15
RAPPORT ANNWALI 2018 Il- MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U NEGOZJI Ż-ŻGĦAR

RAPPORT ANNWALI 2018 Il- MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L … of Malta... · 2019-05-08 · Ġie identifikat il-bżonn ta’ tfassil ta’ policies ġodda u standard operating procedures

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

  • RAPPORT ANNWALI

    2018

    Il- MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U

    NEGOZJI Ż-ŻGĦAR

  • UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI

    Bħal snin oħra komplejna naħdmu biex intejbu s-servizzi tagħna kemm lejn il-klijent intern (l-impjegati

    tagħna) kif ukoll lejn dak estern (jiġifieri l-intraprendituri żgħar u medji kif ukoll l-assoċjazzjonijet li

    jirrappreżentawhom).

    Il-kuntatt u r-relazzjoni tagħna mad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru huwa

    kontinwu għaliex b’hekk biss jirnexxilna niksbu r-riżultati mixtieqa. Dan il-kuntatt huwa wieħed

    regolari minn xahar għal xahar, tant li jintalab rapport tal-progress li jkun sar fuq it-twettiq tal-miżuri

    tal-baġit, il-proċessi ta’ simplifikazzjoni, il-Key Performance Indicators u l-Manifest Elettorali.

    Komplejna ninvestu fil-ħaddiema tagħna billi nipprovdu taħriġ kontinwu u nżommu komunikazzjoni

    sħiħa mal-impjegati tagħna dwar il-pjanijiet, miżuri u inizjattivi li nkunu qed naħdmu fuqhom matul is-

    sena.

    Teambuilding

    F’Marzu 2018 organizzajna l-attività annwali tat-teambuilding għall-membri tal-istaff li għaliha jkun

    hemm stennija kbira. Din saret fil-Limestone Heritage, is-Siġġiewi, u kellna taħditiet professjonali dwar

    it-tema kurrenti ta’ Cyber Crime kif ukoll is-servizzi pprovduti mill-Employee Support Programme.

    Laqgħa interministerjali

    F’Marzu 2018 organizzajna wkoll laqgħa interministerjali bit-tema ‘Ippjanar u Twettiq’ li għaliha

    attendew persuni mill-entitajiet tal-Ministeru u nies mill-pubbliku fejn iddiskutejna l-programm ta’

    ħidma tal-Ministeru għal matul is-sena. Il-laqgħa saret fiċ-ċentru tal-Business1st, il-one-stop-shop tal-

    intraprendituri, u kienet indirizzata mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

    Equality Mark

    Wara li ssottomettejna informazzjoni dettaljata mitluba mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-

    Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE), għal darb’oħra ġejna ċċertifikati bl-Equality Mark għal perjodu

    ta’ tliet snin.

    Miżuri tal-Baġit, simplifikazzjoni u key performance indicators

    Dan l-uffiċċju kompla jikkordina l-proċess ta’ rappurtaġġ fuq il-progress tat-twettiq tal-miżuri tal-baġit.

    Parti sostanzjali tal-miżuri kienu relatati ma’ inċentivi għall-benefiċċju tal-intrapriżi u negozji żgħar

    flimkien ma’ proġetti infrastrutturali kbar. Dan jinkludi progress rimarkabbli fuq il-proġetti ffinanzjati

    mill-Unjoni Ewropea tal-Villaġġ tas-Snajja’ ta’ Ta’ Qali u ċ-Ċentru għall-Industrija fix-Xewkija,

    Għawdex.

    Filwaqt li kienet għaddejja ħidma fuq il-miżuri tal-baġit, ħdimna wkoll fuq żewġ Key Performance

    Indicators (KPIs) f’żewġ oqsma partikolari: it-trademarks u l-patents, u l-artiġjanat. Sar xogħol siewi

    sabiex niffaċilitaw il-proċessi ta’ reġistrazzjoni tal-privattivi kif ukoll biex insaħħu l-qafas legali f’dan

    il-qasam skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea. Komplejna naħdmu biex nagħtu spinta lill-qasam

    artiġjanali Malti fejn ġew introdotti numru ta’ inizjattivi ġodda li jippromovu l-awtentiċità u l-ġenwinità

    tal-prodott lokali. Tnedew ċertifikati li se jitpoġġew ma’ prodotti artiġjanali maħduma lokalment, kif

    ukoll ċertifikat għal dawk il-ħwienet li jbigħu prodotti artiġjanali ta’ artiġjana reġistrati. Bdejna wkoll

    ħidma sabiex nirriġeneraw binja li tinsab mitluqa fi Pjazza San Ġwann bil-ħsieb li din tiġi mibdula

    f’ċentru għall-artiġjana biex jippromovu l-prodotti tagħhom.

  • Ease of Doing Business – World Bank

    Fis-sena 2018 saħħaħna l-ħidma tagħna biex inkomplu ntejbu l-pożizzjoni ta’ Malta fil-Competitiveness

    Report u fl-Ease of Doing Business. Wasalna fi ftehim mal-World Bank u Baker Tilly India sabiex

    jassistuna fuq eżerċizzju ta’ reviżjoni sistematika tal-ambjent regolatorju tan-negozji b’enfasi fuq dawk

    l-aspetti regolatorji koperti mid-Doing Business. Apparti li x-xogħol li se jibqa’ għaddej sabiex

    nissimplifikaw proċessi marbuta biex wieħed jibda jew imexxi negozju, l-involviment dirett ta’

    konsulenti mill-World Bank, jista’ jagħti riżultat fl-immedjat – dak li eventwalment intejbu l-

    klassifikazzjoni ta’ Malta fl-Ease of Doing Business Report. Il-konsulenti mill-World Bank se jkunu

    qed janalizzaw numru ta’ proċessi u proċeduri f’diversi dipartimenti u entitajiet tal-Gvern biex wara

    jitħejja pjan ta’ azzjoni biex dawn l-istess proċessi jiġu simplifikati fi żmien stipulat.

    B2B Expo

    Għall-ewwel darba tellajna l-B2B Expo fl-MFCC. L-għan ta’ din l-attività kien li nlaqqgħu flimkien

    numru ta’ intrapriżi żgħar u medji kemm lokali kif ukoll internazzjonali bil-għan li jkollhom l-

    opportunità ta’ networking u anke biex l-istess intrapriżi jkollhom il-faċilità jesibixxu l-prodotti u/jew

    servizzi tagħhom. Il-konkorrenza għal din il-konferenza kienet waħda tajba u l-feedback kien pożittiv

    ħafna tant li l-B2B Expo daħlet fil-kalendarju ta’ dan il-Ministeru.

