq, fi ħdan il-qafas tal-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura ma tipprovdix kopertura ta’ assigurazzjoni diretta jew indiretta għall-volontiera/membri impjegati mill-organizzazzjonijiet benefiċjarji. Hija għalhekk ir-responsabbiltà ta’ kull promotur li jiżgura li l-volontiera/membri li jipparteċipaw fil-proġett ikunu assigurati kif xieraq.

Informazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà hija disponibbli fuq l-Internet fuq dawn il-paġni li ġejjin:

- http://europa.eu/solidarity-corps

- https://eacea.ec.europa.eu/europe-for-citizens_en

2 https://europa.eu/youth/solidarity/_mt

7

Page 8: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

3 L-ISTRUTTURA TAL-PROGRAMM L-EWROPA GĦAĊ-ĊITTADINI U T-TIP TA’ GĦOTJIET

3.1 IL-LINJI TA’ ŻVILUPP TAL-PROGRAMM

Il-Programm jiġi implimentat permezz ta’ żewġ linji ta’ żvilupp u azzjoni orizzontali:

Linja ta’ żvilupp 1: Il-kommemorazzjoni Ewropea: Il-ħolqien ta’ għarfien dwar il-kommemorazzjoni, l-istorja u l-valuri komuni u l-għan tal-Unjoni.

Linja ta’ żvilupp 2: L-impenn demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika:L-inkoraġġiment taċ-ċittadini sabiex jipparteċipaw b’mod demokratiku u ċiviku fil-livell tal-Unjoni.

Il-miżuri f’din il-linja ta’ żvilupp huma:

• Il-Ġemellaġġi bejn l-Ibliet;

• In-Netwerks tal-Ibliet;

• Il-Proġetti tas-Soċjetà Ċivili.

Dawn iż-żewġ linji ta’ żvilupp huma kkumplimentati minn azzjoni orizzontali li mhix ikkonċernata minn din il-Gwida:

Azzjoni Orizzontali: Il-valorizzazzjoni: L-analiżi, it-tixrid u l-użu tar-riżultati tal-proġetti.

It-tipi ta’ Għotjiet:

Għandha ssir distinzjoni bejn l-għotjiet ta’ azzjoni u l-għotjiet ta’ operattivi mogħtija fi ħdan il-Programm.

L-GĦOTJIET TA’ AZZJONI jappoġġjaw proġetti (fi ħdan iż-żewġ linji ta’ żvilupp) b’tul ta’ żmien limitat li jkunu mmirati lejn l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet speċifiċi.

L-GĦOTJIET OPERATTIVI jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-kostijiet marbutin mal-attivitajiet ta’ kuljum u permanenti ta’ organizzazzjoni. Dan ifisser: il-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet ta’ laqgħat interni, pubblikazzjonijiet, informazzjoni u t-tixrid tagħha, kostijiet tal-ivvjaġġar li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, il-ħlas tal-kirjiet, id-deprezzament u kostijiet oħrajn marbutin direttament mal-programm ta’ ħidma tal-organizzazzjoni. Is-sejħa għall-perjodu bejn l-2018 u l-2020 diġà ngħalqet.

8

Page 9: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

3.2 SKEDA TA’ ŻMIEN: KALENDARJU GĦAL BEJN L-2019 U L-2020 - IS-SOTTOMISSJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET U L-PUBBLIKAZZJONI TAR-RIŻULTATI TAL-GĦAŻLA

3.2.1 L-iskadenzi

L-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet huma skedati kif ġej:

Linja ta’ żvilupp   1. Il-kommemorazzjoni Ewropea

Skadenza għas-sottomissjoni* Perjodu ta’ eliġibbiltà: Il-proġetti għandhom jinbdew bejn

L-1 ta’ Frar L-1 ta’ Settembru tal-istess sena tal-iskadenza u t-28 ta’ Frar** tas-sena ta’ wara l-iskadenza

Linja ta’ żvilupp   2. L-involviment demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika

Miżura Skadenza għas-sottomissjoni*

Perjodu ta’ eliġibbiltà: Il-proġetti għandhom jinbdew bejn

Il-ġemellaġġ bejn l-Ibliet

L-1 ta’ Frar L-1 ta’ Lulju tal-istess sena tal-iskadenza u l-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-iskadenza

L-1 ta’ Settembru L-1 ta’ Frar u l-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara l-iskadenza

Netwerks tal-Ibliet

L-1 ta’ Marzu L-1 ta’ Settembru tal-istess sena tal-iskadenza u t-28** ta’ Frar tas-sena ta’ wara l-iskadenza

L-1 ta’ Settembru L-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara l-iskadenza

Proġetti tas-Soċjetà Ċivili

L-1 ta’ Settembru L-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara l-iskadenza

NOTA BENE: dawn id-dati għandhom jiġu kkonfermati fis-Sejħa għal Proposti relatata.

*L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi qabel nofsinhar (Ħin tal-Ewropa Ċentrali) tad-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. Jekk l-iskadenza tinzerta fi tmiem il-ġimgħa, l-ewwel ġurnata tax-xogħol wara tmiem il-ġimgħa titqies bħala l-ġurnata tal-iskadenza.

**Għall-2020: id-29 ta’ Frar

3.2.2 In-notifika u l-pubblikazzjoni tar-riżultati ta' evalwazzjoni

L-applikanti għandhom jiġu nnotifikati b'mod individwali dwar l-eżitu tal-proċedura ta' evalwazzjoni permezz ta' ittra ffirmata mill-Uffiċjal Awtorizzanti mibgħuta bħala dokument reġistrat lir-

9

Page 10: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Rappreżentant legali permezz tal-Portal tal-Parteċipanti3 l-aktar tard sitt xhur wara d-data ta' skadenza tal-applikazzjoni. Waqt dawn is-sitt xhur isiru l-valutazzjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, segwiti mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti. Huwa biss meta dawn il-proċeduri jitlestew li l-listi tal-proġetti magħżulin jiġ ppubblikati fuq is-sit elettroniku li ġej: http://eacea.ec.europa.eu/europe-for-citizens/selection-results_en.

Il-Benefiċjarju legali jirċievi email li tgħarrfu li l-ittra li tinnotifika r-riżultati hija disponibbli fil-Portal tal-Parteċipanti. Jekk in-notifika formali fil-Portal tal-Parteċipanti tibqa’ ma tinfetaħx għal perjodu ta’ aktar minn għaxart ijiem (għal proġetti) l-Aġenzija tqis lin-notifika formali bħala rikonoxxuta.

3.3 IL-BAĠIT TAL-PROGRAMM

Il-Programm għandu baġit totali ta’ EUR 187 718 000 għas-seba’ snin (2014-2020) u huwa ffinanzjat mil-linja baġitarja 18 04 01 01 tal-baġit tal-Unjoni.

Il-baġit annwali huwa soġġett għal deċiżjoni tal-awtoritajiet baġitarji (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill). Dan is-sit jippermettilek issegwi l-passi differenti tal-adozzjoni tal-baġit:

http://ec.europa.eu/budget/annual/index_en.cfm

Bħala indikazzjoni, ir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm stipula li t-tqassim ġenerali bejn l-azzjonijiet differenti għall-Programm kollu għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 għandu jkun kif ġej:

- Linja ta’ żvilupp 1 - Il-Kommemorazzjoni Ewropea: madwar 20 %

- Linja ta’ żvilupp 2 - L-Involviment demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika: madwar 60 %

- L-Azzjoni Orizzontali - Valorizzazzjoni: madwar 10 %

L-approprjazzjonijiet li jifdal jiġu allokati sabiex ikopru l-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u tekniċi tal-Programm.

Il-baġit annwali adottat għal kull azzjoni jiġi ppubblikat fis-Sejħa għal proposti relatata.

3.4 IL-ĠESTJONI TAL-PROGRAMM U L-KUNTATTI

3.4.1 Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni (DG HOME) huwa responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni bla intoppi tal-Programm. Id-Direttorat jiġġestixxi l-baġit u jiddefinixxi l-objettivi, l-istrateġiji u l-oqsma ta’ azzjoni prijoritarji, inklużi l-miri u l-kriterji, fuq bażi kontinwa wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Programm. Barra minn hekk, id-Direttorat jiggwida u jimmonitorja l-implimentazzjoni ġenerali, is-segwitu u l-evalwazzjoni tal-Programm fil-livell Ewropew. Il-Kummissjoni Ewropea ddelegat ir-responsabbiltà għall-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-Programm lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA).

3 TWISSIJA: Matul il-perjodu kopert minn din is-Sejħa għal proposti, il-Portal tal-Partiċipanti http://ec.europa.eu/education/participants/portal/desktop/en/organisations/register.html jista' jemigra lejn il-Funding and Tenders Portal (Portal dwar il-Finanzjament u l-Offerti) https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home. Jekk jogħġbok qis din l-informazzjoni kull darba li f’dan id-dokument issir referenza għall-Portal tal-Parteċipanti.

10

Page 11: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

3.4.2 L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

L-EACEA, stabbilita bid-Deċiżjoni 2013/776/UE tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Diċembru 2013 hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-għotjiet tal-Programm. L-EACEA hija responsabbli għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja mill-bidu sal-aħħar ta’ dawn il-proġetti, inkluzi t-tħejjija tas-sejħiet għal proposti, l-għażla tal-proġetti u l-iffirmar ta’ Deċiżjonijiet/Ftehimiet ta’ Għotja, il-ġestjoni finanzjarja, il-monitoraġġ tal-proġetti, il-komunikazzjoni mal-benefiċjarji u l-kontrolli fuq il-post. Aktar tagħrif: http://eacea.ec.europa.eu/europe-for-citizens_en

KuntattEACEA - Unit C1 Europe for CitizensAvenue du Bourget, 1 (SPA2 03/85)B-1140 Brussels, Belgiumhttp://eacea.ec.europa.eu/europe-for-citizens_en

Linja ta’ żvilupp   1 - Il-kommemorazzjoni Ewropea [email protected]

Linja ta’ żvilupp   2 - L-involviment demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika [email protected]   (Town twinning & Networks of towns) [email protected] (Civil society projects)

3.4.3 Punti ta’ Kuntatt għal L-Ewropa għaċ-Ċittadini (Europe for Citizens Contact Points - ECPs)

Sabiex il-partijiet interessati tal-Programm ikollhom aċċess aktar faċli għat-tagħrif dwar il-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini u jkollhom ukoll gwida u appoġġ, il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet Punti ta’ Kuntatt għal L-Ewropa għaċ-Ċittadini. Dawn l-istrutturi nazzjonali huma responsabbli sabiex jiżguraw li tagħrif prattiku dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, l-attivitajiet tiegħu u l-opportunitajiet ta’ finanzjament jinxterdu b’mod immirat u effettiv fost iċ-ċittadini. L-applikanti huma mħeġġin jikkuntattjaw lill-ECPs fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-ECPs jistgħu jinstabu fuq din il-paġna web: http://ec.europa.eu/citizenship/about-the-europe-for-citizens-Programme/the-europe-for-citizens-Programme-in-the-member-states/index_en.htm

3.4.4 L-Istati Membri u pajjiżi parteċipi oħrajn

L-Istati Membri tal-UE jinvolvu ruħhom fl-implimentazzjoni tal-Programm permezz tal-Kumitat tal-Programm, li fih jaħtru rappreżentati. Il-Kumitat tal-Programm jiġi kkonsultat b’mod formali dwar aspetti differenti tal-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż dwar il-pjan ta’ ħidma annwali propost, il-proċeduri u l-kriterji tal-għażla, eċċ. Anki pajjiżi parteċipi oħrajn fil-Programm jipparteċipaw fil-Kumitat tal-Programm bħala osservaturi, mingħajr id-dritt tal-vot.

11

Page 12: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

KAPITOLU II: PROĊEDURI TA’ SOTTOMISSJONI U GĦAŻLA

Ġiet stabbilita sistema ta’ applikazzjoni elettronika għal-linji ta’ żvilupp/miżuri kollha. Il-proposti għandhom jiġu sottomessi biss permezz tal-formola elettronika (eForm) ta’ applikazzjoni għal għotja.

Applikazzjonijiet sottomessi fuq karta bil-posta jew b’e-mail MHUMIEX sejrin jiġu aċċettati għal evalwazzjoni ulterjuri.

