Upload
others
View
13
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 1 minn 12
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali 2017
L-GĦAXAR SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn
L-isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-klassi: _______________
Għall-istudent/a:
1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.
2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb
riżultati aħjar.
Għall-għalliema:
Il-M
AR
KI
It-Taħdit 20
Is-Smigħ 20
Ix-Xogħol Tul is-Sena 10
Il-Qari u l-Kitba 50
IT-TOTAL 100
Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 2A 2B TOTAL
Marka 8 8 5 14 8 7 50
Marka
tal-
Istudent/a
Kummenti:
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
Rotta 1
Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017
L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA (35 MARKA)
Aqra s-silta li ġejja u wieġeb il-mistoqsijiet ta’ wara.
Il-Vulkan Vessuvju Il-Vulkan Vessuvju, li jinsab qrib ħafna ta’ Napli, baqa’
msemmi minħabba li kien qered kompletament iż-żewġt
ibliet ta’ Pompej u Erkolanum meta dan żbroffa fis-sena 79
Wara Kristu. Min forsi xi darba sema’ b’din l-istorja jew
inkella ra l-film Pompeii, jaf il-ħerba kbira li ħalla dan
il-vulkan fl-iżbroff ta’ dak iż-żmien. Allura tistgħu
timmaġinaw x’jiġri jekk il-Vessuvju, li huwa kkunsidrat
bħala wieħed mill-aktar perikolużi fid-dinja, jerġa’ jiżbroffa
bl-istess qawwa llum il-ġurnata! (par.1)
Milli jidher, skont l-esperti f’dan il-qasam, il-mistoqsija mhijiex jekk il-Vessuvju jiżbroffax jew le iżda
meta dan se jiżbroffa! Il-ġeoloġi u l-vulkanoloġisti li jinsabu kontinwament jistudjaw dan il-vulkan, qed
isostnu li l-Vessuvju wasal biex jiżbroffa u għaldaqstant bħalissa jinsab taħt il-lenti 24 siegħa kuljum.
Bħala prevenzjoni, f’dawn l-aħħar ġimgħat, l-awtoritajiet Taljani ħejjew ukoll pjan ta’ evakwazzjoni
għall-bliet tal-madwar li jinsabu f’dawk li huma magħrufa bħala żoni ħomor. Bħalissa hemm madwar
600,000 ruħ jgħixu f’dawn it-tmintax-il belt. (par.2)
Il-pjan juri biċ-ċar kif jistgħu jiġu evakwati dawn il-bliet sa minn 72 siegħa qabel ma jseħħ l-iżbroff.
L-esperti qed javżaw lill-Gvern Taljan li l-pjan għandu jiġi estiż ukoll għall-belt ta’ Napli. Huma jsostnu
li jekk l-iżbroff tal-vulkan ikun b’saħħtu ħafna, jista’ jitfa’ lava sa 12-il mil ’il bogħod, b’ċans kbir li
jordom saħansitra din il-belt minkejja li mhijiex waħda mill-ibliet li jinsabu f’żoni ħomor. Jekk jiġri
hekk, il-ħajja ta’ madwar 3 miljun persuna tista’ tkun fil-periklu. L-aħħar darba li żbroffa l-Vessuvju
kienet fl-1944. Dan l-iżbroff kien wieħed żgħir tant li ma tantx ikkawża ħsara. Fih kienu mietu 26
persuna. (par.3)
(Addattata minn Wasal biex jiżbroffa?, mir-rivista Mużajk, Novembru, 2016)
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 3 minn 12
1A. Fehim it-Test
Wieġeb il-mistoqsijiet fuq li għadek kemm qrajt.
