38
It-Tniġġis tal- Baħar minn Vapuri u Drenaġġ Isem: Ms. Anthea Pisani Klassi: 5.2 Kulleġġ: Maria Regina Skola: Primarja Mellieħa

It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Social Studies Year 5 Primary

Citation preview

Page 1: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

It-Tniġġis tal-Baħar

minn Vapuri u DrenaġġIsem: Ms. Anthea Pisani

Klassi: 5.2Kulleġġ: Maria ReginaSkola: Primarja Mellieħa

Page 2: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Għaliex il-baħar hu importanti?

1. Il-baħar hu d-dar għal bosta kreaturi.

Page 3: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

2. L-oċeani jassorbu ħafna mill-karbonju li jipproduċu l-bnedmin permezz tal-industrija.

Page 4: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

3. Il-baħar jiffaċilita l-kummerċ u t- trasport bejn pajjiż u ieħor.

Page 5: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

4. Il-bniedem iġib xi riżorsi mill-baħar bħall-ħut, il-melħ u l-ilma.

Page 6: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

5. Il-baħar iservi ta’ rikreazzjoni għall- bniedem permezz tal-isports tal- baħar, l-ivvjaġġar, u jżid it-turiżmu.

Page 7: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

X’inhu t-tniġġis?

It-tniġġis hu ħmieġ:

a) fuq l-art permezz ta’ skart u kimiċi li jintremew,

b) fl-arja bid-dħaħen li joħorġu mill-fabbriki u d-duħħan tal-karozzi, u

ċ) fil-baħar permezz taż-żjut, drenaġġ u skart li jintefa’ fih.

Page 8: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

X’jikkaġuna t-tniġġis tal-baħar?

1.Dħaħen minn karozzi, mezzi tat-trasport u fabbriki.

Page 9: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

2. Dħaħen minn “power stations” tal-elettriku li jaħarqu ħafna żjut u faħam biex jipproduċu l-enerġija.

Dawn id-dħaħen l-ewwel iniġġsu l-arja u

wara jitħalltu mal-ilma tax-xita. Din tissejjaħ xita aċiduża jew “acid rain”. Billi l-ilma tax-xita jispiċċa fil-baħar,

din ix-xita aċiduża tniġġes il-baħar.

Page 10: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

3. Ir-rimi ta’ skart tossiku (velenuż) minn fabbriki u industriji li jivvalenaw kemm l- arja u anke l-baħar.

4. Ir-rimi ta’ skart nukleari minn

reatturi nukleari.

Page 11: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

5. L-użu ta’ pestiċidi u fertilizzanti kimiċi li jinħallu mal-ilma u jispiċċaw fl-ilma li nixorbu u fil-baħar.

Page 12: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

6. L-iskart li jintrema bl-addoċċ bħal plastik. Jekk fekruna tkun qegħda tgħum u tara borża tal-plastik, din taħsibha brama, tikolha u tifga.

Ġieli xi sajjieda jħallu x-xbieki mqatta’ fil-baħar bil-konsegwenza li għadd ta’ ħut u kreaturi oħra jinqabdu fihom u jmutu.

Page 13: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

7. Drenaġġ mhux trattat. Minbarra skart organiku, dan ikun fih ħafna kimiċi u deterġenti li jagħmlu ħsara lill-kreaturi tal-baħar.

Page 14: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Jekk id-drenaġġ jiġi trattat qabel jintefa’ l-baħar, parti minnu tista’ tintuża

biex jissaqqew l-għelieqi. Għal pajjiż xott bħal Malta, hu tajjeb li jkollna

sors ieħor ta’ ilma għat-tisqija tal-għelieqi.

Dak li jintrema fil-baħar ma jagħmilx ħsara lill-ambjent marittimu.

Page 15: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Fl-istampa jidher l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ fil-limiti tal-Mellieħa. Dan ġie inawgurat fl-2009. Hemm impjant ieħor Għawdex u sas-sena 2010 għandu jitlesta ieħor fin-naħa t’isfel ta’ Malta.

Page 16: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

8. Żjut imxerrda fil-baħar waqt: a) traġitt minn “pipelines” għat-tankers, b) bit-tindif illegali tat-tankijiet tat- tankers, u ċ) ħruġ ta’ żjut minn inġenji wkoll iħammeġ il-baħar.

Page 17: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

d) L-agħar forma ta’ tniġġis tal-baħar tiġri meta jkun hemm diżastri ekoloġiċi wara xi ħabta jew għarqa ta’ xi tanker li minnu joħroġ ħafna żejt.

Page 18: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

It-Tanker “Prestige” Fis-sena 2002, it-tanker taż-żejt

“Prestige” għereq ‘il barra mill-ibħra Spanjoli. Minnu ħareġ ħafna żejt.

Page 19: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Iż-żejt li nxtered ħammeġ parti kbira mill-kosta Spanjola u Franċiża. Dan kien l-akbar diżastru ambjentali fi Spanja s’issa.

Page 20: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Mietu eluf ta’ ħut u għasafar tal-baħar li ġew miksija biż-żejt waqt l-inċident. Numru żgħir minn dawn l-għasafar baqgħu ħajjin.

Jingħad li l-ambjent marittimu se jdum għaxar snin isofri l-effett ta’ dan it-tniġġis.