4 IL-PROĊEDURA TA’ SOTTOMISSJONI

4.1 L-EWWEL PASS: IRREĠISTRA L-ORGANIZZAZZJONIJIET

Sabiex jissottomettu applikazzjoni, l-applikanti u l-organizzazzjonijiet kollha li jkunu ser jipparteċipaw fl-azzjoni għandhom jipprovdu l-Kodiċi għall-Identifikazzjoni tal-Parteċipanti (Participant Identification Code - PIC) tagħhom fl-eForm. Il-PIC għandu jkun inkiseb qabel bir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni fil-Faċilità ta’ Reġistrazzjoni Unika (Unique Registration Facility - URF) ospitata fuq il-Portal tal-Parteċipanti fl-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv, il-Kultura, iċ-Ċittadinanza u l-Volontarjat.4

Il-Portal tal-Parteċipanti jippermetti lill-applikanti jtellgħu jew jaġġornaw it-tagħrif relatat mal-istatus ġuridiku tagħhom u jehmżu d-dokumenti legali u finanzjarji meħtieġa.

Barra minn hekk, l-applikanti (għaldaqstant l-applikanti biss u mhux is-sħab assoċjati) għandhom itellgħu d-dokumenti li ġejin:

Formola tal-Entità Ġuridika (l-applikanti jistgħu jsibu l-formoli rispettivi f’dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/legal_entities/legal-entities_en.cfm

Formola ta’ Identifikazzjoni Finanzjarja mimlija kif xieraq u ċċertifikata minn bank, preferibbilment b’kopja ta’ rendikont tal-bank reċenti (ara l-formola ta’ identifikazzjoni finanzjarja korrispondenti għal kull pajjiż f’dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/financial_id/financial-id_en.cfm

Tagħrif fuq kif tirreġistra jista’ jinstab fuq il-Portal tal-Parteċipanti.

TWISSIJA: Matul il-perjodu kopert minn din is-Sejħa għal proposti, il-Portal tal-Partiċipanti http://ec.europa.eu/education/participants/portal/desktop/en/organisations/register.html jista' jemigra lejn il-Funding and Tenders Portal (Portal dwar il-Finanzjament u l-Offerti) https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home. Jekk jogħġbok qis din l-informazzjoni kull darba li f’dan id-dokument issir referenza għall-Portal tal-Parteċipanti.

4.2 IT-TIENI PASS: OĦLOQ U IMLA L-FORMOLA ELETTRONIKA TAL-APPLIKAZZJONI

Ladarba tlesti l-Ewwel Pass, mur fuq il-paġna ewlenija tal-eForm tal-Applikazzjoni tal-EACEA u kompli billi toħloq l-eForm tal-applikazzjoni tiegħek billi tikklikkja fuq il-buttuna “Create new application for funding” (Oħloq applikazzjoni ġdida għall-finanzjament).

4 Il-URF hija għodda li tintuża wkoll minn servizzi oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek diġà għandha PIC li jkun intuża għal Programmi oħrajn (pereżempju l-Programmi ta’ Riċerka), l-istess PIC huwa validu għas-sejħa għal proposti kurrenti.

12

Page 13: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

L-applikanti għandhom jagħtu t-tagħrif kollu mitlub fl-eForm u jehmżu Dikjarazzjoni fuq l-Unur (disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-EACEA fit-taqsima “How to Apply” (Kif tapplika) tas-sejħa għal proposti rilevanti fuq https://eacea.ec.europa.eu/europe-for-citizens_en).

Applikazzjoni sottomessa kif suppost GĦANDU JKOLLHA numru ta’ sottomissjoni, li jiġi attribwit u rreġistrat awtomatikament ladarba tiġi sottomessa l-eForm.

Jekk applikant ma jirnexxilux jissottometti l-applikazzjoni għal raġunijiet tekniċi, għandu jikkuntattja lill-helpdesk tal-EACEA QABEL l-iskadenza tal-applikazzjoni fuq [email protected]

Jekk jogħġbok TIBGĦATX KOPJA tal-eForm u dokumenti mehmużin bil-posta lill-EACEA.

Għal aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ sottomissjoni jekk jogħġbok ikkonsulta il-“Proposal Submission User Guide: How to create, complete and submit an Application eForm” (Gwida għall-Utent dwar is-Sottomissjoni ta' Proposta: Kif toħloq, timla u tissottometti eForm Applikazzjoni) fuq is-sit elettroniku tal-EACEA: https://eacea.ec.europa.eu/documents/eforms_en.

Dokumenti kumplementari għandhom jingħataw BISS mill-applikant u BISS jekk jintalbu

Għal-linji ta’ żvilupp/miżuri kollha:

L-applikanti jistgħu jiġu kkuntattjati mis-Servizzi ta’ Validazzjoni tal-UE (Servizzi ta’ Validazzjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka) - permezz tas-sistema ta’ messaġġi integrata fir-Reġistru tal-Parteċipanti - u jintalbu jipprovdu d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa biex jagħtu prova tal-eżistenza u tal-istat ġuridiku u l-kapaċità finanzjarja tal-organizzazzjoni. Id-dettalji u l-istruzzjonijiet kollha meħtieġa se jingħataw permezz ta’ din in-notifika separata.

Għall-ġemellaġġi bejn l-Ibliet u n-Netwerks tal-Ibliet:

Prova li l-applikant ikun qed jaġixxi f’isem awtorità lokali waħda jew aktar (tapplika biss għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u kumitati ta’ ġemellaġġ).

5 IL-PROĊEDURA TA’ EVALWAZZJONI U GĦAŻLA

L-għoti ta’ għotjiet mingħand l-Unjoni huwa soġġett għall-prinċipji tat-trasparenza, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni. Wara l-verifika tar-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà indikati fis-sejħa għal proposti, l-applikazzjonijiet jiġu vvalutati skont dawn il-kriterji li ġejjin: kriterji ta’ eliġibbiltà, esklużjoni, għażla u għoti.

5.1 IR-REKWIŻITI TA’ AMMISSIBBILTÀ

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

- għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mill-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-Punt 3.2.1.

- għandhom jiġu sottomessi bil-miktub, bl-użu tal-eForm (ara l-Punt 4)

- għandhom jiġu sottomessi fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE5

5 Ara: http://ec.europa.eu/dgs/translation/translating/officiallanguages/index_en.htm

13

Page 14: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

L-eForm għandha tkun akkumpanjata minn Dikjarazzjoni fuq l-Unur Nuqqas ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti jwassal għar-rifjut tal-applikazzjoni.

Fil-Punti li ġejjin sejrin jiġu ppreżentati l-kriterji li japplikaw għal-linji ta’ żvilupp kollha (ara l-Punt 5.2) u l-kriterji speċifiċi għal kull linja ta’ żvilupp (ara l-Punt 5.6).

5.2 IL-KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ GĦAL KULL LINJA TA’ ŻVILUPP

Din il-Gwida tipprovdi tabella li tagħti ħarsa ġenerali lejn il-kriterji ta’ eliġibbiltà li japplikaw skont il-Programm (ANNESS I).

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu kompletament konformi mal-kriterji ta' eliġibbiltà komuni għal-linji ta' żvilupp kollha tal-Programm, kif ukoll mal-kriterji ta' eliġibbiltà u għoti speċifiċi applikabbli għal kull miżura (ara t-taqsima 5.6).

Huma biss dawk l-applikazzjonijiet li jitqiesu eliġibbli li jiġu vvalutati skont il-kriterji ta’ għoti 6. L-affidabbiltà tal-verifika tal-kriterji ta’ eliġibbiltà mill-eForm tiġi ssorveljata mill-persunal tal-EACEA. Jekk applikazzjoni ma tissodisfax dawn il-kriterji, din tiġi rrifjutata mingħajr ma tkompli tiġi evalwata.

5.2.1 Applikanti Eliġibbli

F’dan il-kapitlu, it-terminu applikanti jinkludi lill-applikanti u lis-sħab 

L-istatus ġuridiku

L-applikanti għandhom ikunu korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b’personalità ġuridika. Persuni fiżiċi MHUMIEX eliġibbli taħt dan il-programm.

L-organizzazzjoni li tapplika għandha tkun rikonoxxuta bħala “persuna ġuridika” skont il-liġi nazzjonali tagħha u b’hekk ikollha l-personalità ġuridika indipendenti tagħha, bil-kapaċità li tiffirma kuntratti u tassumi r-responsabbiltà proprja. Barra minn hekk, l-entità inkwistjoni għandha tkun intitolata li tiddefendi ruħha, f’isimha stess, fi proċeduri ta’ litigazzjoni u mingħajr l-intervent ta’ xi organizzazzjoni omm.

Bħala eċċezzjoni, entitajiet mingħajr personalità ġuridika jistgħu jkunu eliġibbli għal għotjiet sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju 2018/1046 (b’mod partikolari mill-Artikolu 196 u 197(2)c) jiġu ssodisfati:

• ir-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jassumu obbligi legali f’isem l-entità,

• l-entità jkollha l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali ekwivalenti għal dik ta’ persuna ġuridika.

Iż-żewġ kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfati.

6 L-applikanti li ma jirrispettawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà ma jirnexxilhomx jikkompletaw il-proċess ta’ sottomissjoni. Jekk is-sottomissjoni tal-applikazzjoni ma tirnexxix, titla’ “lista’ ta’ nuqqasijiet” f’qiegħ l-eForm li tispjega għaliex is-sottomissjoni ma tkunx tista’ ssir, inklużi dawk marbutin mal-kriterji ta’ eleġibbiltà. Għaldaqstant, l-applikanti jiġu ggwidati tul il-proċess ta’ sottomissjoni u jkollhom l-opportunità li jindunaw b’xi nuqqasijiet li jista’ jkun hemm f’termini ta’ konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà immedjatament, jindirizzawhom u jerġgħu jissottomettu l-applikazzjoni.

14

Page 15: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Il-validazzjoni ta’ entitajiet ġuridiċi fir-Reġistru tal-Parteċipanti (jiġifieri l-verifika tal-eżistenza ġuridika u l-attribuzzjoni ta’ “status ġuridiku” speċifiku) issir mis-Servizz ta’ Validazzjoni tar-REA abbażi tar-Regolament Finanzjarju 2018/1046 applikabbli għall-Baġit tal-Unjoni Ewropea u l-‘EU Grants and Tenders – Rules on Legal Entity Validation, LEAR appointment and Financial Capacity Assessment” (Għotjiet u Offerti tal-UE – Regoli dwar il-Validazzjoni ta’ Entità Ġuridika, il-ħatra ta’ LEAR u l-Valutazzjoni tal-Kapaċità Finanzjarja) (ippubblikat fuq il-Portal tal-Parteċipanti fil-link li ġejja http://ec.europa.eu/research/participants/data/ref/h2020/grants_manual/lev/h2020-rules-lev-lear-fvc_en.pdf).

L-applikanti jridu jkunu stabbiliti

- fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit.

- fl-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo7.

Għal applikanti Brittaniċi:

Jekk jogħġbok innota li għandu jkun hemm konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għat-tul kollu tal-għotja. Jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu ta’ għotja mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jibqgħu eliġibbli, inti ser tieqaf tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli, sa fejn ikun possibbli, tipparteċipa) jew tintalab tħalli l-proġett.

Tal-anqas Stati Membru tal-UE wieħed irid ikun involut fil-proġetti ta' Kommemorazzjoni u ta' Ġemellaġġ bejn l-Ibliet u tal-anqas żewġ Stati Membri jridu jkunu involuti fil-Proġetti tan-Netwerks tal-Ibliet u tas-Soċjetà Ċivili.

Il-pajjiżi parteċipanti potenzjali

Il-Programm huwa potenzjalment miftuħ għall-kategoriji ta' pajjiżi li ġejjin, sakemm ikunu ffirmaw Memorandum ta’ Qbil mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini:

a) il-pajjiżi ta' adeżjoni, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet Qafas rispettivi, fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jew ftehimiet simili;

b) il-pajjiżi tal-EFTA li huma parti għall-Ftehim taż-ŻEE, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim.

It-tip ta’ organizzazzjoni

7 Din in-nominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni għall-indipendenza tal-Kosovo.

15

Page 16: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Il-missjoni kif deskritta fl-istatuti tal-organizzazzjoni għandha tkun konsistenti mal-objettivi tal-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini, tal-linja ta’ żvilupp u tal-miżura li taħthom tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal proġett.

Organizzazzjonijiet li jingħataw għotjiet operattivi taħt il-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini mhumiex eliġibbli bħala applikanti prinċipali għal għotjiet għal proġetti.

Jekk jogħġbok irreferi għall-kriterju ta’ eliġibbiltà speċifiku ta’ kull linja ta’ żvilupp/miżura.

In-numru ta’ sħab

Jekk jogħġbok irreferi għall-kriterju ta’ eliġibbiltà speċifiku ta’ kull linja ta’ żvilupp/miżura.

5.2.2 In-natura u d-dimensjoni tal-proġett

Jekk jogħġbok irreferi għall-kriterju ta’ eliġibbiltà speċifiku ta’ kull linja ta’ żvilupp/miżura.

