12
Il-Malti Il-Qari u l-Kitba L-Għaxar Sena Rotta 3 2017 Paġna 1 minn 12 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali 2017 L-GĦAXAR SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn L-isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-klassi: _______________ Għall-istudent/a: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb riżultati aħjar. Għall-għalliema: Il-MARKI It-Taħdit 10 Il-Fehim mis-Smigħ 10 Il-Qari u l-Kitba 80 IT-TOTAL 100 Taqsima 1A 1B 1D 1E 2A 2B TOTAL Marka 10 4 8 8 20 15 15 80 Marka tal- Istudent/a Kummenti: ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ Rotta 3

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017 Paġna 1 minn 12

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali 2017

L-GĦAXAR SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn

L-isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-klassi: _______________

Għall-istudent/a:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb

riżultati aħjar.

Għall-għalliema:

Il-M

AR

KI

It-Taħdit 10

Il-Fehim mis-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 1E 2A 2B TOTAL

Marka 10 4 8 8 20 15 15 80

Marka

tal-

Istudent/a

Kummenti:

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

Rotta 3

Page 2: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017

L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA (50 MARKA)

Aqra s-silta li ġejja u wieġeb il-mistoqsijiet ta’ wara.

Il-Vulkan Vessuvju

Il-Vulkan Vessuvju li jinsab qrib ħafna ta’ Napli baqa’ msemmi

minħabba li kien qered kompletament iż-żewġt ibliet ta’ Pompej

u Erkolanum meta dan żbroffa fis-sena 79 Wara Kristu. Min forsi

xi darba sema’ b’din l-istorja jew inkella ra l-film Pompeii, jaf

il-ħerba kbira li ħalla dan il-vulkan fl-iżbroff ta’ dak iż-żmien.

Allura tistgħu timmaġinaw x’jiġri jekk il-Vessuvju, li hu kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar perikolużi

fid-dinja, jerġa’ jiżbroffa bl-istess qawwa llum il-ġurnata! (par.1)

Milli jidher, skont l-esperti f’dan il-qasam, il-mistoqsija mhijiex jekk il-Vessuvju jiżbroffax jew le iżda

meta dan se jiżbroffa! Il-ġeoloġi u l-vulkanoloġisti li jinsabu kontinwament jistudjaw dan il-vulkan, qed

isostnu li l-Vessuvju wasal biex jiżbroffa u għaldaqstant bħalissa jinsab taħt il-lenti 24 siegħa kuljum.

Bħala prevenzjoni, f’dawn l-aħħar ġimgħat, l-awtoritajiet Taljani ħejjew ukoll pjan ta’ evakwazzjoni

għall-bliet tal-madwar li jinsabu f’dawk li huma magħrufa bħala żoni ħomor. Bħalissa hemm madwar

600,000 ruħ jgħixu f’dawn it-tmintax-il belt. (par.2)

Il-pjan juri biċ-ċar kif jistgħu jiġu evakwati dawn il-bliet sa minn 72 siegħa qabel ma jseħħ l-iżbroff.

L-esperti qed javżaw lill-Gvern Taljan li l-pjan għandu jiġi estiż ukoll għall-belt ta’ Napli minħabba li

jekk l-iżbroff tal-vulkan ikun b’saħħtu ħafna, jista’ jitfa’ lava sa 12-il mil ’il bogħod. Jekk jiġri hekk,

il-ħajja ta’ madwar 3 miljun persuna tista’ tkun fil-periklu. L-aħħar darba li żbroffa l-Vessuvju kien

fl-1944. Dan l-iżbroff kien wieħed żgħir li ma tantx ikkawża ħsara u fih kienu tilfu ħajjithom 26

persuna. (par.3)

Skont riċerka li saret dan l-aħħar, din il-muntanja ħajja mhux se tkun ħanina darb’oħra! Il-Vessuvju

jinsab fuq massa ta’ magma kbira madwar 154 mil kwadru. Meta din il-massa tal-Vessuvju tkun

imqabbla ma’ dik iżgħar li hemm taħt il-Vulkan Kilaeua, li huwa l-aktar wieħed attiv tad-dinja, tant li

żbroffa 34 darba sa mill-1952, tinduna kemm hija akbar il-qawwa tal-Vessuvju, minkejja li żbroffa biss

30 darba mis-sena 79 Wara Kristu. L-iżbroff li jmiss tal-Vessuvju huwa mistenni li jkun b’forza kbira;

żbroff li huwa magħruf bħala plinean, b’titjir ta’ ġebel u rmied b’saħħa ta’ 100 mil fis-siegħa. F’kelma

waħda, il-Vulkan Vessuvju għandu potenzjal tant qawwi li jista’ jordom għalkollox saħansitra l-belt ta’

Napli, minkejja li mhijiex waħda mill-bliet li jinsabu f’żoni ħomor. (par.4)

(Addattata minn Wasal biex jiżbroffa?, mir-rivista Mużajk, Novembru, 2016)

Page 3: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017 Paġna 3 minn 12

1A. Fehim it-Test

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq li għadek kemm qrajt.