    Uffiċċju tal-Kabinett/mistoqsijiet parlamentari

    Matul is-sena 2018 ġew sottomessi 38 memo lill-Uffiċċju tal-Kabinett u ġew imwieġba 122 mistoqsija

    parlamentari li għaddew għall-approvazzjoni tal-Ministru qabel ġew ippreżentati.

  • DIRETTORAT GĦAS-SERVIZZI KORPORATTIVI

    Id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi (DSK) huwa responsabbli sabiex jamministra r-riżorsi umani

    tal-Ministeru, il-fondi pubbliċi allokati lill-Ministeru u li jħares ir-regolamenti tax-xiri pubbliku meta

    jixtri servizzi u xogħlijiet għall-Ministeru. Dan sabiex issir implimentazzjoni b’suċċess tad-diversi

    programmi u inizjattivi organizzati matul is-sena mill-Ministeru, id-Dipartiment u d-direttorati li jaqgħu

    taħt ir-responsabbilta’ tal-istess Ministeru.

    Dan id-Direttorat jipprovdi wkoll servizz ta’ appoġġ u jassisti fit-twettiq ta’ diversi programmi u

    inizjattivi fil-qasam tar-Riżorsi Umani, il-finanzi u xiri ta’ servizzi u xogħlijiet lill-entitajiet li jaqgħu

    taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru.

    Matul is-sena 2018 kellna bidla tad-Direttur tas-Servizzi Korporattivi, u t-tmexxija l-ġdida tad-direttorat

    għamlet pjan ta’ azzjoni fuq evalwazzjoni tal-istruttura organizzattiva, il-proċeduri u l-funzjonijiet

    marbuta b’mod partikolari mal-amministrazzjoni tar-riżorsi umani u l-proċeduri finanzjari. Saru r-

    rakkomandazzjonijiet lis-Segretarju Permanenti sabiex jiġi approvat t-tibdil neċessarju.

    Ġie identifikat il-bżonn ta’ tfassil ta’ policies ġodda u standard operating procedures li jwasslu għat-

    titjib neċessarju fil-kwalità tas-servizz mogħti mill-Ministeru. Dan il-proċess sar bil-għan li l-impjegati

    setgħu jingħataw miri ċari u u jiġu mgħarrfa dwar l-aspettattivi tat-tmexxija u dak li hu mitlub minnhom.

    Investiment fl-impjegati għal servizz ta’ kwalità

    Matul is-sena 2018 dan id-Direttorat, bl-għajnuna tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS), organizza

    taħriġ varju fuq il-ħarsien għall-protezzjoni tad-data (GDPR), u Customer Care għal servizz ta’

    eċċellenza u d-Direttiva 4.1 lill-impjegati kollha ta’ dan id-Direttorat u oħrajn mid-Dipartiment tal-

    Kummerċ, id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programmi, u mill-Uffiċċju

    tal-Immaniġġjar tal-Informatika.

    Dan l-investiment fl-impjegati huwa essenzjali sabiex l-uffiċjali pubbliċi fi ħdan il-Ministeru jitgħallmu

    jħarsu l-etika, ikunu kontabbli, integri u responsabbli ta’ xogħolhom sabiex il-Ministeru jtejjeb l-

    immaġini korporattiva.

    Kisbiet fl-effiċjenza

    B’rabta mar-riformi u direttivi maħruġa mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, bil-għan li

    jitħarsu l-prinċipji tas-servizz għal żieda fit-trasparenza, l-effiċjenza u l-kontabbiltà fis-Servizz

    Pubbliku, dan id-Direttorat kellu jieħu miżuri għat-tibdil bżonjuż sabiex dawn id-direttivi jiġu mħarsa

    u jitħaddmu biex jilħqu l-għanijiet meħtieġa.

    Matul it-tieni nofs tas-sena 2018, dan id-Dipartiment, permezz tas-sezzjoni tar-Riżorsi Umani, evalwa

    l-proċeduri dwar l-ingaġġ tan-nies fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, sabiex jiġi

    żgurat li d-Direttiva 7.2 u d-Direttiva 10 jiġu mħarsa.

    Permezz tat-taħriġ mogħti lill-impjegati dwar Direttiva 4.1, it-tmexxija ta’ dan id-Direttorat żgurat li

    kull impjegat ġie mħarreġ kif meħtieġ sabiex il-fatturi determinanti tas-servizz ta’ kwalità jkunu jistgħu

    jiġu milħuqa.

  • ID-DIRETTORAT GĦALL-IŻVILUPP TAL-POLITIKA U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-

    PROGRAMM

    Id-Direttorat dwar il-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm huwa responsabbli minn tliet

    dipartimenti li jikkonsistu fl-Implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE, Politika tal-Intrapriża, u

    Affarijiet Ewropej.

    Proġetti ffinanzjanti mill-Unjoni Ewropea

    Dan id-Direttorat huwa punt ta’ kuntatt bejn l-entitajiet, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Kordinazzjoni

    tal-Prijoritajiet (PPCD) u dipartimenti oħrajn bl-għan li jkun żgurat li l-proġetti ffinanzjati minn fondi

    tal-Unjoni Ewropea jitwettqu bl-aktar mod effettiv. Dan id-direttorat jaħdem mill-qrib ukoll ma’

    ministeri, dipartimenti u organizzazzjonijiet oħrajn dwar possibbiltajiet li jinkisbu fondi mill-Unjoni

    Ewropea biex jitwettqu proġetti varji. Huwa wkoll il-kollaboratur prinċipali bejn l-entitajiet, PPCD u

    d-Dipartiment tal-Kuntratti biex jara li l-infiq u l-ipproċessar tal-pagamenti jsiru skont il-pjan stabbilit

    kif ukoll mar-regoli nazzjonali.

    Il-proġetti li kienu ffinanzjati minn Fondi Strutturali taħt il-Programm Perjodu 2014-2020, u li kienu

    qed jiġu implimentati matul din l-aħħar sena huma tnejn: ir-riġenerazzjoni tal-Villaġġ tas-Snajja’ f’Ta’

    Qali u Żvilupp Industrijali fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija. Matul l-2018 saru diversi xogħlijiet ta’

    kostruzzjoni fuq iż-żewġ siti. F’Ta’ Qali sar xogħol ta’ tisbiħ taż-żona, u ppjanar biex jinbnew diversi

    faċilitajiet biex jiġu mħarsa s-snajja’ Maltin. Filwaqt li fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija beda u wasal

    fi stadju avvanzat il-bini tal-Enterprise Hub u diversi workshops li l-għan kollettiv tagħhom se jkun

    biex joffri aktar spazju lil min jixtieq jibda jew ikabbar negozju fil-gżira Għawdxija. S’issa n-nefqa

    totali fuq il-proġetti msemmija huwa kif ġej (dan l-ammont ikopri l-ispiża totali, inkluż il-VAT, mill-

    bidu tal-proġett sal-aħħar tas-sena 2018):

    Ir-riġenerazzjoni tal-Villaġġ tas-Snajja’ f’Ta’ Qali b’nefqa ta’ €8,639,692

    Żvilupp industrijali fix-Xewkija b’nefqa ta’ €8,413,863

    B’kollox in-nefqa totali għall-2018 kienet €17,053,555.