Numru ta’ parteċipanti

Post u numru ta’ attivitajiet

Perjodu ta’ eliġibbiltà/tul tal-proġett

5.3 KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI GĦAL-LINJI TA’ ŻVILUPP KOLLHA

5.3.1 Esklużjoni mill-parteċipazzjoni

L-applikanti li jitolbu għotja għandhom jiffirmaw Dikjarazzjoni fuq l-Unur li tiċċertifika li ma jkunu fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet msemmija hawn taħt. Din id-Dikjarazzjoni fuq l-Unur tikkostitwixxi parti integrali mill-eForm li takkumpanja s-sejħa għal proposti.

L-uffiċjal awtorizzanti għandu jeskludi applikant milli jipparteċipa fi proċeduri ta’ sejħa għal proposti fejn:

a) ikun fallut, soġġett għal proċedimenti ta’ insolvenza jew stralċ, l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, ikun f’arranġament ma’ kredituri, ikollu l-attivitajiet tan-negozju tiegħu sospiżi jew ikun fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew regolamenti nazzjonali;

b) ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun f’sitwazzjoni irregolari fir-rigward tal-obbligu ta’ ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi tal-pajjiż li fih ikun stabbilit, ma’ dawk tal-pajjiż li fih l-uffiċjal awtorizzanti jkun ibbażat jew dawk tal-pajjiż tal-implimentazzjoni tal-għotja;

c) ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun ħati ta’ kondotta professjonali ħażina serja bil-ksur ta’ liġijiet jew regolamenti jew standards etiċi applikabbli għall-professjoni li għaliha jappartjeni l-applikant jew billi jkun involut fi kwalunkwe kondotta mhux xierqa li jkollha impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tiegħu u fejn tali kondotta tagħti indikazzjoni ta’ intenzjonijiet ħżiena jew negliġenza serja, inkluż b’mod partikolari, kull wieħed minn dawn ix-xenarji:

(i) ir-rappreżentazzjoni skorretta b’mod frodulenti jew b’negliġenza ta’ tagħrif meħtieġ biex jiġi vverifikat li m’hemmx bażi għall-esklużjoni jew is-sodisfazzjon tal-kriterji tal-għażla jew fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja;

16

Page 17: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

(ii) il-ftehim ma’ persuni oħrajn bil-għan li titfixkel il-kompetizzjoni;

(iii) il-ksur ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv) it-tentattiv sabiex jiġi influwenzat il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-Aġenzija waqt il-proċedura ta’ għoti;

(v) it-tentattiv sabiex tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħti lill-applikant vantaġġi inġusti fil-proċedura ta’ għoti;

d) ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali li l-applikant ikun ħati ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) każijiet ta’ frodi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej imfassla bl-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995;

(ii) korruzzjoni, kif inhi definita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-UE, imfassla bl-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997, u fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI, kif ukoll il-korruzzjoni kif inhi definita fid-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn ikun ibbażat l-uffiċjal awtorizzanti, il-pajjiż li fih ikun stabbilit l-applikant jew il-pajjiż tal-implimentazzjoni tal-għotja;

(iii) każijiet ta’ parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI;

(iv) każijiet ta’ ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(v) offiżi relatati mat-terroriżmu jew offiżi relatati ma’ attivitajiet ta’ terroriżmu, kif iddefiniti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI rispettivament jew l-inċitazzjoni, l-għajnuna, it-tixwix jew tentattivi ta’ twettiq ta’ offiżi bħal dawn, kif inhu stipulat fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni;

(vi) tħaddim tat-tfal jew forom oħrajn ta’ traffikar tal-bnedmin kif inhu ddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

e) ikun wera nuqqasijiet gravi fil-konformità mal-obbligi prinċipali fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, li jwasslu għal terminazzjoni kmieni tagħhom jew għall-applikazzjoni ta’ danni likwidati jew penali kuntrattwali oħrajn, jew li jinkixfu wara verifiki, awditi jew investigazzjonijiet mill-Uffiċjal Awtorizzanti, l-OLAF jew il-Qorti tal-Awdituri;

f) ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun wettaq irregolarità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95;

g) fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew, fejn ikun applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali, l-applikant ikun f’wieħed mix-xenarji deskritti f’(c) sa (f) hawn fuq, partikolarment abbażi ta:

(i) fatti stabbiliti fil-kuntest ta’ awditi jew investigazzjonijiet imwettqin mill-Qorti tal-Awdituri, l-OLAF jew awditu intern, jew kwalunkwe verifika, awditu jew kontroll ieħor imwettqin taħt ir-responsabbiltà ta’ uffiċjal awtorizzanti jew istituzzjoni tal-UE, ta’ uffiċċju Ewropew jew ta’ aġenzija jew korp tal-UE;

(ii) deċiżjonijiet amministrattivi mhux finali li jistgħu jinkludu miżuri dixxiplinari meħudin mill-korp superviżorju kompetenti responsabbli għall-verifika tal-applikazzjoni tal-istandards ta’ etika professjonali;

17

Page 18: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

(iii) deċiżjonijiet tal-BĊE, il-BEI, il-Fond Ewropew tal-Investiment jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(iv) deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relatati mal-ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni jew ta’ awtorità nazzjonali kompetenti relatati mal-ksur tal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali dwar il-kompetizzjoni.

(v) deċiżjonijiet ta’ esklużjoni minn uffiċjal awtorizzanti ta’ istituzzjoni tal-UE, ta’ uffiċċju Ewropew jew ta’ aġenzija jew korp tal-UE.

h) fejn persuna li tkun membru tal-korp amministrattiv, ta’ ġestjoni jew superviżorju tal-applikant, jew li jkollha s-setgħa ta’ rappreżentanza, deċiżjoni jew kontroll fir-rigward ta’ dak l-applikant (din tkopri lid-diretturi tal-kumpaniji, lill-membri tal-korpi ta’ ġestjoni jew superviżorji, u każijiet fejn persuna waħda jkollha l-maġġoranza tal-ishma) tkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) sa (f) hawn fuq jew f’aktar minn sitwazzjoni waħda.

i) fejn persuna fiżika jew ġuridika li tassumi responsabbiltà illimitata għad-djun ta’ dak l-applikant tkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b) hawn fuq jew f’aktar minn sitwazzjoni waħda.

Jekk applikant ikun f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmijin hawn fuq, għandu jindika l-miżuri li jkun ħa sabiex jirrettifika s-sitwazzjoni ta’ esklużjoni, biex b’hekk jagħti prova tal-affidabbiltà tiegħu. Dawn jistgħu jinkludu miżuri tekniċi, organizzazzjonali jew ta’ persunal sabiex jiġu evitati każijiet simili oħrajn il-kumpens għad-dannu jew il-ħlas tal-multi. Dan ma japplikax għas-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punt (d) ta’ din it-taqsima.

Fil-każijiet imsemmijin f’(c) sa (f) hawn fuq, fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew, fejn ikun applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali, l-Aġenzija tista’ teskludi lil applikant b’mod provviżorju milli jipparteċipa f’sejħa għal proposti, fejn il-parteċipazzjoni tiegħu tikkostitwixxi theddida serja u imminenti għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Rifjut ta’ parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti

L-uffiċjal awtorizzanti ma jagħtix għotja lil applikant li:

- ikun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni stabbilita skont it-taqsima 2.2 ta’ hawn fuq;

- ikun ippreżenta b’mod skorrett it-tagħrif mitlub bħala kondizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew jonqos milli jipprovdi dak it-tagħrif

- qabel kien involut fit-tħejjija ta’ talba għal proposti, fejn dan ifisser tfixkil tal-kompetizzjoni li ma jistax jiġi rrettifikat b’xi mod ieħor.

Ir-rifjut ta’ parteċipazzjoni f’din il-proċedura u sanzjonijiet amministrattivi (esklużjoni jew penali finanzjarja) jistgħu jiġu imposti fuq l-applikanti fejn dan ikun applikabbli, jekk kwalunkwe waħda mid-dikjarazzjonijiet jew it-tagħrif mogħti bħala kondizzjoni għall-parteċipazzjoni f’din il-proċedura jirriżultaw li jkunu foloz.

L-applikanti għandhom jiġu infurmati li l-Aġenzija tista’ tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha t-tagħrif li ġej relatat mal-esklużjoni u, fejn ikun applikabbli, il-penali finanzjarja fil-każijiet imsemmijin fil-punti (c), (d), (e) u (f) tat-taqsima 2.28:

8 Dan it-tagħrif ma għandux jiġi ppubblikat fi kwalunkwe waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:a) fejn ikun neċessarju li tinżamm il-kunfidenzjalità ta’ investigazzjoni jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali;b) fejn il-pubblikazzjoni kieku tikkawża dannu sproporzjonat lill-applikant ikkonċernat jew li kieku jkun sproporzjonat abbażi tal-

kriterju tal-proporzjonalità u meta mqabbel mal-ammont tal-penali finanzjarja;c) fejn tkun ikkonċernata persuna fiżika, sakemm il-pubblikazzjoni tad-data personali ma tkunx iġġustifikata b’mod eċċezzjonali, inter

alia, minn kemm tkun serja l-kondotta jew l-impatt tagħha fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, id-deċiżjoni li jiġi ppubblikat it-tagħrif għandha tqis kif xieraq id-dritt għall-privatezza u drittijiet oħra previsti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

18

Page 19: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

l-isem tal-applikant ikkonċernat;

is-sitwazzjoni ta’ esklużjoni;

it-tul ta’ żmien tal-esklużjoni u/jew l-ammont tal-penali finanzjarja;

Fil-każ ta’ klassifikazzjoni preliminari fil-liġi (jiġifieri n-nuqqas ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali), il-pubblikazzjoni għandha tindika li m’hemmx sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali. F’dawk il-każijiet, tagħrif dwar kwalunkwe appell mill-applikant, l-istatus tagħhom u l-eżitu tagħhom, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni riveduta mill-uffiċjal awtorizzanti, għandhom jiġu ppubblikati mingħajr dewmien. Fejn tkun ġiet imposta penali finanzjarja, il-pubblikazzjoni għandha tindika wkoll jekk din il-penali tkunx tħallset.

Id-deċiżjoni li jiġi ppubblikat it-tagħrif tittieħed mill-EACEA wara s-sentenza finali, id-deċiżjoni amministrattiva finali jew il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi rilevanti, skont xi jkun il-każ. Dik id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tiġi nnotifikata lill-operatur ekonomiku.

It-tagħrif ippubblikat għandu jitneħħa ladarba l-esklużjoni tiġi fi tmiemha. F’każ ta’ penali finanzjarja, il-pubblikazzjoni għandha titneħħa sitt xhur wara l-ħlas ta’ dik il-penali.

Skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, fejn tkun ikkonċernata d-data personali, l-EACEA għandha tinforma lill-applikant bid-drittijiet tiegħu skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli u bl-proċeduri disponibbli biex wieħed ikun jista’ jeżerċita dawk id-drittijiet.

5.4 IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA GĦAL-LINJI TA’ ŻVILUPP KOLLHA

L-applikanti għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom, mimlija u ffirmata, li tagħti xhieda tal-kapaċità finanzjarja u operattiva tagħhom biex iwettqu l-attivitajiet proposti.

Kapaċità finanzjarja tfisser li l-applikanti għandu jkollhom sorsi ta’ finanzjament stabbli u biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-attività tagħhom fil-perjodu li matulu tkun qed titwettaq l-azzjoni. Barra mid-dikjarazzjoni fuq l-unur, fil-każ ta’ talba għal għotja li taqbeż is-EUR 60 000, il-kapaċità finanzjarja tiġi vvalutata abbażi ta’ dikjarazzjoni finanzjarja uffiċjali (inklużi l-karta ta’ bilanċ, ir-rapport tal-introjtu u l-annessi tal-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet (ara t-taqsima 4.2).

NOTA BENE: Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma tapplikax għall-korpi pubbliċi.