1. Minn dak li qrajt fl-ewwel paragrafu, taħseb li l-iżbroff tal-vulkan Vessuvju fis-sena 79 Wara Kristu

kien wieħed żgħir jew qawwi?

_____________________________________________________________________________(marka)

2. i. Semmi grupp ta’ professjonisti li kontinwament qed jistudjaw dan il-vulkan.

_____________________________________________________________________________(marka)

ii. Għid fi kliemek x’qed isostnu.

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

(marka)

3. X’għamlu l-awtoritajiet f’każ li jsir żbroff?

___________________________________________________________________________________

(2 marki)

4. Skont is-silta, x’tifhem bil-frażi “żoni ħomor” ?

___________________________________________________________________________________

(marka)

5. Minkejja li l-esperti jisħqu fuq il-qawwa li għandu l-Vulkan Vessuvju, nistgħu ngħidu li dan huwa

l-aktar wieħed attiv fid-dinja? Għaliex?

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

(2 marki)

6. Fi kliemek iddeskrivi l-forza u x’tip ta’ żbroff mistenni jkun hemm mill-Vessuvju. Għid ukoll

x’konsegwenza jsemmi l-awtur li tista’ sseħħ minħabba dan kollu.

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

(2 marki)

___

10 marki

Page 4: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017

1B. Għarfien il-Lingwa

1. Fisser dan il-kliem skont kif użat fis-silta:

i. kompletament (par.1): (marka)

ii. jordom (par.4): (marka)

2. “...għaldaqstant bħalissa jinsab taħt il-lenti 24 siegħa kuljum.” (par.2)

Agħti frażi jew kelma oħra li tista’ tuża minflok “taħt il-lenti” biex iżżomm l-istess tifsira tas-silta.

_____________________________________________________________________________(marka)

3. “...din il-muntanja ħajja mhux se tkun ħanina darb’oħra!”

Skont dak li qrajt, x’messaġġ trid tagħti din il-frażi?

___________________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________(marka)

1Ċ. Il-Grammatika

Aqra din is-silta.

Jagħmilha fl-età ta' 105 snin!

Robert Marchand irnexxielu jikseb rekord u jitla’ fl-1 post fil-kategorija taċ-ċiklisti ta’ 105 snin

’il fuq! Dan hekk kif f’siegħa qadef 22.5km. Iċ-ċiklista Franċiż injora l-parir tal-kowċ tiegħu biex

jitlaq ir-rota għax biha mhu se jikseb xejn u baqa’ jaqdef. Ta’ età żgħira huwa beda jaqdef imma kien

ikkunsidrat żgħir wisq għal dan l-isport. Biss ma qatax qalbu u ta’ 67 sena reġa’ rikeb ir-rota u minn

dakinhar baqa’ jaqdef mingħajr waqfien. Iċ-ċiklista diġà kien kiser rekord fil-klassifika tal-età ta’ 100

sena. Fl-2012 huwa kien kiser ir-rekord billi qadef kważi 27 km f’siegħa waħda. F’intervista li ġiet

irrappurtata mill-midja, iċ-ċiklista qal li ma qadifx biex ikun rebbieħ imma biex juri li, minkejja l-età

tiegħu, xorta kien għadu jħossu b’saħħtu u seta’ jirkeb ir-rota.

(Addattata minn artiklu ta’ Alvin Vassallo fis-sit elettroniku Newsbook tal-4 ta’ Jannar, 2015)

___

4 marki

___

8 marki

Page 5: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017 Paġna 5 minn 12

Agħżel tmien mistoqsijiet u weġibhom.

1.

Oħroġ il-partiċipju attiv mill-verb immarkat f’din

is-sentenza:

“Ta’ età żgħira hu beda jaqdef.”

2. Sib mis-silta eżempju ta’ partiċipju passiv li ġej

mir-rumanz.

3. Ikteb fi kliem din il-pożizzjoni: “l-1 post”

4. Ikteb id-distanza fi kliem: “27 kilometru”

5. Ta’ liema forma hu l-verb “jħossu” fl-aħħar

sentenza?

6.

Liema hu l-verb kompost f’din il-parti

tas-sentenza?

“Iċ-ċiklista diġà kien kiser rekord fil-klassifika

tal-età ta’100 sena.”

7. Agħti z-zokk morfemiku tal-verb “jelimina”.

8. Liema hu s-suffiss fl-aġġettiv “Franċiż”?

9. Sib avverbju mill-frażi “...kien għadu jħossu

b’saħħtu”.