    Matul din s-sena saret ukoll sessjoni ta’ informazzjoni fuq fondi tal-iStructural Reform Support

    Programme (SRSP) sabiex ninfurmaw l-entitajiet u partijiet oħra kkonċernati dwar din is-sejħa. Ġiet

    sottomessa applikazzjoni għall-fondi biex issir riforma permezz ta’ strateġija ġdida ffukata fuq il-qasam

    tas-snajja’.

    L-istaff ta’ din is-sezzjoni ħa sehem attiv f’diversi inizjattivi ta’ taħriġ, biex b’hekk dejjem jitjieb l-

    operat. Il-pjan ta’ dan id-Direttorat huwa li Malta tapplika u tipparteċipa f’fondi ċentrali mill-Unjoni

    Ewropea kif ukoll tippromovi l-opportunitajiet li fondi Ewropej kif ukoll lokali joffru lin-negozji mikro,

    żgħar u medji.

    Politika tal-Intrapriża

    Id-Dipartiment tal-Politika tal-Intrapriża kompla jagħti sehmu fl-ambjent amministrattiv u legali favur

    l-intrapriżi żgħar u medji sabiex dawn jiġu sostnuti ħalli jkomplu jikbru u jiżviluppaw. Hija r-

    responsabbiltà ta’ dan id-Direttorat, li jara li l-politika tal-intrapriża timxi id f’id mal-politika

    ekonomika tal-pajjiż u favur l-interessi tal-kumpaniji żgħar u medji. Għaldaqstant, tingħata opinjoni u

    pożizzjoni fuq aspetti ta’ politika Ewropea relata mal-intrapriża sabiex tippromovi l-intraprenditorija u

    naraw kif noħolqu aktar opportunitajiet f’dan il-qasam u dan isir kemm għall-Ministeru tagħna kif ukoll

    għal ministeri oħrajn.

  • Att Dwar l-Intrapriżi Żgħar

    L-Att Malti għall-Intrapriżi Żgħar (SBA Malta) jiggarantixxi li Atti Leġiżlattivi ġodda li jaffettwaw

    intrapriżi żgħar u medji ma jxekklux l-operat tagħhom u ma jtaqqlux proċessi eżistenti b’obbligi ġodda.

    Fl-2018 dan id-Direttorat ħa ħsieb:

    22 avviż legali li kellhom bżonn noti ta’ spjegazzjoni u linji gwida; u

    Diversi konsultazzjonijiet ma’ min jilleġiżla.

    Kunsill Konsultattiv tal-Intrapriżi

    L-Att Malti għall-Intrapriżi Żgħar (SBA Malta) jistipula li jitwaqqaf il-Kunsill Konsultattiv tal-

    Intrapriżi b’rappreżentanti tal-Gvern u oħrajn mis-settur privat. Il-Kunsill huwa ppresedut mill-Ministru

    tal-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u jiltaqa’ erba’ darbiet fis-sena kif huwa stipulat fl-istess

    Att. L-għan ta’ dan il-Kunsill huwa li:

    Jagħti rakkomandazzjonijiet lill-Gvern dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-intrapriża;

    Jagħti rakkomandazzjonijiet lill-Gvern fuq il-formulazzjoni ta’ politika fil-qasam tal-intrapriżi żgħar u medji;

    Jaħdem lejn titjib fl-ambjent tal-operat tal-intrapriżi żgħar; u

    Jirrevedi, jiddiskuti u jipprovdi pariri fuq proposti leġiżlattivi li jkollhom impatt sinjifikanti fuq is-settur tal-intrapriżi;

    Matul l-erba’ kunsilli konsultattivi li saru fl-2018 ġew diskussi diversi temi, fosthom:

    Permessi tax-xogħol għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

    Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data;

    Brexit;

    Tnaqqis fil-burokrazija fejn jidħlu l-ispezzjonijiet tal-Gvern;

    Rappurtaġġ ta’ miżuri li ġew implimentati matul is-sena ta’ qabel;

    Small Business Act Report Europe; u

    eInvoicing.

    Kulleġġ ta’ Regolaturi

    L-għan tal-Kulleġġ tar-Regolaturi hu li tissaħħaħ il-koperazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-entitajiet li

    jirregolaw u l-piżijiet regolatorji li l-kompetittività tal-SMEs biex dawn jiġu simplifikati. L-Att dwar

    in-Negozji ż-Żgħar f’Malta, Kapitolu 512 Artikolu 13, huwa maħsub biex jaġixxi bħala korp

    konsultattiv li permezz tiegħu jiġu ppreżentati u diskussi informazzjoni dwar l-isfidi regolatorji attwali

    ffaċċjati mill-SMEs kif ukoll jipprovdi soluzzjonijiet fejn hu possibbli.

    Barra minn hekk il-Kulleġġ tar-Regolaturi jsegwi l-implimentazzjoni xierqa tal-politika tal-Gvern u

    jinkoraġġixxi riċerka, jagħmel monitoraġġ, jivvaluta u jmexxi miżuri għall-ambjent li jwassal għal livell

    għoli ta’ provvista ta’ servizzi.

    SME Week

    L-SME Week hija attività li ssir ta’ kull sena bejn Ottubru u Novembru u sservi ta’ pjattaforma ta’

    informazzjoni u tagħrif għall-intraprendituri attivi u dawk li jixtiequ jiftħu n-negozju tagħhom.

    Matul l-2018 ġew organizzati xejn anqas minn disa’ attivitajiet flimkien mal-korpi kostitwiti. Dawn

    kienu jittrattaw temi varji li għandhom x’jaqsmu b’xi mod man-negozju, fosthom dwar negozji tal-

    familja, mezzi ta’ assistenza, għodda għas-suċċess, opportunitajiet għall-intrapriżi Għawdxin, l-

    intraprenditorija għaż-żgħażagħ, l-artiġjanat, ir-rwol tal-mara fin-negozju u l-problemi soċjali li qed

    iħallu impatt fuq l-intrapriżi. L-attendenza għal dawn l-attivitajiet kienet waħda tajba ħafna, u anke ġew

    mistiedna kelliema barranin.