Jekk l-EACEA tikkonkludi li l-kapaċità finanzjarja meħtieġa - ivvalutata abbażi tad-dokumenti sottomessi - ma tkunx ġiet ippruvata jew ma tkunx sodisfaċenti, tista’ mbagħad:

- titlob aktar tagħrif;

- tipproponi Ftehim ta’ Għotja/Deċiżjoni ta’ Għotja bil-prefinanzjament kopert minn garanzija tal-bank;

- tipproponi Ftehim ta’ Għotja/Deċiżjoni ta’ Għotja mingħajr prefinanzjament;

- tipproponi Ftehim ta’ Għotja/Deċiżjoni ta’ Għotja bil-prefinanzjament imħallas f’pagamenti parzjali;

- tirrifjuta l-applikazzjoni;

Kapaċità operazzjonali tfisser li l-applikant tabilħaqq ikollu r-riżorsi adegwati biex iwettaq kompletament l-azzjoni proposta. Il-kapaċità operazzjonali tiġi vvalutata abbażi tal-esperjenza professjonali tal-applikanti u r-referenzi fl-oqsma kkonċernati. F’dan ir-rigward, l-applikanti għandhom jissottomettu dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom u, għal dawk li japplikaw għal għotja li

19

Page 20: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

taqbeż is-EUR 60 000, dan it-tagħrif għandu jingħata f’taqsima speċifika tal-formola ta’ applikazzjoni żviluppata għal dan il-għan. Id-Delegazzjonijiet tal-UE jistgħu jiġu kkonsultati fir-rigward tal-kapaċità Operazzjonali fir-rigward ta’ applikazzjonijiet ippreżentati minn organizzazzjonijiet stabbiliti f’pajjiżi barra mill-Istati Membri.

5.5 KRITERJI TA’ GĦOTI GĦAL-LINJI TA’ ŻVILUPP KOLLHA

L-applikazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà, esklużjoni u għażla għandhom jiġu vvalutati skont il-kriterji ta’ għoti ppubblikati fis-sejħa għal proposti. Il-kriterji ta’ għoti jippermettu l-valutazzjoni tal-kwalità tal-proposti b’rabta mal-objettivi tas-sejħiet u b’rabta mal-objettivi tal-Programm. Abbażi ta’ dawn il-kriterji, l-għotjiet jingħataw lil dawk l-applikazzjonijiet li jimmassimizzaw l-effettività ġenerali tal-Programm.

L-applikazzjonijiet eliġibbli jiġu analizzati mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni magħmul minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u l-EACEA. Ix-xogħol tiegħu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-kwalità tal-applikazzjonijiet eliġibbli li ssir minn esperti. Il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni jipproponi lista ta’ proġetti għall-għoti abbażi tal-punteġġ tal-valutazzjoni tagħhom u tar-riżorsi baġitarji disponibbli.

5.5.1 Kriterji tal-għoti

Il-kriterji tal-għoti li ġejjin japplikaw:

% tal-punti disponibbli

30 %

Konsistenza mal-objettivi tal-Programm u l-Linja ta’ Żvilupp tal-Programm:

Dan il-kriterju jivvaluta sa liema punt:

L-objettiv(i) tal-proġett sottomess jikkorrispondi(u) mal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm

It-temi indirizzati fi ħdan programm jieħdu inkunsiderazzjoni l-prijoritajiet pluriennali tal-Programm.

L-attivitajiet proposti u l-eżitu mistenni għandhom jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, tal-linja ta’ żvilupp u tal-miżura, u għandhom jikkonformaw mal-karatteristiċi tal-Programm.

35%

Il-kwalità tal-pjan ta’ attività tal-proġett:

Dan il-kriterju jivvaluta sa liema punt:

L-attivitajiet proposti għandhom ikunu adattati sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet u l-objettivi tal-proġett.

L-attivitajiet proposti, il-metodi ta’ ħidma u r-riżorsi jkunu koerenti mal-objettivi.

Effiċjenza: ir-riżultati għandhom jintlaħqu b’kost raġjonevoli.

Il-proġetti juru dimensjoni Ewropea ċara (jiġifieri, it-temi indirizzati fi ħdan l-attivitajiet tal-proġett għandhom jistimulaw ir-riflessjoni dwar l-istorja u l-valuri tal-UE lil hinn mill-perspettiva nazzjonali għal-Linja ta’ Żvilupp 1 u jinvolvu liċ-ċittadini fil-ħajja politika u

20

Page 21: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

pubblika tal-UE għal-Linja ta’ Żvilupp 2).

Il-proġetti jlaqqgħu tipi differenti ta’ organizzazzjonijiet (awtoritajiet lokali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, istituti ta’ riċerka, eċċ) jew jiżviluppaw tipi ta’ attivitajiet differenti (riċerka, edukazzjoni mhux formali, dibattiti pubbliċi, esebizzjonijiet, eċċ) jew jinvolvu ċittadini li jkunu ġejjin minn sfondi professjonali u soċjali differenti.

Il-proġetti jużaw metodi ta’ ħidma ġodda jew jipproponu attivitajiet innovattivi.

15 %

Tixrid:

Dan il-kriterju jivvaluta sa liema punt:

Il-proġett jagħmel l-isforzi neċessarji sabiex jiżgura l-aħjar użu u t-tixrid tar-riżultati tiegħu.

Il-proġett propost joħloq effett multipliku fost udjenza usa’ minn dik li tipparteċipa b’mod dirett fl-attivitajiet.

Għandu jkun stabbilit pjan ta’ tixrid realistiku u prattiku li jippermetti trasferiment u skambju effettiv tar-riżultati tal-proġett.

L-użu ta’ oqsma innovattivi ta’ parteċipazzjoni elettronika, bħall-midja soċjali u t-teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.

20 %

L-impatt u l-involviment taċ-ċittadini:

Dan il-kriterju jivvaluta sa liema punt:

In-numru ta’ organizzazzjonijiet, parteċipanti u pajjiżi involuti għandu jkun kbir biżżejjed biex jiżgura li l-proġett propost tassew ikollu impatt Ewropew mifrux.

Impatt: Tingħata preferenza lil proġetti li jikkontribwixxu għat-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni.

Sostenibbiltà: Il-proġetti/attivitajiet proposti għandhom ikunu sostenibbli, billi jagħtu riżultati fit-terminu medju jew twil.

Il-programm ta’ ħidma propost għandu jagħti lill-parteċipanti l-possibbiltà li jipparteċipaw b’mod attiv fil-proġett u fir-rigward tal-kwistjoni mqajma.

Għandu jintlaħaq bilanċ bejn iċ-ċittadini li diġà jkunu attivi fi ħdan organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet u ċittadini li jkun għadhom mhux involuti.

Il-proġetti jinvolvu ċittadini minn gruppi b’nuqqas ta’ rappreżentanza jew b’inqas opportunitajiet.

Għal proġetti ta’ Kommemorazzjoni u Proġetti tas-Soċjetà Ċivili BISS: l-organizzazzjonijiet jinvolvu ċittadini mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

21

Page 22: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

5.5.2 Id-daqs tal-proġetti u l-bilanċ ġeografiku

Kif inhu stipulat fl-att bażiku, fl-għażla jitqies, kemm jista' jkun possibbli, bilanċ ġeografiku. Għaldaqstant, minn fost il-proġetti li skont il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni jkunu tal-istess livell f’termini ta’ kwalità, tingħata prijorità lil dawk li jkunu ġejjin minn pajjiżi b’nuqqas ta’ rappreżentanza.

5.5.3 L-għoti ta’ għotja

Huwa biss wara li titlesta l-proċedura tal-għażla deskritta hawn fuq li tkun tista’ tiġi ppreżentata lista ta’ proposti magħżulin għall-kofinanzjament lill-Uffiċjal Awtorizzanti.

Il-proposti eliġibbli li jingħataw l-ogħla punteġġ jirċievu għotja li tkun fi ħdan il-limiti tal-fondi disponibbli. L-applikanti magħżulin jirċievu Ftehim ta’ Għotja / Deċiżjoni ta’ Għotja li tikkwota l-ammont tal-għotja mogħtija mill-Unjoni u li tistipula l-kondizzjonijiet li skonthom tkun qed tingħata l-għotja.

5.6 IL-PROĊEDURA TA’ GĦAŻLA: KRITERJI SPEĊIFIĊI TAL-LINJI TA’ ŻVILUPP TAL-PROGRAMM

5.6.1 Linja ta’ Żvilupp 1 - il-Kommemorazzjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq valuri fundamentali bħal-libertà, id-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Sabiex wieħed japprezza tassew it-tifsira ta’ dan, huwa neċessarju li l-memorji passati jinżammu ħajjin bħala mezz li jgħin fil-mixja lil hinn mill-passat lejn il-bini tal-futur.

Proġetti ta’ dawn it-tipi jistgħu jiġu appoġġjati minn din il-linja ta’ żvilupp:

Din il-Linja ta’ Żvilupp tappoġġja attivitajiet li jistiednu riflessjoni dwar id-diversità kulturali Ewropea u dwar il-valuri komuni fl-aktar sens wiesa’. F’dan il-kuntest, din il-linja timmira li tiffinanzja proġetti li jirriflettu fuq il-kawżi u l-konsegwenzi tar-reġimi totalitarjani u awtoritarjani fl-istorja moderna tal-Ewropa (speċjalment, iżda mhux esklussivament, in-Nażiżmu li wassal għall-Olokawst, il-Faxxiżmu, l-Istaliniżmu u reġimi totalitarjani komunisti) u li jikkommemoraw il-vittmi tal-atti kriminali tagħhom.

Din il-Linja tinkludi wkoll attivitajiet relatati ma’ mumenti oħrajn li ddefinixxew l-istorja moderna tal-Ewropa u li saru punti ta’ referenza f’din l-istess storja. B’mod partikolari, tagħti preferenza lil azzjonijiet li jinkoraġġixxu t-tolleranza, il-fehim reċiproku, id-djalogu interkulturali u r-rikonċiljazzjoni bħala mezzi li jgħinu lill-Ewropa tħares lil hinn mill-passat lejn il-bini tal-futur, b’mod partikolari bil-għan li tintlaħaq il-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Barra minn hekk, il-proġetti għandhom jiġu implimentati fuq livell transnazzjonali (il-ħolqien u l-operat ta’ sħubijiet u netwerks transnazzjonali) jew b’dimensjoni Ewropea ċara.

L-għotja massima

L-għotja massima għal proġett ta’ Kommemorazzjoni hija ta’ EUR 100 000.

Il-proċedura tal-għażla

Barra mill-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà, ta’ esklużjoni u ta’ għażla li ġew deskritti hawn fuq (ara l-Punt 2.1 sa 2.3) fil-każ ta’ Proġetti ta’ Kommemorazzjoni Ewropea, għandhom jiġu ssodisfati wkoll il-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifiċi li ġejjin.

22

Page 23: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Il-kriterji speċifiċi għall-Proġetti ta’ Kommemorazzjoni Ewropea

A. L-applikanti

- Tip ta’ organizzazzjoni: Awtoritajiet pubbliċi lokali/reġjonali jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, assoċjazzjonijiet tas-superstiti, u organizzazzjonijiet kulturali, taż-żgħażagħ, edukattivi u ta’ riċerka, tingħata preferenza lil proġetti li b’mod ċar ikunu ser jippruvaw jilħqu lill-ġenerazzjoni żagħżugħa.

- In-numru ta’ Sħab: Proġett għandu jinvolvi organizzazzjonijiet minn tal-inqas Stat Membru wieħed. Tingħata preferenza lil proġetti transnazzjonali.

B. In-natura u d-dimensjoni tal-proġett

- Il-post tal-attivitajiet: L-attivitajiet għandhom isiru f’wieħed mill-pajjiżi eliġibbli.

- Il-perjodu ta’ eliġibbiltà/it-tul tal-proġett: Il-proġett għandu jinbeda fi ħdan il-perjodu ta’ eliġibbiltà rilevanti (ara l-Punt 3.2).Il-tul massimu ta’ proġett huwa ta’ 18-il xahar.

5.6.2 Linja ta’ żvilupp 2: L-involviment demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika

Din il-linja ta’ żvilupp tappoġġja attivitajiet li jkopru l-parteċipazzjoni ċivika fl-iktar sens wiesa’, b’fokus partikolari fuq attivitajiet li jkunu marbutin b’mod dirett mal-politiki tal-Unjoni, bil-għan li jkun hemm parteċipazzjoni konkreta fil-proċess ta’ tfassil tal-politika tal-Unjoni fl-oqsma marbutin mal-objettivi tal-Programm. Dan jista’ jintlaħaq fl-istadji kollha, u mal-interlokuturi istituzzjonali kollha, u jinkludi b’mod notevoli: l-attivitajiet ta’ stabbiliment tal-aġenda, l-appoġġ waqt il-fażi ta’ tħejjija u n-negozjati tal-proposti ta’ politika, l-għoti ta’ feedback dwar inizjattivi rilevanti li jiġu implimentati. Din il-linja tkopri wkoll proġetti u inizjattivi li jiżviluppaw opportunitajiet ta’ fehim reċiproku, solidarjetà permezz ta’ tagħlim interkulturali, involviment fis-soċjetà u volontarjat fil-livell tal-Unjoni.