10. Oħloq mistoqsija diretta għal din it-tweġiba:

“Iċ-ċiklista qal li ma qadifx biex ikun rebbieħ.”

Page 6: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017

1D. Il-Kitba Komunikattiva

L-Ittra Elettronika: Agħżel mistoqsija WAĦDA minn (i) jew (ii).

(i) Għadek kif ġejt lura Malta minn żjara edukattiva li għamilt f’belt Ewropea ma’ grupp ta’ studenti

oħra mill-iskola tiegħek. Ikteb ittra elettronika ta’ bejn 60 u 80 kelma lill-għalliem li ħa ħsiebkom,

is-Sur Mario Deguara. Fiha se tirringrazzjah tal-opportunità li tak biex tkun parti minn dan il-grupp

u tal-programm interessanti li ħejjielkom.

L-indirizz elettroniku tiegħek hu: [email protected]

L-indirizz elettroniku tal-għalliem hu: [email protected]

Ismek hu: Marco Muscat jew Marica Muscat.

Id-data hi: Il-15 ta’ Mejju 2017.

JEW

(ii) Julian hu student li twieled Malta u għex l-ewwel snin tiegħu f’pajjiżna. Meta missieru mar jaħdem

il-Belġju, huwa kompla l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fi Brussell. Hu jaf jitkellem tajjeb bil-Malti

u inti ġieli tkellmu u tibgħatlu xi ritratti b’mezzi elettroniċi. Iktiblu ittra elettronika ta’ bejn 60 u 80

kelma biex tħajru jiġi jqatta’ l-vaganzi tas-sajf li ġej mal-familja tiegħek f’Malta.

L-indirizz elettroniku tiegħek hu: [email protected]

L-indirizz elettroniku ta’ Julian hu: [email protected]

Ismek hu: Marco Muscat jew Marica Muscat.

Id-data hi: Il-15 ta’ Mejju 2017.

___

8 marki

Page 7: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017 Paġna 7 minn 12

Ikteb x’għażilt: ___

Lil:____________________________________________________

Mingħand:______________________________________________

Data: ___________________________________

Suġġett:________________________________________________

..............................................................................................................................................................

Page 8: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017

1E. Il-Komponiment

Ikteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata.

1. L-enerġija alternattiva tgħinna ngħixu kemm f’ambjent nadif kif ukoll finanzjarjament aħjar!

Saħħaħ din l-affermazzjoni.

2. Kellha tkun l-ewwel u l-aħħar darba!

3. Waħdi fuq stejġ nistenna l-karozza għall-iskola. Osservazzjonijiet.

4. Is-siti soċjali qed iwasslu biex il-bniedem ikun iktar fiżikament ’il bogħod mis-soċjetà.thn

Taqbel jew ma taqbilx?

IT-TIENI TAQSIMA: IL-LETTERATURA (30 MARKA)

2A. Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Poeżija (Bejn Ħaltejn)

Agħżel WAĦDA (i) jew (ii).

i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha.

X’inhi l-kelma qed tirtogħod

hemm fuq ix-xefaq ta’ dan il-jum?

Mhijiex ballun, ħafif u lest

għal-logħob. Pjuttost xi balla

li din l-għodwa qiegħda tistenna 5

l-kanun ta’ ħalqi, lil qalbi

mkebbsa b’rabja liema bħalha –

tistenna l-isfog.

Mela llum sejra npittirlek

kartolina, u nħażżiżilha 10

l-kuluri li jixirqulha:

iswed duħħan bħal moħħi

aħmar nar bħal demmi jbaqbaq –

ja traditur

ma xbajtx tirreġettani minn ġo 15

ħajtek!

Ħa mela ilqa’ u ibla’

dil-balla li rrid naqla’ jien

minn fuq l-istonku.

Ibla’ u ilqa’ 20

u jekk tista’

itfagħhieli lura

qisha ballun.

___

15-il marka

___

20 marka

Page 9: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017 Paġna 9 minn 12

Wieġeb:

1. X’ton qed tuża l-poetessa f’din il-poeżija u għaliex taħseb li qed tużah?

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

(2 marki)

2. Xi trid tfisser il-poetessa:

i. bl-“iswed duħħan bħal moħħi” (v.12) ____________________________________________

_____________________________________________________________________________

ii. bl-“aħmar nar bħal demmi jbaqbaq” (v.13) _______________________________________

_____________________________________________________________________________

(2 marki)

3. Il-frażi “qisha ballun” (v.23) hija figura tat-taħdit magħrufa bħala _________________________

(marka)

4. i. Għaliex taħseb li l-poetessa tuża ħafna l-apostrofi f’din il-poeżija?