  • Skema Edukazzjoni fl-Intraprenditorija

    L-iskema b’fond ta’ €50,000 hija mmirata sabiex l-istudenti jiġu mħarrġa b’ħiliet bħal kreattività, bini

    ta’ relazzjonijiet siewja ma’ persuni oħra anke barra l-klassi, ippjanar fit-tul, użu tal-flus, teħid ta’

    deċiżjonijiet u ħolqien ta’ ideat, opportunitajiet u soluzzjonijiet.

    Wara diskussjonijiet interni, inħasset il-ħtieġa li l-iskema Edukazzjoni fl-Intrapenditorija tiġi mtejba.

    Il-pjan kien li l-iskema tiġi implimentata matul x-xhur tas-sajf fejn l-istudenti jkollhom aktar ħin li

    jattendu. B’hekk, dan id-Direttorat beda kollaborazzjoni ma’ Skola Sajf sabiex jitwaqqaf programm

    pilota flimkien ma’ JAYE (Junior Achievement Young Enterprise Malta) li hija organizzazzjoni mhux

    governattiva. B’din l-iskema l-ġdida gawdew 967 student fi 72 klassi.

    Fażi oħra li d-Direttorat ħadem fuqha kienet dik li parti mill-iskema tkun allokata għal taħriġ lill-

    għalliema sabiex ikunu aktar mħarrġa fl-Edukazzjoni Intraprenditorjali. Matul l-2018 ħarġet espressjoni

    ta’ interess flimkien mal-Istitut tal-Edukazzjoni bl-għan prinċipali li tittejjeb l-iskema eżistenti billi

    jinħolqu forom ġodda ta’ kollaborazzjonijiet.

    Premju għall-Intrapriża Sostenibbli

    Dan id-Direttorat flimkien mal-Cleaner Technology Centre fi ħdan l-Università ta’ Malta nieda r-raba’

    edizzjoni tal-Premju għall-Intrapriża Sostenibbli. L-għan tal-Premju hu li jirrikonoxxi, jippromovi u

    jippremja organizzazzjonijiet tan-negozju li jagħtu kontribut sinjifikanti għall-aspetti differenti tal-

    iżvilupp sostenibbli. Dan ifisser li jiġu applikati prattiki sostenibbli waqt il-proċess ta’ disinn, żvilupp

    tal-prodotti u servizzi relatati ma’ proċessi tax-xogħol, il-bini u anke proċessi maniġerjali. Għalkemm

    hija sfida kbira biex teżerċita dan kollu, l-impatt huwa pożittiv ħafna u tiżdied is-sostenibbiltà

    ekonomika, soċjali u ambjentali tal-intrapriża. Tħejjew linji gwida kif ukoll saret sessjoni ta’

    informazzjoni sabiex jingħataw id-dettalji abbinati ma’ din l-inizjattiva.

    L-applikazzjonijiet ġew evalwati minn Kumitat ta’ esperti f’dan il-qasam li anke żaru l-entitajiet fuq il-

    post tax-xogħol tagħhom biex jiġi kkonfermat dak li jkun ġie rrapurtat fl-applikazzjoni. Ir-rebbieħa tar-

    raba’ edizzjoni (2018) ġew ippreżentati bi trofew maħdum apposta għall-okkażjoni, ċertifikat u premju

    monetarju. Ir-rebbieħ tat-tielet edizzjoni tal-Premju Intrapriża Sostennibli kienu Mid Knight Operations

    Limited fejn ħadu premju ta’ €6,000, Medavia kklassifikaw fit-tieni post u ħadu premju ta’ €4,000,

    filwaqt li The Cliffs Interpretation Centre ġew fit-tielet post u ħadu premju ta’ €2,000.

    TAKEOFF Seed Fund Award

    B’allokazzjoni ta’ €100,000 sena wara sena dan id-Direttorat jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tas-Seed

    Fund Award. Uffiċjali minn dan id-Direttorat flimkien ma’ oħrajn mill-Università ta’ Malta,

    jaġġudikaw numru ta’ applikazzjonijiet li fil-maġġoranza tagħhom ikunu relatati ma’ ideat ġodda jew

    anke fi stadju ta’ proof of concept u li dawn jistgħu jiżviluppaw f’intrapriżi innovattivi ġodda. Jista’

    jingħata l-ammont massimu ta’ €20,000 għal dik l-idea jew proof of concept, imma peress li japplikaw

    numru sostanzjali, jintgħażlu dawk l-applikazzjonijiet bl-aktar ideat innovattivi u li jistgħu jkunu ta’

    kontribut għall-ekonomija Maltija. Il-fond ta’ €100,000 nqasam bejn seba’ applikanti.

    Kollaborazzjoni ma’ ministeri oħrajn

    Din is-sezzjoni hija responsabbli mill-parteċipazzjoni tal-Ministeru fi ħdan l-istrutturi tal-Unjoni

    Ewropea u għalhekk taħdem mill-qrib mal-ministeri kollha speċjalment f’kuntatt kontinwu mas-

    Segretarjat tal-UE fi ħdan l-MEAE, kif ukoll mar-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fl-Unjoni

    Ewropea.

    Matul is-sena 2018 id-Direttorat kellu r-responsabbiltà li jattendi u jirrapporta f’żewġ formazzjonijiet

    tal-Kunsill tal-Ministri:

  • 1. Il-Kompetittività mill-aspett tas-Suq Intern u Industrija

    2. L-Affarijiet Barranin fejn jiġu diskussi temi dwar il-Kummerċ

    L-istruttura tal-Kunsill tal-Ministri tinkludi numru ta’ gruppi ta’ ħidma li xogħolhom huwa li jiddiskutu

    fuq livell iktar tekniku, il-proposti u l-politika mnedija mill-Kummisjoni Ewropea, liema diskussjonijiet

    isiru aktar fuq bażi politika.

    Bi preparazzjoni għal-laqgħat tal-working groups u tal-Kunsill tal-Ministri, tinġabar informazzjoni

    mingħand l-entitajiet konċernati fuq numru ta’ inizjattivi tal-Unjoni Ewropea kemm leġiżlattivi kif ukoll

    mhux leġiżlattivi, biex imbagħad tinġabar f’dokument wieħed u tingħata l-pożizzjoni ta’ Malta.

    Fl-2018, il-Kunsill dwar il-Kompetittività ltaqa’ sitt darbiet u l-Kunsill dwar il-Kummerċ iltaqa’ erba’

    darbiet.

    Kummerċ

    Fl-2018 id-Direttorat ospita f’Malta delegazzjoni mill-Arabja Sawdija fejn ġew diskussi numru ta’ temi

    fosthom l-investiment u l-edukazzjoni u fejn ġie ffirmat Memorandum bejn żewġ awtoritajiet miż-żewġ

    pajjiżi. Ġew diskussi wkoll temi bħall-agrikoltura, il-kummerċ, il-qasam marittimu u s-saħħa.