5.6.2.1 Il-Miżura tal-Ġemellaġġ bejn l-Ibliet

Din il-miżura timmira li tappoġġja proġetti li jlaqqgħu flimkien firxa wiesgħa ta’ bliet sħab f’avveniment ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet li jiffoka fuq temi f’konformità mal-objettivi tal-Programm u li jikkunsidraw il-prijoritajiet pluriennali. Il-proġetti ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet għandhom jorganizzaw attivitajiet bħala parti mill-proġett fi żmien 21 jum (tul massimu tal-proġett).

Billi timmobilizza liċ-ċittadini fil-livelli lokali u tal-Unjoni biex jiddibattu dwar kwistjonijiet konkreti fuq l-aġenda politika Ewropea, din il-miżura ser tipprova tippromwovi l-parteċipazzjoni ċivika fil-proċess ta’ tfassil tal-politika tal-Unjoni u tiżviluppa opportunitajiet għall-involviment u l-volontarjat fis-soċjetà fil-livell tal-Unjoni.

Il-ġemellaġġi għandhom jiġu interpretati fl-aktar sens wiesa’ possibbli, u għaldaqstant b’referenza għall-muniċipalitajiet li ffirmaw jew li jkunu ħadu l-impenn li jiffirmaw ftehimiet ta’ ġemellaġġ, kif ukoll għall-muniċipalitajiet li jkollhom forom oħrajn ta’ sħubijiet li jrawmu l-kooperazzjoni u r-rabtiet kulturali ta’ bejniethom.

L-għotja massima

L-għotja massima għal proġetti ta’ Ġemellaġġi bejn l-Ibliet hija ta’ EUR 25 000.

Il-proċedura tal-għażla

23

Page 24: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Barra mill-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà, ta’ esklużjoni, ta’ għażla u ta' għoti li ġew deskritti hawn fuq (ara l-Punt 5), fil-każ ta’ Proġetti ta’ Ġemellaġġi bejn l-Ibliet għandhom jiġiu ssodisfati wkoll il-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifiċi li ġejjin.

Il-kriterji speċifiċi għal Proġetti ta’ Ġemellaġġi bejn l-Ibliet

A. L-applikant u s-sħab

- Tip ta’ organizzazzjoni: Bliet/muniċipalitajiet jew il-kumitati ta’ ġemellaġġ tagħhom jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ oħrajn li jirrappreżentaw lil awtoritajiet lokali.

- In-numru ta’ Sħab: Proġett għandu jinvolvi muniċipalitajiet minn mill-inqas żewġ pajjiżi eliġibbli, li minnhom tal-inqas wieħed għandu jkun Stat Membru tal-UE.

B. In-natura u d-dimensjoni tal-proġett

- In-numru ta’ parteċipanti: Proġett għandu jinvolvi minimu ta’ 25 parteċipant mistiedna. “Parteċipanti mistiedna” huma parteċipanti internazzjonali9 mibgħutin mis-sieħeb/sħab eliġibbli.

- Post: Avveniment ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet għandu jsir f’wieħed mill-pajjiżi eliġibbli li jipparteċipaw fi proġett.

- Il-perjodu ta’ eliġibbiltà/it-tul tal-proġett: Il-proġett għandu jinbeda fi ħdan il-perjodu ta’ eliġibbiltà rilevanti, li jiddependi fuq l-iskadenza tal-Miżura sa meta għandha tiġi sottomessa l-applikazzjoni (ara l-Punt 3.2). Tul massimu tal-avveniment tal-ġemellaġġ bejn l-ibliet:21 ġurnata.

5.6.2.2 Il-miżura tan-Netwerks tal-Ibliet

Il-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet li jaħdmu mill-qrib fuq tema komuni b’perspettiva għat-tul taż-żmien jistgħu jiżviluppaw netwerks ta’ bliet biex il-kooperazzjoni tagħhom tkun aktar sostenibbli. In-netwerking bejn il-muniċipalitajiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ interess komuni jidher li hu mezz importanti li jippermetti l-iskambju ta’ prattiki tajbin.

Il-ġemellaġġi joħolqu rabta b’saħħitha bejn il-muniċipalitajiet u, għaldaqstant, il-potenzjal tan-netwerks stabbiliti permezz ta’ serje ta’ rabtiet li jirriżultaw minn ġemellaġġi bejn l-ibliet għandu jiġi sfruttat sabiex tiġi żviluppata kooperazzjoni tematika u għal tul ta’ żmien bejn l-ibliet. Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-iżvilupp ta’ netwerks bħal dawn, li huma importanti biex jiżguraw kooperazzjoni strutturata, intensa u b’diversi aspetti, li għalhekk tikkontribwixxi biex timmassimizza l-impatt tal-Programm.

In-netwerks tal-Ibliet huma mistennijin li:

Jintegraw firxa ta’ attivitajiet li jiffukaw fuq is-suġġett(i) ta’ interess komuni li għandu/hom jiġi/u indirizzat(i) fil-kuntest tal-objettivi jew il-prijoritajiet pluriennali tal-Programm;

Ikollhom gruppi definiti fil-mira li għalihom it-temi magħżulin ikunu partikolarment rilevanti u jinvolvu membri tal-komunità attivi fil-qasam (jiġifieri esperti, assoċjazzjonijiet lokali, ċittadini u gruppi taċ-ċittadini li jkunu milqutin direttament mit-tema, eċċ.);

Jimmobilizzaw liċ-ċittadini madwar l-Ewropa; proġett għandu jinvolvi minimu ta’ 30 % tal-parteċipanti mistiedna. “Parteċipanti mistiedna” huma parteċipanti internazzjonali mibgħutin mis-sħab eliġibbli10.

9 Il-“Parteċipanti internazzjonali” jintbagħtu mis-sħab tal-proġett minn pajjiżi eliġibbli minbarra mill-pajjiż li jkun qed jospita avveniment ta’ Ġemellaġġ bejn l-Ibliet.

24

Page 25: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Iservu ta’ bażi għal inizjattivi u azzjonijiet futuri bejn l-ibliet involuti dwar il-kwistjonijiet indirizzati jew possibbilment dwar aktar kwistjonijiet ta’ interess komuni.

L-għotja massima

L-għotja massima għal proġett ta’ Netwerk tal-Ibliet hija ta’ EUR 150 000.

Il-proċedura tal-għażla

Barra mill-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà, ta’ esklużjoni u ta’ għażla li ġew deskritti hawn fuq (ara l-Punt 2.1 sa 2.3) fil-każ ta’ netwerks tal-ibliet għandhom jiġi ssodisfati wkoll il-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifiċi li ġejjin.

Il-kriterji speċifiċi għan-Netwerks tal-Ibliet:

A. L-applikant u s-sħab

- Tip ta’ organizzazzjoni: Bliet/muniċipalitajiet jew il-kumitati jew in-netwerks ta’ ġemellaġġ tagħhom; Livelli oħrajn ta’ awtoritajiet lokali/reġjonali; Federazzjonijiet/assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet lokali. Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u li jirrappreżentaw lil awtoritajiet lokali.L-organizzazzjonijiet l-oħrajn li jkunu involuti fil-proġett jistgħu jkunu wkoll Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili mingħajr skop ta' qligħ;

- In-numru ta’ Sħab: Proġett għandu jinvolvi muniċipalitajiet minn mill-inqas erba’ pajjiżi eliġibbli, li minnhom tal-anqas tnejn għandhom ikunu Stati Membri tal-UE.

B. In-natura u d-dimensjoni tal-proġett

- Il-post u n-numru ta’ attivitajiet: L-attivitajiet għandhom isiru f’pajjiżi sħab eliġibbli differenti. Għandhom jiġu ppjanati tal-inqas erba’ avvenimenti għal kull proġett.

- Il-perjodu ta’ eliġibbiltà/it-tul tal-proġett: Il-proġett għandu jinbeda fi ħdan il-perjodu ta’ eliġibbiltà rilevanti, li jiddependi fuq l-iskadenza tal-Miżura sa meta għandha tiġi sottomessa l-applikazzjoni (ara l-Punt 3.2). It-tul ta’ żmien massimu ta’ proġett huwa ta’ 24 xahar;

5.6.2.3 Il-Miżura tal-Proġetti tas-Soċjetà Ċivili

Din il-miżura timmira li tappoġġja proġetti promossi minn sħubijiet u netwerks transnazzjonali li jinvolvu liċ-ċittadini direttament. Dawk il-proġetti jlaqqgħu ċittadini minn orizzonti differenti f’attivitajiet marbutin b’mod dirett mal-politiki tal-Unjoni, bil-għan li jagħtuhom l-opportunità li jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess ta’ tfassil tal-politika tal-Unjoni f’oqsma relatati mal-objettivi tal-Programm. Bħala tfakkira, dan jista’ jintlaħaq f’kull stadju, u mal-interlokuturi istituzzjonali kollha, u jinkludi b’mod partikolari: attivitajiet li bihom tiġi stabbilita l-aġenda, l-appoġġ waqt il-fażi ta’ tħejjija u n-negozjati ta’ proposti ta’ politika, l-għoti ta’ feedback dwar inizjattivi rilevanti li jiġu implimentati. Għal dan il-għan, dawk il-proġetti jistiednu liċ-ċittadini jaġixxu jew jiddibattu flimkien dwar it-temi prijoritarji pluriennali tal-Programm f’livell lokali u Ewropew.

Il-proġett għandu, fost l-oħrajn, jistimula u jorganizza riflessjoni, dibattiti jew attivitajiet oħrajn marbutin mat-temi prijoritarji pluriennali tal-Programm u jipproponu soluzzjonijiet prattiċi li jkunu jistgħu jintlaħqu permezz ta’ kooperazzjoni jew koordinazzjoni f’livell Ewropew, u jiżguraw rabta konkreta mal-proċess ta’ tfassil tal-politika indikat hawn fuq. Il-proġetti għandhom jinvolvu b’mod

10 Tal-anqas 30 % tal-parteċipanti fil-proġetti jivvjaġġjaw minn pajjiżi eliġibbli tal-Programm lejn pajjiż/i li jospita/w avvenimenti ta’ Netwerks tal-Ibliet. Huwa possibbli li fl-avvenimenti jkun hemm parteċipanti minn pajjiżi li ma jkunux dawk fejn ikunu stabbiliti s-sħab tal-proġett, sakemm dawn jiġu minn pajjiżi eliġibbli fi ħdan il-qafas tal-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini.  

25

Page 26: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

attiv numru kbir ta’ ċittadini fl-implimentazzjoni u jimmiraw li jistabbilixxu bażi għal, jew jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’, netwerking għal tul ta’ żmien bejn ħafna organizzazzjonijiet fil-qasam.

Din il-miżura tappoġġja proġetti implimentati permezz ta’ sħubijiet transnazzjonali li jippromwovu opportunitajiet ta’ solidarjetà, involviment u volontarjat fis-soċjetà f’livell tal-Unjoni.

Proġett tas-Soċjetà Ċivili għandu jinkludi tal-anqas tnejn mit-tipi ta’ attivitajiet li ġejjin:

Il-promozzjoni ta’ involviment u solidarjetà fis-soċjetà: attivitajiet li jippromwovu dibattitu/kampanji/azzjonijiet dwar temi ta’ interess komuni fil-qafas tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u li jagħmlu rabta mal-aġenda politika Ewropea u l-proċess ta’ tfassil tal-politika.

Il-ġbir tal-opinjonijiet: attivitajiet li jimmiraw li jiġbru opinjonijiet individwali taċ-ċittadini li jiffavorixxu approċċ minn isfel għal fuq (inkluż l-użu tan-netwerks soċjali, il-webinars, eċċ.) u l-litteriżmu fil-midja.

Il-volontarjat: attivitajiet li jippromwovu s-solidarjetà fost iċ-ċittadini tal-Unjoni u lil hinn minnha.

L-għotja massima

L-għotja massima eliġibbli għal Proġett tas-Soċjetà Ċivili hija ta’: EUR 150 000.

Il-proċedura tal-għażla

Barra mill-kriterji ġenerali ta’ eliġibblità, ta’ esklużjoni u ta’ għażla li ġew deskritti hawn fuq (ara l-Punt 2.1 sa 2.3), fil-każ ta’ Proġetti tas-Soċjetà Ċivili għandhom jiġi ssodisfati wkoll il-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifiċi li ġejjin.

Il-kriterji speċifiċi għall-Proġetti tas-Soċjetà Ċivili:

A. L-applikant u s-sħab

- Tip ta’ organizzazzjoni; organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, istituzzjonijiet edukattivi, kulturali jew ta’ riċerka, organizzazzjonijiet oħrajn involuti fil-proġett jistgħu jkunu wkoll awtoritajiet lokali/reġjonali pubbliċi

- In-numru ta’ Sħab Proġett għandu jinvolvi organizzazzjonijiet minn tal-inqas tliet pajjiżi eliġibbli, li minnhom tal-inqas tnejn għandhom ikunu Stati Membri tal-UE.