1. Qrib liema belt Taljana jinsab il-Vulkan Vessuvju? (par.1)
_____________________________________________________________________________(marka)
2. Semmi waħda mill-bliet li l-Vessuvju kien qered fis-sena 79 Wara Kristu. (par.1)
___________________________________________________________________________________
_____________________________________________________________________________(marka)
3. Għaliex dan il-vulkan jinsab taħt il-lenti tal-esperti “24 siegħa kuljum”? (par.2)
___________________________________________________________________________________
_____________________________________________________________________________(marka)
4. Minħabba dan it-tbassir, x’ħejjew l-awtoritajiet Taljani u għal min? (par.2)
___________________________________________________________________________________
____________________________________________________________________________(2 marki)
5. Kemm hu l-ammont ta’ bliet li jinsabu f’żoni ħomor? (par.2)
___________________________________________________________________________________
_____________________________________________________________________________(marka)
6. L-aħħar żbroff tal-Vessuvju jitqies bħala wieħed żgħir. Għaliex? (par.3)
_____________________________________________________________________________(marka)
7. Għaliex skont l-esperti anke l-belt ta’ Napli hi fil-periklu jekk ikun hemm żbroff tal-Vessuvju
minkejja li mhijiex fiż-żoni ħomor? (par.3)
___________________________________________________________________________________
_____________________________________________________________________________(marka)
___
8 marki
Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017
1B. Il-Grammatika
Aqra din is-silta.
Il-larinġ ta’ Malta huwa prodott imfittex mill-konsumatur, imma mhux l-istess għal-larinġ
tal-bakkaljaw. Peress illi huwa qares ħafna, ma jittikilx, u jitħalla fis-siġar li mbagħad jaqa’ taħthom.
Fl-antik, is-siġar tal-bakkaljaw kienu jintużaw biex fuqhom jitlaqqmu l-varjetajiet l-oħra tal-larinġ.
Illum ħadd ma għadu jħawwilhom imma għad fadal numru ġmielu speċjalment fil-masġar tal-Buskett.
Minkejja dan, il-ġamm tal-bakkaljaw isir bi proċess ħafif u huwa wkoll ġest sabiħ meta jingħata bħala
rigal! (Silta addattata ta’ Alden Grima meħuda mir-rivista Nisġet Artna, Ħarġa Numru 9, 2016 )
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin.
1. Agħti l-plural ta’ “konsumatur”.
2. Agħti s-singular ta’ “varjetajiet”.
3. Sib mis-silta nom proprju ta’ post f’Malta.
4. Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”.
5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv?
larinġ – rigal – prodott
6.
Minn “mfittex” innisslu n-nom verbali
“tfittxija” jew “tiftix”.
Oħroġ nom verbali minn “jitlaqqmu”.
7.
L-aġġettiv superlattiv ta’ “ħafif ” huwa
“l-eħfef ”.
Agħti l-grad superlattiv ta’ “sabiħ”.
8.
Ifred din is-sentenza f’żewġ sentenzi. Tinsiex
tagħmel it-tibdil li hemm bżonn
fil-punteġġjatura:
“Il-larinġ ta’ Malta huwa prodott imfittex
mill-konsumatur, imma mhux l-istess jingħad
għal-larinġ tal-bakkaljaw.”
______________________________________
______________________________________
______________________________________
___
8 marki
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 5 minn 12
1Ċ. Il-Kitba Komunikattiva
Immaġina li trid tikteb AVVIŻ ta’ madwar 50-70 kelma fuq il-paġna ta’ sit soċjali dwar attività li se
torganizza l-għaqda li int imsieħeb fiha.
Bl-għajnuna tat-tabella tas-sit (ara hawn taħt), ikteb id-dettalji kollha meħtieġa. Importanti li tikteb
b’Malti tajjeb.
Isem l-attività hu ___________________________________________
L-iskop tagħha huwa ________________________________________
___________________________________________________________
Din se ssir nhar _____________________________________________
Bħala ħin se tibda ___________________________________________
Se jkun hemm_______________________________________________
___________________________________________________________
___________________________________________________________
___________________________________________________________
___________________________________________________________
Narawkom
___
5 marki
Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017
1D. Il-Komponiment
Ikteb bejn 180 u 200 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti f’paġni 7 u 8. (12-il marka)
1. Dakinhar domt ħafna biex irqadt!
Ikteb storja dwar x’wassal u x’ġara dakinhar li domt ma rqadt. Dawn il-mistoqsijiet li ġejjin
jistgħu jgħinuk:
Fejn kont?