    Għat-tieni darba f’Malta saret il-laqgħa tal-JETCO (Joint Economic and Trade Cooperation) fejn ġew

    diskussi numru ta’ opportunitajiet fejn jidħol kummerċ bejn Malta u t-Turkija.

    Id-Direttorat ħadem sabiex jiġu diskussi possibbiltajiet ta’ kummerċ bejn Malta u l-Alġerija, kif ukoll

    ipparteċipa f’diskussjonijiet mad-delegazzjoni Alġerina. Barra minn hekk, saret konsultazzjoni interna

    sabiex jiġu esplorati forom ġodda ta’ kummerċ maċ-Ċina, it-Tuneżija u l-Libja.

    Kunsill tal-Kompetittività (Suq Intern u Industrija)

    Din is-sezzjoni hija responsabbli minn inizjattivi tal-UE fi ħdan il-Kunsill tal-Kompetittività, li

    jikkonċernaw is-suq intern, l-industrija, u l-Proprjetà Intellettwali. Il-Kummissjoni Ewropea għandha

    taħdem biex tiżgura li l-qafas regolatorju fl-Ewropa jassigura li l-operaturi jgawdu mill-benefiċċji tas-

    suq ħieles għas-servizzi mingħajr ma timponi rekwiżiti li jmorru kontra dan il-kunċett. Dan jgħodd

    ukoll fejn tidħol il-kompetittività li jkun hemm level playing field fil-kummerċ internazzjonali.

    Is-Suq Intern

    Tkompliet id-diskussjoni dwar is-Suq Intern bit-temi l-aktar importanti huma l-Unique Digital

    Gateway, il-Futur tas-Suq Intern, il-Politika Industrijali, copyright, il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-

    trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni onlajn, il-proċedura ta’ notifika

    għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati mas-servizzi, kif ukoll il-kompettitività tas-Suq

    Intern.

    Matul 2018 saru numru ta’ konsultazzjonijiet fejn jidħol is-Suq Intern speċifikament fuq il-Unique

    Digital Gateway, il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi

    tal-intermedjazzjoni onlajn kif ukoll il-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-

    rekwiżiti relatati mas-servizzi, mal-organizzazzjoniet li jirrappreżentaw lin-negozji, mal-Uffiċju tal-

    Parlament Ewropew f’Malta, kif ukoll mal-korpi kostitwiti (Meusac).

    F’April tal-2018, dan id-Direttorat organizza flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u ma’

    organizzazzjonijiet Maltin li jirrappreżentaw lin-negozji u lil min iħaddem, u mal-Awtorità Maltija tal-

    Komunikazzjoni, konferenza tas-Single Market Forum bl-isem ‘Cross your Border: Improve your

    Opportunities in the Single Market’. F’Settembru tal-2018, rappreżentanti tad-Direttorat ipparteċipaw

    fil-konferenza annwali tas-SIMFO fil-Latvja. Bħas-snin li għaddew, id-Direttorat kompla x-xogħol fuq

    l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva tas-Servizzi. Rappreżentant mid-Direttorat, attenda

    regolarment għal-laqgħat tal-esperti fi Brussell bil-għan li l-provvedimenti kollha tad-Direttiva u miżuri

  • oħrajn ikunu attwati. Sar xogħol dwar id-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Geo-blocking flimkien

    ma’ numru ta’ entitajiet lokali responsabbli mill-implimentazzjoni tal-miżuri kkonċernati. Kompla x-

    xogħol fuq numru ta’ legiżlazzjonijiet u inizjattivi mnedija mill-Kummissjoni Ewropea fosthom

    Collaborative Economy, riformi u studju dwar it-twaqqif ta` negozji u l-kundizzjonijiet tal-operat

    tagħhom.

    Komplew in-negozjati fuq il-proposta legali msejħa Proċedura ta’ Notifika b’bosta laqgħat li saru fil-

    Kunsill tal-Ministri. Dan ħoloq il-bżonn ta’ numru ta’ laqgħat u konsultazzjonijiet lokali sabiex tkun

    ifformulata l-aħjar pożizzjoni li tkun tista’ tiġi mbuttata ’l quddiem waqt in-negozjati. Saru diversi

    xogħlijiet ta’ konsultazzjoni fuq inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, fosthom dwar l-istat tas-setturi

    tal-kostruzzjoni u l-proċeduri anċillari fid-dawl tad-Direttiva tas-Servizzi.

    Twaqqaf ukoll il-focal point network fejn numru ta’ diretturi mill-PDPI minn diversi ministeri jiltaqgħu

    u dan il-grupp jintuża bħala strument ta’ kordinament bejn il-ministeri konċernati sabiex ikun żgurat li

    tinġabar u titqassam l-informazzjoni neċessarja fl-iqsar żmien.

  • UNIT TAL-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMATIKA

    Introduzzjoni

    Il-Unit tal-Immaniġġjar tal-Informatika (IMU) iwettaq l-istrateġija tal-ICT immirata biex jitjiebu l-

    istandards tas-servizzi tal-ICT. L-uffiċċju huwa l-punt ta’ referenza ċentrali ministerjali tal-ICT, li

    jipprovdi pariri u appoġġ lid-direttorati u entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru. L-uffiċċju jaħdem

    b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Malta Information Technology Agency (MITA) dwar diversi temi li

    għandhom x’jaqsmu mal-ICT skont linji gwida u standards stabbiliti mill-Aġenzija.

    Dan huwa sommarju tal-inizjattivi ewlenin li fihom l-IMU kien involut matul is-sena 2018.

    Talbiet għal servizzi ta’ ICT

    L-Uffiċċju jevalwa, japprova jew jirrifjuta t-talbiet għal servizzi tal-ICT meħtieġa mill-utenti tal-

    Ministeru u d-Dipartimenti. L-approvazzjonijiet finali jingħataw biss permezz tal-IMU biex tiġi żgurata

    governanza u sigurtà aħjar meta jigi mogħti aċċess għal sistemi ta’ informazzjoni filwaqt li l-ispejjeż

    għas-servizzi huma wkoll sorveljati u miżmuma taħt kontroll.