B. In-natura u d-dimensjoni tal-proġett

Il-post tal-attivitajiet: L-attivitajiet għandhom isiru f’wieħed mill-pajjiżi eliġibbli.

- Il-perjodu ta’ eliġibilltà/it-tul tal-proġett: Il-proġett għandu jinbeda fi ħdan il-perjodu ta’ eliġibbiltà rilevanti (ara l-Punt 3.2). Il-tul massimu ta’ proġett huwa ta’ 18-il xahar.

26

Page 27: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

KAPITOLU III - KONDIZZJONIJIET FINANZJARJI U KUNTRATTWALI

Bħal fil-każ tal-għotjiet kollha tal-Unjoni Ewropea, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtijin skont il-Programm huma soġġetti għar-regoli li jirriżultaw mir-Regolament Finanzjarju 2018/104611 applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Unjoni, kif inhu stipulat fil-Kondizzjonijiet Ġenerali applikabbli għall-għotjiet tal-Kummissjoni Ewropea. L-applikazzjoni tagħhom hija obbligatorja.

L-ammont tal-għotja

Għandu jiġi nnutat li l-ammont mogħti bil-Ftehim ta’ Għotja/Deċiżjoni ta’ Għotja huwa wieħed massimu li ma jista’ jiżdied fl-ebda ċirkostanza. L-EACEA tiddetermina l-ammont tal-pagament finali li għandu jsir lill-benefiċjarju abbażi tar-rapport finali mħejji minn dan tal-aħħar.

Il-prinċipju ta’ kofinanzjament

Kofinanzjament ifisser li r-riżorsi li jkunu neċessarji sabiex titwettaq azzjoni jista’ jkun li ma jiġux ipprovduti kompletament permezz tal-għotja tal-UE. L-għotja tal-Unjoni ma tistax tiffinanzja l-kost kollu tal-proġett12.

Deċiżjoni ta’ Għotja u Ftehim ta’ Għotja

Ladarba proġett jiġi approvat, il-benefiċjarju jirċievi Deċiżjoni ta’ Għotja jew Ftehim ta’ Għotja, skont il-pajjiż fejn ikun ibbażat legalment.

- Id-Deċiżjoni ta’ Għotja: att unilaterali li jagħti sussidju lil benefiċjarju. Bil-maqlub tal-Ftehim ta’ Għotja, il-benefiċjarju m’hemmx bżonn li jiffirma d-Deċiżjoni ta’ Għotja u jista’ jibda l-azzjoni immedjatament meta tasallu rċevuta/notifika. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta’ Għotja tħaffef il-proċess. Id-Deċiżjoni ta’ Għotja tapplika għall-benefiċjarji kollha stabbiliti fl-UE.

- Il-Ftehim ta’ Għotja għandu jiġi ffirmat mill-benefiċjarju u għandu jintbagħat lill-EACEA b’mod immedjat. L-EACEA hija l-aħħar parti li tiffirma. Il-Ftehim ta’ Għotja japplika għall-benefiċjarji stabbiliti barra mill-UE.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Jekk jogħġbok innota li l-Ftehimiet/Deċiżjonijiet ta’ Għotja standard tal-EACEA attwalment qed jiġu riveduti minħabba d-dħul fis-seħħ (fit-2 ta’ Awwissu 2018) tar-Regolament Finanzjarju 2018/1046. Għal din ir-raġuni, l-abbozz ta’ Ftehimiet/Deċiżjonijiet ta’ Għotja relatati ma’ din is-sejħa qed jintbagħtu bħala eżempju u, konsegwentement, l-EACEA tirriżerva d-dritt li tintroduċi tibdil jew dettalji addizzjonali soġġetti għad-dispożizzjonijiet ġodda tar-Regolament Finanzjarju. F’dan il-każ l-EACEA ser tħabbar it-tibdil mill-aktar fis possibbli u, l-aktar tard, qabel l-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotja jew tad-deċiżjonijiet ta’ għotja.

11 Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 Nru 966/2012, PE/13/2018/REV/1, ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1–222

12 L-għotja tiġi kkalkolata abbażi ta’ sistema ta’ finanzjament ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa ffissata għal kull “segment”. L-istess parametri huma validi għall-pajjiżi parteċipi kollha. Is-somom li jitħallsu f’daqqa ġew stabbiliti b’tali mod li jiġi evitat il-finanzjament tal-kost totali tal-proġett. Il-benefiċjarju m’hemmx għalfejn jagħti prova tal-kofinanzjament fl-applikazzjoni għal għotja u m’hemmx persentaġġ ta’ kofinanzjament speċifiku mitlub.

27

Page 28: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Mudell tad-Deċiżjoni ta’ Għotja u tal-Ftehim ta’ Għotja ser ikun disponibbli fuq dan is-sit elettroniku: http://eacea.ec.europa.eu/europe-for-citizens_en

Il-Kondizzjonijiet Ġenerali applikabbli għad-Deċiżjoni/Ftehim ta’ Għotja huma disponibbli fir-“Reġistru tad-Dokumenti” fuq is-sit elettroniku tal-EACEA https://eacea.ec.europa.eu/about-eacea/document-register_en

L-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni ta’ Għoti u l-Ftehim ta’ Għoti

Meta jissottometti applikazzjoni, l-applikant ikun qed jikkommetti ruħu li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha speċifikati fil-Gwida tal-Programm, inklużi l-Kondizzjonijiet Ġenerali annessi mad-Deċiżjoni ta’ Għotja/Ftehim ta’ Għotja.

Kull talba għal modifika tad-Deċiżjoni ta’ Għotja/Ftehim ta’ Għotja għandha tkun ippreżentata lill-EACEA skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Għotja/Deċiżjoni ta’ Għotja. It-talba għandha tiġi sottomessa lill-EACEA bil-miktub tal-anqas xahar qabel tmiem il-proġett għall-approvazzjoni tagħha. Bidliet li jkollhom l-effett li jibdlu l-kunċett prinċipali tal-attivitajiet pjanati mhumiex permessi. Kull bidla fl-attivitajiet ippjanati mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-EACEA tista’ twassal għal terminazzjoni tal-għotja.

Il-prinċipju tan-nonretroattività

Ma tista’ tingħata l-ebda għotja b’mod retrospettiv għal proġetti li diġà jkunu ngħalqu.

Il-proġett ma għandux jinbeda qabel l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Għotja jew in-notifika tad-Deċiżjoni ta’ Għotja, minħabba li f’dan il-każ il-kostijiet ma jitqisux bħala eliġibbli.

Għotja tista’ tingħata għal proġett li diġà jkun inbeda fejn l-applikant ikun jista’ juri l-bżonn li l-proġett jinbeda qabel il-Ftehim ta’ Għotja jkun ġie ffirmat jew qabel id-Deċiżjoni ta’ Għotja tkun ġiet innotifikata..

F’każijiet bħal dawn, in-nefqa eliġibbli għall-finanzjament ma tistax tkun ġiet imġarrba qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għotja.

Il-prinċipju tal-għoti nonkumulattiv

Azzjoni tista’ tirċievi għotja waħda mill-baġit tal-UE. L-istess kostijiet ma jistgħux jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit tal-Unjoni fl-ebda ċirkostanza. Sabiex jiġi żgurat dan, l-applikanti għandhom jindikaw fil-formola tal-applikazzjoni s-sorsi u l-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni li jkun ngħata jew li tkun saret applikazzjoni għalih għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni tul l-istess sena finanzjarja, kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor li jkun ingħata jew li għalih tkun saret applikazzjoni għall-istess azzjoni.

Il-konformità mal-iskadenzi

Jekk il-benefiċjarju jkun jixtieq jipposponi l-proġett tiegħu biex b’hekk jispiċċa aktar tard mid-data speċifikata fid-Deċiżjoni ta’ Għotja/Ftehim ta’ Għotja, filwaqt li jirrispetta t-tul massimu għal kull azzjoni, għandha tiġi ppreżentata talba uffiċjali lill-EACEA. Din għandha tispjega r-raġunijiet għad-

28

Page 29: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

dewmien u tipproponi l-iskeda ta' żmien modifikata. It-talba tiġi analizzata mill-EACEA u - jekk tiġi aċċettata - emenda għad-Deċiżjoni/Ftehim tintbagħat lill-benefiċjarju.

Barra minn hekk, talbiet għal posponiment tal-proġett b’aktar minn tliet xhur MA JIĠUX aċċettati.

Il-mekkaniżmi ta’ finanzjament

L-għotja tiġi kkalkolata abbażi ta’ sistema ta’ finanzjament ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa ffissata għal kull “segment”. L-istess parametri huma validi għall-pajjiżi parteċipi kollha.

Is-somma mħallsa f’daqqa tkopri l-kostijiet eliġibbli tal-azzjonijiet, jiġifieri13:

- kostijiet tal-persunal marbutin direttament mal-azzjoni;

- kostijiet tal-ivvjaġġjar u tal-għajxien tal-parteċipanti fl-avvenimenti;

- il-kiri ta’ kamra/interpretazzjoni u traduzzjoni meħtieġa sabiex jiġu organizzati l-avvenimenti;

- kostijiet ta’ komunikazzjoni/tixrid marbutin mal-avvenimenti;

- kostijiet ta’ koordinazzjoni ġġenerati mill-involviment ta’ diversi organizzazzjonijiet;

- kostijiet ta’ għodda ta’ riċerka u tal-IT meħtieġa għall-attivitajiet ta’ tħejjija skont l-azzjonijiet 1 u 2.3.

Għall-Ġemellaġġi bejn l-Ibliet, is-somma mħallsa f’daqqa tiġi bbażata biss fuq in-numru ta’ parteċipanti mistiedna, jiġifieri parteċipanti internazzjonali mibgħutin minn sħab minn pajjiżi eliġibbli barra mill-pajjiż li jkun qed jospita l-avveniment ta’ ġemellaġġ.

Għal-linji/miżuri l-oħrajn, is-somma mħallsa f’daqqa tiġi bbażata fuq tliet parametri li jikkostitwixxu l-elementi essenzjali tal-azzjonijiet kollha ta’ ċittadinanza: in-numru ta’ parteċipanti, in-numru ta’ pajjiżi involuti u n-numru ta’ avvenimenti żviluppati, bl-ebda impatt dirett fuq il-format tal-attivitajiet.

Inizjalment, is-somma mħallsa f’daqqa tiġi ddeterminata billi jiġu kkunsidrati n-numru ta’ parteċipanti u n-numru ta’ pajjiżi, imbagħad, fil-każ ta’ diversi avvenimenti/attivitajiet, is-somom imħallsin f’daqqa li jikkorrispondu għal kull avveniment/attività jiġu akkumulati.

Għall-proġetti fil-Linja ta’ Żvilupp 1 (il-Kommemorazzjoni Ewropea) u l-Miżura 2.3 (il-Proġetti tas-Soċjetà Ċivili), jista’ jkun utli li jiġu previsti attivitajiet ta’ tħejjija jew ta’ riċerka, jew attivitajiet marbutin man-netwerks soċjali. Għal dan il-għan, is-sistema tipprevedi somom imħallsin f’daqqa li huma f’konformità man-numru ta’ parteċipanti f’dawn l-attivitajiet. Dawn l-ammonti jkopru l-attivitajiet ta’ tħejjija kollha flimkien, fi kliem ieħor, is-somma mħallsa f’daqqa hija marbuta man-numru totali ta’ parteċipanti u mhux man-numru ta’ attivitajiet ta’ tħejjija mwettqin. Somma mħallsa f’daqqa waħda ta’ dan it-tip biss tista’ tingħata għal kull proġett.

Din is-sistema ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa hija suġġetta għal ħames rekwiżiti:

a. Uniċità: Is-sistema hija approċċ uniku għall-azzjonijiet kollha fil-Programm, irrispettivament mill-partikolaritajiet tagħhom (bl-eċċezzjoni tal-miżura ta’ Ġemellaġġ bejn l-Ibliet),

b. Simpliċità: Is-sistema ma tirrikjedix kalkoli; tista’ tibda tintuża immedjatament.

c. Trasparenza: Is-sistema hija trasparenti: tippermetti li l-għotja ex ante jew ex post tiġi identifikata immedjatament.

13 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7180 tal-31 ta’ Ottubru 2013 li tawtorizza l-użu ta’ somom imħallsin f’daqqa għall-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini https://www.mecd.gob.es/dam/jcr:166ac3f7-4986-405d-9b34-d0c6eee563d1/commission-decision.pdf

29

Page 30: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

d. Trattament indaqs:Is-sistema hija nondiskriminatorja peress li l-kandidati kollha - irrispettivament mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom - jiġu trattati abbażi tal-istess parametri.

e. Effiċjenza: Is-sistema tippermetti l-ipproċessar b’aktar ħeffa tar-rapporti finali u, konsegwentement, il-pagamenti jitħallsu aktar malajr.