Page 21: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Ħafna sajjieda li kienu jistadu fiż-żona fejn inkalja t-tanker ma kellhomx aktar ħut x’jaqbdu. Il-ħajja ta’ dawn is-sajjieda u tal-familji tagħhom żgur ma baqgħetx waħda komda!

Page 22: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Ħafna turisti li kienu jmorru f’dik il-parti ta’ Spanja, ma reġgħux marru hemm għall-btajjel. Dawn ma jridux baħar maħmuġ. B’hekk dawk in-nies li jaħdmu fit-turiżmu, naqsilhom ix-xogħol u bdew jaqilgħu inqas flus.

Page 23: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Mela t-tniġġis tal-baħar jaffettwa mhux biss lill-annimali iżda wkoll lill-bnedmin, kemm fis-saħħa kif ukoll fix-xogħol, bħas-sajjieda u dawk li jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu.

Page 24: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Il-Baħar Mediterran hu wieħed mill-aktarimniġġsa fid-dinja minħabba li:hu mdawwar b’pajjiżi li għandhom

popolazzjoni kbira u ħafna minnhom żviluppaw l-industrija, il-biedja u t-turiżmu, u

ħafna mit-traffiku tal-baħar jgħaddi mill-Mediterran.

It-tniġġis tal-baħar u l-Baħar Mediterran

Page 25: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Il-Baħar Mediterran hu baħar magħluq bi ftit ftuħ (l-Istrett ta’ Ġibilta’, il-Kanal ta’ Swejz u d-Dardanelli) u allura l-baħar idum ma jiċċirkola l-ilma tiegħu ġo ibħra oħra.

Strett ta’ Ġibilta’

Kanal ta’ Swejz

Dardanelli

Page 26: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Kif nistgħu nnaqqsu t-Tniġġis tal-Baħar?

1. Il-gvernijiet jgħaddu liġijiet biex ma jintremiex skart tossiku u nukleari fil-baħar.

Page 27: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

2. Jiġi kkontrollat it-traffiku fuq il-baħar u t-tindif tat-tankers.

Page 28: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

3. Nużaw aktar mezzi ta’ trasport pubbliku

jew nużaw aktar “carpooling”.

Page 29: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

4. Nużaw sorsi naturali ta’ enerġija bħal dik solari, mir-riħ u mill-ilma. B’hekk innaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija li tiġi minn ħruq ta’ “fossil fuels” bħal żejt, faħam u reatturi nukleari.

Page 30: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

5. Naqilbu għal sistemi ta’ biedja organika biex innaqqsu l-użu tal-kimiċi tossiċi u jkollna prodotti aktar sustanzjużi.

Page 31: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

6. Id-drenaġġ jiġi ppurifikat biex jipproduċi

ilma għat-tisqija u ma jitħammiġx il-baħar.

Page 32: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

7. Nużaw deterġenti bio-degradabbli li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent marittimu meta jispiċċaw fil-baħar.

Page 33: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

8. Jekk inkunu se narmu xi skart, bħal wara xi barbikju jew piknik, narmuh fil- laned apposta. Jekk ma jkunx hemm laned, nagħmluh ġo borża, neħduh

magħna d-dar u narmuh fil-landa tal-iskart.

Page 34: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

9. Insiru membri ta’ xi għaqda li tieħu ħsieb l-ambjent bħal “Nature Trust Malta”, “Birdlife Malta”, “Friends of the Earth” u “Greenpeace” fost l-oħrajn.

Page 35: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Illum sirt taf dwar:a) kif jiġi kkawżat it-tniġġiż

tal- baħar, ub) kif tista’ tnaqqas dan it-

tniġġiż.

Issa f’idejk biex tieħu l-azzjoni meħtieġa ħalli jkollna baħar

aktar nadif!

Page 36: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Imla l-vojt

1. Il-baħar iservi bħala dar għal bosta annimali.

2. Tliet riżorsi li l-bniedem iġib mill- baħar huma l-

ħut, il-melħ u l-ilma.

3. Il-bniedem jista’ wkoll jipprattika xi

sports tal-baħar.

Page 37: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Aqra s-sentenzi u ara jekk humiex tajbin () jew le ()

1.Id-dħaħen tal-karozzi u l-fabbriki joħolqu x-xita aċiduża li ma tagħmilx ħsara lill-baħar.

2. Id-drenaġġ mhux trattat jagħmel ħsara kbira lill-baħar. 3. L-iskart li jispiċċa fil-baħar jista’ joqtol lill-kreaturi tal-baħar.4. It-tniġġiż tal-baħar ma jaffettwax lin-nies.

Page 38: It-Tniggis tal-Bahar minn Vapuri

Din il-preżentazzjoni hija parti minn proġett li fih ħadu sehem:Mark Attard Cassidy Bartolo Amber Leigh Borg

Samuel Borg Stephanie Borg Nikkie Borg Grech

Neil Fenech Giuseppe Galea Curmi Kyra Magro

Shauna Magro Mattias Mari Jasmine Mifsud

Shania Muscat Jacob Edward Pace Darren Charles Sammut

Britney Sant Daniel Vella Kurt Vella

Ms. Anthea Pisani