    Diġitalizzazzjoni tas-Servizzi (eFormoli)

    B’konformità mal-istrateġija tal-Amministrazzjoni Pubblika, il-Ministeru kompla jinvesti fid-

    diġitalizzazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-proċessi u s-servizzi li qed jiġu pprovduti billi jiġu trasformati l-

    formoli manwali eżistenti fil-Ministeru għal forom elettroniċi (eFormoli). eFormoli huma formoli

    elettroniċi li jnaqqsu l-ħin sabiex l-informazzjoni mitluba permezz ta’ formola tiġi pproċessata f’inqas

    ħin mill-kumdità tad-dar. Din l-istrateġija qed twassal għal żieda fost servizzi onlajn. B’hekk inkunu

    qed nissimplifikaw is-servizzi u nnaqqsu il-burokrazija kif ukoll nipprovdu servizzi aċċessibbli 24/7

    minn kullimkien.

    Din is-sena total ta’ 36 servizz ġew diġitalizzati u implimentati mill-IMU. Aktar formoli u servizzi ġew

    trasformati u pprovduti onlajn minn entitajiet varji fi ħdan il-Ministeru.

    L-iżvilupp u Implimentazzjoni ta’ Sistemi Ġodda:

    Sistema elettronika għar-reġistrazzjoni ta’ privattiva

    Ġiet żviluppata sistema li tippermetti liċ-ċittadini u utenti oħra jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom

    għar-reġistrazzjoni ta’ privattiva elettronikament. Is-sistema tippermetti lill-utenti biex jimlew u

    jissottomettu faċilment l-applikazzjonijiet tal-privattivi elettronikament, flimkien mal-pagamenti

    relatati li jsiru wkoll elettronikament.

    Sistema elettronika biex tiġġedded reġistrazzjoni tal-privattiva

    Ġiet żviluppata sistema li tippermetti liċ-ċittadini u utenti oħra jġeddu r-reġistrazzjoni tal-privattivi

    tagħhom elettronikament u jkollhom il-faċilità li jħallsu l-pagamenti relatati kollha elettronikament.

    Sistema elettronika li tamministra l-kiri tal-proprjetà industrijali tal-Gvern (mServizz)

    Tnediet applikazzjoni li tippermetti lil kull min għandu kirja mal-Malta Industrial Parks Ltd ikollu

    aċċess għall-kontijiet rispettivi tiegħu, u jagħmel it-tranżazzjonijiet relatati kollha onlajn. Is-sistema

    tista’ tintuża mill-utenti biex jipproċessaw ilmenti u suġġerimenti.

  • Reġistru Nazzjonali tal-Privattivi (mServizz)

    Matul l-2018 ġiet varata sistema li hija mobile responsive, li tagħti aċċess lill-klijenti biex ikunu jistgħu

    jaraw il-privattivi reġistrati, ikunu infurmati dwar il-proċess li jiġu rreġistrati mad-Dipartiment tal-

    Kummerċ u l-istadju tal-applikazzjoni tagħhom. Din is-sistema tagħti faċilità lill-industrija, intrapriżi

    żgħar, imprendituri, u kull min hu interessat sabiex jiċċekkja jekk privattiva hijiex disponnibli jew le.

    SME Week Mobile app (mServizz)

    Ġiet żviluppata mobile app li tippromovi numru ta’ avvenimenti li huma organizzati matul il-ġimgħa

    tal-SMEs li jipprovdu appoġġ għall-għarfien lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

    Business 1st Mobile app (mServizz)

    Ġiet żviluppata mobile app biex tikkumplimenta l-funzjonijiet tal-Business 1st one-stop-shop u

    tipprovdi informazzjoni dwar is-servizzi kollha provduti minn Business 1st.

    Portal dwar l-Artiġjanat ta’ Malta (mServizz)

    Ġie implimentat portal ġdid li huwa mobile responsive u li jipprovdi informazzjoni relatata mal-artisti

    u artiġjana Maltin u jippromovi l-artiġjanat Malti b’mod ġenerali.

    Enterprise Incentives Mobile app (mServizz)

    Ġiet żviluppata mobile app biex tipprovdi informazzjoni dwar skemi u avvenimenti fir-rigward ta’

    intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

    Proprjetà Intellettwali Mobile app (mServizz)

    Ġiet implimentata mobile app li tipprovdi informazzjoni dwar il-Proprjetà Intellettwali u toffri diversi

    servizzi relatati mal-Proprjetà Intellettwali. Ġie żviluppat chatbot li jwieġeb għal mistoqsijiet predefiniti

    relatati mal-Proprjetà Intellettwali.

    Sistema elettronika dwar negozju tal-familja

    Ġiet żviluppata sistema interna biex tissimplifika u tamministra l-proċeduri operattivi li joħorġu mill-

    Att dwar in-Negozju tal-Familja.

    Sistema elettronika għall-immaniġġjar tad-dokumentazzjoni tal-Unjoni Ewropea

    Ġiet żviluppata sistema li tiffaċilita u tissimplifika l-ipproċessar ta’ xogħol relatat ma’ dokumentazzjoni

    tal-Unjoni Ewropea. Is-sistema tippermetti amministrazzjoni aħjar ta’ ħafna dokumenti u solleċitazzjoni

    tal-approvazzjonijiet relatati.

    Xogħol fuq netwerks

    Sar xogħol kontinwu fuq in-netwerks sabiex l-impjegati jkunu jistgħu jagħmlu użu min-netwerk tal-

    Gvern aħjar. Filwaqt li sar xogħol fuq il-konfigurazzjoni tan-netwerk biex ikun ottimizzat l-aċċess, sar

    xogħol ukoll fuq installar ta’ WiFi hotspots. Ġie wkoll implimentat netwerk (LAN) ġdid fil-bini tal-

    Bord tal-Koperattivi.

    Appoġġ u sostenn lill-utenti u dipartimenti

    L-Uffiċċju tal-IMU jipprovdi appoġġ tekniku u operattiv ġenerali lill-Ministeru u l-utenti kollha. Ħafna

    mid-desktop support qed jitwettaq mill-kuntrattur bi ftehim mal-gvern ċentrali. Filwaqt li l-MITA

    tikkordina tali servizz, l-IMU jipprovdi assistenza speċifika bħal:

  • Provvista ta’ apparat tal-IT inkluż kompjuters, laptops, photocopiers u scanners, eċċ.;

    Trasferiment ta’ tagħmir informatiku;

    Amministrazzjoni tal-infrastruttura tan-netwerk u t-telefonija;

    Kordinazzjoni tal-utenti ġodda filwaqt li jamministraw kuntratti relatati mal-ICT;

    Assistenza lill-utenti bħal ħolqien ta’ posta offline, backups, arkivjar eċċ.;

    Provvista ta’ faċilitajiet ta’ video conferencing u telekonferenzi;

    Arranġamenti għall-telework jew setups remoti;

    Parteċipazzjoni fil-bordijiet sabiex jidentifikaw tagħmir mhux servibbli;

    Assistenza utenti fil-migrazzjoni u l-manipulazzjoni ta’ data sabiex ikunu rkuprati rapporti mitluba;

    Installazzjoni ta’ software mhux normali;

    L-ippjanar ta’ network drives; u

    L-iżvilupp u l-aġġornament ta’ siti elettroniċi eżistenti u oħrajn ġodda.