Meta kienet din il-ġurnata u fi xħin?
X’kont għamilt qabel?
Kont waħdek?
X’għamilt?
Kif ħassejtek?
X’ġara?
2. Pajjiż barrani li nixtieq inżur.
F’dan il-komponiment trid tiddeskrivi pajjiż li tixtieq iżżur. Dawn il-mistoqsijiet li ġejjin jistgħu
jgħinuk:
Liema hu dak il-pajjiż li tixtieq iżżur?
Għaliex tixtieq li żżuru?
Kif sirt taf bih?
X’taf dwaru?
Hemm xi postijiet jew xi affarijiet partikolari li tixtieq tara?
Ma’ min tixtieq tmur?
Taħseb li tiġik ħafna flus biex tmur f’dan il-pajjiż u meta l-aħjar li tmur?
3. Il-ħbieb: jgħinuk jew jgħarrquk?
F’dan il-komponiment trid tiddiskuti r-rwol u t-tipi ta’ ħbieb li nesperjenzaw f’ħajjitna. Dawn
il-mistoqsijiet li ġejjin jistgħu jgħinuk:
Kif taħseb li l-ħbieb jistgħu jgħinuk f’ħajtek?
Kif tkun taf li dawn tassew huma ħbieb li jridu jgħinuk?
Kif għandek tistma lil dawn it-tip ta’ ħbieb?
Għaliex jaf ikun hemm ħbieb li jistgħu jgħarrquk?
B’liema mod dawn jistgħu jħallu impatt negattiv fuqek?
Kif għandek tikkonsidrahom?
Kollox ma’ kollox, kif tagħraf ħbieb tajbin minn dawk inqas tajbin?
___
14-il marka
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 7 minn 12
Uża dan l-ispazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. (2 marki)
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
In-numru tal-komponiment magħżul: _______
Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 9 minn 12
IT-TIENI TAQSIMA: IL-LETTERATURA (15-IL MARKA)
2A. Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Poeżija (Bejn Ħaltejn)
Aqra sewwa din is-silta mill-poeżija Quo Vadis? ta’ Rużar Briffa u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha.
Waħidha,
fuq l-għolja ġeblija,
imbiegħda mill-bqija ta’ ħutha
fil-qalb ħadranija
5 tal-wied,
ix-xwejħa ħarruba,
magħtuba
mit-toqol tas-snin,
qed tħares madwarha
10 ħa tara
il-għaġla tan-nies għaddejjin.
... U taħseb:
kemm huma mgħaġġlin,
fejn huma sejrin
15 għal dejjem bla sabar
min-nieqa sal-qabar
dal-ħalja bnedmin?
Fejn huma l-għeruq?
Qatt lilhom ma trażżan il-bewsa tar-riħ?
20 Qatt lilhom ma tlajjem is-sħana tax-xemx?
Għaliex ftit mistrieħ
għalihom ma hemmx,
u l-lehma biss tagħhom
il-ħajja tas-suq?
Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq il-poeżija.
1. Agħżel it-tajba billi taqta’ linja taħtha.
a. Il-poeta qed jirreferi għall-ħarruba bħala
(i) tfajla adoloxxenti.
(ii) mara xiħa.
b. Il-ħarruba qed tosserva
(i) l-ambjent li qed jinqered madwarha.
(ii) l-ħajja mgħaġġla tan-nies ta’ madwarha. (2 marki)
___
8 marki
Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017
2. Agħżel it-tajba billi timmarka fil-kaxxa tat-tweġiba t-tajba.
personifikazzjoni mistoqsija rettorika rima
(i) mgħaġġlin (v.13) sejrin (v.14)
(ii) qed tħares madwarha (v.9)
(iii) Qatt lilhom ma trażżan il-bewsa tar-riħ? (v.19) (3 marki)
3. X’differenza hemm bejn il-ħajja tal-ħarruba fl-ewwel strofa u dik tan-nies fit-tieni strofa?
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
(2 marki)
4. Xi jrid ifisser il-poeta meta jgħid “min-nieqa sal-qabar” (v.16)
___________________________________________________________________________________
(marka)
2B. Ir-Rumanzett (Il-Ħarsa ta’ Rużann)
Aqra sewwa din is-silta meħuda mir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann ta’ Francis Ebejer u wieġeb
il-mistoqsijiet fuqha.