6 IL-PROĊEDURI TA’ PAGAMENT

6.1 IL-PREFINANZJAMENT

Meta proġett jiġi approvat, l-EACEA tibgħat Deċiżjoni ta’ Għotja jew Ftehim ta’ Għotija ikkalkolata f’ewro u li tispjega l-kondizzjonijiet u l-livell ta’ finanzjament, lill-benefiċjarju.

Il-prefinanzjament huwa mmirat li jipprovdi lill-benefiċjarji bi fluss ta’ flus. L-EACEA tista’ tirrikjedi li benefiċjarju li jkun ingħata għotja li taqbeż is-EUR 60 000 jipprovdi garanzija ta’ prefinanzjament bil-quddiem, f’każ li l-kapaċità finanzjarja tkun meqjusa bħala waħda dgħajfa, li tkun tal-istess ammont tal-prefinanzjament sabiex jiġu limitati r-riskji finanzjarji marbutin mal-pagament ta’ prefinanzjament.

6.1.1 L-ammont ta’ prefinanzjament għal kull linja/miżura:

Il-prefinanzjament mhuwiex applikabbli għall-proġetti ta’ Ġemellaġġ bejn l-Ibliet.

Għal proġetti ta’ Netwerks tal-Ibliet, il-Kommemorazzjoni Ewropea u tas-Soċjetà Ċivili, huma applikabbli pagamenti ta’ prefinanzjament li jikkorrespondu għal rata ta’ bejn 40 % u 60 % tal-għotja. Pagament ta’ prefinanzjament jitħallas fi żmien 30 jum minn wara d-data li fiha l-EACEA tiffirma l-Ftehim (fil-każ ta’ Ftehim ta’ Għotja) u wara n-notifika tad-Deċiżjoni ta’ Għotja (fil-kaz ta’ Deċiżjoni ta’ Għotja).

6.1.2 Garanzija ta’ prefinanzjament

F’każ li l-kapaċità finanzjarja tal-applikant titqies bħala waħda li ma tkunx sodisfaċenti, l-EACEA tista’ teħtieġ lill-organizzazzjoni li tkun ingħatat għotja li taqbeż is-EUR 60 000 li l-ewwel tipprovdi garanzija finanzjarja ta’ prefinanzjament, li tlaħħaq l-istess ammont tal-prefinanzjament, sabiex jiġu limitati r-riskji finanzjarji marbutin mal-pagament tal-prefinanzjament. L-iskop ta’ din il-garanzija huwa li bank jew istituzzjoni finanzjarja jidħlu bħala kollateral irrevokabbli jew garanti tal-ewwel għażla tal-obbligi tal-benefiċjarju skont il-Ftehim ta’ Għotja/Deċiżjoni ta’ Għotja.

Il-garanzija finanzjarja, f’ewro, għandha preferabbilment tingħata minn bank jew istituzzjoni finanzjarja approvati stabbiliti f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Meta l-benefiċjarju jkun stabbilit f’pajjiż terz, l-EACEA tista’ taqbel li bank jew istituzzjoni finanzjarja stabbiliti f’dak il-pajjiż terz jistgħu jipprovdu l-garanzija, jekk tħoss li l-bank jew l-istituzzjoni finanzjarja joffru sigurtà u karatteristiċi ekwivalenti bħal dawk offruti minn bank jew istituzzjoni finanzjarja stabbiliti fi Stat Membru.

Din il-garanzija tista’ tiġi sostitwita b'garanzija konġunta u/jew b'diversi garanziji minn parti terza jew mill-garanzija konġunta irrevokabbli u inkondizzjonata tal-benefiċjarji ta’ azzjoni li jkunu partijiet għall-istess ftehim/deċiżjoni ta’ għotja, wara li l-EACEA taċċetta li jsir dan.

Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata hekk kif il-prefinanzjament jiġi klerjat b’mod gradwali kontra ħlasijiet tal-bilanċ lill-benefiċjarju, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fil-Ftehim tal-Għotja/Deċiżjoni tal-Għotja.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-korpi pubbliċi u jista’ jkun li ma jkunx hemm bżonn ta’ garanzija fil-każ ta’ għotjiet ta’ valur baxx (< EUR 60 000).

30

Page 31: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

6.2 IL-PAGAMENT TAL-BILANĊ

6.2.1 Ir-rappurtar finali

Il-pagament finali jsir lill-benefiċjarju wara s-sottomissjoni u l-approvazzjoni mill-EACEA ta’ talba għal pagament inkluża fil-formola ta’ rapport finali elettronika (eReport). L-eReport huwa aċċessibbli permezz tal-Portal tal-Parteċipanti.

L-eReport għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn minn wara d-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ eliġibbiltà u għandu jinkludi deskrizzjoni tar-riżultati tal-proġett meta mqabblin mal-objettivi inizjali. Sabiex jirċievi l-pagament finali, il-benefiċjarju għandu jissottometti l-eReport u l-ġustifikazzjonijiet/annessi obbligatorji speċifikati minn kull Miżura kif inhu indikat fuq dan is-sit elettroniku: http://eacea.ec.europa.eu/europe-for-citizens/beneficiaries-space_en

6.2.2 Il-kalkolu tal-pagament finali

Jekk in-numru proprju ta’ parteċipanti eliġibbli, fil-każ ta’ proġetti ta’ Ġemellaġġ bejn l-Ibliet, jew in-numru ta’ parteċipanti eliġibbli u/jew pajjiżi involuti, fil-każ ta’ miżuri oħrajn, ikun aktar baxx minn dak antiċipat fl-applikazzjoni, it-tnaqqis tal-għotja jiġi kkalkolat abbażi tas-“segmenti” fissi ta’ parteċipanti u/jew pajjiżi.

Fi kwalunkwe każ, jekk in-numru ta’ parteċipanti jkun aktar baxx mill-aktar ċifra baxxa fl-aktar firxa baxxa (jiġifieri 25), ma jistax jingħata finanzjament.

Fejn ikun applikabbli, il-benefiċjarju jintalab jirrimborża kwalunkwe ammont żejjed li jkun tħallas mill-EACEA permezz ta’ ordni ta’ rkupru. F’każ li attività ppjanta fl-applikazzjoni relatata mad-deċiżjoni/ftehim ta’ finanzjament ma tiġix esegwita jew ma tiġix esegwita kif xieraq, l-għotja finali titnaqqas kif ikun xieraq.

6.3 AWDITI

Il-proġetti jistgħu jiġu soġġetti għal verifiki, awditi u evalwazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Għotja/Ftehim ta’ Għotja. Ir-rappreżentant legali fl-organizzazzjoni jieħu l-obbligu, bil-firma tiegħu jew tagħha, li jipprovdi prova li dik l-għotja tkun ġiet użata kif xieraq. Il-Kummissjoni Ewropea, l-EACEA, il-Qorti tal-Awdituri tal-UE jew korp b’mandat tagħhom, jistgħu jivverifikaw l-użu li jkun sar mill-għotja, fi kwalunkwe żmien tul it-terminu tad-Deċiżjoni ta’ Għotja/Ftehim ta’ Għotja u tul perjodu ta’ ħames snin wara l-aħħar pagament mogħti mill-EACEA u tliet snin f’każ li l-ammont massimu tal-għotja jkun ta’ aktar minn EUR 60 000.

6.4 IS-SJIEDA/L-UŻU TAR-RIŻULTATI

Il-benefiċjarju jagħti lill-Kummissjoni Ewropea u lill-EACEA d-dritt li jagħmlu użu ħieles mir-riżultati tal-azzjoni, kif inhu stipulat fil-Ftehim ta’ Għotja/Deċiżjoni ta’ Għotja, sakemm dan l-użu ma jiksirx l-obbligi ta’ kunfidenzjalità tagħha jew drittijiet ta’ proprjetà industrijali u intellettwali eżistenti.

6.5 IL-VIŻIBILITÀ U L-PUBBLIĊITÀ

6.5.1 Mill-benefiċjarji

L-attivitajiet kollha ffinanzjati mill-Programm għandhom jikkontribwixxu sabiex itejbu l-viżibbiltà tal-Programm b’mezzi, pereżempju, attivitajiet u prodotti li jsemmu b’mod ċar l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

31

Page 32: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun iċċarata wkoll b’rabta mal-midja. Is-sħab tal-proġett għandhom jużaw l-opportunitajiet kollha sabiex jiżguraw kopertura xierqa mill-midja (lokali, reġjonali, nazzjonali, internazzjonali) tal-attivitajiet tagħhom, qabel u waqt l-implimentazzjoni.

Il-benefiċjarji għandhom jirrikonoxxu b’mod ċar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-pubblikazzjonijiet kollha jew b’rabta mal-attivitajiet li għalihom tintuża l-għotja.

F’dan ir-rigward, il-benefiċjarji huma mitlubin jagħtu prominenza lill-Programm fl-avvenimenti kollha, fl-avvenimenti tal-Programm, il-pubblikazzjonijiet, il-posters, il-Programmi u prodotti oħra rrealizzati bħala parti mill-proġett kofinanzjat. L-ismijiet, il-logos u r-rinunzja jistgħu jitniżżlu minn dan is-sit elettroniku: https://eacea.ec.europa.eu/about-eacea/visual-identity_en

Jekk dan ir-rekwiżit ma jiġix issodisfat bis-sħiħ, l-għotja tal-benefiċjarju tista’ titnaqqas skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Għotja/Deċiżjoni ta’ Għotja.

6.5.2 Mill-Kummissjoni Ewropea u/jew l-EACEA

L-informazzjoni kollha marbuta mal-għotjiet mogħtija tul sena finanzjarja għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha jkunu ngħataw l-għotjiet. L-informazzjoni tista’ tiġi ppubblikata wkoll permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq ieħor, inkluż Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-benefiċjarju jawtorizza lill-EACEA u/jew lill-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-informazzjoni li ġejja fi kwalunkwe forma u mezz, inkluż fuq siti elettroniċi:

isem;

indirizz tal-benefiċjarju;

ammont mogħti;

in-natura u l-iskop tal-għotja.

Fuq talba raġunata u sostanzjata kif xieraq mill-benefiċjarju, l-EACEA tista’ taqbel li ma ssirx pubbliċità bħal din, jekk l-iżvelar tal-informazzjoni indikata hawn fuq jirriskja li jhedded id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi kkonċernati kif inhuma protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew jagħmel ħsara lill-interess kummerċjali tal-benefiċjarju.

6.5.3 Il-valorizzazzjoni u t-tixrid tar-riżultati

Il-valorizzazzjoni tista’ tiġi definita bħala l-proċess tat-tixrid u l-aħjar użu tar-riżultati tal-azzjonijiet bil-għan li jiġi ottimizzat il-valur tagħhom, jissaħħaħ l-impatt tagħhom u jippermetti li l-akbar numru possibbli ta’ ċittadini Ewropej jibbenefikaw minnhom. Dan l-objettiv tal-valorizzazzjoni għandu tliet konsegwenzi:

Il-mobilizzazzjoni tal-potenzjal ta’ azzjonijiet individwali:

Kull azzjoni appoġġjata minn dan il-Programm għandha tagħmel l-isforzi neċessarji kollha sabiex jiġi żgurat il-valorizzazzjoni tagħha. Il-benefiċjarji għandhom iwettqu attivitajiet immirati li jagħmlu r-riżultati tal-proġetti tagħhom aktar viżibbli, aktar magħrufin u aktar sostenibbli f’pajjiżhom u b’mod transkonfinali. Pereżempju, huma jistgħu jinkoraġġixxu kopertura xierqa mill-midja. Huma jistgħu jinfurmaw - u possibbilment jinvolvu - lil uffiċjali lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropej u/jew rappreżentanti eletti kif ukoll l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fl-Istati Membri u n-Netwerk ta’ Informazzjoni Europe Direct (http://europa.eu/europedirect/meet_us/index_en.htm). Huma jistgħu jippjanaw ukoll li jiżviluppaw attivitajiet promozzjonali/ta’ involviment taċ-ċittadini bħal VTT (Attivitajiet volontarji, T-shirts li jidentifikaw il-proġett jew netwerks soċjali transnazzjonali

32

Page 33: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

- fora ta’ dibattitu). Permezz ta’ dawn l-attivitajiet, ir-riżultati ta’ proġett jistgħu jkomplu jintużaw u jkollhom effett pożittiv fuq l-akbar numru possibbli ta’ ċittadini ladarba l-proġett jiġi fi tmiemu. Billi jippjanaw attivitajiet ta’ valorizzazzjoni bħala parti mill-attivitajiet tagħhom, il-promoturi jżidu l-kwalità tax-xogħol tagħhom u jikkontribwixxu b’mod attiv għall-impatt globali tal-Programm.