    Rappreżentazzjoni

    Uffiċjali fi ħdan l-IMU attendew fora u working groups biex jirrappreżentaw lill-Ministeru f’oqsma

    relatati mal-Informatika fil-qasam tal-Proprjetà Intellettwali u Import and Export.

    Eżenzjonijiet u derogi

    Sabiex nimxu fuq l-istruttura ta’ governanza tajba, l-uffiċċju tal-IMU jevalwa u japprova jew jirrifjuta

    talbiet ta’ servizzi tal-ICT li jeħtieġu titjib jew modifiki li mhux koperti mir-regoli u l-proċeduri tal-

    Government of Malta Information Communication Technology Policies (GM ICT). L-uffiċċju tal-IMU

    jieħu ħsieb li jikkordina l-proċess ta’ eżenzjoni mal-MITA.

    Preparazzjoni tal-baġit (ICT Opex/Capex)

    F’April 2018 beda l-proċess ta’ ppjanar tal-baġit Operattiv (OPEX) u Kapitali (CAPEX) tal-ICT għall-

    Ministeru u Dipartimenti għas-sena 2019. L-uffiċċju talab lid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt

    dan il-Ministeru biex jipprovdu r-rekwiżiti tal-IT għall-2019. Saru laqgħat mal-partijiet interessati

    kollha u ġew evalwati r-rekwiżiti sottomessi. Il-baġit finalizzat tal-ICT intbgħat lill-Uffiċċju tal-Baġit

    MITA.

  • ID-DIPARTIMENT TAL-KUMMERĊ

    Proprjetà Intellettwali

    Koperazzjoni mal-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali fl-Unjoni Ewropea

    Daħal fis-seħħ ftehim ta’ assistenza li jkopri attivitijiet ta’ help desk, outreach u promozzjoni kif ukoll

    proġetti oħra li l-uffiċċju qed jipparteċipa fihom bħal Back office, Front office u Project Management

    Working Groups.

    Tkompla l-proġett ta’ language check iffinanzjat mill-European Union Intellectual Property Office

    (EUIPO) permezz ta’ sistema ad hoc tal-informatika. Uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ ta’

    kuljum jeżaminaw applikazzjonijiet ta’ Trade Marks Ewropej biex jidentifikaw jekk it-trade mark

    għandux tifsira bil-Malti li minħabba fiha l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali fl-Unjoni Ewropea

    jkun jista’ jirrifjuta l-applikazzjoni.

    F’April 2018 tlesta l-proċess ta’ skennjar tad-dokumenti kollha relatati mal-applikazzjonijiet ta’ trade

    marks reġistrati f’Malta u ġew imdaħħla fis-sistema tat-trade marks. Permezz ta’ dan il-proġett li kopra

    madwar 50,000 trade mark li jmorru lura sa mill-bidu tas-seklu għoxrin, id-dokumenti issa huma iżjed

    aċċessibbli għall-uffiċjali mingħajr il-bżonn li jinqala’ l-file. Din hija parti mill-miżura favur is-sistema

    paperless.

    Bejn Lulju u Diċembru saret kampanja promozzjonali fuq diversi mezzi tal-midja bħal radju, gazzetti,

    onlajn kif ukoll permezz ta’ oġġetti promozzjonali biex jiżdied l-għarfien dwar l-importanza tal-

    protezzjoni ta’ trade marks u disinni. Sal-aħħar tas-sena kien hemm numru sostanzjali ta’

    applikazzjonijiet ta’ trade marks f’Malta, fejn kien hemm 1,522 applikazzjoni (żieda ta’ 30% fuq is-

    sena ta’ qabel), fejn ukoll 83% ta’ dawn l-applikazzjonijiet ġew mitfugħa kollha onlajn.

    F’Ġunju, rappreżentanti mill-uffiċċji nazzjonali responsabbli għall-proprjetà industrijali fid-

    Danimarka, l-Awstrija u l-Iżvezja żaru Malta fejn ġew ippreżentati s-sistemi tal-back office u l-front

    office ta’ trade marks u disinni li twettqu b’koperazzjon mal-EUIPO kif ukoll dawk tal-privattivi. Din

    iż-żjara kienet ta’ suċċess għall-EUIPO tant li l-uffiċċji tad-Danimarka, l-Awstrija u l-Iżvezja bdew il-

    proċess li jimplemtaw dawn is-sistemi.

    Koperazzjoni mal-European Patent Office (EPO)

    Taħt il-ftehim bilaterali ta’ koperazzjoni mal-European Patent Office (EPO):

    Wara li f’Ottubru 201, ġie finalizzat il-proġett ta’ diġitazzjoni ta’ dokumenti u ġbir ta’ informazzjoni

    ta’ privattivi nazzjonali, fl-2018 sar il-proċess tad-data migration fejn dawn id-dokumenti ittellgħu fis-

    sistema elettronika tal-privattivi. Fl-istess ħin f’din is-sistema sar il-ġbir ta’ informazzjoni relatata ma’

    privattivi Ewropej li ġew validati f’Malta mill-2007 sal-lum.

    Id-database tal-privattivi nazzjonali ġiet integrata mad-database ta’ privattivi tal-European Patent

    Office. Permezz ta’ deeplinking mal-Federated Register issa l-privattivi nazzjonali huma wkoll

    aċċessibli fuq id-database tal-privattivi Ewropej.

    Inizjattivi oħra

    Inħoloq reġistru diġitali ta’ privattivi Nazzjonali: https://ips.gov.mt/NR/patent/

    L-applikazzjonijiet għall-privattivi ġodda u anke għat-tiġdid tal-privattivi bdew isiru onlajn:

    https://ips.gov.mt/

    Bħalma ġie rrappurtat aktar ’il fuq inħoloq mobile app fuq il-proprjetà intellettwali.

    https://ips.gov.mt/NR/patent/https://ips.gov.mt/

  • Sar eżerċizzju intensiv sabiex il-formoli kollha li huma marbuta ma’ servizz offrut minn dan id-

    direttorat (li mhumiex diġà onlajn) isiru eforms.

    Saret iċ-ċerimonja tal-għoti ta’ premijiet għall-‘Premju Proprjetà Intellettwali 2017’ u tnieda l-‘Premju

    Proprjetà Intellettwali 2018’ fejn saret ukoll l-evalwazzjoni tal-proġetti li ġew sottomessi. Huwa

    mistenni li l-għoti tal-premijiet isir fil-bidu tal-2019.