______________________________________________________________________________

(2 marki)

ii. Agħti eżempju ta’ kif il-poetessa tagħmel dan.

__________________________________ (marka)

5. i. Mir-raba’ strofa, sib kelma/frażi li turi r-rabja li l-poetessa qed tħoss ġo fiha.

_____________________________________________________________________________

(marka)

ii. F’din l-istrofa nsibu eżempju ta’ (agħmel fil-kaxxa tat-tweġiba t-tajba)

metafora. similitudni. onomatopea. (marka)

6. Minn dak li hemm fl-aħħar strofa, taħseb li l-poetessa trid li ttemm il-konverżazzjoni mal-‘maħbub

tagħha’? X’taħseb li tixtieq il-poetessa?

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

(2 marki)

7. Tkellem fuq il-bidla fl-emozzjonijiet tal-poetessa minn kif bdiet il-poeżija sakemm spiċċatha.

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

(3 marki)

Page 10: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017

JEW

ii . Aqra sewwa l-poeżija B’idejna ta’ Adrian Grima u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha.

Waqt l-innu nazzjonali

ma nkunx naf x’se naqbad nagħmel b’idejja.

Huma jaħasra jistennew mumenti bħal dawn bil-ħerqa,

għax niftakar fihom kif inhuma,

mhux bħala strumenti f’idejja. 5

L-innu tagħna, niskopri kull darba,

jindaqq biex ifakkarni li jien dak li jien,

li nilbes dil-ġilda lewn ix-xemx

u dan il-moħħ lewn ix-xagħri.

Meta nħares lejn l-oħrajn 10

nintebaħ x’għandi nagħmel

u ġieli nitfa’ jdejja wara dahri.

Inħossni qisni spalliera

li waħedha baqgħet tistenna li titgħatta;

fidil f’salib it-toroq jitħabat ma’ stering ta’ karozza 15

li ma tridx tistartja;

poplu qed jistenna wara l-bieb ta’ uffiċjal pubbliku

biex isir nazzjon, mingħajr ma jemmen fil-kredenzjali tiegħu stess,

jew l-utilità.

Darb’oħra forsi npoġġihom quddiem għajnejja 20

u nsodd widnejja, f’salt.

Wieġeb:

1. X’ton qed juża l-poeta f’din il-poeżija?

___________________________________________________________________________________

(marka)

2. X’tifsira għandu l-Innu Malti għall-poeta?

___________________________________________________________________________________

(marka)

3. i. Xi jrid ifisser il-poeta meta jgħid “nilbes dil-ġilda lewn ix-xemx”(v.8)?

________________________________________________________________________________

ii. Il-frażi “dil-ġilda lewn ix-xemx” hija figura tat-taħdit magħrufa bħala ______________________

(2 marki)

Page 11: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017 Paġna 11 minn 12

4. Ikkwota żewġ frażijiet mit-tielet strofa li jindikaw kif qed iħossu l-poeta u fissirhom fi kliemek skont

il-kuntest tal-poeżija.

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

(4 marki)

5. Semmi żewġ karatteristiċi tal-metrika li jagħmlu din il-poeżija waħda moderna.

______________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________

(2 marki)

6. X’opinjoni tħoss li għandu l-poeta dwar il-poplu Malti f’din il-poeżija?

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

(2 marki)

7. Fl-aħħar strofa l-poeta jieħu deċiżjoni importanti. Għaliex taħseb li wasal għaliha din id-deċiżjoni?

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

(3 marki)

Page 12: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · i . Aqra l-poeżija Jum San Valentin ta’ Maria Grech Gando u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha. X’inhi l-kelma qed tirtogħod hemm

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – 2017

2B. Il-Komponiment Letterarju: Ir-Rumanzett (Il-Ħarsa ta’ Rużann)

Agħżel WAĦDA minn (i) jew (ii) u wieġeb fuq karta separata.

Ikteb madwar 200 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti.

i. Fir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann, naraw li r-relazzjoni ta’ mħabba bejn Rużann u Mark

Antonin twassal għal deċiżjonijiet iebsa. Fid-dawl tal-ambjent li kienu qed jgħixu fih Rużann u

Mark Antonin, iddiskuti d-diffikultajiet li nibtu minn din ir-relazzjoni u x’riżultati kellhom.

JEW

ii. Tul ir-rumanzett, il-leħħiet ta’ Rużann f’għajnejn id-dixxendenti tagħha joffru kuraġġ f’mumenti

diffiċli. Iddiskuti dan fid-dawl ta’ dak li seħħ minn ġenerazzjoni għall-oħra fir-rumanzett ta’

Francis Ebejer, Il-Ħarsa ta’ Rużann.

TMIEM IL-KARTA

___

15-il marka