L-istrutturar tal-Programm:

Dan il-Programm ġie mfassal sabiex jiżgura l-ikbar impatt possibbli tiegħu, pereżempju permezz tat-twaqqif ta’ prijoritajiet applikabbli għall-Programm kollu jew permezz tan-netwerking ta’ organizzazzjonijiet li jkunu kisbu esperjenza fl-istess qasam tematiku. Il-Linja orizzontali “Valorizzazzjoni” għandha rwol speċifiku f’dan il-qasam.

L-azzjonijiet meħudin mill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea ħolqot pjattaforma ta’ viżibbiltà għall-proġetti magħżulin bħala parti mill-Programm fuq http://ec.europa.eu/programmes/europe-for-citizens/projects, li toffri bażi ta’ data li tista’ tintuża faċilment u toffri għażliet ta’ tfittxija (kull pajjiż, linja, miżura, sena) u l-possibbiltà li tiġi ġġenerata mappa ġeografika li tippreżenta fejn ikun(u) ibbażat(i) il-benefiċjarju(i) u s-sħab, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-objettivi tal-proġetti.

6.6 IL-PROTEZZJONI TAD-DATA

Id-data kollha (bħal ismijiet, indirizzi, eċċ) għandha ġestita f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data.

Sakemm ma jkunux immarkati bħala fakultattivi, it-tweġibiet tal-applikant għall-mistoqsijiet fil-formola ta’ applikazzjoni huma neċessarji sabiex tiġi evalwata u proċessata l-applikazzjoni għal għotja skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal proposti. Id-data personali tiġi proċessata biss għal dik ir-raġuni mid-dipartiment jew l-Unità responsabbli għall-Programm ta’ Għotjiet tal-Unjoni kkonċernat (entità li taġixxi bħala Kontrollur tad-Data). Id-data personali tista’ tiġi trasferita fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif lil partijiet terzi involuti fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet jew fil-proċedura ta’ ġestjoni tal-għotjiet, mingħajr ħsara għat-trasferiment lill-korpi responsabbli minn kompiti ta’ monitoraġġ u spezzjoni skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, id-data personali tista’ tiġi trasferita lis-servizzi ta’ awditjar intern, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Grupp Speċjalizzat dwar l-Irregolaritajiet Finanzjarji jew lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u bejn l-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi. L-applikant għandu d-dritt ta’ aċċess għad-data li tikkonċernah u d-dritt li jirrettifikaha. Għal kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din id-data, jiekk jogħġbok ikkuntattja lill-Kontrollur.

L-applikant għandu d-dritt ta’ aċċess għad-data li tikkonċernah u d-dritt li jirrettifikaha. Għal kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din id-data, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data. L-applikanti għandhom dritt ta’ rikors quddiem il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin. Dikjarazzjoni dettaljata ta’ Privatezza, inkluża informazzjoni ta’ kuntatt, hija disponibbli fuq is-sit web tal-EACEA:

http://eacea.ec.europa.eu/about/documents/calls_gen_conditions/eacea_grants_privacy_statement.pdf

Applikanti u, jekk ikunu entitajiet ġuridiċi, persuni li huma membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta’ dak l-applikant jew li għandhom setgħat ta’ rappreżentazzjoni, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll fir-rigward ta’ dak l-applikant, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jassumu responsabbiltà mhux limitata għad-djun ta’ dak l-applikant, qed jiġu mgħarrfa li, id-data personali

33

Page 34: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

L-Ewropa għaċ-Ċittadini - Gwida tal-Programm - verżjoni valida mill-2019

tagħhom (l-isem, l-isem mogħti fil-każ ta’ persuna fiżika, l-indirizz, il-forma ġuridika u l-isem u l-isem mogħti tal-persuni b’setgħat ta’ rappreżentazzjoni, ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kontroll, fil-każ ta’ persuna ġuridika) tista' tiġi rreġistrata fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES) mill-Uffiċjali Awtorizzanti tal-Aġenzija, f’każ li jkunu f’xi sitwazzjoni msemmija fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298 tas-26.10.2012, p. 1) kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 286, 30.10.2015, p. 1).

6.7 IL-BAŻI ĠURIDIKA

Ir-regoli li ġejjin, inkluż kwalunkwe aġġornament jew emenda futur li għalihom jistgħu jkunu suġġetti, huma applikabbli għall-amministrazzjoni u l-finanzjament tal-Programm:

- Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, PE/13/2018/REV/1, OJ L 193, 30.7.2018, p. 1–222

- Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta’ April 2014 li jistabbilixxi “il-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini” 2014-2020.

- Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7180 finali li tawtorizza l-użu tal-kostijiet tal-unità u somom imħallsin f’daqqa għall-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”.

34

Page 35: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

ANNESS I: ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ

KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ

Linja ta’ żvilupp 1 - Il-KOMMEMORAZZJONI

EWROPEA

LINJA TA’ ŻVILUPP 2 - L-INVOLVIMENT DEMOKRATIKU U L-PARTEĊIPAZZJONI ĊIVIKA

2.1 Ġemellaġġ bejn l-Ibliet 2.2 Netwerks tal-Ibliet 2.3 Proġetti tas-Soċjetà ĊiviliA. L-APPLIKANT U S-SĦAB

A. 1 L-ISTATUS ĠURIDIKU; L-applikanti/sħab KOLLHA għandhom ikunu KORPI PUBBLIĊI jew ORGANIZZAZZJONIJIET MINGĦAJR SKOP TA' QLIGĦ b’personalità ġuridikaA.2 L-applikanti/sħab KOLLHA għandhom ikunu STABBILITI f’wieħed mill-pajjiżi eliġibbli li jipparteċipaw fil-Programm

A.3 TIP ta’ organizzazzjoni: Il-missjoni kif deskritta fl-istatuti tal-organizzazzjoni għandha tkun konsistenti mal-objettivi tal-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini, tal-linja ta’ żvilupp u tal-miżura li taħthom tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal proġett. NOTA BENE: Organizzazzjonijiet li jirċievu għotjiet operattivi taħt il-Programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini mhumiex eliġibbli bħala applikanti prinċipali għal

għotjiet għal proġetti.

KORPI PUBBLIĊI jew

ORGANIZZAZZJONIJIET MINGĦAJR SKOP TA' QLIGĦ B’PERSONALITÀ

ĠURIDIKA

L-APPLIKANTI/SĦAB:

Awtoritajiet lokali/reġjonali pubbliċi

Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ inklużi CSOs

Assoċjazzjonijiet ta’ sopravissuti

Organizzazzjonijiet kulturali/taż-żagħżagħ/edukattivi/ta’ riċerka

L-APPLIKANTI/SĦAB:

Bliet/Muniċipalitajiet

Kumitati ta’ ġemellaġġ li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet lokali

Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet lokali

Bliet/muniċipalitajiet

Kumitati jew netwerks ta’ ġemellaġġ

Livelli oħrajn ta’ awtoritajiet lokali/reġjonali; Federazzjonijiet/assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet lokali.

Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u li jirrappreżentaw lil awtoritajiet lokali.

L-organizzazzjonijiet l-oħrajn involuti fil-proġett jistgħu jkunu wkoll Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili mingħajr skop ta' qligħ;

Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

Istituzzjonijiet edukattivi, kulturali jew ta’ riċerka

Organizzazzjonijiet oħrajn involuti fil-proġett jistgħu jkunu wkoll awtoritajiet lokali/reġjonali pubbliċi.

A.4 NUMRU MINIMU TA’ SĦAB għandhom ikunu involuti fi proġett (jiġifieri pajjiżi parteċipi) li minnhom TAL-ANQAS WIEĦED għandu jkun Stat Membru tal-UE;Tal-anqas Stat Membru tal-UE wieħed

X X

Tal-anqas żewġ Stati Membri tal-UE X X

Tal-anqas żewġ pajjiżi eliġibbli X

Tal-anqas tliet pajjiżi eliġibbli X

Tal-anqas erba’ pajjiżi eliġibbli X

B. IN-NATURA U D-DIMENSJONI TAL-PROĠETTB.1 IN-NUMRU TA’ PARTEĊIPANTI: MINIMU għal kull proġett

Mhux applikabbli 25 parteċipant mistiedna M/A

B.2 Numru ta’ attivitajiet: L-attivitajiet għandhom isiru f’wieħed mill-pajjiżi eliġibbli tal-Programm

Numru minimu ta’ M/A M/A Tal-anqas erba’ avvenimenti M/A

35

Page 36: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

avvenimenti għal kull proġettB3 IL-PERJODU TA’ ELIĠIBBILTÀ/TUL TAL-PROĠETT - Il-proġett għandu jinbeda fil-perjodu ta’ eliġibbiltà rilevantiIt-tul massimu tal-proġett 18-il xahar 21 jum (tul massimu tal-avveniment

tal-ġemellaġġ bejn l-ibliet) 24 xhar 18-il xahar

ANNESS II: AMMONTI TA’ KOSTIJIET TA’ UNITÀ U SOMOM IMĦALLSIN F’DAQQA

Kostijiet ta’ unità: Il-kost ta’ unità jiġi bbażat fuq żewġ parametri li jikkostitwixxu l-elementi prinċipali ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ proġett: in-numru ta’ parteċipanti u n-numru ta’ pajjiżi involuti.L-ammont jiġi stabbilit billi n-numru ta’ parteċipanti jitqabbel man-numru ta’ pajjiżi.

Tabella 1

KOSTIJIET TA’ UNITÀ GĦALL-MIŻURI 1 IL-KOMMEMORAZZJONI EWROPEA, 2.2 NETWERKS TA’ BLIET U 2.3 PROĠETTI TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI

Numru ta’ parteċipanti 25/50 51/75 76/100 101/125 126/150 151/175 176/200 201/225 226/250 251/275 276/300 >300

Lista ta’ pajjiżi:

1-3 12.600 15.120 17.640 20.160 22.680 25.200 27.720 30.240 32.760 35.280 37.800 37.800

4-6 15.120 17.640 20.160 22.680 25.200 27.720 30.240 32.760 35.280 37.800 40.320 40.320

7-9 17.640 20.160 22.680 25.200 27.720 30.240 32.760 35.280 37.800 40.320 42.840 42.840

10-12 20.160 22.680 25.200 27.720 30.240 32.760 35.280 37.800 40.320 42.840 45.360 45.360

13-15 22.680 25.200 27.720 30.240 32.760 35.280 37.800 40.320 42.840 45.360 47.880 47.880

>15 25.200 27.720 30.240 32.760 35.280 37.800 40.320 42.840 45.360 47.880 50.400 50.400

36

Page 37: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

Attivitajiet ta’ Tħejjija

Somom imħallsin f’daqqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija huma applikabbli għall-Miżuri 1 il-Kommemorazzjoni Ewropea u 2.3 il-Proġetti tas-Soċjetà Ċivili

Dawn l-ammonti jirreferu għall-attivitajiet ta’ tħejjija kollha, fi kliem ieħor, is-somma imħallsa f’daqqa hija marbuta man-numru ta’ parteċipanti u mhux man-numru ta’ attivitajiet ta’ tħejjija organizzati.

Somma mħallsa f’daqqa waħda biss ta’ din it-tip ta’ attività tista’ tiġi allokata għal kull proġett.

Fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ tħejjija, dawn l-ammonti huma kumulattivi mal-kostijiet tal-unità stabbiliti għall-proġetti (Ara t-TABELLA 1).

Tabella 2

in-numru ta’

parteċipanti fis-sena ta’

qabel;

Somma mħallsa f’daqqa (EURO)

≤ 5 2.270

> 5 и ≤ 10 5.290

> 10 и ≤ 15 7.560

> 15 10.080

Page 38: Europa - Objettivi u prijoritajiet tal-Programm għall … · Web viewDan ivarja mill-bżonn li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet kurrenti sal-bżonn li jiġi żgurat

SOMOM IMĦALLSIN F’DAQQA GĦALL-MIŻURA 2.1. ĠEMELLAĠĠ BEJN L-IBLIET

Is-somma f’daqqa hija bbażata fuq parametru wieħed, jiġifieri n-numru ta’ parteċipanti mistiedna.

Tabella 3

38

Numru ta’ parteċipanti

Somma mħallsa f’daqqa (EURO)

>175 25.000

161/175 24.190

146/160 22.175

131/145 20.160

116/130 18.145

101/115 16.630

86/100 14.615

71/85 12.095

56/70 10.080

41/55 7.560

25/40 5.040