    Artiġjanat

    Id-Dipartiment tal-Kummerċ kien involut fl-organizzazzjoni ta’ seba’ fieri u ffaċilita l-parteċipazzjoni

    tal-artiġjani reġistrati, f’19-il attività organizzati minn entitajiet oħra.

    Din is-sena Malta reġgħet ipparteċipat fil-fiera L’Artigiano in Fiera f’Milan bejn l-1 u d-9 ta’ Diċembru.

    Din l-inizjattiva, li għaliha ħadu sehem sitt artiġjani, kienet ikkordinata mid-Dipartiment tal-Kummerċ

    u l-Malta Enterprise.

    F’Marzu saret iċ-ċerimonja tal-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2017, fejn tqassmu mal-€57,000 fi

    premijiet.

    Ġiet organizzata wkoll l-edizzjoni tal-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2018. Il-fond ta’ premijiet kien

    ta’ €67,000. Din is-sena kien hemm żewġ premjijiet ġodda: wieħed li rrikonoxxa inizjattivi ta’ tagħlim

    minn kunsill lokali, u ieħor li rrikonoxxa dawk il-ħwienet li biegħu l-artiġjanat Malti. Għal darb’oħra

    din is-sena l-esibizzjoni tal-prodotti saret bejn Awwissu u Settembru fil-Ministeru għall-Ekonomija,

    Investiment u Negozji Żgħar, bl-għajnuna ta’ Heritage Malta. Tqassam ukoll katalgu li kien esibit waqt

    l-esibizzjoni.

    Kif imsemmi aktar kmieni, tnediet verżjoni ġdida tal-Malta Crafts Portal.

    Matul l-2018 id-Dipartment tal-Kummerċ ikkontribwixxa fl-organizzazzjoni ta’ tliet esibizzjonijiet ta’

    artiġjanat Malti li saru fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar. F’Jannar saret

    esibizzjoni ta’ xogħlijiet minn studenti li jattendu l-Learning Support Centre tal-Ħamrun. F’Ottubru

    saret esibizzjoni ta’ xogħol tal-bizzilla u tapestry. Din l-esibizzjoni kienet miftuħa waqt in-Notte Bianca

    fejn il-pubbliku attenda bi ħġaru għal din l-attività. F’Diċembru saret esibizzjoni oħra ta’ prodotti minn

    studenti tal-Learning Support Centre tan-Naxxar.

    Id-Dipartiment tal-Kummerċ iffaċilita organizzazzjoni ta’ tagħlim tal-artiġjanat fl-Isptar Monte

    Karmeli u f’dar privata tal-anzjani. Din l-inizjattiva, barra li għenet li jkun hemm tagħlim tal-artiġjanat,

    serviet ukoll sabiex l-artiġjanat ikollu skop soċjali biex iżid l-inklussività u l-integrazzjoni. Apparti l-

    esibizzjonijiet ta’ prodotti minn studenti tal-Learning Support Centre tal-Ħamrun, ingħatat għajnuna

    finanzjarja lill-istess ċentru għal proġett artiġjanali maħdum mill-istudenti stess.

    Saret ħidma biex jiġu reklamati ċ-ċertifikati maħruġa mill-Kunsill tal-Artiġjanat li l-artiġjana jistgħu

    jużaw mal-prodotti tagħhom. Dawn ir-reklami dehru fuq numru ta’ paġni fuq l-internet, Facebook, kif

    ukoll magazines relatati mat-turiżmu.

    Saret ħidma biex jerġgħu jinħarġu ċertifikati f’erba’ lingwi li jistgħu jitqassmu lil dawk il-ħwienet li

    jbigħu prodotti tal-artiġjanat Malti. Dawn ingħataw dehra aktar moderna u se jitqassmu bħala ċertifikat

    kif ukoll bħala sticker. Iċ-ċertifikati se jitqassmu lil dawk il-ħwienet li jkunu laħqu numru ta’ kriterji

    stabbiliti mid-Dipartiment tal-Kummerċ.

    Assistenza lin-negozji

    Id-Dipartiment kellu sehem dirett fit-tfassil tal-abbozz tal-liġi dwar ir-riforma tas-swieq fil-beraħ u

    kellu parteċipazzjoni attiva fil-proċess ta’ konsultazzjoni.

  • Ikkontribwixxa fit-tibdil legali sabiex ikun possibbli li jinħarġu liċenzji lil Credit Bureaux

    b’kollaborazzjoni mal-Bank Ċentrali.

    Għall-ewwel darba d-dipartiment ħareġ kontijiet tal-liċenzji kummerċjali li jkopru perjodu ta’ tliet snin.

    B’hekk tnaqqas l-administrative burden fuq in-negozju.

    Id-Dipartiment ħa sehem fil-grupp ta’ ħidma li kien twaqqaf sabiex jiġi diskuss tibdil legali li

    jikkonċerna l-promozzjoni ta’ attivitajiet ta’ bejgħ minn żoni pubbliċi.

    Tlesta x-xogħol fejn il-formoli ta’ applikazzjoni, kemm tal-liċenzji tal-kummerċ kif ukoll ta’

    esportazzjoni u importazzjoni, ikunu onlajn biex b’hekk il-klijenti tad-Dipartiment kienu jistgħu

    jinqdew aħjar.

    Id-Dipartiment ipparteċipa u ta kontribut fil-laqgħat li jsiru fl-Unjoni Ewropea marbuta mal-oġġetti

    għall-użu doppju u conflict minerals, fost oħrajn, kif ukoll kompla jgħin lil dipartimenti oħra fuq

    elementi ta’ nonproliferazzjoni u fuq elementi oħra marbuta mal-oġġetti għal użu doppju.

    Statistika:

    Kummerċ

    2018 Liċenzji ta’ importazzjoni 1,867

    Dokumenti ta’ sorveljanza 196

    Liċenzji ta’ esportazzjoni 146

    Liċenzji ta’ esportazzjoni ta’oġġetti ta’ użu doppju u tagħmir militari 75

    Liċenzji kummerċjali 177

    Proprjetà industrijali

    2018

    Applikazzjoni ta’ trade marks 1,522

    Trade marks reġistrati 1,231

    Tiġdid ta’ trade marks 822 Applikazzjoni tal-privattivi 19 Annwalitajiet tal-privattivi (nazzjonali) 284

    Validazzjonijiet tal-privattivi Ewropej 110

    Annwalitajiet tal-privattivi Ewropej (tiġdid) 4,316

    Tfittxija relatata mal-proprjetà industrijali 299

    Customer care

    2018

    Informazzjoni mitluba permezz tat-telefown 4,397

    Informazzjoni mitluba direttament 4,988

    Mistoqsijiet b’ittra elettronika 2,826