Il-Baruni Mark Antonin de los Ingallos tal-Imdina u l-bidwija Dinglija Rużann, forsi ħabbew
wisq lil xulxin.
Rużann naqqset ħafna mill-ħarġiet tagħha fir-raħal meta beda juri biċ-ċar li kienet tqila.
Mark Antonin ried jiżżewwiġha.
Rużann, li issa mħabbitha kienet bla qies u lil hinn minn tarf il-ħajja ta’ fuq din l-art, ma riditx,
xtaqet kemm xtaqet, li tagħmlu żewġha. Beżgħet li żwieġ magħha seta’ jisfa’ ta’ deni għalih u
għall-qagħda soċjali tiegħu. Għalxejn tennielha li hu minnha biss kien jimpurtah. Ġegħlitu jiskarta aktar
u aktar l-inħawi tar-raħal ħalli ismu ma jiġix imżeblaħ u mkasbar minn ilsien in-nies.
___
7 marki
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 11 minn 12
Għalxejn sostna bit-talb tiegħu.
Rużann żammet iebes u baqgħet tgħid le. Mill-ewwel għamlitha bid-dieher ma’ ommha u ma’
missierha li ma kinux ser jindaħlulha.
Meta binha twieled, ġimgħa biss qabel il-festa ta’ Santa Marija, hemm fir-razzett stess, mal-ħoss
tal-baqar tagħhom, u hi tatu l-isem ta’ Karmenu għal nannuha, il-kelma malajr ġriet mar-raħal kollu.
Kien hemm nies li riedu joħdulha t-tarbija u jagħtuh lis-sorijiet biex irabbuh huma.
Rużann riedet trabbih hi stess. Bla ħabi ta’ xejn.
U hekk għamlet.
Tatu kunjomha.
Mara Maltija, omm-xebba fid-dalma soċjali ta’ raħal ċkejken tas-seklu dsatax, fuq irdumijiet
ħorox, taħt il-lampa qawwija tax-xemx, fost l-għajdut, ħniena ftit li xejn...
Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq din is-silta.
1. F’din is-silta, niltaqgħu ma’ żewġ personaġġi ewlenin li bejniethom nibtet relazzjoni ta’ mħabba.
Min huma?
_____________________________________________________________________________(marka)
2. Agħżel it-tajba billi taqta’ linja taħtha.
Iż-żewġ personaġġi ewlenin tas-silta kienu ġejjin
(i) minn klassijiet soċjali differenti.
(ii) mill-istess klassi soċjali.
(iii) mill-istess familja.
(marka)
3. Fil-bidu tas-silta naqraw li wieħed minn dawn il-personaġġi ppropona ż-żwieġ. Min ipproponieh
u għaliex il-persuna l-oħra ma riditx? Importanti li ssaħħaħ l-argumenti tiegħek u tista’ tikkwota
wkoll mis-silta mogħtija.
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________(2 marki)
Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017
4. Minn din ir-relazzjoni titwieled tarbija. X’semmewha din it-tarbija?
__________________________________________________________________________
(marka)
5. “...il-kelma malajr ġriet mar-raħal kollu. Kien hemm nies li riedu joħdulha t-tarbija u jagħtuh
lis-sorijiet biex irabbuh huma.”
Minn din il-frażi naraw li s-soċjetà Maltija f’dawk iż-żminijiet kienet____________________
___________________________________________________________________________
(marka)
6. Mis-silta, ikkwota frażi li toħroġ il-karattru sod ta’ Rużann, l-omm-xebba Maltija.
___________________________________________________________________________
(marka)
Tmiem il-Karta